Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-monitoraġġ ta" l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja – l-24 rapport annwali mill-Kummissjoni (2008/2046(INI))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-24 rapport annwali tal-Kummissjoni tas-17 ta' Lulju 2007 dwar il-monitoraġġ ta" l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja (2006) (COM(2007)0398),
– wara li kkunsidra d-dokumenti ta" ħidma tal-Kummissjoni SEC(2007)0975 u SEC(2007)0976),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu "Ewropa li tikseb ir-riżultati – l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja" (COM(2007)0502) tal-5 ta" Settembru 2007,
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 86/378/KEE ta" l-24 ta" Lulju 1986 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament l-istess għall-irġiel u għan-nisa fl-iskemi tas-sigurtà soċjali fl-iskemi tax-xogħol(1),
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE tat-3 ta" Ġunju 1996 dwar il-ftehima ta" qafas dwar il-liv għall-ġenituri konkluża mill-UNICE, is-CEEP u l-EYUC(2),
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 96/97/KE ta" l-20 ta" Diċembru 1996 li temenda d-Direttiva 86/378/KEE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament l-istess għall-irġiel u għan-nisa fl-iskemi tas-sigurtà soċjali tax-xogħol(3),
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta" Ġunju 2000 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament l-istess bejn il-persuni tkun xi tkun l-oriġini razzjali jew etnika tagħhom(4),
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta" Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għat-trattament l-istess fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol(5),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta" Settembru 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament l-istess għall-irġiel u għan-nisa fir-rigward ta" l-aċċess għall-impjieg, għat-taħriġ vokazzjonali u għall-promozzjoni professjonali, u fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol(6),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta" April 2004, dwar id-dritt taċ-ċittadini ta" l-Unjoni Ewropea u tal-membri tal-familji tagħhom li jiċċirkulaw u jabitaw liberament fi ħdan it-territorju ta" l-Istati Membri(7),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta" Frar 2008 dwar it-23 rapport annwali tal-Kummissjoni dwar il-monitoraġġ ta" l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja (2005)(8),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 45 u 112(2) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0363/2008),
A. billi l-effikaċja tal-politiki ta" l-UE hija ġeneralment iddeterminata mill-implimentazzjoni tagħhom fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali; billi l-konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja mill-Istati Membri kollha trid tkun ikkontrollata u mmoniterjata b'mod rigoruż sabiex ikun żgurat li jkollha l-effetti pożittivi mixtieqa fuq il-ħajja ta" kuljum taċ-ċittadini,
B. billi l-monitoraġġ kif għandu jkun ta" l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja ma jinvolvix sempliċement l-evalwazzjoni tat-traspożizzjoni mil-lat kwantitattiv iżda wkoll l-evalwazzjoni tal-kwalità tat-traspożizzjoni u tal-prattiki adottati fl-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja fl-Istati Membri,
C. billi wara li baqa" jiżdied b'mod kostanti fis-snin ta" qabel biex jilħaq it-total ta' 2 653 infrazzjoni skoperta fl-2005, il-għadd totali ta' proċedimenti ta' infrazzjoni mibdija mill-Kummissjoni niżel kemm kemm – għal 2 518 – fl-2006; billi jidher li l-adeżjoni ta" 10 Stati Membri ġodda ma kellha l-ebda impatt fuq il-għadd ta" infrazzjonijiet irreġistrati,
D. billi, fir-rigward ta" l-UE ta" 25, il-għadd ta" proċedimenti mibdija fl-2006 minħabba nuqqas f'li jkunu nnotifikati l-miżuri ta" traspożizzjoni niżel b"16% fir-rigward ta" l-2005, minn 1 079 każ għal 904 każi, minħabba li kien hemm tnaqqis fil-għadd ta" direttivi li kellhom skadenza għal dik is-sena minn 123 fl-2005 għal 108 fl-2006 u minħabba n-notifikar aktar fil-pront min-naħa ta" l-Istati Membri,
E. billi l-istatistika għall-2006 kkwotata mill-Kummissjoni turi li l-qrati f'ħafna Stati Membri jsibuha bi tqila li jagħmlu użu mill-proċedura tad-deċiżjonijiet preliminari stipulata fl-Artikolu 234 tat-Trattat KE; billi dan jista" jkun ikkaġunat mill-fatt li wieħed ikun għadu ma fehemx biżżejjed il-liġi Komunitarja,
F. billi l-prinċipju ta' ugwaljanza quddiem il-liġi jirrikjedi li ċ-ċittadini ta' l-Unjoni ikollhom aċċess għall-istess kundizzjonijiet ta" ugwaljanza mhux biss quddiem il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, iżda wkoll quddiem il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta' traspożizzjoni; billi b'konsegwenza ta" hekk huwa mixtieq li fil-kuntest tal-iskadenza tat-term ta' traspożizzjoni ta' leġislazzjoni Ewropea, l-Istati Membri mhux biss jinkludu referenza espliċita fid-dispożizzjoni ta' traspożizzjoni, iżda jippubblikaw ukoll fil-Ġurnal Uffiċjali liema dispożizzjonijiet nazzjonali japplikaw din il-leġislazzjoni u liema huma l-awtoritajiet nazzjonali inkarigati mill-applikazzjoni tagħhom,
G. billi l-ilmenti taċ-ċittadini m'humiex sempliċement simboliċi fil-bini ta" "Ewropa tal-poplu" imma jiffurmaw ukoll mezz li jista" jitkejjel u li hu effiċjenti biex tkun immonitorjata l-liġi Komunitarja,
H. billi l-petizzjonijiet lill-Parlament huma mezzi ta" siwi biex wieħed jiskopri l-infrazzjonijiet tal-liġi Komunitarja fl-Istati Membri, u billi matul dawn l-aħħar snin il-għadd ta" petizzjonijiet żdied b'mod sinifikanti, bit-tressiq ta" xi 1 000 waħda fl-2006,
I. billi l-kwistjonijiet li komunement jitqajmu fil-petizzjonijiet jirrigwardaw l-għarfien ta" kwalifiki edukattivi u professjonali, tassazzjoni, id-dritt għall-ħelsien tal-moviment fi ħdan it-territorju ta" l-Istati Membri u kwistjonijiet marbuta mad-diskriminazzjoni,
J. billi fl-2006, l-għadd ta" lmenti ddepożitati għand l-Ombudsman Ewropew baqa" stabbli bi 3 830 wieħed; billi 75% ta" l-ilmenti milqugħa kienu jaqgħu barra mill-ambitu ta' kompetenza ta' l-Ombudsman, peress li kienu kwistjonijiet għall-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali fl-Istati Membri, u billi, bħal fis-snin ta" qabel, 70% tat-talbiet uffiċjali għal tagħrif li nfetħu mill-Ombudsman kellhom x'jaqsmu mal-Kummissjoni,
K. billi l-prinċipju tan-non-diskriminazzjoni huwa wieħed mis-sisien tal-proċess ta" integrazzjoni Ewropew, li huwa marbut b'mod dirett ma" l-operazzjoni tas-suq intern, b'referenza partikulari għall-prinċipju taċ-ċirkulazzjoni ħielsa tal-persuni, tas-servizzi, tal-merkanzija u tal-kapital, u billi jiggarantixxi l-ugwaljanza tad-drittijiet u tal-opportunitajiet għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea,
L. billi ċ-ċittadinanza ta" l-Unjoni, kif stabbilita fit-Trattat ta" Maastricht, tiggarantixxi liċ-ċittadini d-dritt li jiċċirkulaw b'mod liberu fi ħdan it-territorju ta" l-Istati Membri, flimkien ma" għadd ta" drittijiet politiċi, u billi l-istituzzjonijiet ta" l-UE jinsabu hemm bħala garanti ta" dawk id-drittijiet,
M. billi l-iskadenza għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE, li tiġġeneralizza d-dritt tal-moviment ħieles fit-territorju tal-Istati Membri, kienet iffissata għat-30 ta' April 2006,
N. billi l-istudenti għadhom jiltaqgħu ma" diffikultajiet biex jiċċirkulaw liberament jew biex ikollhom aċċess għat-tagħlim superjuri fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea, bħal m'huma restrizzjonijiet ta" natura amministrattiva jew sistemi ta" kwoti (diskriminatorji kontra studenti barranin li jkunu jixtiequ jinkitbu fl-universitajiet), u billi l-UE ma tistax tintervjeni ħlief fil-każijiet biss li huma ta" diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità,
O. billi l-Artikolu 39 tat-Trattat KE jipprovdi li l-moviment ħieles tal-ħaddiema jimplika t-tneħħija ta" kull diskriminazzjoni tal-ħaddiema li jkunu joriġinaw minn Stati Membri oħra, f'dak li jirrigwarda l-impjieg, ir-rimunerazzjoni u l-kundizzjonijiet l-oħra tax-xogħol u l-impjieg, u billi l-liġi sekondarja tal-Komunità tinkludi serje sħiħa ta" dispożizzjonijiet li għandhom il-għan li jiġġieldu b'mod effikaċi kontra dan it-tip ta" diskriminazzjoni,
P. billi hemm rabta diretta bejn sa liema grad Stat Membru jimplimenta l-liġi Komunitarja, anke fil-qasam tal-ħarsien ambjentali, u l-abilità li jkollu dak l-Istat Membru li jaċċetta finanzjament li jkun disponibbli għal investiment essenzjali, infrastruttura u proġetti ta" modernizzazzjoni,
Ir-rapport annwali għall-2006 u l-azzjoni meħuda fuq ir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-21 ta" Frar 2008
1. Jilqa" b'sodisfazzjon il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta" Settembru 2007 msemmija aktar "il fuq u t-tħabbira mill-Kummissjoni dwar ir-rieda tagħha li ttejjeb il-metodi ta" xogħol li huma utilizzati bil-għan li jkunu ddefiniti prijoritajiet u jkunu vverifikati b'mod aktar effikaċi l-proċeduri li tmexxew s'issa u l-immaniġġjar tagħhom; jiddispjaċih madankollu li l-Kummissjoni għadha la wieġbet u lanqas irreaġiet għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-21 ta' Frar 2008, ikkwotata aktar "il fuq, fejn il-Parlament jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi informazzjoni preċiża dwar diversi aspetti tal-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja, b'referenza partikulari għat-tlestija tal-metodu ta' ħidma ġdid imsemmi aktar "il fuq;
2. Jinsab imħasseb sew li l-metodu ta' ħidma ġdid li jipprevedi li jiġu mibgħuta lura fl-Istat Membru kkonċernat (responsabbli in primis mill-applikazzjoni ħażina tal-liġi Komunitarja) ilmenti li ntbagħtu lill-Kummissjoni, jista" jimpedixxi lill-Kummissjoni milli tassumi r-responsabilita? istituzzjonali tagħha ta" "gwardjana tat-Trattati" li tiżgura l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja, kif previst fl-Artikolu 211 tat-Trattat KE; josserva li l-Kummissjoni ta' spiss tkun l-uniku korp li għandu ċ-ċittadin jista' jirrikorri meta ma jibqagħlu lil ħadd lejn min idur biex jiddenunzja xi applikazzjoni ħażina tal-liġi Komunitarja; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tressaq rapport inizjali quddiem il-Parlament sa Novembru 2008 fuq il-proċeduri segwiti u r-riżultati miksuba dwar l-ewwel sitt xhur tal-proġett pilota li ngħata bidu għalih fil-15 ta' April 2008 u li fih qed jipparteċipaw 15-il Stat Membru;
3. Jenfasizza li l-Artikolu 211 tat-Trattat KE jikkonferixxi fuq il-Kummissjoni r-responsabilità li tiżgura li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat u d-dispożizzjonijiet adottati mill-istituzzjonijiet bis-saħħa tat-Trattat ikunu applikati, u li skond l-Artikolu 226, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tieħu azzjoni meta xi Stat Membru jonqos milli jissodisfa l-obbligi tiegħu li jirriżultaw mit-Trattat;
4. Jistieden lill-Kummissjoni biex tapplika b'mod estensiv il-prinċipu fejn kull korrispondenza li għandha l-potenzjal li tiddenunzja vjolazzjoni tal-liġi Komunitarja għandha tiġi reġistrata bħala lment sakemm dan ma jaqax taħt iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali maħsuba fil-punt 3 tal-anness li hemm mal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Marzu 2002 dwar ir-relazzjonijiet mal-ilmentatur fil-qasam tal-vjolazzjonijiet tal-liġi Komunitarja (COM(2002)0141); jitlob lill-Kummissjoni biex tinforma lill-Parlament dwar il-mod kif dan il-prinċipju se jiġi rispettat ladarba jiġi applikat il-metodu l-ġdid; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex tinforma u tikkonsulta lill-Parlament dwar kwalunkwe modifika tal-kriterji eċċezzjonali li jiġġustifikaw l-assenza ta' reġistrazzjoni tal-ilmenti;
5. Jinnota li l-problemi prinċipali marbuta mal-proċedura ta" infrazzjoni huma ż-żmien li tieħu (medja ta" għoxrin xahar u nofs minn meta jkun irreġistrat il-każ fiż-żmien speċifikat sakemm tintbagħat l-ittra tat-tressiq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skond l-Artikolu 226 tat-Trattat KE) kif ukoll in-nuqqas ta" utilizzazzjoni tal-Artikolu 228; jistieden lill-Kummissjoni biex tirsisti ħalli tnaqqas l-iskadenza relattivament twila tat-trattament tal-ilmenti u tat-talbiet u biex issib soluzzjonijiet prattiċi għall-problemi ppreżentati filwaqt li tiddeċiedi każ każ jekk ikunx preferibbli li wieħed jirrikorri għal metodi alternattivi bħal m'hu s-SOLVIT, li mhux dejjem huwa promoss biżżejjed;
6. Jinnota żieda sinifikanti fil-għadd ta" infrazzjonijiet irduppjati min-nuqqas persistenti ta' eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Qorti, immoniterjati fl-2006, u jenfasizza żewġ każijiet fejn sanzjonijiet finanzjarji kienu imposti fuq Stati Membri; jistieden lill-Kummissjoni biex tapplika l-Artikolu 228 tat-Trattat KE b'aktar fermezza sabiex tkun żgurata l-eżekuzzjoni korretta tad-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja;
7. Jistieden lill-Kummissjoni, b'rabta mal-problema kostanti ta" Stati Membri li jonqsu milli jwettqu t-traspożizzjoni ta" direttivi sa l-iskadenza mitluba, biex tforni lista tad-direttivi li tkun turi l-inqas rata ta" implimentazzjoni, flimkien ma" dettalji ta" liema x'aktarx huma r-raġunijiet għal din is-sitwazzjoni;
8. Ifaħħar l-isforzi li saru minn ċerti direttorati ġenerali tal-Kummissjoni, b'mod partikulari d-DĠ għall-Ambjent, sabiex jittejbu l-kontrolli ta' konformita? previsti mid-direttivi konċernati, iżda m'huwiex sodisfatt bit-tweġibiet tal-Kummissjoni f'dak li jikkonċerna l-kunfidenzjalita? tal-istudji ta' konformita?; jistieden mill-ġdid lill-Kummissjoni biex tippubblika fuq is-sit tal-web l-istudji li saru, mitluba minn bosta direttorati ġenerali, dwar l-evalwazzjoni tal-konformita? tal-miżuri li daħlu fis-seħħ fuq livell nazzjonali bil-leġiżlazzjoni Komunitarja;
9. Jiġbed l-attenzjoni lejn il-livell insuffiċjenti ta" koperazzjoni mal-Qorti tal-Ġustizzja min-naħa tal-qrati nazzjonali fil-biċċa l-kbira ta" l-Istati Membri, li għadhom isibuha bi tqila li japplikaw il-prinċipju tal-primat tal-liġi Komunitarja; barra minn hekk, jiġbed l-attenzjoni lejn ir-rwol estremament importanti tal-proċedura ta" deċiżjoni preliminari fl-applikazzjoni xierqa tal-liġi Komunitarja;
10. Jappoġġja, f'dan ir-rigward, l-isforzi li tagħmel il-Kummissjoni biex tiddetermina l-oqsma li fihom taħriġ addizzjonali fil-liġi Komunitarja jista" jkun ta" siwi għall-imħallfin nazzjonali, għall-professjonisti legali u għall-impjegati taċ-ċivil;
Il-koperazzjoni interistituzzjonali
11. Jemmen li l-ftehimiet dwar il-monitoraġġ ta" l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja u l-koperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni, il-Kunsill, l-Ombudsman Ewropew u l-kumitati relevant tal-Parlament Ewropew huma essenzjali sabiex tkun żgurata azzjoni effettiva fil-każijiet kollha fejn persuna li tkun ressqet petizzjoni tkun ilmentat b'raġuni tajba dwar infrazzjoni tal-liġi Komunitarja;
12. Jirrimarka li, għalkemm il-għadd ta" infrazzjonijiet ġenwini tal-liġi Komunitarja li ġew notifikati huwa ftit akbar meta mqabbel mat-total tal-petizzjonijiet (4 biss fl-2006), il-petizzjonijiet huma għajn insostitwibbli ta" tagħrif dwar il-ħtiġijiet fundamentali taċ-ċittadini u għandhom iservu ta" indikatur għall-Kummissjoni għall-inizjattivi leġiżlattivi tagħha;
13. Jisħaq fuq il-ħtieġa ta" provvediment aħjar ta" tagħrif għaċ-ċittadini bil-għan li kulmin ikun jixtieq li jressaq xi ilment ikun muri liema hu l-korp li huwa l-aktar ikkwalifikat biex jittratta l-kwistjoni jew f'livell nazzjonali jew f'dak Komunitarju; jemmen li kultura ta" amministrazzjoni tajba u ta" servizz tajjeb għandha tkun imrawma fl-UE bil-għan li jkun żgurat li ċ-ċittadini jkunu ttrattati kif għandu jkun u li jkunu jistgħu jgawdu d-drittijiet tagħhom b'mod sħiħ;
14. Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tkompli tikkunsidra l-possibbilta? li tistieden ir-rappreżentanti tagħha fl-Istati Membri biex josservaw u jimmoniterjaw id-dħul fis-seħħ fuq il-post;
15. Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi kkunsidrata l-idea, li ġiet diskussa qabel, ta' punt ta' aċċess komuni għall-ilmenti kollha mressqa miċ-ċittadini u għall-problemi kollha li jikkonċernaw il-monitorjaġġ tal-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja, peress li ċ-ċittadin huwa attwalment konfrontat minn firxa ta' għażliet (petizzjonijiet, ilmenti, Ombudsman, SOLVIT, eċċ.) u peress li, minħabba f'hekk, sistema ta' twissija ċentralizzata tista' tipproduċi riżultati aktar iffukati li jirrispettaw l-iskadenzi;
16. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni għamlet ir-rapporti annwali dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja kompluti bil-għajnuna ta" annessi li jkomplu jiftħu f'aktar dettall it-tagħrif li jinsab f'dawn ir-rapport u li jipprovdu statistika sinifikanti;
17. Jagħraf li l-kumitati permanenti tal-Parlament għandu jkollhom sehem aktar attiv fil-kontroll tal-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja; jinsab konvint li l-kumitati għandhom jibbenefikaw minn appoġġ amministrattiv adegwat sabiex jeżerċitaw dan l-irwol b'mod effikaċi; jitlob lill-grupp ta' ħidma dwar ir-riforma Parlamentari, lill-Kumitat għall-Baġits u lill-korpi l-oħra kollha kkonċernati tal-Parlament biex jevalwaw il-possibilita? li jwaqqfu task force speċjali fi ħdan is-segretarjat ta' kull kumitat sabiex ikun garantit il-kontroll kontinwu u effikaċi tal-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja;
Il-koperazzjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali
18. Jixtieq ħafna li jkun hemm koperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali bil-ħsieb li jkun promoss u intensifikat il-monitoraġġ effettiv ta" l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali; iqis li l-parlamenti nazzjonali għandhom irwol siewi fil-monitoraġġ ta' l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja, u b'hekk qed jgħinu sabiex tisseddaq il-leġittimità demokratika ta' l-Unjoni Ewropea u jressquha aktar qrib tal-poplu;
19. Ifakkar li, b'mod konformi mal-protokoll dwar il-parlamenti nazzjonali mehmuż mat-Trattat ta' Amsterdam, il-politiki relatati maz-Zona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għandhom ikunu s-suġġett tal-impenn speċjali min-naħa tal-parlamenti nazzjonali u tal-Konferenza tal-Kumitati ta' l-Affarijiet Ewropej (COSAC); jenfasizza li dan l-impenn għandu jikkonċerna kemm il-fażi minn isfel għal fuq tal-proċess ta' deċiżjoni kif ukoll il-fażi tad-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni Ewropea b'mod li jippermetti lil-leġiżlatur Ewropew u lil-leġiżlatur nazzjonali li jadottaw l-aġġornamenti meħtieġa fis-settur li huma, u li se jibqgħu, ta' kompetenza konġunta; għalhekk jistieden lill-kumitati parlamentari kompetenti fil-livelli nazzjonali u Ewropej biex jistabbilixxu kuntatti permanenti dwar il-fajls leġiżlattivi speċifiċi billi jaqsmu bejniethom l-informazzjoni utli kollha għal proċess leġiżlattiv trasparenti u effikaċi fuq livelli Ewropej u nazzjonali; huwa favur l-organizzazzjoni ta' laqgħat speċifiċi bejn leġiżlaturi Ewropej, bħal dawk li saru fis-6 ta' April 2008 mar-rappreżentanti tal-parlamenti nazzjonali fl-okkażjoni tar-reviżjoni tad-deċiżjoni ta' qafas dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu, li ta lok għal evalwazzjoni mhux biss tal-problemi ta' applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea fis-seħħ, iżda wkoll tal-validita? tal-proposti ta' modifika fl-analiżi tal-Kunsill;
20. Jirrimarka li l-arranġamenti tat-Trattat ta" Liżbona għall-monitoraġġ tal-konformità mal-prinċipju ta" sussidjarjetà jkunu jagħtu lill-parlamenti nazzjonali rwol imsaħħaħ b'mod sostanzjali fil-leġiżlazzjoni Komunitarja;
Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fl-Unjoni Ewropea
21. Jirrimarka li l-kunċett taċ-ċittadinanza iwessa" b'mod sinifikanti l-iskop tal-prinċipju tan-non-diskriminazzjoni;
22. Jinnota ż-żieda ta' dan l-aħħar fid-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja bbażati fuq il-kunċett taċ-ċittadinanza ta' l-UE u li jirrigwardaw id-dritt taċ-ċirkulazzjoni ħielsa, skond liema kunċett Stat Membru ma jista' jittratta lil ħadd miċ-ċttadini tiegħu li jkunu ħadu vantaġġ mid-dritt tagħhom li jiċċirkulaw u jabitaw fi Stat Membru ieħor b'mod inqas favorevoli milli jittratta lil dawk li ma jkunux ħadu vantaġġ minn dan id-dritt;
23. Jistieden lill-Istati Membri biex jirrispettaw id-drittijiet li joħorġu mill-fatt li wieħed ikun ċittadin ta" l-UE, inkluż id-dritt li wieħed jivvota u li joħroġ bħala kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, li hija ħaġa ta" importanza partikulari fil-perjodu ta" żmien li jwassal għall-elezzjonijiet ta" l-2009;
24. Jinnota li l-Parlament irċieva petizzjonijiet li jilmentaw dwar infrazzjonijiet tad-Direttiva 2004/38/KE li saru minn xi Stati Membri; jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li dik id-Direttiva hija ta" importanza fundamentali biex ikun żgurat li ċ-ċittadini ta" l-UE jkunu jistgħu jiċċirkulaw b'mod ħieles fi ħdan it-territorju ta" l-Unjoni Ewropea; jirrimarka li l-Kummissjoni għandha tressaq rapport fit-tieni nofs ta' l-2008 dwar l-implimentazzjoni tad-direttiva;
25. Jistieden lill-Kummissjoni biex timmoniterja bir-reqqa t-traspożizzjoni tad-Direttivi 2000/43/KE u 2000/78/KE u jekk il-leġiżlazzjoni ta" traspożizzjoni adottata mill-Istati Membri tkunx konformi mad-dispożizzjonijiet ta" dawk id-direttivi, kif ukoll biex tkompli tagħfas fuq l-Istati Membri, permezz ta' proċedimenti ta' infrazzjoni u ta' non-konformità, biex jissodisfaw għal kollox l-obbligu tagħhom li jittrasponu d-direttivi mill-aktar fis possibbli; jemmen li l-kumitat kompetenti tal-Parlament għandu jkollu rwol fil-monitoraġġ li għadu għaddej fil-preżent ta" l-obbligi li għandhom l-Istati Membri skond dawk id-direttivi;
26. Jilqa" b'sodisfazzjon l-adozzjoni min-naħa tal-Kummissjoni, kif previst fl-istrateġija annwali tal-politika għall-2008, fit-2 ta" Lulju 2008, tal-proposta (COM(2008)0426) għal direttiva orizzontali li tkun tistabbilixxi l-prinċipju tat-trattament l-istess barra mill-ambitu ta" l-impjiegi u li tkun tiggarantixxi aċċess ugwali għall-merkanzija, għas-servizzi, għall-akkomodazzjoni, għas-sistema edukattiva, għall-ħarsien soċjali u għall-privileġġi soċjali, direttiva li tikkostitwixxi żieda sinifikanti mal-pakkett kurrenti ta" l-antidiskriminazzjoni;
27. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tmexxi analiżi bir-reqqa tal-każijiet fejn Stati Membri japplikaw fuq l-aċċess għall-edukazzjoni minn studenti ġejjin minn pajjiżi oħra restrizzjonijiet li jkunu indipendenti min-nazzjonalità, bil-għan li jkun żgurat li l-istudenti jkunu jistgħu jiċċirkulaw liberament u jkunu mogħtija trattament indaqs fi ħdan is-sistemi ta" l-edukazzjoni superjuri ta" dawk l-Istati Membri;
28. Jistieden b'mod partikulari lill-Istati Membri li l-aktar huma eliġibbli għall-finanzjament strutturali skond il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu 2007-2013 biex ma jdumux ma jġibu l-liġi nazzjonali tagħhom konformi ma' l-istandards ta' l-UE, b'mod partikulari fil-qasam tal-ħarsien ambjentali, u biex jistabbilixxu proċeduri ta' sejħa għall-offerti li jkunu trasparenti għaċ-ċittadini, bil-ħsieb li jsir użu effettiv tal-finanzi strutturali disponibbli u bil-ħsieb li tingħata spinta lill-iżvilupp soċjali u ekonomiku f'livell reġjonali;
o o o
29. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Ombudsman Ewropew u lill-parlamenti nazzjonali u lill-gvernijiet u ta' l-Istati Membri.