Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod (COM(2008)0547 – C6-0312/2008 – 2008/2251 (ACI))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0547 – C6-0312/2008),
– wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod(1), u b'mod partikolari l-punt 28 tagħha,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(2),
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0405/2008),
A. billi l-Unjoni Ewropea stabbilixxiet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex jingħata appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li qed isofru l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija u biex jgħinhom sabiex jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol,
B. billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun għajnuna dinamika u disponibbli b'mod effiċjenti u malajr kemm jista' jkun, f'konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata matul il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u filwaqt li tiġi kkunsidrata kif xieraq il-Ftehima Interistituzzjonali fir-rigward tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-Fond,
C. billi Spanja u l-Litwanja talbu għajnuna fir-rigward ta' żewġ każijiet li jikkonċernaw sensji fis-settur tal-vetturi fi Spanja u fis-settur tat-tessuti fil-Litwanja, b'ittri tas-6 ta' Frar u tat-8 ta' Mejju 2008(3),
1. Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi neċessarji biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-Fond;
2. Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, inkluż l-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Applikazzjonijiet EGF/2008/002/ES/Delphi u EGF/2008/003/LT/Alytaus Tekstile.
ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod(1), u b'mod partikolari l-punt 28 tagħha,
wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,
wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) Il-Fond Ewropew ta" Aġġustament għall-Globalizzazzjoni ("il-Fond") inħoloq biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li jsofru l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija, u sabiex jgħin l-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.
(2) Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta" Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond taħt il-limitu massimu annwali ta" EUR 500 miljun.
(3) Fis-6 ta" Frar 2008 Spanja ppreżentat applikazzjoni biex jintuża l-Fond fir-rigward tas-sensji fis-settur tal-vetturi, speċifikament għall-ħaddiema li ġew issensjati minn Delphi Automotive Systems España, S.L.U. L-applikazzjoni hi konformi mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.
(4) Fit-8 ta" Mejju 2008 il-Litwanja ppreżentat applikazzjoni biex jintuża l-Fond fir-rigward tas-sensji fis-settur tat-tessuti, speċifikament għall-ħaddiema li ġew issensjati minn Alytaus Tekstile. L-applikazzjoni hi konformi mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.
(5) Il-Fond għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribut finanzjarju fir-rigward tal-applikazzjonijiet,
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 10 770 772 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.