Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0259(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0297/2008

Testi mressqa :

A6-0297/2008

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 21/10/2008 - 8.23
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0499

Testi adottati
PDF 365kWORD 45k
It-Tlieta, 21 ta' Ottubru 2008 - Strasburgu
Mikro-organiżmi modifikati ġenetikament (Tfassil mill-ġdid) ***I
P6_TA(2008)0499A6-0297/2008
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu fil-magħluq ta" mikro-organiżmi modifikati ġenetikament (Tfassil mill-ġdid) (COM(2007)0736 – C6-0439/2007 – 2007/0259(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0736),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0439/2007),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta" Novembru 2001 dwar użu iktar strutturat tat-teknika ta" riformulazzjoni għal atti legali(1),

–   wara li kkunsidra l-garanziji mogħtija mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tas-7 ta' Ottubru 2008 sabiex tkun adottata l-proposta kif ġiet emendata, b'konformità mal-Artikolu 251(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0297/2008),

A.   billi skond il-Grupp ta" Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta li qed tkun eżaminata ma tinkludi l-ebda emenda sostantiva minbarra dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula ta" l-atti preċedenti flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta tinkludi kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti mingħajr l-ebda bidla fis-sustanza tagħhom,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u kif emendata hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Ottubru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva Nru .../2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu fil-magħluq ta" mikro-organiżmi modifikati ġenetikament (tfassil mill-ġdid)
P6_TC1-COD(2007)0259

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2009/41/KE.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza