Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/0063(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0340/2008

Testi mressqa :

A6-0340/2008

Dibattiti :

PV 20/10/2008 - 18
CRE 20/10/2008 - 18

Votazzjonijiet :

PV 21/10/2008 - 8.11
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0487

Testi adottati
PDF 411kWORD 93k
It-Tlieta, 21 ta' Ottubru 2008 - Strasburgu
L-irkupru tal-istokkijiet tal-merluzz *
P6_TA(2008)0487A6-0340/2008

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 423/2004 dwar l-irkupru tal-istokkijiet tal-merluzz u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 (COM(2008)0162 – C6-0183/2008 – 2008/0063(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0162),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0183/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0340/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 1
(1)  Parir xjentifiku riċenti tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (l-ICES) wera li t-tnaqqis fil-qbid tal-merluzz ikkawżat mill-effett kollettiv tal-ħatt totali permissibbli (it-TACs), tal-miżuri tekniċi u tal-miżuri komplementarji ta" ġestjoni ta" sforzi ma kienu suffiċjenti xejn biex inaqqsu l-mortalità mis-sajd għal-livelli meħtieġa biex iħallu lill-istokkijiet tal-merluzz jerġgħu jikbru u li l-ebda wieħed mill-erba' stokkijiet ta" merluzz koperti mir-Regolament (KE) Nru 423/2004 mhu qed juri sinjali ċari ta" rkupru.
(1)  Parir xjentifiku riċenti tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (l-ICES) wera li t-tnaqqis fil-qbid tal-merluzz ikkawżat mill-effett kollettiv tal-ħatt totali permissibbli (it-TACs), tal-miżuri tekniċi u tal-miżuri komplementarji ta" ġestjoni ta" sforzi (inkluż il-monitoraġġ u l-kontroll biex ikun evitat il-qbid u l-ħatt tal-merluzz maqbud b'sajd illegali, mhux irrappurtat jew mhux irregolat) ma kienu suffiċjenti xejn biex inaqqsu l-mortalità mis-sajd għal-livelli meħtieġa biex iħallu lill-istokkijiet tal-merluzz jerġgħu jikbru u li l-ebda wieħed mill-erba' stokkijiet ta" merluzz koperti mir-Regolament (KE) Nru 423/2004 mhu qed juri sinjali ċari ta" rkupru, għalkemm l-istokkijiet fil-Baħar tat-Tramuntana u fil-Baħar Ċeltiku qegħdin juru xi sinjali ta' progress.
Emenda 2
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 4 a (ġdida)
(4a)  Għandhom jiġu żviluppati mekkaniżmi effettivi ta" ġestjoni tas-sajd b'koperazzjoni mal-industrija tas-sajd. Għal dan il-għan, l-evalwazzjoni u t-teħid ta" deċiżjonijiet għandhom jinvolvu l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali u l-Istati Membri rilevanti.
Emenda 3
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 5
(5)  Għandhom ikunu introdotti mekkaniżmi ġodda biex iħeġġu lis-sajjieda jissieħbu fi programmi ta" prevenzjoni għall-merluzz.
(5)  Għandhom ikunu introdotti mekkaniżmi ġodda biex iħeġġu lis-sajjieda u lill-Istati Membri jissieħbu fi programmi ta" prevenzjoni tal-qbid ta' merluzz. Il-merluzz kollu li jinqabad imissu jinġieb fuq l-art, minflok jitwarrab, sabiex tkun tista" ssir evalwazzjoni xjentifika xierqa tal-istokkijiet.
Emenda 4
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 5 a (ġdida)
(5a)  Kwalunkwe programm ta" prevenzjoni tal-qbid ta' merluzz ta' dan it-tip għandu iżjed ċans li jirnexxi jekk ikun żviluppat b'koperazzjoni mal-industrija tas-sajd; għaldaqstant, il-programmi ta" prevenzjoni tal-qbid ta' merluzz żviluppati fl-Istati Membri għandhom jitqiesu bħala mezz effettiv għall-promozzjoni tas-sostenibilità, u l-iżvilupp ta" programmi bħal dawn għandu jitħeġġeġ flimkien mat-tħaddim tal-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti.
Emenda 5
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 5 b (ġdida)
(5b)  L-Istati Membri għandhom jeżerċitaw is-setgħa tagħhom li jallokaw l-aċċess għas-sajd għall-istokkijiet tal-merluzz sabiex iħeġġu lis-sajjieda tagħhom biex jistadu b'modi li jirriżultaw f'sajd iżjed selettiv u li jkunu inqas ta" ħsara għall-ambjent.
Emenda 6
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 ‐ punt 1
Regolament (KE) Nru 423/2004
Artikolu 2b – punt b a (ġdid)
ba) meta l-istokkijiet ikunu tjiebu b'mod sostanzjali, il-Kummissjoni għandha tirrevedi s-sistema tar-regolazzjoni tal-isforzi tas-sajd.
Emenda 7
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 423/2004
Artikolu 6 – paragrafu 4
4.  Minkejja l-paragrafu 1(b) u (c) u l-paragrafu 2, il-Kunsill m'għandux jiffissa t-TAC f'livell li jkun aktar minn 15% taħt jew fuq it-TAC stabbilit fis-sena ta" qabel.
4.  Minkejja l-paragrafu 1 u l-paragrafu 2, il-Kunsill m'għandux jiffissa t-TAC f'livell li jkun aktar minn 15% taħt jew fuq it-TAC stabbilit fis-sena ta" qabel.
Emenda 8
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 ‐ punt 3
Regolament (KE) Nru 423/2004
Artikolu 6 - paragrafu 5 - punt b
(b) skond il-każ, kwantità li tikkorrispondi ma" sorsi oħra rilevanti ta" mortalità tal-merluzz, li għandha tkun iffissata abbażi ta" proposta mill-Kummissjoni.
(b) kwantità xierqa ssuġġerita minn sorsi rilevanti oħra ta" mortalità tal-merluzz, bħal ma hi analiżi xjentifika li tevalwa l-ammont ta" merluzz li jkun qed jinqatel mill-foki, flimkien ma" evalwazzjoni tal-impatt tal-bidla fil-klima fuq l-irkupru tal-merluzz, li għandha tkun iffissata abbażi ta" proposta mill-Kummissjoni.
Emenda 9
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 ‐ punt 3
Regolament (KE) Nru 423/2004
Artikolu 7 - paragrafu 1
1.  Kull tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta" dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha titlob lill-STECF biex jevalwa l-progress ta" kull wieħed mill-istokkijiet ta" merluzz imbattla biex jirkupra.
1.  Kull tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta" dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha titlob lill-STECF biex jevalwa l-progress lejn l-irkupru ta' kull stokk li jkun kważi spiċċa. Barra minn dan, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-fehmiet tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali rilevanti u tal-Istati Membri rilevanti fir-rigward tal-ġestjoni effettiva tal-istokkijiet tal-merluzz.
Emenda 10
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 ‐ punt 4
Regolament (KE) Nru 423/2004
Kapitolu IV ‐ titolu
Limitatazzjoni ta" sforz fis-sajd
Determinazzjoni ta" sforz fis-sajd
Emenda 11
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 423/2004
Artikolu 8a – paragrafu 2 – punt a
(a) għal-ewwel sena ta" applikazzjoni ta" dan ir-Regolament il-linja bażi għandha tkun stabbilita bħala l-isforz medju f'jiem kW maħduma matul is-snin 2005, 2006 u 2007, abbażi tal-parir ta" l-STECF.
(a) għal-ewwel sena ta" applikazzjoni ta" dan ir-Regolament il-linja bażi għandha tkun stabbilita bħala l-isforz medju f'jiem kW maħduma matul is-snin 2004, 2005 u 2006, abbażi tal-parir tal-STECF.
Emenda 12
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 423/2004
Artikolu 8a – paragrafu 3 – parti introduttorja
3.  Għal gruppi ta" sforz li, abbażi ta" l-evalwazzjoni annwali tad-data ta" ġestjoni ta" sforz fis-sajd, mibgħuta skond l-Artikoli 18, 19 u 20 tar-Regolament (KE) Nru xxx/2008, ikunu kkontribwew l-aktar għal qabda totali ta" merluzz u li l-qabda totali tagħhom abbażi ta" dik l-evalwazzjoni tkun tikkonsisti mill-anqas fi 80% ta" merluzz, l-isforz massimu permissibbli fis-sajd għandu jkun ikkalkulat kif ġej:
3.  Għal gruppi ta" sforz li, abbażi ta" l-evalwazzjoni annwali tad-data ta" ġestjoni ta" sforzi tas-sajd, ippreżentata skond l-Artikoli 18, 19 u 20 tar-Regolament (KE) Nru xxx/2008, ikunu kkontribwew l-aktar għal qabda totali ta" merluzz b'mod globali u li l-qabdiet akkumulati tagħhom abbażi ta" dik l-evalwazzjoni tkun tikkonsisti mill-anqas fi 80% ta" merluzz, l-isforz massimu permissibbli fis-sajd għandu jkun ikkalkulat kif ġej:
Emenda 13
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 423/2004
Artikolu 8a – paragrafu 3 – punt a
(a) fejn japplika l-Artikolu 6, billi jkun applikat għal-linja bażi l-istess tnaqqis perċentwali bħal dak stabbilit fl-Artikolu 6 għall-mortalità fis-sajd;
(a) fejn japplika l-Artikolu 6, billi tkun applikata għal-linja bażi l-istess bidla perċentwali bħal dik stabbilita fl-Artikolu 6 għall-mortalità fis-sajd;
Emenda 14
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 423/2004
Artikolu 8b – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Għall-vapuri li jtajru l-bandiera tiegħu, kull Stat Membru għandu jiddeċiedi dwar metodu ta" allokazzjoni ta" sforz massimu permissibbli fis-sajd lil kull wieħed mill-vapuri, abbażi tal-kriterji li ġejjin:
1.  Għall-vapuri li jtajru l-bandiera tiegħu, kull Stat Membru għandu jiddeċiedi dwar metodu ta" allokazzjoni ta" sforz massimu permissibbli ta' sajd lill-vapuri individwali, fid-dawl ta' numru ta' kriterji, inklużi, pereżempju:
Emenda 15
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 423/2004
Artikolu 8b – paragrafu 3
3.  Għal kull grupp ta" sforz, il-kapaċità totali espressa kemm f'GT kif ukoll f'kW tal-vapuri li jkollhom permessi speċjali tas-sajd maħruġin skond il-paragrafu 2, m'għandhiex tkun akbar mill-kapaċità tal-vapuri li kienu attivi fl-2007 billi użaw it-tagħmir u stadu fiż-żona ġeografika konċernata.
imħassar
Emenda 16
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 423/2004
Artikolu 8d – parti introduttorja
L-isforz massimu permissibbli fis-sajd stabbilit skond l-Artikolu 8a għandu jkun adottat mill-Istati Membri interessati minħabba:
L-isforz massimu permissibbli ta' sajd stabbilit skond l-Artikolu 8a jista' jkun addattat mill-Istati Membri interessati minħabba:
Emenda 17
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 423/2004
Artikolu 8e – paragrafu 3
3.  It-trasferiment għandu jitħalla jsir biss minn grupp donatur ta" tagħmir li jkun wera, fir-rigward tal-merluzz, qabda għal kull unità ta" sforz (cpue) akbar minn "cpue" tal-grupp riċevitur ta" tagħmir. L-Istat Membru li jitlob it-trasferiment għandu jagħti l-informazzjoni meħtieġa dwar "cpue".
3.  It-trasferiment fil-prinċipju għandu jitħalla jsir biss minn grupp donatur ta" tagħmir li jkun wera, fir-rigward tal-merluzz, qabda għal kull unità ta" sforz (cpue) akbar minn "cpue" tal-grupp riċevitur ta" tagħmir. Fejn trasferiment isir minn grupp donatur ta" tagħmir għall-grupp donatur ta" tagħmir ieħor b'cpue ogħla, l-isforz trasferit għandu jkun suġġett għal tnaqqis fil-forma ta' fattur ta' korrezzjoni definit b'mod iktar speċifiku. L-Istat Membru li jitlob it-trasferiment għandu jagħti l-informazzjoni meħtieġa dwar "cpue".
Emenda 18
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 6
Regolament (KE) Nru 423/2004
Artikolu 17
Artikolu 17
Proċedura ta" teħid ta" deċiżjonijiet
imħassar
Fejn dan ir-Regolament jipprovdi għal teħid ta" deċiżjonijiet mill-Kunsill, il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata abbażi ta" proposta mingħand il-Kummissjoni.
Avviż legali - Politika tal-privatezza