Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/0053(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0386/2008

Testi mressqa :

A6-0386/2008

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 21/10/2008 - 8.7

Testi adottati :

P6_TA(2008)0483

Testi adottati
PDF 203kWORD 32k
It-Tlieta, 21 ta' Ottubru 2008 - Strasburgu
L-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv mehmuż mat-Trattat KE (verżjoni kodifikata) *
P6_TA(2008)0483A6-0386/2008

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv mehmuża mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (Verżjoni kodifikata) (COM(2008)0073 – C6-0147/2008 – 2008/0053(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni - kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0073),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 104, paragrafu 14, subparagrafu 3, tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0147/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0386/2008),

A.   billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.

Avviż legali - Politika tal-privatezza