Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0145(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0294/2008

Testi mressqa :

A6-0294/2008

Dibattiti :

PV 20/10/2008 - 16
CRE 20/10/2008 - 16

Votazzjonijiet :

PV 21/10/2008 - 8.21
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0497

Testi adottati
PDF 297kWORD 63k
It-Tlieta, 21 ta' Ottubru 2008 - Strasburgu
Il-Programm Erasmus Mundus (2009-2013) ***I
P6_TA(2008)0497A6-0294/2008
Riżoluzzjoni
 Test

Riїoluzzjoni leġiїlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal deciїjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm ta' azzjoni għat-tisħiħ tal-kwalità fl-edukazzjoni ogħla u l-promozzjoni ta" fehim interkulturali permezz ta" kooperazzjoni ma" pajjiїi terzi (Erasmus Mundus) (2009-2013) (COM(2007)0395 – C6-0228/2007 – 2007/0145(COD))

(Proċedura ta' kodeċiїjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0395),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 149(4) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreїentat il-proposta lill-Parlament (C6-0228/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin kif ukoll tal-Kumitat għall-Iїvilupp, tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0294/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jikkunsidra li l-pakkett finanzjarju indikat fil-proposta leġiїlattiva għandu jkun kompatibbli mal-limitu massimu ta" l-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid (MFF) u jiġbed l-attenzjoni li l-ammont annwali se jkun deċiї fil-proċedura baġitarja annwali skond id-dispoїizzjonijiet tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda(1);

3.  Jinnota li l-mandat ta" l-Aġenzija Eїekuttiva "L-edukazzjoni, l-awdjoviїwali u l-kultura" ma jkoprix l-estensjoni proposta tal-programm Erasmus Mundus; jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-programm ta" l-Aġenzija Eїekuttiva se jkun possibbli biss wara estensjoni approvata b'mod xieraq tal-mandat, skond id-dispoїizzjonijiet legali fis-seħħ;

4.  Jinnota li l-ammont ġenerali indikattiv ta" EUR 460 miljun propost għall-iffinanzjar ta" l-Azzjoni 2 tal-programm se jkun kopert mill-pakkett finanzjarju ta" l-istrumenti rispettivi tal-politika barranija;

5.  Jenfasizza li l-iffinanzjar ta" l-attivitajiet previsti skond l-Azzjoni 2 m'għandhomx ikunu ta" detriment għall-attivitajiet oħra ffinanzjati mill-istrumenti differenti; jerġa" jtenni l-poїizzjoni tiegħu li azzjonijiet ġodda m'għandhomx ikunu ffinanzjati mill-baġit ta" l-Unjoni ħlief meta jkunu provduti għalihom mezzi finanzjarji addizzjonali; jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti lill-Parlament rapport annwali li jippreїenta d-dettall ta" l-ammonti li jikkonċerna l-attivitajiet li jirriїultaw mill-Azzjoni 2 u t-tqassim tagħhom mill-istrument finanzjarju kif ukoll skond ir-reġjuni u l-pajjiїi kkonċernati;

6.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-poїizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


Poїizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Ottubru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2004/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-programm ta' azzjoni Erasmus Mundus 2009-2013, għat-tisħiħ tal-kwalità fl-edukazzjoni ogħla u l-promozzjoni ta" fehim interkulturali permezz ta" kooperazzjoni ma pajjiїi terzi ▌
P6_TC1-COD(2007)0145

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-poїizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, id-Deċiїjoni Nru 1298/2008/KE.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza