Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/0263(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0313/2008

Testi mressqa :

A6-0313/2008

Dibattiti :

PV 23/09/2008 - 15
CRE 23/09/2008 - 15

Votazzjonijiet :

PV 24/09/2008 - 10.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0453

Testi adottati
PDF 306kWORD 49k
L-Erbgħa, 24 ta' Settembru 2008 - Brussell
Ftehim Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali 2006 *
P6_TA(2008)0453A6-0313/2008

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Settembru 2008 dwar l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea tal-Ftehim Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali 2006 (11964/2007 – C6-0326/2007 – 2006/0263(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kunsill (11964/2007),

–   wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehima Internazzjonali dwar l-Injam Tropikali 2006 (11964/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 133, 175 u 300(2), l-ewwel subparagrafu tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skont liema Artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0326/2007),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0313/2008),

1.  Japprova proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill kif emendata u japprova l-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Iżomm id-dritt li jiddefendi l-prerogattivi tiegħu kif ġie konferit mit-Trattat;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l parlamenti ta' l-Istati Membri u lis-segretarjat ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' l-Injam Tropikali (ITTO) bil-pożizzjoni tal-Parlament.

Test propost mill-Kunsill   Emendi mill-Parlament
Emenda 1
Ċitazzjoni 1
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 133 u 175 tiegħu, moqri flimkien ma" l-ewwel sentenza ta" l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta" l-Artikolu 300(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 133 u 175 tiegħu, moqri flimkien ma" l-ewwel sentenza ta" l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) u t-tieni subparagrafu ta" l-Artikolu 300(3) tiegħu,
Emenda 2
Premessa 4
(4)  L-għanijiet tal-Ftehim il-ġdid huma konsistenti kemm mal-politika kummerċjali komuni kif ukoll mal-politika ambjentali.
(4)  L-għanijiet tal-Ftehim il-ġdid għandhom ikunu konsistenti kemm mal-politika kummerċjali komuni kif ukoll mal-politika ambjentali u ta' żvilupp.
Emenda 3
Premessa 7 a (ġdida)
(7a)  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'analiżi ta' l-implimentazzjoni tal-Ftehim Internazzjonali ta' l-Injam Tropikali 2006 u tal-miżuri li jimminimizzaw l-impatt negattiv tal-kummerċ fuq il-foresti tropikali, inklużi ftehimiet bilaterali ffinalizzati skont il-programm ta' l-Infurzar tal-Liġi tal-Foresti, Tmexxija u Kummerċ (FLEGT). L-Artikolu 33 tal-Ftehim Internazzjonali ta' l-Injam Tropikali 2006 jipprovdi għal evalwazzjoni ta' l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim ħames snin wara d-ħul fis-seħħ tiegħu. Fid-dawl ta' din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni għandha tressaq reviżjoni tal-funzjonament ta' l-ITTA lill-Parlament u lill-Kunsill sa tmiem l-2010.
Emenda 4
Premessa 7 b (ġdida)
(7b)  Meta tkun qed tabbozza l-mandat għan-negozjar tar-reviżjoni tal-Ftehim Internazzjonali ta' l-Injam Tropikali 2006, il-Kummissjoni għandha tipproponi li t-test attwali jiġi rivedut, filwaqt li l-protezzjoni u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti tropikali u r-restawrazzjoni ta' zoni forestali li kienu ġew iddegradati jitpoġġew fil-qalba tal-ftehima u tiġi enfasizzata l-importanza tal-politika ta' l-edukazzjoni u ta' l-informazzjoni fil-pajjiżi affettwati mill-problema tad-deforestazzjoni, sabiex tiżdied il-kuxjenza pubblika dwar il-konsegwenzi negattivi ta' l-isfruttar abbużiv tar-riżorsi ta' l-injam. Il-kummerċ ta' l-injam tropikali għandu jitħeġġeġ biss jekk dan ikun kompatibbli ma' dawn l-għanijiet.
Emenda 5
Premessa 7 c (ġdida)
(7c)  B'mod partikolari, dan il-mandat għal reviżjoni tal-Ftehim Internazzjonali ta' l-Injam Tropikali 2006, għandu jipproponi mekkaniżmu ta' votazzjoni għall-Kunsill Internazzjonali ta' l-Injam Tropikali li jippremja b'mod ċar il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-foresti tropikali.
Emenda 6
Premessa 7 d (ġdida)
(7d)  Il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn Ottubru 2008 għandha:
(a) tipproponi proposta leġiżlattiva komprensiva li tipprevjeni t-tqegħid fis-suq ta' injam u prodotti ta' l-injam li ġejjin minn sorsi illegali jew distruttivi;
(b) tippreżenta Komunikazzjoni li tiddetermina l-involviment u l-appoġġ ta' l-UE għall-mekkaniżmi ta' fondi globali preżenti u futuri għal-promozzjoni tal-ħarsien tal-foresti mid-deforestazzjoni u t-tnaqqis ta' l-emissjonijiet skont il-Protokoll UNFCCC/Kyoto. Il-Komunikazzjoni għandha tiġbor il-punti prinċipali li għandhom x'jaqsmu ma' l-impenn ta' l-UE biex tipprovdi fondi li jgħinu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex iħarsu l-foresti tagħhom, tiffinanzja netwerk għal zoni mħarsa u tippromwovi alternattivi ekonomiċi għall-qerda tal-foresti. B'mod partikolari, sabiex tiżgura benefiċċji reali għall-klima, il-bijodiversità u n-nies, għandha tiġbor il-punti prinċipali dwar il-prinċipji u l-kriterji minimi li dawn l-għodda għandhom jaderixxu magħhom. Għandha tidentifika wkoll azzjonijiet u zoni prijoritarji li għandhom jirċievu finanzjament immedjat taħt dawn il-mekkaniżmi ta' inċentiv.
Avviż legali - Politika tal-privatezza