Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/0111(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0374/2008

Testi mressqa :

A6-0374/2008

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 21/10/2008 - 8.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0479

Testi adottati
PDF 199kWORD 31k
It-Tlieta, 21 ta' Ottubru 2008 - Strasburgu
Memorandum ta" Kooperazzjoni bejn l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili u l-Komunità Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam mal-verifiki/l-ispezzjonijiet tas-sigurtà u l-kwistjonijiet relatati *
P6_TA(2008)0479A6-0374/2008

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Memorandum ta" Kooperazzjoni bejn l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili u l-Komunità Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam mal-verifiki/l-ispezzjonijiet tas-sigurtà u l-kwistjonijiet relatati (COM(2008)0335 – C6-0320/2008 – 2008/0111(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2008)0335),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80(2) u 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0320/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0374/2008),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-Memorandum ta' Kooperazzjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili.

Avviż legali - Politika tal-privatezza