Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/0087(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0337/2008

Testi mressqa :

A6-0337/2008

Dibattiti :

PV 08/10/2008 - 23
CRE 08/10/2008 - 23

Votazzjonijiet :

PV 09/10/2008 - 7.6
CRE 09/10/2008 - 7.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0468

Testi adottati
PDF 198kWORD 33k
Il-Ħamis, 9 ta' Ottubru 2008 - Brussell
Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina fir-rigward taż-żamma ta" l-impenji fil-kummerċ tas-servizzi *
P6_TA(2008)0468A6-0337/2008

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim taħt il-forma ta" Skambju ta" Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina fir-rigward taż-żamma ta" l-impenji fil-kummerċ tas-servizzi mniżżla fil-Ftehim ta" Sħubija u Kooperazzjoni (COM(2008)0220 – C6-0202/2008 – 2008/0087(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2008)0220),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 71(1) u 80(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0202/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat ghall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0337/2008),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Ukraina.

Avviż legali - Politika tal-privatezza