Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta" taxxa fuq il-valur miżjud, fir-rigward tat-trattament tas-servizzi finanzjarji u ta' l-assikurazzjoni (COM(2007)0747 – C6-0473/2007 – 2007/0267(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0747),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0473/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0344/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 1
(1) L-industrija tas-servizzi finanzjarji tagħti kontribut importanti għat-tkabbir, il-kompetittività u l-ħolqien ta" l-impjiegi, imma tista" taqdi l-irwol tagħha biss f'kundizzjonijiet newtrali tal-kompetizzjoni fis-suq intern. Huwa meħtieġ li jiġi pprovdut qafas li jipprovdi ċertezza legali fir-rigward tat-trattament tat-taxxa tal-valur miżjud (VAT) fuq il-prodotti finanzjarji u l-kummerċjalizzazzjoni u l-ġestjoni tagħhom.
(1) L-industrija tas-servizzi finanzjarji tagħti kontribut importanti għat-tkabbir, il-kompetittività u l-ħolqien ta" l-impjiegi, imma tista" taqdi l-irwol tagħha biss f'kundizzjonijiet newtrali tal-kompetizzjoni fis-suq intern. Huwa meħtieġ li jiġi pprovdut qafas li jipprovdi ċerti kundizzjonijiet newtrali fir-rigward tat-trattament tat-taxxa tal-valur miżjud (VAT) fuq il-prodotti finanzjarji kif ukoll il-kummerċjalizzazzjoni u l-ġestjoni tagħhom.
Emenda2 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 2
(2) Ir-regoli eżistenti dwar l-eżenzjonijiet tal-VAT fuq is-servizzi finanzjarji u ta" l-assigurazzjoni stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta" Novembru 2006 dwar sistema komuni ta" taxxa fuq il-valur miżjud huma skaduti u wasslu għal interpretazzjoni u applikazzjoni diskrepanti. Il-kumplessità tar-regoli u l-varjazzjonijiet fil-pattiċi amministrattivi toħloq inċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet tat-taxxa. Din l-inċertezza wasslet għal tilwim konsiderevoli u żiedet il-piż amminstrattiv. Għalhekk huwa neċessarju li jiġi ċċarat liema servizzi finanzjarji u ta" l-assigurazzjoni huma eżenti u b'hekk tinħoloq aktar ċertezza legali u jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-operaturi u l-awtoritajiet.
(2) Ir-regoli eżistenti dwar l-eżenzjonijiet tal-VAT fuq is-servizzi finanzjarji u ta" l-assigurazzjoni stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta" Novembru 2006 dwar sistema komuni ta" taxxa fuq il-valur miżjud huma skaduti u wasslu għal interpretazzjoni u applikazzjoni diskrepanti. Il-kumplessità tar-regoli u l-varjazzjonijiet fil-prattiki amministrattivi toħloq inċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet tat-taxxa u tonqos milli tiżgura l-istess kundizzjonijiet għal kulħadd fl-UE. Din l-inċertezza wasslet għal tilwim konsiderevoli u żiedet il-piż amminstrattiv. Għalhekk huwa neċessarju li jiġi ċċarat liema servizzi finanzjarji u ta" l-assigurazzjoni huma eżenti u b'hekk tinħoloq ċertezza legali akbar u l-istess kundizzjonijiet għal kulħadd fl-UE u jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-operaturi u l-awtoritajiet.
Emenda 3 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 5
(5) Servizzi finanzjarji u ta" l-assigurazzjoni jeħtieġu forom simili ta" intermedjazzjoni. Għalhekk huwa meħtieġ li l-intermedjazzjoni fl-assigurazzjoni u l-intermedjazzjoni fis-servizzi finanzjarji jiġu ttrattati bl-istess mod.
(5) Servizzi finanzjarji u ta" l-assigurazzjoni jeħtieġu forom simili ta" intermedjazzjoni. Għalhekk huwa xieraq li l-intermedjazzjoni fl-assigurazzjoni u l-intermedjazzjoni fis-servizzi finanzjarji jiġu ttrattati bl-istess mod, inkluża l-intermedjazzjoni permezz ta' aġent li ma jkollux la rabta kuntrattwali u lanqas kuntatt dirett ma' kwalunkwe parti fi tranżazzjoni ta' l-assigurazzjoni jew fi tranżazzjoni finanzjarja li jkun ikkontribwixxa għall-konklużjoni tagħha l-aġent. F'każijiet bħal dawn l-eżenzjoni tat-taxxa għandha tkopri b'mod uniformi l-attivitajiet kollha li huma tipiċi għal aġent tas-servizzi ta" assigurazzjoni jew tas-servizzi finanzjarji, inklużi l-attivitajiet kollha preparatorji u sussegwenti għall-konklużjoni ta" kuntratt.
Emenda 4 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 5 a (ġdida)
(5a)Huwa xieraq li attivitajiet li jikkostitwixxu l-ġestjoni ta" fondi ta" investiment ikomplu jkunu koperti mill-eżenzjoni jekk ikunu mwettqa minn operaturi ekonomiċi li jkunu parti terza.
Emenda 5 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 7
(7) Fornituri tas-servizzi finanzjarji u ta" l-assigurazzjoni huma dejjem aktar kapaċi jallokaw l-input tal-VAT fuq spejjeż li għamlu fuq il-bejgħ li għandu jiġi ntaxxat. Fejn is-servizzi li jfornu huma bbażati fuq tariffi, huma jistgħu faċilment jistabbilixxu l-ammont taxxabbli għal dawn is-servizzi. Għalhekk jixraq li tiġi estiża l-possibbiltà ta" l-għażla tat-tassazzjoni għal tali operaturi.
(7) Fornituri tas-servizzi finanzjarji u ta" l-assigurazzjoni huma dejjem aktar kapaċi jallokaw l-input tal-VAT fuq spejjeż li għamlu fuq il-bejgħ li għandu jiġi ntaxxat. Fejn is-servizzi li jfornu huma bbażati fuq tariffi, huma jistgħu faċilment jistabbilixxu l-ammont taxxabbli għal dawn is-servizzi. Għalhekk jixraq li tiġi estiża l-possibbiltà ta" l-għażla tat-tassazzjoni għal tali operaturi, filwaqt li jiġi evitat kull tħassib dwar il-possibilita' ta' tassazzjoni doppja li jista' jinħoloq bil-koordinazzjoni ta' talitassazzjoni ma" taxxi nazzjonali fuq l-assigurazzjoni u fuq is-servizzi finanzjarji.
Emenda 6 Proposta għal direttiva – att li jemenda Premessa 8a (ġdida)
(8a)Fl-adozzjoni ta' miżuri skond id-Direttiva 2006/112/KE li tirregola d-dritt tal-għażla għat-tassazzjoni, il-Kunsill għandu jiżgura l-applikazzjoni uniformi ta' tali regoli fis-suq intern. Fl-istennija ta' l-adozzjoni ta' dawn ir-regoli mill-Kunsill, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu r-regoli dettaljati li jirregolaw l-eżerċizzju ta' l-għażla. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-abbozz tal-miżuri dwar dan sitt xhur qabel l-adozzjoni tagħhom. Matul dan il-perjodu, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-abbozz tal-miżuri u għandha tressaq rakkomandazzjoni.
Emenda 7 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 1 – punt a Direttiva 2006/112/KE Artikolu 135 – paragrafu 1 – punt a
(a) assigurazzjoni urijassigurazzjoni;
(a) l-assigurazzjoni, inkluża r-riassigurazzjoni;
Emenda 8 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 1 – punt a Direttiva 2006/112/KE Artikolu 135 – paragrafu 1 – punt d
(d) skambju tal-valuta u proviżjon ta" kontanti;
(d) skambju tal-valuta, provvista ta" kontanti u tranżazzjonijiet bi klejms għal kontanti;
Emenda 9 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 1 – punt a Direttiva 2006/112/KE Artikolu 135 – paragrafu 1 – punt e
(e) forniment ta" sigurtajiet;
(e) tranżazzjonijiet li jirrigwardjaw il--kummerċ f'sigurtajiet
Emenda 10 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 1 – punt a Direttiva 2006/112/KE Artikolu 135 – paragrafu 1 – punt g a (ġdid)
(ga) derivattivi ta" kull tip;
Emenda 11 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 1 – punt b Direttiva 2006/112/KE Artikolu 135 – paragrafu 1a
1a. L-eżenzjoni prevista fil-punti (a) sa (e) tal-paragrafu 1 għandha tapplika għall-provvista ta" kwalunkwe element inkluż f'servizz ta" l-assigurazzjoni jew finanzjarju, li jikkostitwixxi oġġett distint u għandu l-karattru speċifiku u essenzjali tas-servizz eżentat ikkonċernat.
1a. L-eżenzjoni prevista fil-punti (a) sa (f) tal-paragrafu 1 għandha tapplika għall-provvista ta" kwalunkwe element inkluż f'servizz ta" l-assigurazzjoni jew finanzjarju, li jikkostitwixxi oġġett distint u għandu l-karattru speċifiku u essenzjali tas-servizz eżentat ikkonċernat.
Emenda 12 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 135a – punt 1
(1) "assigurazzjoni u rijassigurazzjoni" tfisser impenn li bih persuna tkunobbligata, bi ħlas, li tipprovdi lil persuna oħra, fl-avveniment li jimmaterjalizza riskju, b'indennizz jew benefiċċju kif determinat mill-impenn;
(1) "assigurazzjoni" tfisser impenn li bih persuna waħda jew aktar ikunuobbligati, bi ħlas, li jipprovdu lil persuna oħra jew aktar, fil-każ li jimmaterjalizza riskju, indennizz jew benefiċċju kif determinat mill-impenn;
Emenda 13 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 135a – punt 8 – parti introduttorja
(8) "forniment ta" sigurtajiet" tfisser il-forniment ta" strumenti negozjabbli apparti strument li jistabbilitxxi titolu fuq l-oġġetti jew fuq drittijiet imsemmija fl-Artikolu 15(2), li jirrappreżenta l-valur finanzjarju u jirrifletti kwalunkwe wieħed jew aktar minn dan li ġej:
(8) "tranżazzjonijiet li jirrigwardjaw il-kummerċ f'sigurtajiet" tfisser il-bejgħ ta" strumenti negozjabbli apparti strument li jistabbilixxi titolu fuq l-oġġetti jew fuq drittijiet imsemmija fl-Artikolu 15(2), li jirrappreżenta l-valur finanzjarju u jirrifletti kwalunkwe wieħed jew aktar minn dan li ġej:
Emenda 14 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 135a – punt 8 – punt c
(c) unità tas-sjieda f'impriżi ta" investiment kollettiv fis-siġurtajiet imsemmija fil-punti (a) jew (b), fi strumenti finanzjarji oħra eżentati msemmija fil-punti (a) sa (d) ta" l-Artikolu 135(1) jew f'impriżi oħra ta" investiment kollettiv;
(c) unità tas-sjieda f'fondi ta" investiment, kif definiti fil-punt 10, jew f'impriżi ta' investiment kollettiv f'impriżi oħra ta" investiment kollettiv;
Emenda 15 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 135a – punt 8 – punt c a (ġdid)
(ca) titolu fuq derivattivi finanzjarji, u dawk relatati mal- kreditu, u mal-'commodities', mħallsa bi flus kontanti u l-għażliet relatati;
Emenda 16 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 135a – punt 9
(9) "intermedjazzjoni fi tranżazzjonijiet finanzjarji u ta" l-assigurazzjoni" tfisser il-forniment ta" servizzi mogħtija lil u mħallsa minn parti kontraenti bħala att distint ta" medjazzjoni fir-rigward tat-tranżazzjonijiet finanzjarji jew ta" l-assigurazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (e) ta" l-Artikolu 135(1), minn parti terza intermedja;
(9) "intermedjazzjoni fi tranżazzjonijiet finanzjarji u ta" l-assigurazzjoni" tfisser il-forniment dirett jew indirett ta" servizzi mogħtija bħala att distint ta" medjazzjoni fir-rigward tat-tranżazzjonijiet finanzjarji jew ta" l-assigurazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (e) ta" l-Artikolu 135(1), minn partijiet terzi intermedjarji, sakemm l-ebda intermedjarju ma jkun xi kontraparti f'dawk it-tranżazzjonijiet ta' l-assigurazzjoni jew dawk finanzjarji;
Emenda 17 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 135a – punt 10
(10) 'fondi ta" investiment' tfisser impriżi ta" investiment kollettiv fl-istrumenti finanzjarji eżentati msemmija fil-punti (a) sa (e) tal-Artikolu 135(1) u fis-settur tan-negozju tal-proprjetà;
(10) "fondi ta" investiment" tfisser mezzi ta' investiment kostitwiti b'mod speċjali, maħluqa bil-għan waħdieni li jinġabar l-attiv mill-investituri u li dak l-attiv jiġi nvestit f'ġabra diversifikata ta' attivi inklużi fondi ta" pensjonijiet u mezzi użati biex ikunu implimentati u mwettqa skemi kollettivi ta" pensjonijiet;
Emenda 18 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 135a – punt 11
(11) "ġestjoni ta" fondi ta" investiment" tfisser attivitajiet immirati għat-twettiq tal-objettivi ta" investiment tal-fond ta" investiment ikkonċernat u għandha tinkludi għall-anqas il-ġestjoni strateġika u tattika tal-assi u l-allokazzjoni tal-attiv, inklużi s-servizzi ta' konsulenza kif ukoll il-ġestjoni tal-valuta u tar-riskju.
Emenda 19 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 3 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 137 – paragrafu 1 – punt a
(3)Fl-Artikolu 137(1), jitħassar il-punt (a).
imħassar
Emenda 20 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 137a – paragrafu 1
1. Mill-1 ta" Jannar 2012, l-Istati Membri għandhom jippermettu persuni taxxabbli d-dritt tal-alternattiva tat-tassazzjoni fir-rigward tas-servizzi msemmija fil-punti (a) sa (g) tal-Artikolu 135(1).
1. Mill-1 ta" Jannar 2012, l-Istati Membri għandhom jippermettu li persuni taxxabbli, skont kull każ individwali, ikollhom id-dritt ta" alternattiva tat-tassazzjoni fir-rigward ta" wieħed mis-servizzi msemmija fil-punti (a) sa (ga) tal-Artikolu 135(1), meta dak is-servizz huwa pprovdut lil persuna oħra stabbilita fl-istess Stat Membru jew x'imkien ieħor fil-Komunità.
Emenda 21 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 137a – paragrafu 1 a (ġdid)
1a.Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjoni tad-dritt tal-għażla skont il-paragrafu 1 sa ...*. Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva rigward regoli ddettaljati li jirregolaw l-eżerċizzju ta" dak id-dritt tal-għażla u kwalunkwe emenda oħra ta' din id-Direttiva f'dan ir-rigward.
_______________________ *Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva .../.../KE.
Emenda 22 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 137a – paragrafu 2
2. Il-Kunsill għandu jadotta l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 397. Sakemm il-Kunsill ma jkunx adotta dawn il-miżuri, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu r-regoli dettaljati li jirregolaw l-eżerċizzju ta' għażla skont il-paragrafu 1.
2. Il-Kunsill għandu jadotta l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 397. Sakemm il-Kunsill ma jkunx adotta dawn il-miżuri, l-Istati Membri jistgħu jżommu kif inhuma r-regoli dettaljati eżistenti li jirregolaw l-eżerċizzju tal-għażla skont il-paragrafu 1.
Emenda 23 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 137b – punt 1
(1) il-grupp innifsu u l-membri kollha tiegħu jkunu stabbiliti jew residenti tal-Komunità;
(1) il-grupp innifsu jkun stabbilit fil-Komunità;
Emenda 24 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 137b – punt 3
(3) il-membri tal-grupp jkunu qed ifornu servizzi li jkunu eżenti skont l-Artikolu 135(1)(a) sa (g) jew servizzi oħra u li fir-rigward tagħhom ma jkunu persuni taxxabbli.
(3) il-membri tal-grupp ikunu qed ifornu servizzi li jkunu eżenti skont l-Artikolu 135(1)(a) sa (ga) jew servizzi oħra u li fir-rigward tagħhom ma jkunux persuni taxxabbli.
Emenda 25 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 137b – punt 4
(4) is-servizzi jkunu fornuti mill-grupp biss lill-membri tiegħu u jkunu neċessarji biex jippermettu lill-membri biex ifornu servizzi li jkunu eżenti skont l-Artikolu 135(1)(a) sa (g);
(4) is-servizzi li jkunu fornuti mill-grupp ikunu neċessarji biex jippermettu lill-membri li jfornu servizzi li jkunu eżenti skont l-Artikolu 135(1)(a) sa (ga);
Emenda 26 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – punt 4 Direttiva 2006/112/KE Artikolu 137b – punt 5
(5) il-grupp jitlob lill-membri tiegħu r-rimbors eżatt biss tas-sehem tagħhom mill-ispejjeż konġunti, eskluż kwalunkwe aġġustament tat-trasferiment tal-prezzijiet imwettaq għall-finijiet ta" taxxa diretta."
(5) il-grupp jitlob mill-membri tiegħu r-rimborż eżatt biss tas-sehem tagħhom mill-ispejjeż konġunti; aġġustamenti tat-trasferiment tal-prezzijiet imwettqa għall-finijiet ta" taxxa diretta m'għandhomx jaffettwaw l-eżenzjoni tal-grupp mit-taxxa fuq il-fatturat.
Emenda 27 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 1 – paragrafu 4 a (ġdid) Direttiva 2006/112/KE Artikolu 169 – punt c
(4a)Fl-Artikolu 169, il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:
'(c) tranżazzjonijiet li huma eżenti skont il-punti (a) sa (ga) tal-Artikolu 135(1), fejn il-klijent huwa stabbilit barra mill-Komunità jew fejn dawk it-tranżazzjonijiet ikunu relatati b'mod dirett ma" oġġetti li jkunu se jiġu esportati barra mill-Komunità."
Emenda 28 Proposta għal direttiva – att li jemenda Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma" din id-Direttiva sal-31 ta" Diċembru 2009 l-aktar tard. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta" dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta" korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u Direttiva.
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma" din id-Direttiva filwaqt li jiżguraw li l-konsumaturi aħħarija jibbenefikaw mir-ristrutturar tal-ftehim attwali tal-VAT. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta" dawk id-dispożizzjonijiet u tabella ta" korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u d-Direttiva.