Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/0080(AVC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0343/2008

Testi mressqa :

A6-0343/2008

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 09/10/2008 - 7.2
CRE 09/10/2008 - 7.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0464

Testi adottati
PDF 206kWORD 36k
Il-Ħamis, 9 ta' Ottubru 2008 - Brussell
Protokoll għall-Ftehima bejn il-KE u l-Iżvizzera dwar il-moviment ħieles ta" persuni (parteċipazzjoni Bulgarija u tar-Rumanija) ***
P6_TA(2008)0464A6-0343/2008

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta" Protokoll mal-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles ta" persuni, rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija wara l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea (9116/2008 – C6-0209/2008 – 2008/0080(AVC))

(Proċedura ta' kunsens)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta" deċiżjoni tal-Kunsill (9116/2008),

–   wara li kkunsidra l-Protokoll mal-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles tal-persuni, rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, wara l-adeżjoni tagħhom ma" l-Unjoni Ewropea, (8689/2008),

–   wara li kkunsidra l-Protokoll mal-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles tal-persuni rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta" Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja. tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika ta" Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka wara l-adeżjoni tagħhom ma" l-Unjoni Ewropea(1),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles ta" persuni(2),

–   wara li kkunsidra t-talba għall-kunsens imressqa mill-Kunsill skond l-Artikolu 300(3), it-tieni subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza u l-Artikolu 310 tat-Trattat KE (C6-0209/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 6(2) ta" l-Att ta" Adeżjoni ta" l-2005,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 75 u 83(7) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0343/2008),

1.  Jagħti l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Konfederazzjoni Żvizzera.

(1) ĠU L 89, 28.3.2006, p. 30.
(2) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 6.

Avviż legali - Politika tal-privatezza