Modifika tal-possibiltajiet ta' sajd u tal-kumpens finanzjarju stipulat fil-ftehim KE/Seychelles *
311k
52k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Mejju 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri dwar emendi għall-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja stipulati bil-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles, għall-perjodu bejn it-18 ta" Jannar 2005 u s-17 ta" Jannar 2011 (COM(2007)0664 – C6-0430/2007 – 2007/0232(CNS))
– wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Kunsill (COM(2007)0664),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 37 u 300(2) tat-Trattat KE,
− wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0430/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0085/2008),
1. Japprova l-proposta għal regolament tal-Kunsill kif emendata u japprova l-konklużjoni tal-ftehima;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u tar-Repubblika tas-Seychelles.
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda1 Proposta għal regolament Premessa 1 a (ġdida)
(1a)Il-Protokoll jipprevedi, fil-Kapitolu VIII dwar it-tagħmir tal-port, li "l-awtoritajiet tas-Seychelles għandhom jistabbilixxu, bi ftehim mas-sidien tal-bastimenti, il-kondizzjonijiet għall-użu tat-tagħmir tal-portijiet", iżda għadha ma ttieħdet ebda miżura sabiex jintlaqgħu it-talbiet ta' l-industrija għal titjib ta' l-infrastruttura tal-portijiet.
Emenda2 Proposta għal regolament Premessa 1 b (ġdida)
(1b)Sabiex il-politika fil-qasam tas-sajd fis-Seychelles issir realtà, iridu jitqiesu l-bżonn ta' titjib u modernizzazzjoni ta' l-infrastruttura tal-portijiet, li bħalissa jinsabu ikkonġestjonati, u l-possibilità tat-tneħħija tat-taxxa speċjali għall-ħatt tat-tonn, li ma teżisti fl-ebda port ieħor fid-dinja.
Emenda 3 Artikolu 3, paragrafu 1 a (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha tevalwa kull sena jekk l-Istati Membri li l-bastimenti tagħhom joperaw skond dan il-Protokoll għall-Ftehima jkunux ikkonformaw mar-rekwiżiti tar-rappurtaġġ; fejn dan ma jkunx il-każ, il-Kummissjoni għandha tiċħad it-talbiet tagħhom għal liċenzji tas-sajd għas-sena ta' wara.
Emenda 4 Artikolu 3a (ġdid)
Artikolu 3a
Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tal-programm settorjali plurijennali previst fl-Artikolu 7 tal-Protokoll, kif ukoll dwar il-konformità min-naħa ta' l-Istati Membri mar-rekwiżiti tar-rappurtaġġ.
Emenda 5 Artikolu 3 b (ġdid)
Artikolu 3b
Qabel jiskadi l-Protokoll jew qabel jibdew negozjati għas-sostituzzjoni possibbli tiegħu, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill evalwazzjoni ex post tal-Protokoll li tkun tinkludi l-analiżi tan-nefqa mqabbla mal-benefiċċji.
Dazju tas-sisa fuq birra prodotta lokalment f'Madejra *
197k
32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Mejju 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Portugall japplika rata mnaqqsa ta" dazju tas-sisa fuq birra prodotta lokalment fir-reġjun awtonomu ta" Madejra (COM(2007)0772 – C6-0012/2008 – 2007/0273(CNS))
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Mejju 2008 dwar il-konklużjoni ta' ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-proċeduri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni, kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE (C6-0009/2008 – 2008/2002(ACI))
– wara li kkunsidra l-ittra tal-President tiegħu tas-27 ta' Marzu 2008 li tittrażmetti l-ftehima interistituzzjonali kif approvata mill-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2007,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 202 tat-Trattat tal-KE,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE tas-17 ta' Lulju 2006 li temenda d-Deċiżjoni 1999/468/KE li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni(1),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-proċeduri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni, kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE (minn hawn 'il quddiem imsejjħa "il-Ftehima"),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 120(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A6-0107/2008),
A. billi ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar proċeduri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta" Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni(2) ("il-Ftehima tas-Sena 2000") sfortunatament ma ngħatawx attenzjoni mill-Kummissjoni, pereżempju d-dispożizzjoni li l-Parlament għandu jirċievi, fl-istess ħin bħall-membri tal-kumitat u taħt l-istess pattijiet, id-dokumenti varji tal-komitoloġija, billi dawn id-dokumenti kważi dejjem jintbagħtu tard wisq lill-Parlament u, f'kull każ, mhux fl-istess ħin bħal ma jintbagħtu lill-membri tal-kumitat,
B. billi l-proċeduri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE ma kienu sodisfaċenti xejn u, bl-eċċezzjoni tal-proċeduri għall-proċedura regolatorja bi skrutinju l-ġdida, għadhom m'humiex sodisfaċenti, fost raġunijiet oħra minħabba l-mod kif tħaddmet il-ġabra ta' data tal-komitoloġija; billi d-dokumenti ħafna drabi jintbagħtu sparpaljati u mingħajr spjegazzjoni ċara ta" l-istatus tagħhom u xi drabi b'intestaturi li jiżgwidaw, pereżempju, l-abbozz tal-miżuri ta" implimentazzjoni li dwarhom ikun għadu ma tteħidx vot fil-kumitat, jintbagħat bl-intestatura "dritt għal skrutinju", meta għandu jintbagħat bl-intestatura "dritt għal informazzjoni", li joħloq inċertezza dwar liema skadenza tapplika,
C. billi din il-problema fil-prattika tkompli tnaqqas il-kontroll diġà limitat ħafna tal-Parlament fuq kwistjonijiet ta" komitoloġija,
D. billi l-Kummissjoni issa impenjat ruħha li tistabbilixxi reġistru elettroniku li jinkludi d-dokumenti kollha mibgħuta lill-Parlament, li għalih il-Parlament għandu jkollu aċċess dirett, u li jippermetti l-identifikazzjoni ċara tad-dokumenti koperti mill-istess proċedura, l-indikazzjoni ta' l-istadju tal-proċedura u ta' l-iskeda, id-distinzjoni ċara bejn l-abbozz ta' miżuri li jkunu waslu għand il-Parlament u l-abbozz finali wara l-opinjoni tal-kumitat, kif ukoll indikazzjoni ċara tal-modifiki li jsiru b'differenza mad-dokumenti li jkunu diġà ntbagħtu lill-Parlament,
E. billi l-Ftehima għandha sinifikat prattiku kbir mhux biss b'relazzjoni mal-proċedura regolatorja bi skrutinju l-ġdida, iżda għall-proċeduri kollha tal-komitoloġija; billi l-Ftehima tista' tkun ta' preċedent għal ftehimiet interistituzzjonali oħrajn li għad isiru u li jkollhom għanijiet simili,
F. billi, għalkemm il-Ftehima għandha tapplika għal perjodu qasir ta' tranżizzjoni, l-esperjenza ta' dan il-perjodu ta' tranżizzjoni tista' tgħallem ħafna, u billi l-għan tagħha hu li jkun żgurat li, wara li jidħol fis-seħħ it-Trattat ta' Liżbona, kull proċedura tal-komitoloġija bejn it-tliet istituzzjonijiet taħdem tajjeb,
1. Jenfasizza li, meta jkun applikabbli, ir-referenza għall-proċedura regolatorja bi skrutinju hija obbligatorja għat-tliet istituzzjonijiet u mhix suġġetta għal ikkurdar jew negozjar; jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-kumitati parlamentari kollha biex jikkunsidraw b'mod xieraq din iċ-ċirkustanza fil-proċeduri leġiżlattivi rilevanti kollha;
2. Ifakkar li l-proċedura regolatorja bi skrutinju għandha tkun applikata b'relazzjoni mal-miżuri kollha tal-kamp ta' applikazzjoni ġenerali li għandhom l-għan li jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta" strument bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia, billi jitneħħew xi wħud minn dawk l-elementi jew billi l-istrument jissaħħaħ biż-żieda ta" elementi ġodda mhux essenzjali;
3. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, f'każijiet li m'humiex daqshekk ċari, fejn jista" ma jkunx ċar jekk għandhiex tapplika l-proċedura regolatorja bi skrutinju l-ġdida, jew xi proċedura oħra tal-komitoloġija, biex tkun applikata l-proċedura regolatorja bi skrutinju;
4. Jenfasizza li l-iskop ewlieni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju huwa li jsaħħaħ id-dritt ta" kontroll tal-Parlament, u li dan bl-ebda mod ma jbiddel il-kamp ta' applikazzjoni tas-setgħat ta" implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni;
5. Huwa ta' l-opinjoni li l-Ftehima tirrappreżenta pass fid-direzzjoni t-tajba f'dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet u s-setgħat tal-Parlament rigward il-leġiżlazzjoni delegata;
6. Jilqa" b'sodisfazzjon il-fatt li l-Ftehima tiddefinixxi b'mod iktar preċiż l-obbligi tal-Kummissjoni biex tinforma lill-Parlament skond l-Artikolu 7(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE billi tistipula li l-Parlament għandu jkun infurmat dwar il-proċeduri tal-kumitati f'konformità ma' l-arranġamenti li jiżguraw li s-sistema ta' trażmissjoni tkun trasparenti u effiċjenti u li l-informazzjoni mibgħuta u d-diversi stadji ta' proċedura jkunu identifikati;
7. Jistenna li l-Kummissjoni se timxi għal kollox mad-dispożizzjonijiet kollha tal-Ftehima, li sfortunatament m'huwiex il-każ rigward il-Ftehima tas-Sena 2000;
8. Jitlob li b'mod konsistenti jkun hemm livell għoli ta" rekords sommarji, bil-listi ta' l-attendenza li jkunu jindikaw, bħala minimu, l-ismijiet tal-persuni li jkunu attendew għal-laqgħa msemmija, l-affiljazzjoni tagħhom u l-indirizzi ta' l-email tagħhom;
9. Jiġbed l-attenzjoni li t-tħaddim effettiv tar-reġistru l-ġdid se jkun l-element deċiżiv għall-implimentazzjoni sħiħa u sodisfaċenti tal-Ftehima u, għalhekk, jistenna bil-ħerqa li l-operazzjoni tibda tiġi applikata; jirrakkomanda li, wara l-perjodu ta' tranżizzjoni, il-Parlament u l-Kummissjoni jagħmlu analiżi tar-reġistru l-ġdid u jsewwu xi diffikultajiet u żbalji prattiċi li jista' jkun hemm; jirrakkomanda li l-Parlament jikseb tagħrif dwar it-tħaddim tar-reġistru mill-partijiet ikkonċernati waqt il-perjodu tal-bidu;
10. Jilqa" b'sodisfazzjon id-dispożizzjonijiet il-ġodda li bihom ir-reġistru għandu jidentifika b'mod ċar l-istatus tad-dokumenti kollha tal-komitoloġija li jkunu waslu, kull rabta li jista' jkun hemm ma" dokumenti oħra li jkunu diġà ntbagħtu, kif ukoll kull bidla li tkun saret;
11. Jistieden lill-Kummissjoni f'dan il-kuntest biex tibdel il-proċeduri interni tagħha sabiex tiżgura li ssir distinzjoni bejn, min-naħa l-waħda, abbozz ta' miżuri li għandu jintbagħat lill-Parlament skond id-dritt tiegħu għall-informazzjoni fl-istess waqt li jintbagħat ukoll lill-kumitat rilevanti u, min-naħa l-oħra, l-abbozz ta' miżuri li għandu jintbagħat lill-Parlament skond id-dritt tiegħu għall-iskrutinju;
12. Jilqa" b'sodisfazzjon l-introduzzjoni ta" "sistema ta" twissija bikrija" li permezz tagħha l-Parlament ikun infurmat malli jkun evidenti li l-abbozz ta" implimentazzjoni ta" miżuri urġenti se jitressaq quddiem kumitat, iżda jinsisti li dan m'għandux jintuża biex kwistjonijiet li ma jkunux urġenti jsiru urġenti, minħabba li l-limiti ta' żmien imqassra jistgħu japplikaw biss f'każijiet ġustifikati u eċċezzjonali;
13. Jiġbed l-attenzjoni li sabiex ikun eżerċitat id-dritt ta' skrutinju bbażat fuq informazzjoni adegwata, il-Parlament jeħtieġ li jkun provdut b'mod regolari bid-dokumentazzjoni kollha ta' sfond li tispjega għaliex il-Kummissjoni tkun qiegħda tipproponi ċerti miżuri; jilqa" b'sodisfazzjon ir-rieda tal-Kummissjoni biex tgħin lill-Parlament sabiex tkun żgurata koperazzjoni sħiħa meta jkunu ttrattati miżuri ta" implimentazzjoni speċifiċi, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq quddiem il-Parlament, fuq talba, kull dokument ta' sfond relatat ma" l-abbozz ta" miżura ta" implimentazzjoni;
14. M'huwiex ta' l-istess fehma tal-Kummissjoni li l-abbozz ta' miżuri ta' implimentazzjoni mressqa quddiemu m'għandhomx ikunu ppubblikati sakemm jittieħed vot fil-kumitat, u jinsisti fuq id-dritt tiegħu li jikkonsulta ma' min irid dwar l-abbozz ta' miżuri; jistieden lill-Kummissjoni biex terġa" tikkunsidra l-fehma tagħha u biex tippubblika l-abbozz ta" miżuri ta" implimentazzjoni hekk kif dawn ikunu proposti b'mod formali;
15. Japprova l-konklużjoni tal-Ftehima u jistenna l-implimentazzjoni sħiħa tagħha mingħajr dewmien wara l-approvazzjoni tagħha;
16. Jiddeċiedi li jehmeż il-Ftehima mar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, biex tissostitwixxi l-Anness XII tagħhom;
17. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni u l-Anness tagħha, bħala informazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri.
ANNESS
PARLAMENT EWROPEW
KUMMISSJONI
FTEHIM BEJN IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUMMISSJONI
dwar il-proċeduri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni, kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE
Informazzjoni lill-Parlament Ewropew
1. Skond l-Artikolu 7(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE(3), il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat mill-Kummissjoni dwar il-proċedimenti tal-kumitati(4) fuq bażi regolari skond l-arranġamenti li jiżguraw li s-sistema ta' l-għoti ta' l-informazzjoni hija trasparenti u effiċjenti u li l-informazzjoni mibgħuta u l-bosta stadji tal-proċedura ikunu identifikati. Għal dak il-għan, huwa għandu jirċievi, fl-istess waqt mal-membri tal-kumitati u bl-istess kondizzjonijiet, l-abbozz ta' l-aġendi tal-laqgħat tal-kumitati, l-abbozz tal-miżuri ta' l-implimentazzjoni mressqa quddiem dawk il-kumitati skond l-istrumenti bażiċi adottati bil-proċedura prevista fl-Artikolu 251 tat-Trattat, u r-riżultati tal-votazzjoni u r-rekords sommarji tal-laqgħat u l-listi ta' l-awtoritajiet li għalihom jappartjenu l-persuni nominati mill-Istati Membri biex jirrappreżentawhom.
Reġistru
2. Il-Kummissjoni se toħloq reġistru li jkun fih id-dokumenti kollha li ġew imressqa lill-Parlament Ewropew(5). Il-Parlament Ewropew ser ikollu aċċess dirett għal dan ir-reġistru. Skond l-Artikolu 7(5) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, ir-referenzi kollha mibgħuta lill-Parlament Ewropew se jsiru pubbliċi.
3. Skond l-impenji meħuda mill-Kummissjoni fl-istqarrija tagħha dwar l-Artikolu 7(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE(6), u ladarba jsiru l-arranġamenti tekniċi xierqa, ir-reġistru msemmi fil-paragrafu 2 se jippermetti, b'mod partikolari:
-
l-identifikazzjoni ċara tad-dokumenti li jaqgħu taħt l-istess proċedura u kwalunkwe tibdil fil-miżura ta' l-implimentazzjoni f'kull stadju tal-proċedura;
-
l-indikazzjoni ta' l-istadju tal-proċedura u ż-żmien skedat;
-
distinzjoni ċara bejn l-abbozz ta' miżuri li l-Parlament Ewropew u l-membri tal-kumitati rċevew fl-istess waqt f'konformità mad-dritt għall-informazzjoni, u l-abbozz finali li jitfassal wara li tintbagħat l-opinjoni tal-kumitat lill-Parlament Ewropew;
-
l-identifikazzjoni ċara ta' kull modifika meta mqabbla ma' dokumenti diġà mressqa lill-Parlament Ewropew.
4. Meta, wara perjodu tranżitorju li jibda mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni jikkonkludu li s-sistema tiffunzjona u hi sodisfaċenti, it-trasmissjoni tad-dokumenti lill-Parlament Ewropew għandu jseħħ permezz ta' notifika elettronika li jkun fiha link għar-reġistru kif stabbilit fil-paragrafu 2. Din id-deċiżjoni għandha tittieħed permezz ta' skambju ta' ittri bejn il-presidenti taż-żewġ istituzzjonijiet. Waqt il-perjodu tranżitorju, id-dokumenti għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew bħala anness fil-posta elettronika.
5. Barra minn hekk, il-Kummissjoni taqbel li tibgħat lill-Parlament Ewropew, għal finijiet ta' informazzjoni, fuq it-talba tal-kumitat parlamentari responsabbli, abbozzi ta' miżuri speċifiċi għall-implimentazzjoni ta' strumenti bażiċi li, għalkemm mhux adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, ikunu ta' importanza partikolari għall-Parlament Ewropew. Dawn il-miżuri għandhom jiddaħħlu fir-reġistru kif stabbilit fil-paragrafu 2 flimkien ma' notifika tagħhom lill-Parlament Ewropew.
6. Barra mir-rekords sommarji msemmija f'paragrafu 1, il-Parlament Ewropew jista' jitlob aċċess għall-minuti tal-laqgħat tal-kumitat(7). Il-Kummissjoni għandha teżamina kull talba każ b'każ u timxi mar-regoli tal-kunfidenzjalità stabbiliti fl-Anness 1 tal-Ftehim ta' Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni(8).
Dokumenti kunfidenzali
7. Id-dokumenti kunfidenzjali għandhom jiġu pproċessati skond il-proċeduri amministrattivi interni mħejjija minn kull istituzzjoni bil-għan li jiġu provduti l-garanziji kollha meħtieġa.
Ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew skond l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE
8. Skond l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, il-Parlament Ewropew jista" jindika, f'riżoluzzjoni li tagħti r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata, li l-abbozz tal-miżuri ta' l-implimentazzjoni ta' strument bażiku, adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, jeċċedi s-setgħat ta' implimentazzjoni stabbiliti f'dak l-istrument bażiku.
9. Il-Parlament Ewropew għandu jadotta dawn ir-riżoluzzjonijiet skond ir-Regoli ta' Proċedura tiegħu; huwa għandu jkollu perjodu ta' xahar biex jagħmel dan, li jibda jgħodd mid-data li fiha jirċievi l-abbozz finali tal-miżuri ta' l-implimentazzjoni fil-verżjonijiet lingwistiċi mressqa lill-membri tal-kumitat ikkonċernat.
10. Il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni jaqblu li jkun xieraq li jiġi stabbilit limitu ta' żmien iqsar fuq bażi permanenti għal xi tipi ta' miżuri ta' implimentazzjoni urġenti li fuqhom trid tittieħed deċiżjoni fi żmien iqsar sabiex ikun hemm tmexxija tajba. Dan japplika b'mod partikolari għal ċerti tipi ta' miżuri ta' azzjoni esterna, fosthom l-għajnuna umanitarja u dik ta' emerġenza, il-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà, is-sigurtà u s-sikurezza tat-trasport u l-eżenzjonijiet mir-regoli ta' l-akkwist pubbliku. Ftehim bejn il-Membru tal-Kummissjoni u ċ-Chairperson tal-kumitat parlamentari responsabbli se tistabbilixxi t-tipi ta' miżuri kkonċernati u l-limiti ta' żmien applikabbli. Dan il-ftehim jista' jiġi rrevokat fi kwalunkwe ħin miż-żewġ partijiet.
11. Mingħajr preġudizzju għall-każijiet imsemmija fil-paragrafu 10, il-limitu ta' żmien se jkun iqsar għall-każijiet urġenti u fil-każ ta' miżuri marbuta ma' kwistjonijiet amministrativi ta' kuljum u/jew li jkollhom perjodu limitat ta' validità. Il-limitu ta' żmien jista" jkun qasir ħafna f'każi tassew urġenti, b'mod partikolari għal raġunijiet ta' saħħa pubblika. Il-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għandu jistabbilixxi limitu ta' żmien addattat u jiddikjara r-raġuni għal dak il-limitu ta' żmien. F'każijiet bħal dawn il-Parlament Ewropew jista' juża proċedura fejn l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE tiġi ddelegata lill-kumitat parlamentari responsabbli, li jista' jibgħat risposta lill-Kummissjoni fil-limitu taż-żmien relevanti.
12. Is-servizzi tal-Kummissjoni se javżaw b'mod informali lis-segretarjat tal-kumitat jew kumitati parlamentari responsabbli kkonċernat/i, hekk kif jipprevedu li l-abbozz ta' miżuri msemmija f'paragrafu 10 u 11 jistgħu jkunu tressqu diġà lil xi kumitat. Hekk kif l-abbozz inizjali ta' miżuri jitressqu lill-membri tal-kumitat, is-servizzi tal-Kummissjoni se jinnotifikaw lis-segretarjat tal-kumitat jew kumitati parlamentari dwar l-urġenza tagħhom u dwar il-limiti ta' żmien li se japplikaw ladarba jitressaq l-abbozz finali.
13. Wara l-adozzjoni mill-Parlament Ewropew ta' riżoluzzjoni, msemmija f'paragrafu 8, jew risposta kif imsemmi fil-paragrafu 11, il-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għandu jinforma lill-Parlament Ewropew jew, fejn xieraq, lill-kumitat parlamentari responsabbli, bl-azzjoni li l-Kummissjoni tkun bi ħsiebha tieħu dwarha.
14. Id-data relatata mal-paragrafi 10 u 13 se tiddaħħal fir-reġistru.
Il-proċedura regolatorja bi skrutinju
15. Fejn tapplika l-proċedura regolatorja bi skrutinju, u wara l-vot tal-kumitat, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew dwar il-limiti ta' żmien applikabbli. Suġġett għall-paragrafu 16, dawn il-limiti ta' żmien jibdew jiskorru biss ladarba l-Parlament Ewropew jirċievi l-verżjonijiet lingwistiċi kollha.
16. Fejn japplikaw limiti ta' żmien iqsar (Artikolu 5a(5)(b) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE) u f'każijiet urġenti (Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE), il-limiti ta' żmien se jibdew japplikaw mid-data meta l-Parlament Ewropew jirċievi l-abbozz finali tal-miżuri ta' l-implimentazzjoni fil-verżjonijiet lingwistiċi mgħoddija lill-membri tal-kumitat, sakemm ma joġġezzjonax iċ-Chairperson tal-kumitat parlamentari. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni se tagħmel ħilitha biex tressaq il-verżjonijiet lingwistiċi kollha lill-Parlament Ewropew mill-aktar fis possibbli. Is-servizzi tal-Kummissjoni se javżaw b'mod informali lis-segretarjat tal-kumitat jew kumitati parlamentari responsabbli kkonċerna/ti, hekk kif jiprrevedu li l-abbozz ta' miżuri msemmija f'Artikolu 5a(5)(b) jew 6 jistgħu jkunu diġà tressqu lil xi kumitat.
Is-servizzi finanzjarji
17. Skond l-istqarrija tagħha stess dwar l-Artikolu 7(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, il-Kummissjoni timpenja ruħha li fis-servizzi finanzjarji:
-
tiżgura li l-uffiċjal tal-Kummissjoni li jkun qed jippresjedi laqgħa tal-kumitat jinforma lill-Parlament Ewropew, jekk dan jitlob hekk, wara kull laqgħa dwar dibattiti li jikkonċernaw l-abbozz ta' miżuri ta' implimentazzjoni li ngħataw lil dak il-kumitat;
-
tagħti risposta orali jew bil-miktub għal kull mistoqsija marbuta mad-diskussjonijiet dwar l-abbozz ta' miżuri ta' l-implimentazzjoni li ngħata lil xi kumitat.
Fl-aħħar il-Kummissjoni se tiżgura li jiġu rrispettati l-impenji meħuda waqt is-seduta plenarja tal-Parlament tal-5 ta' Frar 2002 (9) u li ġew affermati mill-ġdid fis-seduta plenarja tal-31 ta' Marzu 2004(10) kif ukoll dawk l-impenji msemmija fil-punti 1 sa 7 ta' l-ittra tat-2 ta' Ottubru 2001(11) mill-Kummissarju Bolkestein liċ-Chairperson tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew meħuda fir-rigward tas-settur tas-servizzi finanzjarji kollu (fosthom titoli, banek, assigurazzjoni, pensjonijiet u l-kontabilità).
Kalendarju tax-xogħol parlamentari
18. Meta tibgħat abbozz ta' miżuri ta' implimentazzjoni skond dan il-Ftehim, il-Kummissjoni se tikkunsidra l-perjodi ta' meta l-Parlament Ewropew jagħlaq għall-vaganzi (xitwa, sajf u elezzjonijiet Ewropej) sabiex ikun assigurat li l-Parlament ikun jista' jeżerċita l-prerogattivi tiegħu fil-limiti ta' żmien stipulati fid-Deċiżjoni 1999/468/KE u f'dan il-Ftehim, bl-eċċezzjoni ta' fejn japplikaw limiti iqsar ta' żmien jew f'każijiet urġenti, kif ġej:
Kooperazzjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni
19. Iż-żewġ istituzzjonijiet jesprimu r-rieda tagħhom li jgħinu lill-xulxin sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni sħiħa meta jiġu indirizzati miżuri ta' implimentazzjoni speċifiċi. Għal dan il-għan, se jiġu stabbiliti l-kuntatti xierqa fil-livell amministrattiv.
Ftehim Preċedenti
20. Il-Ftehim tas-sena 2000 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-proċeduri ta' implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE(12) jiġi hawnhekksostitwit. Il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni jqisu li l-ftehim li ġejjin ġew sorpassati u għalhekk m'għandhom ebda effett safejn huma kkonċernati huma stess: il-Ftehim Plumb/Delors ta' l-1988, il-Ftehim Samland/Williamson ta' l-1996 u l-modus vivendi ta' l-1994(13).
F'dan il-Ftehim kollu, il-kelma ''kumitat'' se tirreferi għall-kumitati stabbiliti skond id-Deċiżjoni 1999/468/KE, ħlief fejn hu speċifikat li hemm referenza għal kumitat ieħor.
Ara s-sentenza tal-Qorti ta' l-Ewwel Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tad-19 ta' Lulju 1999 il-Każ T188/97 Rothmans v il-Kummissjoni [1999] ECR II-2463.
Miżuri ta' implimentazzjoni (Emenda għall-Artikolu 81)
351k
40k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Mejju 2008 dwar l-emenda għall-Artikolu 81 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament dwar miżuri ta' implimentazzjoni (2008/2027(REG))
– wara li kkunsidra l-ittra mill-President tiegħu tas-27 ta" Marzu 2008 li permezz tagħha ntbagħtet il-ftehima interistituzzjonali kif approvata mill-Konferenza tal-Presidenti fit-12 ta" Diċembru 2007,
– wara li kkunsidra l-ftehima interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-proċeduri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni, kif emendata permezz tad-Deċiżjoni 2006/512/KE(1),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 120(2), 201u 202 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A6-0108/2008),
1. Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;
2. Ifakkar li din l-emenda tidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta" informazzjoni.
Test Preżenti
Emenda
Emenda 1 Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Artikolu 81 – paragrafu 4 – punt (a)
(a) iż-żmien ta" l-iskrutinju għandu jibda jgħodd meta l-abbozz ta" miżuri jkun ġie mressaq lill-Parlament bil-lingwi uffiċjali kollha;
(a) iż-żmien ta" l-iskrutinju għandu jibda jgħodd meta l-abbozz ta" miżuri jkun ġie mressaq lill-Parlament bil-lingwi uffiċjali kollha; Fejn japplikaw limiti iqsar ta" żmien (Artikolu 5a(5)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni) u f'każijiet ta" urġenza (Artikolu 5a(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE), il-perjodu taż-żmien għall-iskrutinju għandu jibda jgħodd mid-data meta l-Parlament jirċievi l-abbozz aħħari tal-miżuri ta" implimentazzjoni fil-verżjonijiet lingwistiċi ppreżentati lill-membri tal-kumitat stabbilit skond id-Deċiżjoni 1999/468/KE, ħlief jekk ikun hemm oġġezzjoni mill-president tal-kumitat responsabbli. L-Artikolu 138 ma japplikax f'dan il-każ;
Skemi ta' appoġġ favur il-bdiewa (għajnuna għall-qoton) *
466k
179k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Mejju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta" appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta" appoġġ għall-bdiewa rigward l-iskema ta' appoġġ għall-qoton (COM(2007)0701 – C6-0447/2007 – 2007/0242(CNS))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0701),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 37(2), it-tielet subparagrafu, tat-Trattat KE, li permezz tiegħu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0447/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A6-0166/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tbiddel il-proposta tagħha f'dan is-sens, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 2
(2) B'sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fis-7 ta' Settembru 2006 fil-kawża C-310/04 il-Kapitolu 10a tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 kien annullat għall-ksur tal-prinċipju ta' proporzjonalità, partikolarment b'referenza għaċ-ċirkostanza li "l-Kunsill, awtur tar-Regolament (KE) Nru 864/2004, ma stabbilixxiex quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li l-iskema l-ġdida ta' għajnuna għall-qoton stabbilita minn dan ir-Regolament kienet ġiet adottata permezz ta' eżerċizzju effettiv tas-setgħa diskrezzjonali tiegħu, li implika t-teħid in kusiderazzjoni ta' l-elementi u ċ-ċirkustanzi kollha rilevanti f'dan il-każ, li fosthom hemm l-ispejjeż tas-salarji kollha marbuta mal-kultivazzjoni tal-qoton u l-vijabbiltà ta' l-impriżi tal-ħalġ, li t-teħid in kunsiderazzjoni tagħhom kien neċessarju għall-evalwazzjoni tal-profittabbiltà ta' din il-kultivazzjoni" u li l-Qorti ma setgħetx "tivverifika jekk il-leġiżlatur Komunitarju setax, mingħajr ma jeċċedi l-limiti tas-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tiegħu li huwa għandu fil-qasam, jasal għall-konklużjoni li l-istabbiliment ta' l-ammont ta' l-għajnuna speċifika għall-qoton għal 35 % tat-total ta' l-għajnuna eżistenti fl-iskema ta' għajnuna preċedenti huwa biżżejjed sabiex jiġi garantit l-għan espost fil-ħames premessa tal-prejambolu tar-Regolament (KE) Nru 864/2004, li huwa li tiġi assigurata l-profittabbiltà u, għaldaqstant, it-tkomplija ta' din il-kultivazzjoni, għan li jirrifletti dak preskrit fil-paragrafu 2 tal-Protokoll Nru 4". Il-Qorti ordnat ukoll li l-effetti ta' l-annullament jiġu sospiżi sa' l-adozzjoni, fi żmien raġonevoli, ta' regolament ġdid.
(2) B'sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej fis-7 ta' Settembru 2006 fil-kawża C-310/04 il-Kapitolu 10a tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 kien annullat għall-ksur tal-prinċipju ta' proporzjonalità, partikolarment b'referenza għaċ-ċirkostanza li "l-Kunsill, awtur tar-Regolament (KE) Nru 864/2004, ma stabbilixxiex quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li l-iskema l-ġdida ta' għajnuna għall-qoton stabbilita minn dan ir-Regolament kienet ġiet adottata permezz ta' eżerċizzju effettiv tas-setgħa diskrezzjonali tiegħu, li implika t-teħid in kunsiderazzjoni ta' l-elementi u ċ-ċirkustanzi kollha rilevanti f'dan il-każ, li fosthom hemm l-ispejjeż tas-salarji kollha marbuta mal-kultivazzjoni tal-qoton u l-vijabbiltà ta' l-impriżi tal-ħalġ, li t-teħid in kunsiderazzjoni tagħhom kien neċessarju għall-evalwazzjoni tal-profittabbiltà ta' din il-kultivazzjoni" u li l-Qorti ma setgħetx "tivverifika jekk il-leġiżlatur Komunitarju setax, mingħajr ma jeċċedi l-limiti tas-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tiegħu li huwa għandu fil-qasam, jasal għall-konklużjoni li l-istabbiliment ta' l-ammont ta' l-għajnuna speċifika għall-qoton għal 35 % tat-total ta' l-għajnuna eżistenti fl-iskema ta' għajnuna preċedenti huwa biżżejjed sabiex jiġi garantit l-għan espost fil-ħames premessa tal-prejambolu tar-Regolament (KE) Nru 864/2004, li l-kalkolu ta' l-ammont ta' għajnuna speċifika għall-qoton isir b'mod li jiggarantixxi l-kundizzjonijiet ekonomiċi li jippermettu li tiġi żgurata t-tkomplija ta' l-attività fir-reġjuni tajbin għal din il-kultivazzjoni, kif ukoll li jevita li din il-kultivazzjoni ma teħux post kultivazzjonijiet oħrajn;
Emenda 2 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 3
(3) Jeħtieġ li skema ġdida għal ħlas speċifiku għall-qoton tiġi adottata konformi mas-sentenza tal-Qorti fil-kawża C-310/04.
3) Jeħtieġ li skema ġdida għal ħlas speċifiku għall-qoton tiġi adottata konformi mas-sentenza tal-Qorti fil-kawża C-310/04 u li, skond d-deskrizzjoni tagħha li tagħti s-sentenza tal-Qorti bħala l-objettiv formulat fil-premessa 5 tar-regolament (KE) Nru 864/2004, għandu jiggaratixxi profitt li jippermetti t-tkomplija tal-kultivazzjoni tal-qoton b'mod sostenibbli.
Emenda 3 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 3a (ġdida)
(3a)Il-qoton huwa kkultivat l-aktar f'reġjuni li l-prodott gross intern tagħhom huwa wieħed fost l-aktar baxxi ta' l-Unjoni Ewropea, b'ekonomija marbuta mill-qrib ma' l-agrikoltura. F'dawn il-meded, it-tkabbir tal-qoton u l-industrija ta" ħalġ li tappoġġah huma għejun primarji ta" dħul u ta" impjiegi, li f'ċerti każijiet jammonta għal aktar minn 80 % ta" l-attività fl-inħawi fejn huma stabbiliti. Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet tal-ħamrija f'ċerti nħawi huma tali li, mill-lat agronomiku, ebda wiċċ alternattiv ma jkun jista" jiġi stabbilit fuq medda qasira ta" żmien.
Emenda 4 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 3b (ġdida)
(3b)L-iskema attwali ta" għajnuna għall-qoton hi ta" natura speċifika ħafna. L-għeruq tagħha jinsabu fl-Atti ta" Adeżjoni tal-Greċja, Spanja u l-Portugall u fost l-objettivi partikulari tagħha huwa li tiġi appoġġjata l-produzzjoni tal-qoton f'ċerti reġjuni Komunitarji li issa huma dipendenti fuq dan il-prodott, li tipprovdi qligħ xieraq lill-produtturi konċernati u li tikseb stabilità tas-suq.
Emenda 5 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 4
L-iskema l-ġdida għandha tilħaq l-għanijiet, stabbiliti fil-paragrafu 2 tal-Protokoll Nru 4 dwar il-qoton anness għall-Att ta' Adeżjoni tal-Greċja ('Protokoll 4'), għall-appoġġ tal-produzzjoni tal-qoton fir-reġjuni tal-Komunità fejn huwa importanti għall-ekonomija agrikola, biex il-produtturi kkonċernati jkollhom dħul tajjeb, u biex tistabilizza s-suq permezz ta' titjib strutturali fuq livell ta' forniment u kummerċjalizzazzjoni.
(4) L-iskema l-ġdida għandha tilħaq l-għanijiet, stabbiliti fil-paragrafu 2 tal-Protokoll Nru 4 dwar il-qoton anness għall-Att ta' Adeżjoni tal-Greċja ('Protokoll 4'), jiġifieri l-appoġġ tal-produzzjoni tal-qoton fir-reġjuni tal-Komunità fejn huwa importanti għall-ekonomija agrikola ,u għall-istruttura soċjali, biex jingħata lill-produtturi kkonċernati dħul tajjeb, u biex tistabilizza s-suq permezz ta' titjib strutturali fuq livell ta' forniment u kummerċjalizzazzjoni.
Emenda 6 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 5
(5) L-elementi u ċ-ċirkustanzi kollha rilevanti f'din is-sitwazzjoni speċifika tas-settur tal-qoton, inkluż l-elementi meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-profitabbiltà ta' din il-kultivazzjoni, għandhom jiġu kkunsidrati. Għal dan il-għan, beda proċess ta' evalwazzjoni u konsultazzjoni: twetttqu żewġ studji dwar l-impatt soċjoekonomiku u dak ambjentali fuq is-settur tal-qoton fil-Komunità li jista' jkollha l-iskema ta' appoġġ għall-qoton u għalhekk seminars speċifiċi u konsultazzjoni fuq l-internet ġew organizzati mal-partijiet interessati.
(5) L-elementi u ċ-ċirkustanzi kollha rilevanti f'din is-sitwazzjoni speċifika tas-settur tal-qoton, inkluż l-elementi meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-profitabbiltà ta' din il-kultivazzjoni, għandhom jiġu kkunsidrati. Il-qoton jikber f'reġjuni li għadhom jikkwalifikaw bħala reġjunijiet li huma eliġibbli taħt l-għan tal-konverġenza għall-perjodu 2007-2013 u li għandhom ekonomija essenzjalment agrikola bi ftit uċuh alternattivi. Barra minn hekk, it-tkabbir tal-qoton u l-agri-industrija assoċjata miegħu huma sors ewlenija ta" impjiegi u ta' ġid kbir f'dawn l-inħawi. Għalhekk, beda proċess ta' evalwazzjoni u konsultazzjoni: twetttqu żewġ studji dwar l-impatt soċjoekonomiku u dak ambjentali fuq is-settur tal-qoton fil-Komunità li jista' jkollha l-iskema ta' appoġġ għall-qoton u għalhekk seminars speċifiċi u konsultazzjoni fuq l-internet ġew organizzati mal-partijiet interessati.
Emenda 7 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 6
Id-diżakkoppjar ta' appoġġ dirett għall-produttur u l-introduzzjoni ta' l-iskema ta' pagament uniku huma elementi essenzjali fil-proċess tar-riforma tal-politika agrikola komuni (PAK) li timmira lejn politika ta' appoġġ inqas ibbażata fuq prezzijiet u produzzjoni u aktar fuq politika ta' appoġġ għad-dħul tal-bdiewa. Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 introduċa dawk l-elementi għal bosta prodotti agrikoli.
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 introduċa d-diżakkopjar ta' għajnuna diretta għall-produtturi u skema ta' pagament uniku għal bosta prodotti agrikoli
Emenda 8 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 8
(8) Integrazzjoni kompluta fl-iskema ta' pagament uniku ta' l-iskema ta' appoġġ fis-settur tal-qoton aktarx joħloq riskju sinifikanti ta' tħarbit fil-produzzjoni tar-reġjuni fil-Komunità li jipproduċu l-qoton. Parti mill-appoġġ għandu għalhekk ikompli jkun marbut mal-kultivazzjoni tal-qoton permezz ta' pagament speċifiku għal prodotti taż-żoni tar-raba' għal kull ettaru eliġibbli. Dan l-ammont għandu jkun ikkalkulat b'tali mod li jintlaħqu l-għanijiet stipulati fil-paragrafu 2 tal-Protokoll 4 filwaqt li l-iskema tal-qoton tidħol fil-proċess ġenerali tar-riforma u s-simplifikazzjoni tal-PAK. Għal dan il-għan, fid-dawl ta' l-evalwazzjoni mwettqa, huwa ġustifikat li l-għajnuna totali disponibbli għal kull ettaru għal kull Stat Membru huwa fissat għal 35 % tas-sehem nazzjonali ta' l-għajnuna li ngħata indirettament lill-produtturi. It-tali rata tippermetti lis-settur tal-qoton sabiex jersaq lejn vijabbiltà fit-tul, tippromwovi l-iżvilupp sostenibbli tar-reġjuni li jipproduċu l-qoton u tiżgura dħul ġust għall-bdiewa.
(8) Integrazzjoni kompluta fl-iskema ta' pagament uniku ta' l-iskema ta' appoġġ fis-settur tal-qoton aktarx joħloq riskju sinifikanti ta' tħarbit fil-produzzjoni tar-reġjuni fil-Komunità li jipproduċu l-qoton. Parti mill-appoġġ għandu għalhekk ikompli jkun marbut mal-kultivazzjoni tal-qoton permezz ta' pagament speċifiku għal prodotti taż-żoni tar-raba' għal kull ettaru eliġibbli. Dan l-ammont għandu jkun ikkalkulat b'tali mod li jintlaħqu l-għanijiet stipulati fil-paragrafu 2 tal-Protokoll 4 filwaqt li l-iskema tal-qoton tidħol fil-proċess ġenerali tar-riforma u s-simplifikazzjoni tal-PAK. Għal dan il-għan, fid-dawl ta' l-evalwazzjoni mwettqa, huwa ġustifikat li l-għajnuna totali disponibbli għal kull ettaru għal kull Stat Membru tiġi ffissata skond ix-xewqat murija mill-Istat Membru u ma tkunx anqas minn 35 % tas-sehem nazzjonali ta' l-għajnuna li ngħata indirettament lill-produtturi fl-ambitu tas-sussidjarjità. It-tali rata tippermetti lis-settur tal-qoton sabiex jersaq lejn vijabbiltà fit-tul, tippromwovi l-iżvilupp sostenibbli tar-reġjuni li jipproduċu l-qoton u tiżgura dħul ġust għall-bdiewa.
Emenda 9 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 9
(9) Il-65 % ta' s-sehem nazzjonali ta' l-għajnuna li jifdal li ngħata indirettament lill-produtturi għandu jkun disponibbli għall-iskema ta' pagament uniku.
(9) Il-persentaġġ tas-sehem nazzjonali ta' l-għajnuna li jifdal li ngħata indirettament lill-produtturi għandu jkun destinat għall-iskema ta' pagament uniku, persentaġġ li għandu jkun bejn l-20% u l-65%,
Emenda 10 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 10
Għal raġunijiet ambjentali, għandha tkun stabbilita medda bażi għal kull Stat Membru sabiex jiġu limitati l-meded miżrugħa bil-qoton. Barra minn hekk, il-meded eliġibli għandhom ikunu ristretti għal dawk li huma awtorizzati mill-Istati Membri.
(10) Għandha tkun stabbilita medda bażi għall-kultivazzjoni għal kull Stat Membru, filwaqt li tingħata prijorità lill-inħawi fejn tradizzjonalment jitkabbar il-qoton sabiex jiġi żgurat li t-tkabbir tal-qoton ikompli fl-inħawi fejn il-produzzjoni tiegħu għandha importanza partikulari għall-ekonomija agrarja. Barra minn hekk, il-meded eliġibli għandhom ikunu ristretti għal dawk li huma awtorizzati mill-Istati Membri.
Emenda 11 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 10a (ġdida)
(10a)Il-firxa, u għalhekk l-ammont ta' għajnuna akkoppjata li tingħata lill-produtturi għandha tkun adattata skond l-informazzjoni tas-sitwazzjoni attwali, b'rispett għan-newtralità finanzjarja tas-settur.
Emenda 12 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 10 b (ġdida)
(10b)Fejn is-soluzzjonijiet ta' sostituzzjonijiet possibbli huma limitati, jeħtieġ li jiġu previsti mekkaniżmi ta' għajnuna li jiggarantixxu l-profitt mill-kultivazzjoni u t-tkomplija tagħha fir-reġjuni ta' produzzjoni ta' l-Unjoni. Għal dan il-għan, ikun jaqbel li l-Istati Membri jkunu awtorizzati li jżidu l-għajnuna akkoppjata f'każijiet fejn il-medda tat-tkabbir tkun iżgħar mill-medda ta' produzzjoni bażika (għalkemm din l-azzjoni trid tkun finanzjarjament newtrali u jrid jinħoloq limitu massimu għall-ammont ta" għajnuna mogħtija lill-bdiewa).
Emenda 13 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 11
(11) Sabiex jintlaħqu l-bżonnijiet ta' l-industrija tal-ħalġ, l-eliġibiltà għall-għajnuna għandha tkun relatata mal-kwalità minima tal-qoton li nħasad.
(11) Skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-Istati Membri għandhom jistipulaw il-livell ta" għajnuna kkoppjata bejn il-limiti msemmija hawn fuq u għandha tkun stabbilita l-kwalità minima tal-qoton li nħasad, sabiex il-bdiewa jkunu jistgħu jgawdu minn din l-għajnuna.
Emenda 14 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 11a (ġdida)
(11a)Minħabba x-xejriet negattivi fil-produzzjoni tal-qoton fl-Istati Membri, l-industrija tal-ħalġ daħlet fi proċess ta" ristrutturazzjoni li għandu jkun akkumpanjat minn miżuri ta" appoġġ imfassla sabiex jiżguraw li l-unitajiet li huma mġiegħla jerġgħu jorjentaw mill-ġdid l-attività ta" produzzjoni tagħhom ikollhom tranżizzjoni bla problemi. Għal dan il-għan ikun jista' jitwaqqaf fond għar-ristrutturazzjoni li jkun iffinanzjat mill-baġit ta' l-iskema ta' appoġġ għall-qoton..
Emenda 15 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 12a (ġdida)
(12a)Isir importanti li jkun possibli li jiġu adottati miżuri ta' appoġġ li jippermettu li tissaħħaħ il-kompetittività. Dawn il-miżuri għandhom ikunu definiti u ffinanzjati mill-Komunità. Huma l-Istati Membri li għandhom jagħżlu minn fost il-miżuri dawk li huma jqisu bħala effikaċi u adattati għall-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni rispettivi tagħhom, u li jintegrawhom fil-programmi nazzjonali ta' appoġġ tagħhom.
Emenda 16 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 12 b (ġdida)
(12b)Il-programmi ta" appoġġ nazzjonali għandhom ikunu finanzjati essenzjalment mill-fondi trasferiti skond l-Artikolu 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u mill-fondi mhux assorbiti li kienu mogħtija għall-għajnuna akkoppjata.
Emenda 17 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 12 c (ġdida)
(12c)Il-finanzjament tal-programmi nazzjonali ta' appoġġ għandu jiġi żgurat permezz ta' perċentwali ta' l-għajnuna akkoppjata, kif ukoll permezz tal-krediti li, minħabba t-tnaqqis ta' l-art ikkultivata li tkun anqas mil-limitu ta' meded bażi, ma jiġux użati mill-għajnuna akkoppjata, biex b'hekk tinżamm in-newtralità finanzjarja tas-settur.
Emenda 18 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 12 d (ġdida)
(12d)Fost il-miżuri li jistgħu jaqgħu taħt il-programmi nazzjonali ta' appoġġ hemm il-miżuri li għandhom l-iskop li jirristruttutaw il-varjetajiet, li jimmodernizzaw il-kultivazzjoni sabiex tissaħħaħ il-kompetittività tas-settur tal-qoton, li jappoġġjaw metodi ta' kultivazzjoni fir-rispett ta' l-ambjent, li jippromwovu riċerka bbażata fuq il-ħolqien ta' varjetajiet imtejba fil-kwalità tagħhom, kif ukoll azzjonijiet ta' promozzjoni u miżuri li jkollhom l-iskop li jmmodernizzaw il-fabbriki tal-ħalġ.
Emenda 19 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 12 e (ġdida)
(12e)Sabiex tiġi mħeġġa l-produzzjoni ta' qoton ta' kwalità għolja, jaqbel li jinħoloq inċentiv għall-kwalità fil-qafas tal-programmi nazzjonali ta' appoġġ. Dan l-inċentiv għandu jikkonċerna l-finanzjament tal-miżura li jkollha l-għan li ssaħħaħ il-kwalità tal-qoton u għandu jingħata lill-produtturi li jipproduċu prodott ta' kwalità eċċezzjonali, bi qbil mal-kriterji ffissati mill-Istat Membru kkonċernat sabiex tittejjeb il-produzzjoni fuq il-livell kwalitattiv u tissaħħaħ il-kompetittività tal-qoton tal-Komunità.
Emenda 20 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 12 g (ġdida)
(12f)Fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 864/2004, li qed jiġi abrogat, ġie propost li l-ammont ta' EUR 22 000 000 (li jirrappreżenta 2,74% ta' l-għajnuna) issa għandu jibda jaqa' taħt it-tieni pilastru u għandu jkun ibbażat fuq ir-ristrutturazzjoni tar-reġjuni li jipproduċu l-qoton. Sabiex jittieħdu kemm jista' jkun vantaġġi mill-krediti għas-settur, ikun jaqbel li din iċ-ċifra tinġieb taħt l-ewwel pilastru, u li tiġi inkluża fil-finanzjament tal-programmi nazzjonali ta' appoġġ.
Emenda 21 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 13a (ġdida)
(13a)Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-qoton għandhom jibqgħu fis-seħħ sa l-2013.
Emenda 22 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 13 b (ġdida)
(13b)Minn meta daħlet fis-seħħ ir-riforma tas-settur tal-qoton li ġiet approvata fl-2004 u annullata mill-Qorti fid-Deċiżjoni C-310/04, il-produzzjoni naqset b'mod konsiderevoli u b'konsegwenza l-partijiet kollha involuti ġarrbu telf ekonomiku – telf li għandu jiġi vvalutat kif jixraq sabiex jagħmilha possibbli li jingħata kumpens għat-telf li sar.
Emenda 23 Proposta għal regolament – att li jemenda Premessa 13 c (ġdida)
(13c)Sabiex tiġi faċilitata t-tranżizzjoni mill-iskema preċedenti ta" għajnuna għall-qoton għall-iskema stabbilita skond dan ir-Regolament, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri sa biex jiġi ristrutturat is-settur tal-ħalġ.
Emenda 24 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1, punt 1 Regolament (KE) Nru 1782/2003 Artikolu 110 a – subparagrafu 1 a (ġdid)
Perċentwali ta" l-għajnuna jista" jintuża għal miżuri li jippromwovu s-sostenibilità tas-settur permezz ta" programmi speċjalizzati skond skemi nazzjonali sottomessi mill-Istati Membri produtturi u approvati skond il-proċedura tal-kumitat ta" mmaniġġjar. Dawn il-programmi jistgħu jinkludu politiki ta" prevenzjoni u mmaniġġjar tal-kriżijiet imma ukoll miżuri mhux koperti mill-iżvilupp rurali sabiex titjieb is-sostenibilità tas-settur.
Emenda 25 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1, punt 1 Regolament (KE) Nru 1782/2003 Artikolu 110b – Paragrafu 2a (ġdid)
2a L-Istati Membri li jipproduċu jistgħu jistipulaw termini u kundizzjonijiet addizzjonal relatati maż-żrigħ, it-tkabbir, il-ħsad u l-ikkunsenjar ta" qoton lill-industriji tal-ħalġ, bil-għan li fil-meded ta" produzzjoni jibqa" jitkabbar il-qoton u jiġi evitat li wċuh oħra jieħdu post il-qoton.
Emenda 26 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1, punt 1 Regolament (KE) Nru 1782/2003 Artikolu 110c – Paragrafu 1 – Inċiż 2
– Il-Greċja: 370,000 ettaru,
– Il-Greċja: 270,000 ettaru,
Emenda38 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 – punt 1 Regolament (KE) Nru 1782/2003 Artikolu 110 c – paragrafu 2 – parti introduttorja
2. L-ammont ta' l-għajnuna għal kull ettaru eliġibbli għandu jkun kif ġej:
2. L-ammont ta" l-għajnuna għal kull ettaru eliġibbli, li jikkorrispondi għal 35%, bħala minimu, tal-pagament totali lill-bidwi, għandu jkun kif ġej:
Emenda 27 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1,punt 1 Regolament (KE) Nru 1782/2003 Artikolu 110c – paragrafu 2 – it-tieni inċiż
– Il-Greċja: EUR 594 għal 300 000 ettaru u EUR 342.85 għas-70 000 ettaru li jibqa',
– Il-Greċja: minn EUR 750,
Emenda 28 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1 Regolament (KE) Nru 1782/2003 Artikolu 110c – paragrafu 3 - subparagrafu 2
Madankollu, għall-Greċja, it-tnaqqis proporzjonali jiġi applikat skond l-ammont ta' għajnuna stabbilit għall-parti tal-medda bażi nazzjonali komposta mis-70 000 ettaru biex ikun konformi ma' l-ammont globali ta' EUR 202.2 miljun.
imħassar
Emenda 29 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1, punt 1 Regolament (KE) Nru 1782/2003 Artikolu 110c – Paragrafu 3a (ġdid)
3a.Fejn il-medda ta" qoton ammissibbli fi Stat Membru speċifiku tkun iżgħar mill-medda bażi stabbilita f'paragrafu 1, l-għajnuna msemmija f'subparagrafu 2 għal dak l-Istat Membru għandha tiżdied bi proporzjon mal-medda bażi li ma tkunx ġiet koperta, sa limitu massimu stabbilit permezz tal-proċedura stipulata f'Artikolu 144. Kwalunkwe ammont li ma jintefaqx minħabba tnaqqis fil-produzzjoni għandu jiġi allokat għall-programmi nazzjonali ta" appoġġ.
Emenda 30 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1, punt 1 Regolament (KE) Nru 1782/2003 Artikolu 110d – Paragrafu 1– Inċiż 5a (ġdid)
Emenda 31 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1, punt 1 Regolament (KE) Nru 1782/2003 Artikolu 110(ea)(ġdid) – Paragrafu 1 (ġdid)
Artikolu 110(ea)
Programmi nazzjonali ta' appoġġ
1.Programmi nazzjonali ta' appoġġ għandhom jiġu stabbiliti sabiex isaħħu l-kompetettività. Il-Komunità għandha tiddetermina u tiffinanzja l-azzjonijiet eleġibbli. L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-pakkett ta" miżuri li jqisu li jkun effettiv u li jkun l-aktar adattat għall-partikularitajiet reġjonali tagħhom. Dan il-pakkett ta' miżuri jkun jista' jinkludi fond ta" ristrutturazzjoni għall-industrija tal-ħalġ.
Emenda 32 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1, punt 1 Regolament (KE) Nru 1782/2003 Artikolu 110(ea)(ġdid) – Paragrafu 2 (ġdid)
2.Il-programmi nazzjonali ta' appoġġ għandhom jiġu ffinanzjati permezz ta' perċentwali bażika minima ta' 1% ta' l-ammont globali ta' l-għajnuna akkoppjata. Ma' dan l-ammont jiżdiedu l-approprjazzjonijiet li ma jintużawx permezz ta' l-għajnuna akkoppjata minħabba t-tnaqqis tal-firxa ta' meded ikkultivati taħt il-limitu tal-meded bażi ta' kull Stat Membru.
Emenda 33 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1, punt 1 Regolament (KE) Nru 1782/2003 Artikolu 110(ea)(ġdid) – Paragrafu 3 (ġdid)
3.Fil-programmi nazzjonali ta' appoġġ huwa nkluż l-ammont li kien maħsub għar-ristrutturazzjoni tar-reġjuni li jipproduċu l-qoton li jitla' sa EUR 22 000 000 (jiġifieri 2,74% f'għajnuna) u li kien ġie trasferit għal taħt it-tieni pilastru.
Emenda 34 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1, punt 1 Regolament (KE) Nru 1782/2003 Artikolu 110(ea)(ġdid) – Paragrafu 4 (ġdid)
4.Fuq għażla ta' l-Istat Membru u permezz ta' programmi nazzjonali ta' appoġġ, jistgħu jiġu ffinanzjati azzjonijiet bil-għan li jittaffu l-konsegwenzi ta' tnaqqis eventwali tal-produzzjoni u biex ikun hemm ristrutturazzjoni tal-varjetajiet, kif ukoll azzjonijiet bil-għan li tiġi modernizzata l-kultivazzjoni sabiex tittejjeb il-kompetittività tal-prodott. Jingħata appoġġ lil modi ta' kultivazzjoni li jirrispettaw l-ambjent sabiex ikun hemm ġestjoni iktar razzjonali ta' l-ilma u jitnaqqas kemm jista' jkun l-użu ta' prodotti fitosanitarji, tiġi mħeġġa r-riċerka bbażata fuq il-ħolqien ta' varjetajiet mtejba fil-livell kwalitattiv, u wkoll jiġu privileġġjati r-ristrutturazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-fabbriki tal-ħalġ. L-Istati Membri jistgħu jagħtu inċentiv ta' kwalità lill-produtturi li joħolqu prodott ta' kwalità eċċezzjonali, fuq il-bażi ta' kriterji speċifiċi ffissati mill-Istati Membri.
Emenda 35 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikolu 1, punt 1 Regolament (KE) Nru 1782/2003 Artikolu 110e a (ġdid) – Paragrafu 5 (ġdid)
5.Il-politiki jistgħu jiġu ffinanzjati bħala parti mill-programmi nazzjonali ta" appoġġ biex jitbassru, jittaffew u jiġu miġġielda l-effett tal-bidla tal-klima fuq reġjuni li jipproduċu l-qoton.
Emenda36 Proposta għal regolament – att li jemenda L-Artikolu 1, punt 1 a (ġdid) Regolament (KE) Nru 1782/2003 Artikolu 143 d
(1a)Jitħassar l-Artikolu 143(d).
Emenda 37 Proposta għal regolament – att li jemenda Artikol 1, punt 1 b (ġdid) Regolament (KE) Nru 1782/2003 Artikolu 155 a
(1b)L-Artikolu 155 b jiġi mibdul b'dan it-test:
"Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2009 l-Kummissjoni għandha tgħaddi lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament rigward [...] iż-żejt taż-żebbuġa, iż-żejt tal-mejda u l-pjantaġġuni taż-żebbuġ, it-tabakk u l-ħops, flimkien ma' proposti adegwati jekk ikun il-każ.
Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-qoton għandhom jibqgħu fis-seħħ sa l-2013.''
Il-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku
332k
97k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Mejju 2008 dwar il-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku
– wara li b'mod partikulari kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' April 2007 dwar ir-relazzjonijiet transatlantiċi(1) u r-riżoluzzjonijiet tiegħu ta' l-1 ta' Ġunju 2006 dwar it-titjib fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Istati Uniti fil-qafas ta' Ftehim ta' Sħubija Transatlantika(2) u dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi transatlantiċi bejn l-UE u l-Istati Uniti(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Settembru 2007 dwar is-sikurezza tal-prodotti u, l-aktar, tal-ġugarelli(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-bidla fil-klima, b'mod partikulari dawk tas-16 ta' Novembru 2005(5), tas-26 ta' Ottubru 2006(6) u ta' l-14 ta' Frar 2007(7),
– wara li kkunsidra l-eżitu tas-Samit bejn l-UE u l-Istati Uniti li sar fit-30 ta' April 2007 f'Washington DC, u b'mod partikulari għall-Qafas tiegħu għat-Tmexxija 'l Quddiem ta' l-Integrazzjoni Ekonomika Transatlantika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta u r-rapport ta' progress adottati fl-ewwel Kunsill Ekonomiku Transatlatiku (TEC) fid-9 ta' Novembru 2007,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta" Proċedura,
A. billi l-Parlament Ewropew u l-Kungress ta' l-Istati Uniti t-tnejn kontinwament ħadmu favur it-tlestija tas-suq transatlantiku sa l-2015,
B. billi l-paċi, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem l-istat tad-dritt, il-liġi internazzjonali, l-ekonomiji sostenibbli u l-iżvilupp sostenibbli huma valuri komuni li jiffurmaw il-bażi tas-Sħubija Transatlantika li hija s-sinsla tal-politika esterna ta' l-UE u tal-politika ekonomika globali tagħha,
C. billi l-imsieħba transatlantiċi għandhom irwol ekonomiku dominanti fid-dinja, huma jaqsmu r-responsabilità għall-istat tat-tmexxija ekonomika globali u għas-sejba ta' soluzzjonijiet għall-isfidi ekonomiċi globali;
D. billi sħubija b'saħħitha u li taħdem tajjeb bejn l-UE u l-Istati Uniti hija vitali għat-tiswir ta' l-iżvilupp globali fuq il-bażi ta' valuri komuni u ta' multilateraliżmu u liġi internazzjonali effettivi; billi jeħtieġ li jkun hemm tmexxija politika b'saħħitha u konsistenti sabiex l-imsieħba jkunu jistgħu jilħqu dan l-objettiv,
1. Jenfasizza li sħubija transatlantika mill-qrib hija l-istrument ewlieni biex il-globalizzazzjoni tissawwar fl-interessi tal-valuri komuni u favur ordni politika u ekonomika dinjija ekwa; itenni l-opinjoni tiegħu li suq transatlantiku kompetittiv u li jiffunzjona huwa l-bażi fuqiex tista' tiġi ankrata fis-sod is-sħubija transatlantika b'mod li l-UE u l-Istati Uniti jkunu jistgħu jindirizzaw flimkien l-isfidi politiċi u ekonomiċi globali;
2. Jappoġġja bis-sħiħ il-proċess tat-tisħiħ ta' l-integrazzjoni ekonomika transatlantika fis-Samit ta' l-2007 bl-adozzjoni tal-'Qafas għat-tmexxija 'l quddiem ta' l-Integrazzjoni Ekonomika Transatlantika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti' u bit-twaqqif tat-TEC li għandu jissorvelja u jħaffef l-isforzi indikati fil-qafas;
3. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni, wara r-rakkomandazzjoni tal-Parlament, iddeċidiet li tħejji studju, li r-riżultati tiegħu huma mistennija fl-2008, dwar liema ostakli għandhom jeħtieġ li jitneħħew biex jitlesta s-suq transatlantiku; jemmen li dan l-istudju għandu jiġi ċċirkulat b'mod estensiv fuq iż-żewġ naħat ta' l-Atlantiku; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li r-riżultat ta' l-istudji dwar it-twaqqif tas-suq transatlantiku jiġi diskuss mal-kumitati parlamentari rilevanti qabel ma wieħed jasal għal konklużjonijiet speċifiċi għal rakkomandazzjonijiet futuri għat-TEC;
4. Jemmen li għandu jitfassal pjan direzzjonali dettaljat miż-żewġ amministrazzjonijiet fil-ħin għas-Samit UE-Stati Uniti ta" l-2009 li juri kif għandu jinkiseb l-impenn għal żmien twil ta" kull settur biex jitlesta s-Suq Transatlantiku billi setturi jiġu allokati skadenzi speċifiċi;;
5. Japprezza l-progress li sar s'issa mit-TEC biex jidħol għar-responsabilità politika ħalli jiġu identifikati l-prijoritajiet u biex titwitta t-triq għal ftehimiet li jneħħu l-ostakli għall-kummerċ u għall-investiment u biex tissaħħaħ il-kompetizzjoni tas-Suq Transatlantiku;
6. Huwa ta' l-opinjoni li r-riżultati miksuba mit-TEC mindu twaqqaf juru li s-suq transatlantiku ma jistax jinbena biss fuq xogħol amministrattiv, iżda li sabiex jinkiseb dan l-għan tinħtieġ gwida politika b'saħħitha u kontinwa; jinkuraġġixxi lit-TEC sabiex ikompli fl-isforzi tiegħu b'determinazzjoni;
7. Jenfasizza l-ħtieġa urġenti biex jinżamm il-momentum ta' dan il-proċess matul is-snin elettorali ta' l-2008 u l-2009, u jkun żgurat li ż-żewġ naħat ikomplu jersqu b'ħeffa lejn il-kisba ta' għanijiet komuni u li l-uffiċjali eżekuttivi fuq iż-żewġ naħat jibqgħu impenjati favur il-kisba ta' l-għan aħħari;
8. Jenfasizza li l-kisba ta' progress konkret, b'mod partikulari, fl-oqsma ta' l-istandards tal-kontabilità, in-negozju tat-titoli, ir-riassigurazzjoni, is-sikurezza ta' l-importazzjoni, id-dikjarazzjoni ta' konformità tal-fornituri u l-importazzjonijiet tat-tajr li jkun għadda minn trattament għat-tnaqqis tal-patoġeni jikkostitwixxi prijorita' għal-laqgħa tat-TEC li għandha sseħħ fi Brussel fl-14 ta' Mejju 2008; iqis, madankollu, li huwa importanti li tinġibed l-attenzjoni għal diversi kwistjonijiet rilevanti oħra li jeħtieġu li jiġu indirizzati mit-TEC fil-ġejjieni;
9. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tinformah bir-riżultati ta' l-istudju msemmi hawn fuq;
Servizzi finanzjarji
10. Jappoġġja l-istrateġija msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1569/2007(8) u l-ittra tas-26 ta' Settembru 2007 mill-Kummissjoni Ewropea lill-Kummissjoni ta' l-Istati Uniti tat-Titoli u tal-Kambju (SEC) dwar "Regoli Proposti dwar l-aċċettazzjoni minn emittenti privati barranin ta' rapporti finanzjarji mħejjija b'konformità ma' l-istandards internazzjonali ta' rappurtaġġ finanzjarju mingħajr il-ħtieġa ta' rikonċiljazzjoni mal-GAAP ta' l-Istati Uniti" kif ukoll ir-riżoluzzjoni ta' l-14 ta' Novembru 2007(9) dwar l-applikazzjoni ta' l-istandards ta' kontabilita' nazzjonalili tenfasizza b'mod partikolari li "Deċiżjoni mill-Kummissjoni timplika, fil-każijiet kollha, id-dritt għall-emittenti ta' l-UE li jużaw, fi kwalunkwe pajjiż terz, l-Istandards Internazzjonali ta' Rappurtaġġ Finanzjarju (IFRS) kif approvati mill-Unjoni Ewropea";
11. Jemmen li l-għarfien reċiproku tas-swieq tat-titoli bejn l-Istati Uniti u l-UE jkun pass importanti 'l quddiem li jtejjeb l-effiċjenza tas-suq transatlantiku billi jiġi ffaċilitat l-aċċess ta' l-UE u ta' l-Istati Uniti għal suq usa' u aktar profond; madankollu jenfasizza li dan il-proġett irid ikun riżultat ta' ftehima bilaterali u li trid tiġi konkluża Ftehima ta' Qafas bejn l-Istati Uniti u l-UE li tqis bis-sħiħ il-leġiżlazzjoni ta' l-UE dwar is-superviżjoni tas-swieq finanzjarji u li l-Kummissjoni għandha tiskoraġixxi li jiġu konklużi ftehimiet bilaterali bejn l-Istati Membri u l-Istati Uniti minħabba li dan jista' jipperikola l-kundizzjonijiet indaqs fl-UE;
12. Jenfasizza li s-salvagwardja ta' l-istabilità finanzjarja hija ta' l-ogħla importanza; ifakkar l-irwol tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) f'dan ir-rigward; jisħaq fuq in-nuqqasijiet li qed jenfasizza l-inkwiet finanzjarju attwali, b'mod partikolari il-kriżi li għaddejja bħalissa fis-swieq finanzjarji prinċipali, l-iżbilanċi li dejjem qed jikbru fl-allinjamenti tal-munita u fir-relazzjonijiet kummerċjali, il-kriżi ta' djun li għaddejja bħalissa jew li qed terġa' tixref f'xi wħud mill-pajjiżi l-aktar foqra tad-dinja, u id-differenza dejjem akbar fil-ġid bejn il-pajjiżi u ġewwa fihom; jemmen li t-tisħiħ tal-koperazzjoni bejn awtoritajiet ta' sorveljanza fl-Istati Uniti u fl-Unjoni Ewropea huwa vitali;
13. Jilqa' b'sodisfazzjon l-istrateġija tal-Forum għall-Istabilità Finanzjarja (FSF) u ta' l-IMF li jistabbilixxu dijanjosi komuni tat-taqlib finanzjarju u jistenna bil-ħerqa l-implimentazzjoni miż-żewġ partijiet tal-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ta' politika mill-Grupp ta' Ħidma ta' l-FSF dwar l-Elastiċità ta' l-Istituzzjonijiet u tas-Swieq; madankollu huwa ta' l-idea li din il-ħidma għandha tkun biss komplimentari u m'għandhiex tissostitwixxi r-riflessjonijiet u r-reazzjonijiet xierqa ta' politika fl-UE u fl-Istati Uniti;
14. Jistieden lill-Istati Uniti sabiex iżomm lill-UE mgħarrfa bil-progress ta' l-implimentazzjoni tal-qafas Basel II; ifakkar fl-importanza ta' strateġija koordinata meta jiġu żviluppati jew modifikati r-regoli globali għall-parteċipanti attivi b'mod interbnazzjonali fis-swieq finanzjarji; jemmen, f'dan ir-rigward, li l-implimentazzjoni tal-Basel II fl-Istati Uniti hija importanti ferm sabiex tinżamm il-parità fil-kundizzjonijiet fil-livell globali;
15. Jilqa' l-ħidma tal-Kungress ta' l-Istati Uniti biex tintroduċi leġiżlazzjoni biex toħloq Uffiċċju Federali ta' Informazzjoni dwar Assikurazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju tat-Teżor ta' l-Istati Uniti; jemmen li flimkien mal-"Blue Print" tat-Teżor ta' l-Istati Uniti, dan huwa pass importanti lejn l-għarfien reċiproku ta' strateġiji regolatorji għas-servizzi finanzjarji; jagħraf li għad fadal ħafna li dwaru għad irid jintlaħaq qbil u li l-kollateral tar-riassikurazzjoni għadha kwistjoni ewlenija li għad trid tissolva; jemmen li l-kisba tal-miri tas-Solvency II tisseddaq b'mod sinifikattiv b'koperqazzjoni parlamentari eqreb;
Koperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar il-kummerċ u r-regolamentazzjoni
16. Jenfasizza li biex jinkiseb l-objettiv ta' ħolqien ta' standards uniformi għall-kummerċ u għall-investiment, kif diskuss fil-laqgħa tat-TEC f'Novembru 2007 f'dak li jirrigwarda pjan direzzjonali biex jintlaħaq rikonoxximent reċiproku sa l-2009 tal-ftehimiet ta' sħubija kummerċjali bejn l-UE u l-Istati Uniti, jeħtieġ li jkun garantit livell għoli fl-istandards soċjali, ambjentali u tas-saħħa;
17. Itenni li għadd ta' l'hekk imsejħa ostakli mhux tariffarji għall-kummerċ u għall-investiment huma msejsa fuq l-attivitajiet konxji tal-korpi leġiżlattivi mmirati biex jiksbu objettivi soċjali relatati mas-saħħa li huma kulturali jew ambjentali, u għalhekk m'għandhomx jitneħħew mingħajr att leġiżlattiv; F'dan ir-rispett, jenfasizza l-irwol kruċjali tal-Parlament u tal-Kungress ta' l-Istati Uniti fil-kontroll tal-proċess ta' allinjament ta' l-istandards u t-tneħħija ta' l-ostakli għall-kummerċ u għall-investiment;
18. Jenfasizza li s-sikurezza ta' prodotti importati għandha ssir prijorità fit-TEC ukoll; huwa ta' l-opinjoni li n-nies ikollhom fiduċja f'ambjent b'kummerċ miftuħ jekk is-saħħa u s-sikurezza tagħhom ikunu protetti; jistieden lill-Kummissjoni dwar is-Sikurezza tal-Prodotti għall-Konsumaturi ta' l-isati Uniti sabiex tuża l-libertà akbar tagħha biex taqsam ma' oħrajn informazzjoni speċifika għal kull każ iżda jipproponi li t-TEC jaħdem favur it-twaqqif ta' strument ta' koperazzjoni li jorbot li jagħti struttura u jiffaċilita il-qsim ta' informazzjoni dwar is-sikurezza tal-prodotti u l-iżvilupp ta' programm komuni ta' azzjonijiet ta' koperazzjoni; Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex isaħħu l-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet tad-dwana u tas-sorveljanza tas-suq ta' l-UE u ta' l-Istati Uniti sabiex ikun żgurat li l-kontrolli fil-fruntieri esterni jkunu adegwati b'mod li prodotti perikolużi, partikolarment ġugarelli perikolużi, ma jitħallewx jaslu għand il-konsumaturi, iżda dan mingħajr piż burokratiku żejjed; jistieden lill-Istati Membru u lill-Istati Uniti sabiex jiżguraw li jkun hemm infurzar strett tal-liġi dwar is-sikurezza tal-prodott, partikolarment fuq il-ġugarelli, u biex jiġu żgurati spezzjonijiet nazzjonali aktar rigorużi; jenfasizza l-ħtieġa ta' koperazzjoni mill-qrib bejn l-UE u l-Istati Uniti biex ikun żgurat li ċ-Ċina u pajjiżi terzi oħra jgħollu l-istandards ta' produzzjoni tagħhom sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi ta' sikurezza ta' l-UE u ta' l-Istati Uniti, b'mod partikolari għall-ġugarelli, u biex jikkonvinċu 'l dawn il-pajjiżi li s-sikurezza tal-prodott trid tiġi integrata fil-proċess ta' produzzjoni u distribuzzjoni;
19. Jappella għal aktar informazzjoni dwar l-Att ta' l-Istati Uniti dwar is-Sikurezza tal-Prodotti għall-Konsumaturi u jinsab imħasseb li dan l-istrument ġdid se jdaħħal piżijiet regolatorji mhux meħtieġa għall-kumpaniji Ewropej billi jintroduċi rekwiżiti obligatorji ta' sikurezza, inkluż testijiet imwettqa minn partijiet terzi; iħeġġeġ li d-diskussjoniiet isiru b'għarfien reċiproku sabiex ma jkunx hemm xogħol doppju;
20. Jinnota li l-kummerċ sikur huwa partikolarment importanti f'ekonomija globali dejjem aktar integrata iżda huwa tal-fehma li l-proposta li jiġu spezzjonati l-kontejners kollha li jiġu minn barra bhala mizura biex jigi evitat theddid terroristiku mhix mehtieġa u lanqas realistika; għalhekk jitlob lill-Kungress biex jirtira din il-proposta u huwa konvint li 'L-inizjattiva ta' sikurezza għall-kontejners' li tispezzjona kontejners tal-baħar hija miżura suffiċjenti sabiex tiggarantixxi s-sikurezza tat-trasport marittimu internazzjonali;
21. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex, fejn ikun possibbli, tinnegozja standards globali komuni fi ħdan il-qafas tat-TEC; jemmen li l-infurzar ta' standards komuni ta' sikurezza tal-vetturi (Regolament Tekniku Globali tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropea NU-ECE ) inaqqas konsiderevolment l-ispejjeż għall-industrija tal-karozzi li hija fost l-aktar li tħaddem nies kemm fl-UE kif ukoll fl-Istati Uniti;
22. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex taħdem favur l-adozzjoni formali ta' proċeduri għall-għarfien reċiproku ta' dikjarazzjonijiet ta' konformità għall-prodotti suġġetti għal testijiet obligatorji minn partijiet terzi, l-aktar għat-Teknoloġija ta' Informazzjoni u Komunikazzjoni (ICT) u għal tagħmir elettriku;
23. Ikompli jappoġġja lill-Kummissjoni fl-isforzi tagħha biex tasal għal ftehim reċiproku għat-tikkettar ta' prodotti importati b'kejl imperjali u metriku u jinsisti dwar il-ħtieġa li jkunu aċċettati l-miżuri ta' kejl miftehma skond l-istandards internazzjonali, partikolarment l-aċċettazzjoni mill-Istati Uniti ta' prodotti mmarkati biss bis-sistema metrika; huwa ta' l-opinjoni li dan l-isforz se jżid l-ekonomiji ta' skala għall-kumpaniji Ewropej, ta' l-Istati Uniti u ta' pajjiżi terzi u jkun partikolarment ta' benefiċċju għall-Intrapriżi Żgħar u ta' Daqs Medju (SMEs);
24. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex isaħħu l-koperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar is-Sistema Armonizzata Globali għall-Klassifikazzjoni u l-Ittikettar ta' Kimiċi (GHS), partikolarment fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tal-kriterji internazzjonali maqbula mill-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-Nazzjonijiet Uniti; iqis li objettiv importanti tas-Sistema huwa li jiġi ffaċilitat il-kummerċ u jissaħħaħ il-ħarsien tal-konsumatur, u għal dan il-għan jinsisti li l-GHS tiġi implimentata fl-istess ħin u b'mod kompatibbli fl-UE u fl-Istati Uniti;
25. Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li d-data personali saret ingredjent essenzjali ta' ħafna attivitajiet kummerċjali, partikolarment it-telekomunikazzjonijiet elettroniċi; jinnota li l-valur ekonomiku tad-data personali u ta' operazzjonijiet b'valur miżjud ibbażati fuqha qed jiżdied b'ħeffa; Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tieħu l-inizjattiva, b'koperazzjoni mill-qrib mal-Parlament Ewropew, sabiex telabora prinċipji transatlantiċi dwar il-protezzjoni tad-data, flimkien mal-kontroparti tagħha, il-Kummissjoni Federali għall-Kummerċ ta' l-Istati Uniti; Barra minn hekk, jappella għall-elaborazzjoni urġenti ta' standards globali għall-protezzjoni tad-data fil-kuntest tat-TEC sabiex ikunu garantiti livell għoli ta' protezzjoni tad-data personali u ċertezza legali għall-kumpaniji;
Kwistjonijiet ta' biedja
26. Jappella għal soluzzjoni urġenti fir-rigward tad-diskussjonijiet li għaddejjin dwar il-projbizzjoni fuq l-importazzjoni fl-UE ta' tjur ta' l-Istati Uniti li jkun għadda minn trattamenti ta' tnaqqis ta' patoġeni; jirrikonoxxi l-ħtieġa li jingħataw pariri xjentifiċa xierqa b'attenzjoni għall-ħarsien tal-konsumatur u għall-informazzjoni; jirrikonoxxi wkoll l-investimenti konsiderevoli li saru mis-settur Ewropew tat-tjur b'konformità mal-leġiżlazzjoni Ewropea sabiex titnaqqas il-kontaminazzjoni tas-salmonella permezz ta' approċċ għal tul il-katina kollha; huwa tal-fehma li kwalunkwe soluzzjoni li tinstab m'għandhiex twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni;
27. Jemmen li d-deċiżjoni tal-Komunità li tipprojbixxi l-importazzjoni ta' ċanga ttrattata bl-ormoni kienet kompletament ġustifikata fuq il-bażi ta' provi xjentifiċi u jitlob lill-Istati Uniti biex ineħħu s-sanzjonijiet tagħhom minn fuq il-prodotti Ewropej minghajr aktar dewmien;
28. Jenfasizza l-importanza tal-proċedura unika ta' awtorizzazzjoni għall-ikel u l-għalf kollu li jkun fih l-organiżmi ġenetikament modifikati (GMOs) b'konformità mal-prinċipju ta' prekawzjoni, kif ukoll l-importanza ta' l-ittikkettar u t-traċċabilità ta' prodotti ta' ikel u għalf modifikati ġenetikament li jħalli lill-konsumaturi jagħmlu għażla informata;
29. Jitlob li jkun hemm djalogu dwar il-bidliet reċenti fis-swieq agrikoli, b'mod partikulari fir-rigward tal-bidliet fil-prezzijiet tal-prodotti, ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-Politika Agrikola Komuni ("Kontroll tas-Saħħa fl-UE"), il-Farm Bill ta' l-Istati Uniti, il-pagamenti anti-ċikliċi, l-importanza li dejjem qiegħda tikber ta' l-iżvilupp rurali, kif ukoll ta' l-istrument ta' konformità reċiproka;
Koperazzjoni fl-enerġija, fl-industrija u fix-xjenza
30. Jappella sabiex tiżdied il-koperazzjoni strateġika transatlantika fl-enerġija, fl-industrija u fil-qasam tal-politika xjentifika; jenfasizza l-importanza tal-kwistjoni ta' l-enerġija u jappoġġa d-diversifikar ta' l-għejun ta' enerġija u r-rotot ta' forniment sabiex jiġu żgurati l-provvista ta' enerġija u infrastruttura sikuri u jiġu promossi politiki ta' sigurtà fl-enerġija msejsa fuq is-suq; jinnota d-dibattitu li qed jiżdied fuq iż-żewġ naħat ta' l-Atlantiku dwar is-sistemi għall-iskambju tal-karbonju;
31. Jenfasizza l-ħtieġa li bejn l-UE u l-Istati Uniti jkun hemm koperazzjoni regolatorja u xjentifika mtejba fil-qasam tal-bijofjuwils u l-bijomassa, billi jiġu promossi, fuq bażi konġunta, għejun alternattivi u sostenibbli għas-settur tat-trasport; iħġġeġ lit-TEC biex ikompli -ħidma tiegħu għall-identifikazzjoni ta' standards komuni mal-Brażil fil-qasam tal-bijofjuwils li jiżguraw l-ogħla livell ta' sostenibilità ambjentali u biex jagħti kas tat-tħassib dwar is-sikurezza globali ta' l-ikel;
L-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u l-Agenda ta' Doha għall-Iżvilupp
32. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex taħdem sabiex tiżgura li t-TEC ikun ta' għajnuna sabiex tintlaħaq konklużjoni pożittiva għall-Aġenda ta' Doha għall-Iżvilupp; iqis id-dominanza ta' l-UE u ta' l-Istati Uniti fil-kummerċ dinji (fil-mument 60% tat-total) bħala vantaġġ potenzjali għas-sistema globali ta' kummerċ u għall-qafas komuni tagħha;
33. Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa jekk il-proċedura għas-soluzzjoni ta' tilwim dwar kummerċ bilaterali tistax issir suġġett ta' interess għat-TEC; jinnota, f'dan ir-rigward, li minkejja li tilwimiet kummerċjali kkonċernaw biss 2% tal-kummerċ bejn l-UE u l-Istati Uniti, uħud huma ferm dannużi u jtellfu ħafna flus;
34. Jistieden lill-Kummissjoni tiddiskuti fit-TEC kif tista' tinstab koerenza akbar bejn il-ftehimiet kummerċjali bilaterali u r-regoli multilaterali tad-WTO, sabiex tiġi ggarantita sistema kummerċjali internazzjonali aktar armonjuża u sempliċi għal kulħadd; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiddiskuti kif l-UE u l-Istati Uniti jistgħu jikkonverġu iktar fl-iffirmar ta' ftehimiet bilaterali ma' pajjiżi terzi rigward miżuri għall-kwalifikazzjoni tal-kummerċ, bħalma huwa dispożizzjoni rigward il-kummerċ u l-ambjent, il-kummerċ u l-istandards soċjali, il-kummerċ u l-liġijiet tal-ħaddiema;
35. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa b'urġenza strateġija komprensiva dwar il-kwistjonijiet Ewropej mhux kummerċjali fit-taħditiet dinjin dwar il-kummerċ, b'mod partikulari dwar klawżoli soċjali u ambjentali, ir-rikonoxximent u l-ħarsien ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi, il-ġid ta' l-annimali, l-istat ta' saħħa ta' prodotti minn annimali u pjanti importati, biex tkun evitata l-kompetizzjoni inġusta kontra l-produtturi Ewropej;
36. Jitlob lill-Kummissjoni biex titlob lit-TEC sabiex jippreżenta rapport ta' progress dwar l-attivitajiet ta' koperazzjoni dwar l-infurzar tad-drittijiet ta' proprjeta' intellettwali (IPR), inkluż li jħabbar il-passi futuri li jridu jittieħdu sabiex tissaħħaħ il-koperazzjoni fil-ġlieda kontra l-iffalsifikar u l-ikkuppjar illegali; jappella għal pjan direzzjonali biex jiġi ffaċilitat l-għarfien reċiproku tal-liġijiet dwar il-privattivi;
37. Jistieden lit-TEC biex jappoġġja b'mod attiv id-dikjarazzjoni ta' Doha dwar il-Ftehima TRIPS li tiffaċilita l-aċċess għal mediċini vitali għal dawk il-pajjiżi li m'għandhomx kapaċità produttiva għal prodotti farmaċewtiċi; Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tqajjem il-kwistjoni tal-politika ta' l-Istati Uniti li tinkludi fil-ftehimiet bilaterali negozjati mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw klawsoli li bihom dawk il-pajjiżi jirrinunzjaw għall-użu tad-dispożizzjoni tad-Dikjarazzjoni ta' Doha dwar il-Ftehim TRIPS li tippermettilhom jipproduċu u jimportaw mediċini ġeneriċi li huma meħtieġa biex jaffrontaw problemi pubbliċi ta' saħħa kbar (AIDS, tuberkulożi, eċċ);
38. Iqis li jkun xi jkun ir-riżultat ta' l-Aġenda għall-Iżvilupp ta' Doha, il-kuncett tas-Suq Transatlantiku biex jiehu hsieb il-koperazzjoni regolatorja għat-tneħħija gradwali ta' ostakoli mhux tariffarji jista' jkun vitali sabiex jiġi żgurat li jitkompla il-momentum għall-ġenerazzjoni ta' l-integrazzjoni tal-kummerċ globali;
39. Iqis li hu kompitu importanti min-naħa ta' l-Ewropa fit-TEC li tikkonvinċi lill-imsieħba transatlantiċi ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-ħtieġa li sa l-2012 jissawwar reġim post-Kyoto b'ambitu aktar wiesa', ambizzjuz u li jorbot legalment dwar l-emissjonijiet b'effett ta' serra, u li jitfassal proġett transatlantiku kbir għall-iskambju ta' investiment u teknoloġija fil-qasam ta' produzzjoni ta' l-enerġija sikura u li ma tniġġisx;
L-Iżvilupp Reġjonali
40. Jenfasizza l-impatt pożittiv li aktar progress fl-integrazzjoni ekonomika transatlantika x'aktarx ikollu fuq l-iżvilupp reġjonali sostenibbli u huwa ta' l-opinjoni li dan il-progress jikkontribwixxi favur l-isforzi ta' l-UE fl-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija ta' Liżbona u jwassal għal koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali; f'dan il-kuntest, jisitieden lill-entitajiet responsabbli ta' l-UE biex jiżguraw li dan il-progress jikkontribwixxi għal żvilupp armonjuż u bbilaċjat tat-territorji kollha ta' l-UE u jqisu l-prinċipju Ewropew ta' aċċess universali għas-servizzi ta' interess ġenerali;
41. Jistieden liż-żewġ partijiet sabiex jistudjaw il-possibilità li jdħlu fi djalogu ta' politika reġjonali strutturat, li jipprovdi mezz xieraq biex jitfittxew modi ġodda fil-politika reġjonali, bl-iskambju ta' prattiki tajba fost l-oħrajn fl-oqsma tar-riċerka u ta' l-iżvilupp, u jiġu studjati mezzi biex jintlaqgħu l-isfidi komuni, bħall-bidla fil-klima u l-prezzijiet ta' l-enerġija;
L-aġenda futura tad-Djalogu dwar il-Leġiżlaturi Transatlantiċi (TLD) u t-titjib strutturali
42. Jistieden lit-TLD biex għal-laqgħat li jmiss tagħhom jinkludu fl-aġenda diskussjoni dwar il-liġi ta' l-Istati Uniti dwar il-kontroll tal-merkanzija sabiex jiżguraw aktar fehim reċiproku dwar dan is-suġġett bejn il-Parlament u l-Kungress ta' l-Istati Uniti; Jenfasizza wkoll il-ħtieġa li t-TLD jirrifletti dwar aġenda għad-WTO għal wara Doha, li tinkludi riforma tad-WTO, u jiddiskuti d-drittijiet tal-bniedem u l-klawżoli ambjentali u ta' drittijiet soċjali fi ftehimiet kummerċjali bilaterali, billi jikseb lezzjoni, inter alia, mill-ftehima bilaterali l-aktar riċenti ta' l-Istati Uniti mal-Peru li fiha dispożizzjonijiet dettaljati u nfruzabbli dwar l-istandards fix-xogħol;
43. Jiġbed l-attenzjoni għall-irwol kruċjali tal-Parlament u tal-Kungress ta' l-Istati Uniti fl-appoġġ tagħhom għal dan il-momentum u għall-fatt li kwalunkwe ostakoli mhux tariffarji jistgħu biss jitneħħew mil-leġislaturi; jitlob li l-PE għandu jagħmel diskussjoni annwali ppreparata tajjeb dwar il-progress fi kwistjonijiet li jiġu diskussi fi ħdan it-TEC kif ukoll dwar l-istruttura tagħha;
44. Jappella, għaldaqstant, lill-mexxejja ta' l-UE u ta' l-Istati Uniti u lill-ko-chairpersons tat-TEC sabiex iqisu l-irwol kruċjali tal-leġislaturi sabiex il-proċess ikollu suċċess fuq tul taż-żmien, u jħeġġiġhom sabiex jinvolvu bis-sħiħ u b'mod dirett, lir-rappreżentanti tat-TLD, fix-xogħol tat-TEC; jagħraf fl-istess ħin l-importanza tal-partijiet interessati min-naħa tan-negozjanti u tal-konsumaturi għall-għoti ta' riflessjoni dwar ix-xogħol tat-TEC, u l-kontribut ta' esperti għalih; huwa ta' l-opinjoni, madankollu, li l-irwol konsultattiv tagħhom għandu jkun iddivrenzjat mill-irwol leġiżlattiv tal-Kungress ta' l-Istati Uniti u tal-Parlament;
45. Jinnota t-twaqqif ta' Grupp ta' Konsulenti, magħmul minn rappreżentanti tat-TLD, id-Djalogu Transatlantiku tan-Negozju u tad-Djalogu Transatlantiku tal-Konsumaturi; ifaħħar il-kontribut tal-leġiżlaturi u tal-partijiet interessati għas-suċċess ta' l-ewwel laqgħa tat-TEC f'Novembru 2007; jittama li d-Djalogu tax-Xogħol Transatlantiku u d-Djalogu ta' l-Ambjent Transatlantiku jkollhom irwol akbar fil-ġejjieni qarib; jappella sabiex il-kapijiet tat-TALD u t-TAED jiddaħħlu fil-Grupp ta' Konsulenti;
46. Itenni x-xewqa tiegħu li jsaħħaħ id-djalogu bejn iż-żewġ parlamenti u jappella għas-sehem minn kmieni tagħhom l-aktar fir-rigward ta' kwalunkwe regoli futuri żviluppati minn entitajiet awtoregolatorji globali sabiex jindirizzaw minn kmieni kwistjonijiet ta' responsabilità politika;
47. Huwa tal-fehma li dawn issa huma kwistjonijiet ta' natura sostanzjali li jistħoqqilhom li l-parlamentarji nazzjonali jinżammu aġġornati regolarment dwar l-iżviluppi; jitlob lill-President tiegħu sabiex jiżgura li jiġu stabbiliti mekkaniżmi bħal dawn;
o o o
48. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri, is-segretarjat tal-Kunsill Ekonomiku Transatlantiku u l-Kungress ta' l-Istati Uniti.
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu li jiddetermina l-ekwivalenza ta' l-istandards ta' kontabilità applikati minn emittenti ta' titoli ta' pajjiżi terzi skond id-Direttivi 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 340, 22.12.2007, p.66).
Id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja fl-2007 u l-Politika ta' l-UE dwar il-Kwistjoni
728k
311k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Mejju 2008 dwar ir-Rapport Annwali 2007 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja u l-politika ta' l-UE dwar il-kwistjoni (2007/2274(INI))
– wara li kkunsidra id-disa' Rapport Annwali ta' l-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (2007)(1),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 6, 11, 13 u 19 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 177 u 300 tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-istrumenti internazzjonali rilevanti kollha dwar id-drittijiet tal-bniedem(2),
– wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,
– wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet kollha tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-protokolli mhux obbligatorji tagħhom,
– wara li kkunsidra l-istrumenti reġjonali tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi b'mod partikolari l-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, il-Protokoll mhux obbligatorju dwar id-Drittijiet tan-Nisa fl-Afrika, il-Konvenzjoni Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Karta Għarbija dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,
– wara li kkunsidra d-dħul fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2002 ta' l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC) u r-riżoluzzjonijiet tiegħu relatati mal- ICC (3),
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar Azzjoni kontra t-Traffikar ta' Bnedmin u l-pjan ta' l-Unjoni Ewropea ta' l-2005 dwar l-aħjar prattiki, standards u proċeduri għall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-prevenzjoni tiegħu(4),
– wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 13 għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (ECHR), rigward l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt fiċ-ċirkostanzi kollha,
- wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħrajn li huma Krudili, Inumani jew Degradanti (il-Konvenzjoni kontra t-Tortura),
- wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal,
- wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa u l-protokoll mhux obbligatorju tagħha,
- wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea(5),
- wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE u r-reviżjoni tiegħu(6),
- wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment ta" strument ta" finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (7)(Strument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem, EIDHR)
- wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem fid-dinja,
- wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-ħames u s-seba" sessjonijiet tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHCR), adottati fis-7 ta" Ġunju 2007(8) u fil-21 ta" Frar 2008(9) b'mod rispettiv, u r-riżultat tan-negozjati dwar l-UNHRC,
- wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-14 ta' Frar 2006 dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-klawżola tad-demokrazija fil-ftehim ta' l-Unjoni Ewropea(10),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu ta' l-1 ta' Frar 2007(11) u tas-26 ta" April 2007(12) dwar l-inizjattiva favur moratorju universali fuq il-piena tal-mewt u r-Riżoluzzjoni 62/149 ta' l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottata fit-18 ta' Diċembru 2007 dwar moratorju dinji fuq l-użu tal-piena tal-mewt,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-20 ta' Settembru 2001 dwar il-mutilazzjoni tal-ġenitali tan-nisa(13), li tafferma li kwalunkwe tip ta' mutilazzjoni bħal din, ta' kwalunkwe grad, huwa att ta' vjolenza kontra n-nisa u jikkostitwixxi vjolazzjoni tad-drittijiet fundamentali tagħhom,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Settembru 2007 dwar il-funzjonament tad-djalogi u l-konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem ma' pajjiżi terzi(14), inklużi d-drittijiet tan-nisa li għandhom jiġu indirizzati b'mod espliċitu fid-djalogi kollha dwar id-drittijiet tal-bniedem,
- wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2006 dwar il-liberta? ta' l-espressjoni fuq l-Internet(15),
- wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet kollha adottati minnu dwar każijiet urġenti ta' ksur ta d-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u ta' l-istat ta' dritt,
– wara li kkunsidra l-Forum dwar id-Drittijiet tal-Bniedem għall-NGOs ta' l-Unjoni Ewropea, li sar f'Liżbona f'Diċembru 2007,
- wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilitajiet, li ġiet iffirmata mill-Komunita' Ewropea u l-maġġoranza ta' l-Istati Membri tagħhom fit-30 ta' Marzu 2007 u li tistipula obbligu li jiġu inkorporati l-interessi u t-tħassib ta' persuni b'diżabilitajiet fl-azzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fir-rigward ta' pajjiżi terzi,
- wara li kkunsidra n-Nota ta' Gwida dwar id-Diżabilita? u l-Iżvilupp għad-delegazzjonijiet u s-servizzi ta' l-Unjoni Ewropea, ippubblikata f'Lulju 2004,
- wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-attivitajiet tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-Sitwazzjoni tad-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem,
- wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Ħarsien tal-Persuni Kollha mill-Għajbien Furzat, adottata f'Diċembru 2006,
– wara li kkunsidra l-Linji Gwida ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-promozzjoni ta' konformità mal-liġi umanitarja internazzjonali (IHL)(16), dwar it-tfal u l-kunflitti armati u dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll dwar il-piena tal-mewt, it-tortura u trattament ieħor krudili, inuman jew degradanti, dwar id-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem ma" pajjiżi terzi u dwar il-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tat-tfal,
- wara li kkunsidra l-Artikoli 45 u 112(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
- wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0153/2008),
A. billi d-disa' r-Rapport Annwali ta' l-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (2007), magħmul mill-Kunsill u mill-Kummissjoni, jipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem ġewwa u barra l-Unjoni Ewropea,
B. billidin ir-riżoluzzjoni teżamina, jevalwa u, f'każijiet speċifiċi, joffri kritika kostruttiva dwar l-attivitajiet tad-drittijiet tal-bniedem tal-Kummissjoni, tal-Kunsill, u tal-Parlament,
C. billi r-rekord intern ta' l-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem bla ebda dubju għandu impatt dirett fuq il-kredibilità tagħha u l-abilità tagħha li timplimenta politika esterna effettiva,
D. billi d-drittijiet tal-bniedem u l-ħarsien tagħhom jiddependu fuq l-istat tad-dritt, it-tmexxija demokratika, il-prinċipju tas-separazzjoni tas-setgħat u r-responsabilità politika, kif ukoll fuq drittijiet politiċi li jistgħu jippermettu lill-benefiċjarji tagħhom li jkunu huma stess difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u għandhom jiġu promossi b'mod parallel magħhom,
E. billi għandhom isiru sforzi sabiex aktar attenzjoni tkun iffukata fuq ir-rispett tad-drittijiet bażiċi tal-bniedem, b'mod partikolari d-drittijiet politiċi, fin-negozjati u l-implimentazzjoni ta' ftehim bilaterali jew ftehim kummerċjali reġjonali, anke dawk konklużi ma' msieħba kummerċjali importanti,
F. billi l-ġustizzja, il-liberta?, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, li jiggarantixxu l-libertajiet u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem, huma l-pilastri tal-paċi sostenibbli, u billi l-paċi sostenibbli ma tistax tinkiseb permezz ta' negozjati biex ikunu protetti dawk responsabbli għal abbużi sistemaċi tad-drittijiet tal-bniedem jew għal vjolazzjonijiet ta' l- IHL.
G. billi l-politiki li jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem għadhom mhedda f'diversi reġjuni tad-dinja, peress li l-vjolazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem inevitabbilment tmur id f'id ma' l-isforz min-naħa ta' min jagħmel dawn il-vjolazzjonijiet biex jitnaqqas l-impatt ta' kwalunkwe politika li tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari f'pajjiżi fejn il-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem huma kruċjali sabiex jinżamm gvern mhux demokratiku fil-poter,
H. billi 82% tal-persuni b'diżabilita? għadhom jgħixu taħt il-linja tal-faqar fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw and għadhom jiġu esposti għall-aktar abbużi gravi li jmorru kontra d-drittijiet tal-bniedem, inkluż ir-rifjut tad-dritt għall-ħajja u li jiġu esposti għal trattament inuman u degradanti, u billi s-sitwazzjoni tat-tfal b'diżabilitajiet hija ta' tħassib partikolari f'dan ir-rigward,
I. billi, skond il-Kostituzzjoni ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), 'it-tgawdija ta' l-ogħla standard li jista' jinkiseb fis-saħħa hija wieħed mid-drittijiet fundamentali ta' kull bniedem mingħajr l-ebda distinzjoni ta' razza, reliġjon, twemmin politiku, u kundizzjoni ekonomika jew soċjali', u billi s-saħħa tal-popli kollha hija fundamentali għall-kisba tal-paċi u s-sigurta?,
1. Jikkundanna l-fatt li l-Unjoni Ewropea għadha 'l bogħod milli tħaddem politika koerenti u ta' impatt kbir biex tiddefendi u tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja, u jenfasizza l-ħtieġa li politika bħal din titmexxa b'mod iktar effettiv; jemmen li hemm il-ħtieġa li jsir progress sostanzjali biex jiġi żgurat ir-rispett rigoruż tad-dispożizzjonijiet diġà eżistenti ta' l-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem;
2. Jemmen li biex ikun hemm titjib sinifikanti fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, għandhom jittieħdu passi biex tissaħħaħ il-politika barranija u ta' sigurtà komuni (CFSP) ta' l-UE, li spiss tkun imxekkla mill-prevalenza ta' l-interessi nazzjonali ta' l-Istati Membri, bil-għan li jkun żgurat li l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem titqies bħala prijorità, u biex jiġi żgurat li l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem bħala għan tas-CFSP, kif imfisser fl-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, tiġi implimentatata b'mod rigoruż;
3. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jagħmlu aktar sforzi biex titjieb il-kapaċità ta' l-Unjoni Ewropea li tirrispondi malajr għal vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem minn pajjiżi terzi, mhux lanqas billi l-politika għad-drittijiet tal-bniedem tiġi integrata fil-politiki esterni kollha ta' l-Unjoni Ewropea vis-à-vis dawn il-pajjiżi u billi jkunu indirizzati b'mod sistematiku il-kwistjonijiet marbutin mad-drittijiet tal-bniedem fil-qafas tad-djalogu politiku fil-livelli kollha;
Prinċipji ġenerali u proposti dwar id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, il-paċi u n-nonvjolenza
4. Jerġa' jafferma li d-drittijiet tal-bniedem – kif inhuma definiti fl-istrumenti u l-konvenzjonijiet internazzjonali ewlenin, inkluża l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea – huma drittijiet universali, indiviżibbli, li r-rispett effettiv tagħhom fil-prattika huwa mezz essenzjali biex jiġu garantiti kemm l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-liġi u l-ordni internazzjonali, u kif ukoll il-promozzjoni tal-paċi, tal-libertà, tal-ġustizzja u tad-demokrazija;
5. Jikkunsidra li l-possibilità li d-drittijiet tal-bniedem ikunu soġġetti b'mod effettiv għall-ġurisdizzjoni tal-qrati lokali u nazzjonali fid-dinja kollha jew, meta dan ma jkunx possibbli, tal-qrati sopranazzjonali, trid tkun stabbilita bħala objettiv espliċitu u ċentrali tal-politiki ta' l-UE, qabel kollox tal-politika barranija u ta' sigurtà komuni;
6. Jikkunsidra li wieħed mill-għanijiet politiċi ewlenin ta" l-Unjoni Ewropea għandu jkun li tappoġġja l-istituzzjonijiet ġudizzjarji fil-livelli kollha, bħala parti mill-isforzi sabiex tkun żgurata konformità effettiva mad-drittijiet tal-bniedem, u b'mod partikolari sabiex ikun ipprovdut appoġġ lill-qrati internazzjonali;
7. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni , għaldaqstant, biex jieħdu azzjoni prijoritarja – bħal dik li ttieħdet fir-rigward ta' l-istabbiliment ta' l-ICC – biex jiġu appoġġjati l-attivitajiet tal-qrati kollha li huma involuti fil-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem; jikkunsidra, b'mod partikolari, li t-tagħbija żejda ta" każijiet tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem għandha tiġi indirizzata permezz ta" allokazzjoni ta" riżorsi finanzjarji addizzjonali, u kif ukoll li għandu jingħata appoġġ massimu għax-xogħol tal-Qorti Interamerikana tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Qorti Afrikana tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, u li għandhom jittieħdu miżuri sabiex ikun iffaċilitat l-istabbiliment ta' Qorti tad-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-Istati fl-Asja u fil-Paċifiku;
8. Jikkunsidra li d-dritt għad-demokrazija – jiġifieri d-dritt ta' kull ċittadin li jipparteċipa fl-eżerċizzju tas-sovranità popolari fil-qafas ta' istituzzjonijiet soġġetti għall-istat tad-dritt – huwa dritt uman universali li nkiseb tul l-istorja u li hu rikonoxxut b'mod espliċitu mill-ECHR, mill-Ftehim Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, mid-Dikjarazzjoni ta' Vjenna tal-Konferenza Dinjija fuq id-Drittijiet tal-Bniedem ta' l-1993 u mid-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti; jikkunsidra li mad-dritt għad-demokrazija jikkorrispondi d-dover ta' l-istituzzjonijiet tal-komunità internazzjonali, ta' l-Unjoni Ewropea u ta' l-Istati Membri kollha li jaġixxu biex jitneħħew l-ostakoli li jfixklu l-eżerċizzju sħiħ tagħhom mad-dinja kollha; jikkunsidra li sabiex jintlaħaq dan, għandha tittieħed miżura addizzjonali ġdida, jiġifieri l-istabbiliment ta" netwerk ġenwin ta" demokraziji madwar id-dinja permezz tat-trasformazzjoni u tat-tisħiħ ta' organizzazzjonijiet eżistenti;
9. Jikkunsidra in-nonvjolenza bħala l-aktar mezz xieraq biex jiġi żgurat li d-drittijiet fundamentali tal-bniedem jitgawdew, jitħarsu, jiġu promossi u jiġu rispettati bi sħiħ; jemmen li l-promozzjoni ta' dan il-prinċipju għandu jikkostitwixxi objettiv prijoritarju fil-politika tal-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija ta' l-Unjoni Ewropea, u biħsiebu jagħti kontribut għall-aġġornament u għall-istudju tat-teoriji u l-prattiki nonvjolenti moderni, parzjalment permezz ta' analiżi komparattiva ta' l-aqwa prattiki li ntużaw fil-passat; bil-għan li din l-idea tingħata rwol politiku ċentrali, jipproponi li fl-2009 titlaqqa' Konferenza Ewropea dwar in-Nonvjolenza u li s-sena 2010 tkun iddikjarata bħala 's-Sena Ewropea tan-Nonvjolenza'; jistieden lill-Istati Membri biex jaħdmu, fin-Nazzjonijiet Uniti, sabiex jiġi ddikjarat 'id-Deċennju tan-Nonvjolenza 2010-2020';
Ir-Rapport Annwali ta' l-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem 2007
10. Jenfasizza l-importanza tar-Rapport Annwali ta' l-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fl-analiżi u l-evalwazzjoni tal-politika ta' l-Unjoni Ewropea dwar id-drittijiet tal-bniedem, u jagħraf li r-Rapport jagħti ħarsa ġenerali lejn il-volum li dejjem qed jikber ta' l-attivitajiet ta' l-Unjoni Ewropea relatati mad-drittijiet tal-bniedem;
11. Jikkunsidra li għandha tiġi provduta aktar informazzjoni u informazzjoni aħjar għall-evalwazzjoni tal-politiki preċedenti u li għandhom jiġu proposti elementi u linji gwida sabiex jiġi mmodifikat il-metodu ġenerali u kif ukoll jiġu aġġustati l-prijoritajiet ta' politika skond il-pajjiż, bil-għan li tiġi adottata Strateġija għal kull Pajjiż fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem jew, għallinqas, kapitolu dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-Karti Strateġiċi ta' kull Pajjiż; itenni t-talba tiegħu għal evalwazzjoni perjodika regolari dwar l-użu u r-riżultati tal-politiki, l-istrumenti u l-inizjattivi ta' l-Unjoni Ewropea dwar id-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jiżviluppaw indiċijiet u punti ta" referenza speċifiċi u kwantifikabbli biex ikejlu l-effikaċja ta" dawk il-politiki;
12. Jilqa' b'sodisfazzjon il-preżentazzjoni pubblika tar-Rapport 2007 mill-Kunsill u l-Kummissjoni fis-sessjoni plenarja tal-Parlament ta' Diċembru 2007, b'mod parallel mal-għoti tal-Premju annwali tiegħu Sakharov għal-Liberta? tal-Ħsieb lil Salih Mahmoud Mohamed Osman mis-Sudan; issa waqqaf prattika regolari u s-sessjoni plenarja ta' Diċembru saret tiffoka kull sena fuq l-attivitajiet ta' l-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem;
13. Għal darba oħra jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jidentifikaw 'il-pajjiżi ta' tħassib partikolari' fejn huwa partikolarment diffiċli li jiġu promossi d-drittijiet tal-bniedem u, għal dak il-għan, biex jiżviluppaw kriterji li bihom il-pajjiżi jitkejlu b'referenza għal-livell tagħhom tad-drittijiet tal-bniedem, biex b'hekk ikunu jistgħu jiġu stabbiliti prijoritajiet speċifiċi ta' politika;
L-attivitajiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem f'fora internazzjonali
14. Jikkunsidra li titjib kwantitattiv u kwalitattiv tas-segretarjat tal-Kunsill għad-drittijiet tal-bniedem jippermetti lill-Unjoni Ewropea li tgħolli l-profil tagħha u ssaħħaħ l-irwol tagħha fil-promozzjoni tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fil-politika esterna tagħha u sabiex dan ir-rispett jiġi żgurat; jistenna li l-ħatra ta" Rappreżentant Għoli għall-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni, li jkun ukoll Viċi President tal-Kummissjoni, għandha ssaħħaħ b'mod konsiderevoli l-koerenza u l-effikaċja ta" l-UE f'dan il-qasam;
15. Jikkunsidra li l-progress li sar fl-istabbiliment ta" l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali jirrappreżenta l-ewwel pass bħala reazzjoni għat-talba tal-Parlament li jkun stabbilit qafas integrat ta" regoli u istituzzjonijiet imfassal biex jagħti setgħa li torbot lill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u biex tkun żgurata konformità mas-sistema prevista fl-ECHR; u kif ukoll biex titfassal politika komprensiva ta" l-UE dwar id-drittijiet tal-minoranzi; jenfasizza l-importanza tal-fatt li l-mandat ta" l-Aġenzija jkopri wkoll dawk il-pajjiżi li kkonkludew Ftehim ta" Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni ma" l-UE;
16. Jikkunsidra bħala fattur essenzjali li r-rappreżentanti speċjali ta" l-Unjoni Ewropea fil-ġejjieni jkollhom mandat li jsemmi b'mod speċifiku l-promozzjoni u l-assigurazzjoni tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem;
17. Jikkunsidra li l-kapaċità ta' l-Unjoni Ewropea li tipprevjeni l-kriżijiet, tirrispondi għalihom, timmaniġġjahom u ssolvihom irriżulta li m'hijiex suffiċjenti, u jitlob lill-Kunsill, bħala segwitu għar-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-istabbiliment ta" Korp Ewropew għall-Paċi Ċivili (ECPC), biex gradwalment ibiddel l-aspetti ċivili tal-Politika għas-Sigurtà u d-Difiża Ewropea f' 'Servizz għall-Paċi Ċivili' għall-ġestjoni ta' kriżijiet ċivili ta' perjodu qasir ta' żmien u għall-bini tal-paċi fit-tul; huwa tal-fehma li, f'dan il-qafas, l-Unjoni Ewropea għandha ssaħħaħ in-networks tas-soċjeta? ċivili li jkunu tal-post – fil-livelli subnazzjonali, nazzjonali u reġjonali – sabiex trawwem il-bini tal-kunfidenza u tal-kapaċita?, il-monitoraġġ u t-tqajjim ta' kuxjenza, biex b'hekk tappoġġja l-istituzzjonalizzazzjoni tal-parteċipazzjoni tas-soċjeta? ċivili fi strutturi reġjonali u sub-reġjonali għall-paċi u s-sigurta?;
18. Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ lill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, u lill-pajjiżi terzi li għaddejjin negozjati magħhom għall-adeżjoni futura tagħhom, biex jiffirmaw u jirratifikaw il-konvenzjonijiet prinċipali tad-drittijiet tal-bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Kunsill ta' l-Ewropa u l-protokolli mhux obbligatorji tagħhom; jiġbed l-attenzjoni ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea dwar, b'mod partikolari, il-ħtieġa li jirratifikaw il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti u tal-Membri tal-Familji Tagħhom ta' l-1990, li s'issa l-ebda Stat Membru ma rratifika(17);
19. Jitlob ir-ratifika immedjata tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità mill-Komunità Ewropea u mill-Istati Membri tagħha; jinsisti li l-Protokoll mhux obbligatorju għall-Konvenzjoni għandu jitqies bħala parti integrali tal-Konvenzjoni, u jitlob li jkun hemm adeżjoni simultanja għall-Konvenzjoni u għall-Protokoll;
20. Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ iktar l-involviment attiv ta' l-Unjoni Ewropea u ta' l-Istati Membri tagħha fir-rigward tal-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija f'dak li għandu x'jaqsam mal-parteċipazzjoni tagħhom f'diversi fora internazzjonali fl-2008, inkluż fil-ħidma tal-UNHRC, ta' l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, tal-Kunsill Ministerjali ta' l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) u tal-Kunsill ta' l-Ewropa;
21. Jitlob titjib fil-koperazzjoni u fil-koordinazzjoni bejn il-Kunsill ta' l-Ewropa u l-Unjoni Ewropea; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Memorandum ta' Ftehim bejn il-Kunsill ta' l-Ewropa u l-Unjoni Ewropea ġie ffirmat fil-11 ta' Mejju 2007, u jistieden liż-żewġ naħat biex idaħħluh fis-seħħ; b'mod partikolari, jirreferi għar-rakkomandazzjonijiet li ġejjin, li jinsabu fir-Rapport Juncker tal-11 ta' April 2006 ntitolat:"Il-Kunsill ta' l-Ewropa-Unjoni Ewropea: ambizzjoni wahda għall-kontinent Ewropew"
–
ir-rakkomandazzjoni li jinħoloq b'mod espliċitu mekkaniżmu għall-Unjoni Ewropea sabiex kwistjonijiet ikunu referuti lill-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem, filwaqt li tkun komplementata l-azzjoni ta" korpi eżistenti ta" l-Unjoni, kemm jekk fil-kuntest tat-tkabbir, tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (ENP) jew tal-Proċess ta" Stabbilizzazzjoni u ta" Assoċjazzjoni;
–
ir-rakkomandazzjoni li jitfassal makkinarju biex tiġi msaħħa u promossa d-demokrazija u biex isir użu sħiħ mill-għerf espert tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill ta' l-Ewropa;
–
ir-rakkomandazzjoni li tinħoloq sistema biex kwistjonijiet ikunu referuti għall-kompetenza esperta tal-Kunsill ta" l-Ewropa, bil-għan li jkunu żgurati l-koerenza u l-komplementarjetà bejn il-ħidma ta" l-Unjoni Ewropea u tal-Kunsill ta" l-Ewropa;
22. Jitlob koperazzjoni msaħħa bejn il-Kunsill ta" l-Ewropa u l-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-promozzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi u tal-protezzjoni tal-lingwi reġjonali u minoritarji; jitlob li jintużaw il-konvenzjonijiet tal-Kunsill ta" l-Ewropa li jorbtu b'mod legali, bħall-Konvenzjoni ta" Qafas għall-Protezzjoni tal-Minoranzi Nazzjonali u l-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali u Minoritarji, u l-mekkaniżmu għall-immonitorjar tagħhom li jaħdem tajjeb; iħeġġeġ li tiġi kkunsidrata l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv tal-Konvenzjoni dwar il-miżuri li ttieħdu mill-Istati ta" rapportar, u li jiġu kkunsidrati r-rapporti tal-Kumitat ta" Esperti tal-Karta dwar it-twettiq tar-responsabilitajiet ta' l-Istati Partijiet fil-ħidma ta" l-istituzzjonijiet ta" l-UE, u b'mod partikolari matul il-proċess ta" adeżjoni b'rabta mal-pajjiżi kandidati;
23. Jinnota li l-UNHRC għandu l-potenzjal li jiżviluppa f'qafas siewi għall-isforzi multilaterali ta' l-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem; jinnota bi tħassib l-fatt li matul l-aħħar sena ta' attivitajiet dak il-korp ġdid ma ppruvax il-kredibbiltà tiegħu imma jisħaq għal darb'oħra l-irwol kruċjali ta' l-UNHRC fl-arkitettura ġenerali tan-NU; għandu fiduċja li l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu tar-Reviżjoni Perjodika Universali se tikseb l-ewwel titjib u riżultati konkreti; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex isegwu mill-qrib dan il-proċess sabiex jiżguraw li tiġi implimentata r-Riżoluzzjoni 60/251 tal-15 ta' Marzu 2006 ta' l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, li tat bidu għar-reviżjoni perjodika universali, li hi bbażata fuq informazzjoni oġġettiva u affidabbli dwar kemm kull Stat ikun issodisfa l-obbligi u l-impenji tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem b'mod li jiġi żgurat li jkun ġie kopert kollox u li t-trattament ugwali jiġi żgurat fir-rigward ta' l-Istati kollha; jistieden ukoll lill-Kunsill biex jikkonsulta mal-Parlament dwar din il-kwistjoni;
24. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-proċedura ta' l-ilmenti, li hi bbażata fuq il-'proċedura 1503' preċedenti, se tkompli tippermetti li l-individwi u l-organizzazzjonijiet iressqu għall-attenzjoni ta' l-UNHRC ilmenti dwar vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem li jkunu gravi u ppruvati b'mod affidabbli, u jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiżguraw li l-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) ikomplu jinstemgħu fil-UNHRC, sabiex ikunu jistgħu jagħmlu użu mill-prerogattivi mogħtija mill-istatus konsultattiv tagħhom li jressqu komunikazzjonijiet bil-miktub u jagħmlu dikjarazzjonijiet orali;
25. Jerġa' jafferma l-importanza tal-proċeduri speċjali u tal-mandati tal-pajjiżi fil-UNHRC; jinsisti li l-proċess għat-tiġdid tal-mandati għandu jkun trasparenti u li għandhom isiru sforzi sabiex jinħatru kandidati indipendenti u bl-esperjenza li huma rappreżentattivi kif xieraq, kemm b'mod ġeografiku u kif ukoll f'termini ta' sess; jinnota li l-mandat tal-panel ta" l-esperti għad-Darfur kellu jingħaqad ma" dak tar-Rapporteur Speċjali għas-Sudan; jinnota wkoll id-deċiżjoni ta' l-Unjoni Ewropea li tappoġġja riżoluzzjoni li tipprevedi li ma jiġġeddidx il-mandat ta' l-esperti tad-drittijiet tal-bniedem għad-Darfur, u d-deċiżjoni tal-UNHRC li ma jġeddidx il-mandati għall-Belarus u għal Kuba;
26. Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ikomplu jagħmlu pressjoni bil-għan li jkunu stabbiliti kriterji ta" sħubija għall-elezzjoni għall-UNHRC, inkluż il-ħruġ ta" stediniet permanenti għall-Proċeduri Speċjali; jitlob ukoll l-immonitorjar ta" l-implimentazzjoni reali tal-wegħdiet elettorali tal-gvernijiet ta" l-Istati Membri tan-NU; jitlob li din ir-regola tiġi applikata fid-determinazzjoni ta' jekk l-UE għandhiex tappoġġja lill-pajjiżi kandidati;
27. F'dan ir-rigward, jitlob lill-Unjoni Ewropea biex tissieħeb b'mod formali ma' gvernijiet demokratiċi oħrajn minn gruppi reġjonali oħrajn sabiex tibda koperazzjoni u konsultazzjoni formali fi ħdan il-UNHRC, bil-ħsieb li tiggarantixxi s-suċċess ta' l-inizjattivi favur ir-rispett tal-prinċipji li jinsabu fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem; jikkunsidra li hu biss permezz ta' azzjoni meħuda flimkien minn alleanza transreġjonali bejn stati demokratiċi li l-isforzi multilaterali ta' l-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem jistgħu jkunu effettivi fil-fora tan-Nazzjonijiet Uniti, kif intwera reċentement mill-adozzjoni b'suċċess, fit-18 ta' Diċembru 2007, ta' riżoluzzjoni ta' l-Assemblea Ġenerali 62/149 dwar moratorju fuq l-użu tal-piena tal-mewt, li ssemmiet aktar 'il fuq;
28. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni użat il-pożizzjoni tagħha, bħala president tal-Proċess Kimberley tul l-2007, biex issaħħaħ il-mekkaniżmi mfassla biex iwaqqfu l-fluss tal-kummerċ tad-djamanti tal-gwerra; itenni l-importanza tal-Proċess Kimberley, fid-dawl tal-konnessjoni bejn il-waqfien tal-kummerċ tad-djamanti tal-gwerra u l-kisba ta' paċi u sigurtà sostenibbli; jilqa' b'sodisfazzjon ukoll lit-Turkija u lil-Liberija bħala parteċipanti ġodda fl-2007 u d-dħul mill-ġdid tar-Repubblika tal-Kongo fil-Proċess Kimberley (li tella' n-numru totali ta' parteċipanti għal 48, inkluża l-Komunità Ewropea li tirrappreżenta 27 Stat Membru);
29. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li t-tielet konferenza internazzjonali maħsuba biex tikkonkludi trattat internazzjonali li jipprojbixxi l-produzzjoni, l-użu, it-trasferiment jew il-ħażna ta' bombi taċ-ċomb (cluster bombs) b'konformità mal-prinċipji ta' l-IHL, saret fi Vjenna f'Diċembru 2007 bl-appoġġ sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea(18); jistieden lir-Rumanija u lil Ċipru, bħala l-uniċi żewġ Stati Membri ta' l-UE li għadhom m'għamlux dan, biex japprovaw b'mod uffiċjali d-Dikjarazzjoni ta' Oslo dwar Cluster Munitions tat-23 ta' Frar 2007; jappoġġja bis-sħiħ il-konferenzi tal-Proċess ta' Oslo li saru f'Wellington mit-18 sat-22 ta' Frar 2008 u dik li hi ppjanata li ssir f'Dublin mid-19 sat-30 ta' Mejju 2008; jistenna li l-Istati Membri kollha ta' l-Unjoni Ewropea se jkunu f'qagħda li jiffirmaw it-trattat fiċ-ċerimonja li hija ppjanata li ssir f'Oslo lejn l-aħħar ta' l-2008;
30. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex ikomplu bl-isforzi qawwija tagħhom biex jippromwovu r-ratifika universali ta' l-Istatut ta' Ruma u l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali implimentattiva meħtieġa, b'konformità mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/444/CFSP tas-16 ta' Ġunju 2003 dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali(19) (ICC) u l-Pjan ta' Azzjoni; jirrimarka li mhux il-presidenzi kollha tal-Kunsill jippruvaw jilħqu dan l-għan komuni bl-istess qawwa; jitlob lill-presidenzi kollha biex isemmu l-istatus tal-koperazzjoni fir-rigward ta' l-ICC fis-laqgħat għolja kollha li jkollhom ma' pajjiżi terzi; jitlob li dawn l-isforzi jiġu estiżi biex jinkludu r-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet ta' l-ICC, li għall-ICC huwa għodda operattiva importanti; jinnota d-dħul fis-seħħ fit-8 ta' Diċembru 2007 tal-ftehim mar-Renju Unit dwar l-infurzar tas-sentenzi (u d-dħul fis-seħħ ta' ftehim simili konkluż ma' l-Awstrija fl-2005), u jħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jikkunsidraw jikkonkludu ftehim simili ma' l-ICC; jirrikonoxxi l-Ftehim ta' Koperazzjoni u Assistenza bejn l-Unjoni Ewropea u l-ICC bħala għodda importanti biex tissupplimenta l-obbligi li għandhom l-Istati Membri individwali;
31. Jilqa' l-fatt li l-Ġappun irratifika l-Istatut ta' Ruma f'Lulju 2007, biex b'hekk f'Diċembru 2007 n-numru totali ta' Stati Kontraenti sar 105; iħeġġeġ lir-Repubblika Ċeka, bħala l-uniku Stat Membru ta' l-Unjoni Ewropea li għadu m'għamilx dan, biex tirratifika l-Istatut ta' Ruma bla dewmien; jistieden għal darba oħra lill-pajjiżi kollha li għadhom ma rratifikawx l-Istatut ta' Ruma biex jagħmlu dan mingħajr dewmien(20); jistieden lir-Rumanija biex tirrevoka l-Ftehim Bilaterali ta" Immunità li għandha ma" l-Istati Uniti;
32. Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jikkollaboraw bis-sħiħ mal-mekkaniżmi tal-ġustizzja kriminali internazzjonali, u b'mod speċjali biex il-kriminali maħrubin jinġiebu quddiem il-ġustizzja; f'dan ir-rigward, jinnota b'sodisfazzjon il-koperazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo fit-trasferiment ta' Germain Katanga quddiem l-ICC, il-koperazzjoni tas-Serbja fl-arrest u t-trasferiment ta' Zdravko Tolimir quddiem it-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-ex-Jugoslavja (ICTY) u l-koperazzjoni tas-Serbja u l-Montenegro fl-arrest u t-trasferiment ta' Vlastimir Đjorđjević lejn l-ICTY; madankollu, jinnota bi tħassib li s-Sudan naqas b'mod persistenti li jikkopera ma' l-ICC billi jarresta u jittrasferixxi lil Ahmad Muhammad Harun u lil Ali Muhammad Ali Abd-Al-Rahman; jinnota bi tħassib li l-mandati li ħarġet l-ICC għall-arrest ta' erba' membri tal-Lords Resistance Army fl-Uganda għadhom ma ġewx esegwiti; jinnota bi tħassib ukoll li Radovan Karadžić u Ratko Mladić baqgħu ma nqabdux u li għadhom ma nġibux quddiem l-ICTY; f'dan ir-rigward, jistieden lill-awtoritajiet tas-Serbja sabiex jiżguraw koperazzjoni sħiħa ma" l-ICTY, li għandha twassal għall-arrest u għat-trasferiment ta" l-akkużati kollha li għad fadal, sabiex ikun jista" jiġi ffirmat Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni; jikkunsidra ukoll li l-proċeduri legali attwali li tressqu kontra l-eks President tal-Liberja, Charles Taylor, mill-Qorti Speċjali għas-Sjerra Leone f'The Hague jikkostitwixxi żvilupp sinifikanti lejn it-tmiem ta' l-impunità;
33. Jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ is-sistema tal-ġustizzja kriminali internazzjonali, u f'dan ir-rigward jirrikonoxxi t-twaqqif tal-mekkaniżmu ta' Reazzjoni Ġudizzjarja Rapida f'Novembru 2007 bħala mekkaniżmu ġdid ta' koperazzjoni internazzjonali għall-provvista ta' kompetenza u assistenza meta l-identifikazzjoni, il-ġbir u l-preservazzjoni ta' l-informazzjoni jkunu jistgħu jgħinu f'firxa wiesgħa ta' għażliet ta' ġustizzja internazzjonali u tranżizzjonali; iħeġġeġ lill-ICC biex tintensifika l-isforzi tagħha bil-ħsieb li tinvolvi lill-komunitajiet f'sitwazzjonijiet taħt investigazzjoni fi proċess ta' interazzjoni kostruttiva ma' l-ICC, maħsub biex jippromwovi ftehim u appoġġ għall-mandat tagħha, biex jimmaniġġja l-aspettattivi u sabiex jippermetti lil dawk il-komunitajiet isegwu u jifhmu l-proċess tal-ġustizzja kriminali internazzjonali; jenfasizza l-irwol li jista' jkollhom il-mekkaniżmi mhux ġudizzjarji biex jiġu indirizzati l-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u tal-liġi kriminali internazzjonali, sakemm dawn l-isforzi jirrispettaw il-proċess ġust u ma jkunux farsa;
34. Jilqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tad-dikjarazzjoni dwar id-drittijiet tal-popli indiġeni u jifraħ lill-Kunsill u lill-Istati Membri talli appoġġjaw l-adozzjoni ta' dak it-test, li għandu joħloq qafas li fih l-Istati jistgħu jipproteġu u jippromwovu d-drittijiet tal-popli indiġeni mingħajr l-ebda esklużjoni jew diskriminazzjoni; fl-istess ħin, jinnota bi tħassib li, mingħajr strumenti ġodda biex tiġi garantita l-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni kkonċernata, ma jista' jiġi mistenni l-ebda titjib reali fil-ħajja tal-popli indiġeni, speċjalment dawk li qed jgħixu taħt reġimi awtoritarji jew dittatorjali; għaldaqstant, iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex issegwi l-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni, b'mod partikolari permezz ta' l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) filwaqt li b'mod partikolari tħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jirratifikaw b'urġenza l-Konvenzjoni 169 ta" l- Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-Popli Indiġeni u Tribali, li tappoġġja l-prinċipji stabbiliti fid-dikjarazzjoni kkonċernata bi strument li jorbot b'mod legali;
35. Jistieden għal darba oħra lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa strateġija Ewropea ta" qafas dwar ir-Roma, minħabba s-sitwazzjoni soċjali speċjali tal-komunitajiet Roma fl-Unjoni Ewropea, fil-pajjiżi kandidati u fil-pajjiżi involuti fil-proċess ta" Stabbilizzazzjoni u ta" Assoċjazzjoni fir-rigward tal-Balkani tal-Punent;
36. Iħeġġeġ lill-UE sabiex ikollha rwol ewlieni fil-Konferenza ta" Reviżjoni ta" Durban fil-promozzjoni ta" test bilanċjat li jiġġieled ir-razziżmu minflok ifittex li jneħħi l-leġittimità ta" Stati demokratiċi u li jippromwovi l-mibegħda, bħalma kien il-każ f'Durban fl-2001;
37. Jinnota b'dispjaċir li, minkejja l-fatt li l-Kummissjoni rrakkomandat ir-ratifika tal-Konvenzjoni 169 ta" l-ILO f'bosta okkażjonijiet, fil-preżent, kważi għoxrin sena mid-dħul fis-seħħ tagħha, tliet Stati Membri biss – id-Danimarka, l-Olanda u Spanja – irratifikawha; għaldaqstant, iħeġġeġ inizjattivi sabiex tiżdied il-kuxjenza dwar dan l-istrument leġiżlattiv importanti u tissaħħaħ l-effikaċja tiegħu mad-dinja kollha billi jkun żgurat li jkun irratifikat mill-Istati Membri kollha;
Il-prestazzjoni fir-rigward tal-linji gwida ta' l-Unjoni Ewropea dwar id-drittijiet tal-bniedem
38. Jistieden mill-ġdid lill-Kummissjoni u lill-ambaxxati u lill-konsulati ta' l-Istati Membri biex jiżguraw li l-istaff tagħhom ikunu konxji bis-sħiħ mill-linji gwida dwar id-drittijiet tal-bniedem;jikkunsidra li l-ħolqien ta' Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna ġdid għandu jintuża b'mod proattiv biex jarmonizza l-metodi tal-missjonijiet ta' l-Istati Membri u tal-Kummissjoni f'pajjiżi terzi fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, billi jippermetti li jintużaw strutturi u staff komuni sabiex jinħolqu 'Ambaxxati ta' l-Unjoni Ewropea' ġenwini;
39. Jinnota l-entużjażmu tal-Presidenza Ġermaniża u dik Portugiża biex jiġu ffinalizzati il-linji gwida tad-drittijiet tal-bniedem ta' l-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-drittijiet tat-tfal; qiegħed jistenna b'ħerqa li fis-sena li ġejja jirċievi l-abozzi tal-miżuri ta' implimentazzjoni speċifiċi li għandhom jikkonċentraw fuq l-implimentazzjoni ta' approċċ ħolistiku u komprensiv li se jkun żviluppat mil-linji gwida prinċipali;
40. Jistieden lill-Presidenza biex issib modi biex ittejjeb il-koordinazzjoni u l-koperazzjoni bejn il-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill fir-rigward tat-tfassil ta' inizjattivi diplomatiċi f'oqsma ta' interess komuni, pereżempju bejn il-Grupp ta' Ħidma dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (COHOM) u l-Grupp ta' Ħidma dwar il-Liġi Internazzjonali Pubblika lijaħdem ma' l-ICC, f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġustizzja kriminali internazzjonali u t-tfal u l-kunflitti armati;
41. Iħeġġeġ lill-Kunsill biex jaġġorna l-linji gwida sabiex jirrikonoxxi bis-sħiħ l-importanza tat-tgawdija ta' l-ogħla standard possibbli ta' saħħa bħala dritt fundamentali, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-immaniġġjar ta' l-uġigħ;
Il-piena tal-mewt
42. Jilqa' b'sodisfazzjon ir-Riżoluzzjoni 62/149 msemmija hawn fuq li ġiet adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fit-18 ta' Diċembru 2007, li titlob għal moratorju universali fuq l-użu tal-piena tal-mewt, u jirrikonoxxi n-natura transreġjonali pożittiva ta' l-inizjattiva;
43. Iħeġġeġ lill-Kunsill biex jaġġorna l-linji gwida dwar il-piena tal-mewt, sabiex jappoġġja l-attivitajiet kollha maħsubin biex tiġi implimentata bis-sħiħ ir-riżoluzzjoni ta' l-Assemblea Ġenerali, li inter alia tistieden lill-Istati kollha li għad għandhom il-piena tal-mewt biex jirrispettaw l-istandards internazzjonali li jipprovdu salvagwardji li jiggarantixxu l-protezzjoni tad-drittijiet ta' dawk li jkunu qegħdin jiffaċċjaw il-piena tal-mewt, b'mod partikolari l-istandards minimi stipulati fl-anness għar-riżoluzzjoni 1984/50 tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tal-25 ta' Mejju 1984; jirrimarka li r-riżoluzzjoni tipprovdi lis-Segretarju Ġenerali b'informazzjoni konnessa ma' l-użu tal-piena kapitali u ma' l-osservanza tas-salvagwardji li jiggarantixxu l-protezzjoni tad-drittijiet ta' dawk li jkunu qed jiffaċċjaw il-piena tal-mewt, u tipprova dejjem iżjed tillimita l-użu tal-piena tal-mewt u tnaqqas in-numru ta' offiżi li fir-rigward tagħhom tista' tiġi imposta din il-piena; barra minn hekk jirrimarka li r-riżoluzzjoni tispiċċa billi titlob lill-Istati Membri tan-Nazzjonijiet Uniti biex jistabbilixxu moratorju fuq l-eżekuzzjonijiet bil-ħsieb li jneħħu l-piena tal-mewt;
44. Jistieden lill-Presidenza biex tinkoraġġixxi lill-Italja, lill-Latvja, lill-Polonja u lil Spanja, li għadhom ma rratifikawx il-Protokoll Nru 13 għall-ECHR dwar l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt fi kwalunque ċirkostanza, biex jagħmlu dan(21); jirrikonoxxi, f'dan ir-rigward, li l-linji gwida dwar il-piena tal-mewt ikunu jistgħu jiġu implimentati b'mod iżjed koerenti jekk l-Istati Membri jiffirmaw u jirratifikaw dawn il-protokolli u konvenzjonijiet;
45. Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kunsill għall-Ġustizzja u l-Intern tas-7 ta' Diċembru 2007 biex jissieħeb mad-Dikjarazzjoni Konġunta bejn il-Kunsill ta' l-Ewropa u l-Unjoni Ewropea li tistabbilixxi Ġurnata Ewropea kontra l-Piena tal-Mewt, li se tibda tiġi ċċelebrata kull sena fl-10 ta' Ottubru; jilqa' b'sodisfazzjon il-proċeduri tal-Konferenza Ewropea f'Liżbona fid-9 ta' Ottubru 2007, li talbet mill-ġdid it-tneħħija tal-piena kapitali fl-Ewropa u ppromwoviet it-tneħħija universali ta' din il-piena;
46. Jilqa' b'sodisfazzjon it-tneħħija tal-piena kapitali fl-Albanija fil-25 ta' Marzu 2007 (għar-reati kollha); fil-Kirgistan fis-27 ta' Ġunju 2007; fir-Rwanda fis-26 ta' Lulju 2007; fl-Istat ta' New Jersey (fl-Istati Uniti) fit-13 ta' Diċembru 2007; u fl-Użbekistan fl-1 ta' Jannar 2008; jesprimi t-tħassib tiegħu b'rabta mal-possibilità li l-piena tal-mewt jista" jkun li terġa' tibda tiġi infurzata fil-Gwatemala; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Gwatemala, sabiex għall-kuntrarju ta" dan, jikkommetti lilu nnifsu b'mod ġenwin għall-moratorju universali fuq il-piena tal-mewt; jilqa" b'sodisfazzjon id-deċiżjoni taċ-Ċina li tirrevedi l-każijiet kollha li jinvolvu l-piena tal-mewt fil-Qorti Suprema, iżda jibqa' mħasseb li ċ-Ċina xorta waħda twettaq l-ogħla għadd ta" eżekuzzjonijiet mad-dinja kollha; jikkundanna l-prattika tal-piena tal-mewt fil-Belarus, li tmur kontra l-valuri Ewropej; jikkundanna l-użu li kulma jmur qiegħed jiżdied tal-piena kapitali mir-reġim ta" l-Iran; huwa mħasseb ħafna li r-reġim ta" l-Iran għadu jikkundanna għall-mewt akkużati taħt l-età ta" 18-il sena;
It-tortura u trattamenti krudili, inumani jew degradanti oħrajn
47. Jinnota li l-Greċja, l-Ungerija, il-Latvija, il-Litwanja u s-Slovakkja s'issa la ffirmaw u lanqas irratifikaw il-Protokoll Mhux Obbligatorju għall-Konvenzjoni Kontra t-Tortura (OPCAT); jinnota li l-Awstrija, il-Belġju, Ċipru, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, il-Portugall u r-Rumanija ffirmaw dan il-Protokoll iżda s'issa għadhom ma rratifikawhx; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha ta' l-Unjoni Ewropea li s'issa għadhom ma ffirmawx u/jew ma rratifikawx il-Protokoll mhux obbligatorjugħall-OPCAT biex jagħmlu dan bla dewmien;
48. Huwa mħasseb dwar il-ġenwinità ta' l-impenn lejn id-drittijiet tal-bniedem ta' l-Istati Membri ta' l-UE li jirrifjutaw li jiffirmaw il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Ħarsien tal-Persuni Kollha mill-Għajbien Infurzat imsemmija hawn fuq; jitlob lill-Istati Membri kollha ta' l-Unjoni Ewropea li għadhom m'għamlux dan biex jiffirmawha u jirratifikawha minnufih(22);
49. Jirreferi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għall-istudju reċenti intitolat 'L-Implimentazzjoni tal-Linjigwidi ta' l-Unjoni Ewropea dwar it-tortuta u trattamenti jew kastigi krudili, inumani jew degradanti oħra', li ġie ppreżentat lis-Sottokumitat tal-Parlament għad-Drittijiet tal-Bniedem fit-28 ta' Ġunju 2007 u lis-COHOM f'Diċembru 2007; jistedinhom it-tnejn biex isegwu r-rakkomandazzjonijiet tiegħu, pereżempju r-rakkomandazzjoni li tiġi żviluppata viżjoni ċara globali li tikkunsidra id-dimensjoni nazzjonali u li tanaliżża l-kuntesti politiċi, soċjali, kulturali u legali lokali; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex wara din l-analiżi jibgħatu istruzzjonijiet lid-delegazzjonijiet tagħhom u lill-missjonijiet ta' l-Istati Membri bil-ħsieb li jgħinuhom jimplimentaw il-linji gwida;
50. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex isaħħu l-koperazzjoni mal-Kunsill ta" l-Ewropa bil-għan li tinħoloq zona fl-Ewropa ħielsa mit-tortura u minn għamliet oħrajn ta" trattament ħażin, bħala sinjal ċar li l-pajjiżi Ewropej huma impenjati b'mod ferm li jeqirdu dawn il-prattiki fil-fruntieri tagħhom ukoll;
51. Qiegħed jistenna bil-ħerqa l-evalwazzjoni ta' l-implimentazzjoni tal-Linjigwidi ta' l-Unjoni Ewropea dwar it-Tortuta u Trattamenti jew Kastigi Krudili, Inumani jew Degradanti Oħrajn, li qiegħda titħejja biex titressaq lis-COHOM; fil-kuntest tar-reviżjoni ta' dawn il-Linjigwidi, jistenna li s-COHOM jiddiskuti kriterji speċifiċi għal azzjoni rigward każi individwali bil-ħsieb li tittejjeb l-implimentazzjoni tal-Linjigwidi; jirrakkomanda l-adozzjoni ta' miżuri li jiżguraw ir-rispett tal-projbizzjoni assoluta tat-tortura u ta" kastigi inumani u degradanti oħrajn u li jirreżistu kull tentattiv biex tiġi stabbilita xi pożizzjoni ta' l-Unjoni Ewropea li tilleġittimizza l-użu ta' l-assigurazzjonijiet diplomatiċi li jiffaċilitaw it-trasferiment ta' persuni lejn pajjiżi fejn jistgħu jkunu f'riskju ta' tortura jew kastigi inumani jew degradanti oħrajn;
52. Jitlob li jsir aġġornament tal-Linjigwidi ta' l-Unjoni Ewropea dwar it-Tortura u Trattamenti jew Kastigi Krudili, Inumani jew Degradanti Oħrajn, fid-dawl ta' l-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, li jkun jirrigwarda l-libertà mit-tortuta jew minn trattamenti jew kastigi krudili, inumani jew degradanti;
53. Jitlob il-preżenza regolari tal-Presidenza jew tas-Segretarjat tal-Kunsill fil-Kumitati rilevanti tan-Nazzjonijiet Uniti kif ukoll aktar koperazzjoni mal-Kunsill ta' l-Ewropa u mal-Kumitat tiegħu għall-Prevenzjoni tat-Tortura sabiex jingħata kontribut konkret sostanzjali u utli fit-teħid ta' deċiżjonijiet li jikkonċernaw inizjattivi diplomatiċi lejn ċerti pajjiżi;
54. Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex ikomplu l-prattika ta' inizjattivi diplomatiċi fir-rigward ta' l-imsieħba internazzjonali kollha ta' l-Unjoni Ewropea fir-rigward tar-ratifika u l-implimentazzjoni ta' konvenzjonijiet internazzjonali li jipprojbixxu l-użu tat-tortura u tat-trattament ħażin, u kif ukoll l-għoti ta' għajnuna għar-rijabilitazzjoni tas-superstiti tat-tortura; jistieden lill-Unjoni Ewropea biex tikkunsidra il-ġlieda kontra t-tortura u t-trattament ħażin bħala prijorità ewlenija fil-politika tagħha għad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari permezz ta' l-implimentazzjoni msaħħa tal-linji gwida ta' l-Unjoni Ewropea u ta' l-istrumenti l-oħrajn kollha ta' l-UE bħall-EIDHR, u billi tiżgura li l-Istati Membri jżommu lura milli jaċċettaw assigurazzjonijiet diplomatiċi minn pajjiżi terzi fejn ikun hemm riskju reali li n-nies ikunu soġġetti għat-tortura jew għal xi trattament ħażin;
It-tfal u l-kunflitti armati
55. Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rapport tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tfal u l-Kunflitti Armati, li ġie ppubblikat fit-13 ta' Awissu 2007, li kkonkluda li l-Istati Membri tan-Nazzjonijiet Uniti għandhom japplikaw miżuri konkreti u mmirati kontra dawk li jerġgħu jwettqu vjolazzjonijiet;
56. Jilqa" b'sodisfazzjon ir-rapport u r-rakkomandazzjonijiet tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għat-tfal u l-kunflitti armati fil-Burma; jikkundanna l-vjolazzjonijiet gravi tad-drittijiet tat-tfal f'dak il-pajjiż u jistieden lis-COHOM sabiex jagħti prijorità lill-Burma fl-implimentazzjoni tal-linji gwida tiegħu dwar it-tfal u l-kunflitti armati;
57. Jilqa' b'sodisfazzjon il-progress li sar fl-applikazzjoni ta' l-istandards internazzjonali għall-ħarsien tat-tfal sabiex dawk li jabbużaw jirrispondu għal għemilhom, bħall-akkużi miġjuba mill-ICC konta mexxejja għolja ta' diversi fazzjonijiet li qed jiġġieldu fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u l-akkużi miġjuba kontra erba' membri għoljin ta' l-Armata ta' Reżistenza tas-Sinjur fl-Uganda; jikkunsidra bħala kisbiet notevoli s-sentenza tal-Qorti Speċjali għas-Sjerra Leone li tgħid li skond id-dritt internazzjonali konswetudinarju r-reklutaġġ jew l-użu ta' tfal ta' taħt il-15-il sena fil-ġlied jikkostitwixxi reat ta' gwerra, u kif ukoll il-kundanna min-naħa tal-Qorti ta' kmandanti militari talli rreklutaw lit-tfal;
58. Jilqa' b'sodisfazzjon iż-żieda fl-attenzjoni li qiegħda tingħata lid-drittijiet tat-tfal f'firxa wiesgħa ta' negozjati, ftehim, sforzi għall-bini u ż-żamma tal-paċi, aġendi u trattati; jenfasizza, madankollu, li l-klawsoli dwar it-tfal fil-ftehim ta' paċi għandhom ikunu speċifiċi u li l-objettivi tagħhom għandhom ikunu realistiċi;
59. Jilqa' b'sodisfazzjon iż-żieda fl-attenzjoni li qed tingħata lid-drittijiet tat-tfal f'mekkaniżmi ta' responsabilità għal delitti rregolati mil-liġi internazzjonali (waqt li f'dan ir-rigward jirrikonoxxi l-isforzi li saru għal dan il-għan mill-Kummissjoni għall-Verità u r-Rikonċiljazzjoni tal-Liberja fl-2007) bħala mezz importanti li permezz tiegħu jiġi implimentat id-dritt tat-tfal li jieħdu sehem f'deċiżjonijiet li jaffettwawlhom ħajjithom; jenfasizza, madankollu, li l-aqwa interessi tat-tfal għandhom jiggwidaw kwalunkwe involviment bħal dan, inkluż permezz ta' l-implimentazzjoni ta' politiki u proċeduri adattati skond l-età u l-promozzjoni tar-rijabilitazzjoni u r-rijintegrazzjoni tat-tfal li jisfaw vittmi;
60. Jilqa' b'sodisfazzjon il-progress li sar fit-tfassil tal-politika fir-rigward ta" l-Istandards Integrati għad-Diżarmament, id-Demobilizzazzjoni u l-Integrazzjoni mill-Ġdid (2006), il-Prinċipji u l-Linji Gwida ta' Pariġi dwar it-Tfal Assoċjati ma' Forzi Armati jew Gruppi Armati (2007); jenfasizza, madankollu, li issa hija meħtieġa implimentazzjoni effettiva;
61. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li seba' nazzjonijiet oħra (l-Arġentina, il-Kroazja, il-Gwatemala, Laos, il-Mawritanja, il-Marokk u l-Ukrajina) ssieħbu fl-impenn internazzjonali - magħruf bħala l-Impenji ta' Pariġi - li biex jitwaqqaf ir-reklutaġġ ta' tfal f'kunflitti armati, u jiddispjaċih li l-Istati Uniti ma ffirmatx minħabba l-oppożizzjoni tagħha għall-klawsola dwar l-ICC;
62. Jilqa" b'sodisfazzjon il-fatt li 11-il Stat Membru ta" l-Unjoni Ewropea ffirmaw id-Dikjarazzjoni ta" Ġinevra dwar il-Vjolanza bl-Armi u l-Iżvilupp, biex b'hekk l-għadd totali ta" Stati Kontraenti tela" għal 42 ; iħeġġeġ lis-16-il Stat Membru ta" l-Unjoni Ewropea l-oħra li għadhom ma ffirmawx id-Dikjarazzjoni ta" Ġinevra sabiex jagħmlu dan mingħajr ebda dewmien;
63. Jistieden lil dawk l-Istati Membri li għadhom m'għamlux dan biex jiffirmaw u jirratifikaw bla dewmien il-protokolli mhux obbligatorji għall-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal(23);
64. Ifakkar fin-nuqqas ta' ftehim finali f'kunflitti mhux solvuti fil-pajjiżi ta' l-ENP; jenfasizza li sitwazzjonijiet bħal dawn joħolqu kuntest fejn l-istat tad-dritt u l-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fiz-zoni tagħhom jiġu ttraskurati, u kif ukoll jirrappreżentaw xkiel ewlieni sabiex jiġu żgurati u rrispettati d-drittijiet tat-tfal; jitlob sabiex is-sitwazzjoni speċifika tat-tfal u tal-familji tagħhom fiz-zoni ta" kunflitti mhux solvuti fil-pajjiżi ta' l-ENP tiġi indirizzata bħala kwistjoni ta" prijorità fil-kuntest ta" l-azzjoni li tittieħed mill-UE f'dan il-qasam;
65. Jinnota li l-Presidenza Portugiża segwiet l-inizjattivi Ġermaniżi skond il-linji gwida u tat istruzzjonijiet lill-missjonijiet diplomatiċi kollha ta' l-UE f'pajjiżi prijoritarji biex jikkunsidraw l-istrateġiji għall-pajjiżi speċifiċi adottati mis-COHOM fil-15 ta' Ġunju 2007 bħala istruzzjonijiet permanenti li għandhom jiġu inklużi fil-ħidma tal-Kapijiet tal-Missjonijiet fil-qasam tat-tfal f'kunflitti armati; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Presidenza attwali għaddiet ukoll lill-Presidenzi lokali r-rapporti li rċeviet mill-NGOs rilevanti rigward pajjiżi speċifiċi; jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Presidenza Slovena li tikkummissjona studju dwar l-impatt tal-miżuri ta' l-UE fuq it-tfal affettwati mill-kunflitti armati; jenfasizza f'dan ir-rigward l-impatt limitat li l-linji gwida għandhom fuq it-tfal u l-kunflitti armati, b'mod partikolari minħabba l-fatt li l-maġġoranza tad-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni u ta' l-ambaxxati ta' l-Istati Membri ma kienux infurmati li l-pajjiż ospitanti tagħhom kien ikkunsidrat bħala pajjiż prijoritarju għall-applikazzjoni ta' dawk il-linji gwida;
66. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jinkludu fil-politiki umanitarji u kummerċjali tagħhom sforzi sabiex jiġi miġġieled ix-xogħol furzat tat-tfal;
Id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem
67. Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jimpenjaw ruħhom f'implimentazzjoni iżjed trasparenti u sistematika tal-Linji Gwida ta' l-Unjoni Ewropea dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, minħabba li dawn huma strument importanti u innovattiv u huma mfasslin biex jappoġġjaw lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u jipproteġu lil dawk li huma l-iżjed f'riskju;
68. Jistenna li l-identifikazzjoni tal-Linji Gwida dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem bħala element prijoritarju tal-politika barranija ta' l-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem se tkun akkumpanjata bl-implimentazzjoni effettiva ta' dawk il-Linji Gwida fi strateġiji lokali fir-rigward ta' 120 pajjiż; jinnota li n-nuqqas ta' inizjattivi diplomatiċi mill-UE f'isem difensuri tad-drittijiet tal-bniedem f'ċerti pajjiżi, bħaċ-Ċina, it-Tuneżija, l-Etjopja, l-Iran u r-Russja, jidher li jirrifletti nuqqas ta' qbil bejn l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, u l-fatt li hemm Stati Membri individwali li fil-politika barranija qegħdin jagħtu prijorità lil interessi differenti, u b'hekk l-azzjoni kollettiva tkun impossibbli;
69. Jikkunsidra li metodu konsistenti għandu jiffoka wkoll fuq it-tisħiħ tal-bini tal-kapaċità fost l-attivisti favur id-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk impenjati li jiddefendu d-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali, u fuq it-trawwim ta' mekkaniżmi ta' konsultazzjoni u interazzjoni bejnhom u bejn il-gvernijiet tagħhom dwar kwistjonijiet ta' riforma demokratika u ta' promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari fejn il-proċessi tad-demokratizzazzjoni jkunu f'periklu;
70. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jinkoraġġixxu b'mod attiv lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem biex iferrxu l-informazzjoni dwar it-teorija u l-prattika tan-nonvjolenza u biex ifittxu li jippromwovu l-għarfien dwar l-aħjar prattiki u l-iskambji bejniethom fir-rigward ta' dawn l-aħjar prattiki, li jkunu bbażati fuq esperjenza diretta fil-post;
71. Jitlob lill-Kunsill u lill-Istati Membri biex jikkunsidraw b'mod urġenti l-kwistjoni tal-viżi ta' emerġenza għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem billi jinkludu referenza ċara għas-sitwazzjoni speċifika tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kodiċi Komuni l-ġdid dwar il-Viżi u, għaldaqstant, joħolqu proċedura ta" viżi speċifika u mgħaġġla li tista" tibbaża fuq l-esperjenza tal-gvern Irlandiż u dak Spanjol b'rabta ma' din il-kwistjoni; jikkunsidra li l-kunfidenzjalità ta' l-inizjattivi diplomatiċi ta' l-Unjoni Ewropea favur id-drittijiet tal-bniedem ġieli tkun utli, iżda jitlob li, minkejja din il-kunfidenzjalità, il-persunal lokali ta' l-Unjoni Ewropea għandhom f'kull każ jgħarrfu lill-NGOs tal-post dwar dawn l-inizjattivi diplomatiċi b'mod kunfidenzjali;
72. Jinnota li, minkejja riformi ekonomiċi sinifikanti, fiċ-Ċina għadhom iseħħu vjolazzjonijiet sistematiċi tad-drittijiet politiċi u dawk tal-bniedem, bħall-priġunerija politika, l-attakki fuq avukati, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u ġurnalisti, inkluż il-moviment weiquan, u kif ukoll l-intimidazzjoni tagħhom, in-nuqqas ta" ġudikatura indipendenti, xogħol furzat, is-soppressjoni tal-libertà ta" l-espressjoni u tar-reliġjon u tad-drittijiet ta" minoranzi reliġjużi u etniċi, detenzjonijiet arbitrarji, is-sistema ta" kampijiet Laogai u l-allegat teħid ta" l-organi; daqshekk ieħor huwa mħasseb dwar iż-żamma ta' listi ta' nies suspettużi li fuqhom tniżżlu ġurnalisti u attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, id-Dalai Lama u l-assoċjati tiegħu, u dawk li jipprattikaw il-Falun Gong;
73. Jiddispjaċih dwar il-fatt li ħames organizzazzjonijiet biss tad-drittijiet tal-bniedem għadhom reġistrati fil-Belarus, u li l-awtoritajiet il-ħin kollu jippruvaw jintimidaw u jikkontrollaw lil dawn il-gruppi, filwaqt li kemm-il darba jirrifjutaw applikazzjonijiet minn gruppi oħrajn tad-drittijiet tal-bniedem sabiex jirreġistraw b'mod legali; jilqa" b'sodisfazzjon id-deċiżjoni ta" l-Assemblea Ġenerali tan-NU f'Mejju 2007 li tirrifjuta l-kandidatura tal-Belarus għal siġġu fil-UNHRC, filwaqt li enfasizzat ir-rekord fqir tiegħu tad-drittijiet tal-bniedem; għal darba oħra jħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Belarus sabiex jieqfu milli jeżerċitaw intimidazzjoni, fastidju, arresti mmirati u prosekuzzjonijiet politikament motivati kontra difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u attivisti tas-soċjetà ċivili fil-Belarus;
74. Huwa mħasseb ħafna li fl-2007 l-awtoritajiet ta" l-Iran intensifikaw l-iffastidjar tagħhom ta" difensuri u avukati indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem f'tentattiv sabiex iwaqqfuhom milli jippubbliċizzaw u jsegwu vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem; jiddispjaċih dwar l-għeluq mill-gvern ta" l-Iran ta" NGOs li jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili u li jqajmu kuxjenza dwar vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk li jipprovdu għajnuna legali u soċjali lil nisa li huma vittmi ta" vjolenza;
75. Jenfasizza mill-ġdid l-importanza li l-manwal għall-implimentazzjoni tal-Linji Gwida jkun disponibbli għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem tal-post; iħeġġeġ lis-COHOM biex iqassam, fost l-uffiċċji reġjonali u l-ambaxxati jew id-delegazzjonijiet, it-traduzzjonijiet tal-Linji Gwida ta' l-Unjoni Ewropea għad-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-lingwi ta' l-Unjoni Ewropea li jkunu mitkellma l-iżjed fil-pajjiżi terzi u fil-lingwi prinċipali li m'humiex ta' l-Unjoni Ewropea; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, s'issa, jeżistu traduzzjonijiet f'lingwi bħar-Russu, l-Għarbi, iċ-Ċiniż u l-Farsi, iżda jenfasizza li hemm bżonn li jiġu prodotti iżjed traduzzjonijiet lokalment; iħeġġeġ lill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea biex jissimplifikaw il-kwistjoni tal-ħruġ ta' viżi għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jkunu mistednin jattendu avvenimenti organizzati fl-Unjoni Ewropea jew li jkunu qegħdin jaħarbu minn kundizzjonijiet ta' sigurtà li jkunu qegħdin jeħżienu;
Il-linji gwidi dwar id-djalogi fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-konsultazzjonijiet rikonoxxuti ma' pajjiżi terzi
76. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jibdew evalwazzjoni komprensiva tal-linjigwidi dwar id-drittijiet tal-bniedem u biex jiżviluppaw indikaturi ċari għall-impatt ta' kull djalogu u indikaturi għall-bidu, il-waqfien u t-tkomplija mill-ġdid tad-djalogi;
77. Jerġa' jtenni t-talba tiegħu li d-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem ikunu estiżi sabiex jinkludu s-sitwazzjoni kemm fil-pajjiżi terzi kif ukoll fl-Unjoni Ewropea, sabiex tissaħħaħ il-kredibilità tad-djalogu konċernat;
78. Jerġa' jtenni t-talba tiegħu li l-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem ikunu evalwati fl-ogħla livell politiku sabiex il-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem jingħataw iżjed piż politiku u sabiex l-Istati Membri jew pajjiżi terzi jkunu pprevenuti milli jiżolaw kwistjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem mid-djalogu politiku; għal dan il-għan, jikkunsidra li huwa fundamentali li djalogu bħal dan ma jintużax biex jillimita s-suġġett għal-laqgħat bejn esperti biss, minħabba li dan jimmarġinalizza d-djalogu fir-rigward ta' temi politiċi oħrajn; għalhekk, jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw il-miżuri li ġejjin:
–
jippubblikaw l-objettivi li jkunu fasslu minn qabel għal kull djalogu u jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tagħhom;
–
jistabbilixxu bħala regola li l-evalwazzjoni ta' kull djalogu ssir preferibbilment kull sena u għallinqas kull sentejn;
–
jipprevedu li kull laqgħa li ssir fl-ambitu tad-djalogu tkun akkumpanjata - flimkien ma' fażi ta' approfondiment "tekniku" fuq il-livell ta' l-uffiċjali - fażi politika li tinvolvi b'mod dirett lil dawk responsabbli fuq livell "ministerjali";
79. Jenfasizza, għal darba oħra, f'dan il-kuntest, il-proposti stipulati fir-reżoluzzjoni tal-Parlament imsemmija hawn fuq tas-6 ta' Settembru 2007 dwar it-tħaddim tad-djalogi u u l-konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem ma' pajjiżi terzi; jisħaq, b'rabta ma" dan, li djalogu bejn il-Kunsill, il-Kummissjoni u s-Sottokumitat tal-Parlament dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tnieda f'Jannar 2008 bil-għan li jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet ta" dik ir-riżoluzzjoni fir-rigward ta" l-involviment tal-Parlament fid-djalogi b'mod ġenerali; ifakkar, b'rabta ma" dan, l-obbligu tal-Kunsill li jikkonsulta lill-Parlament u li jieħu kont xieraq ta'l-opinjonijiet tiegħu f'konformità ma" l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;
80. Jenfasizza l-ħtieġa ta' intensifikazzjoni radikali tad-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina u huwa mħasseb li ċ-Ċina pprovdiet tweġibiet għal żewġ terzi biss tal-punti li tqajmu mill-UE f'każijiet individwali ta" tħassib bħala parti minn dan id-djalogu; Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina u jenfasizza li, minkejja l-wegħdi li għamel ir-reġim minħabba l-edizzjoni tal-Logħob Olimpiku li ġejja, is-sitwazzjoni b'rabta mad-drittijiet tal-bniedem baqgħet ma tjibitx; b'konformità mal-Karta Olimpika, jilqa" b'sodisfazzjon il-fatt li ċ-Ċina qiegħda taħdem sabiex timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur Speċjali dwar it-Tortura u dan l-aħħar tat istruzzjonijiet lill-qrati sabiex ma jserrħux fuq konfessjonijiet; jinnota li, minkejja l-assigurazzjonijiet ripetuti mill-gvern Ċiniż dwar l-intenzjonijiet tiegħu biex jirratifika l-Ftehim Internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), din ir-ratifika għadha pendenti; jiddispjaċih li ma ġiet adottata l-ebda dikjarazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u ċ-Ċina fil-Laqgħa għolja bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċina li saret fit-28 ta' Novembru 2007 f'Beijing, minkejja l-fatt li oriġinarjament kienet tħabbret l-intenzjoni li tinħareġ dikjarazzjoni bħal din; jistieden lill-Kunsill biex wara d-diskussjonijiet jipprovdi sommarju iżjed dettaljat lill-Parlament, li jkun jinkludi lista ta' inizjattivi diplomatiċi li jkunu ttieħdu f'każi individwali mill-Kunsill u mill-Istati Membri; jinnota li għandu jkun enfasizzat dan it-tħassib f'dan iż-żmien ta' qabel il-Logħob Olimpiku ta' Beijing, li se jirrappreżenta opportunità storika importanti għat-titjib tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina; f'dan ir-rigward, jibqa' mħasseb dwar il-leġiżlazzjoni Ċiniża, inkluża s-sistema tas-Sigrieti ta' l-Istat, li tfixkel it-trasparenza meħtieġa għall-iżvilupp ta' tmexxija tajba u ta' sistema li fiha jsaltan l-istat tad-dritt; huwa mħasseb dwar il-limiti stipulati fuq il-libertà tal-media Ċiniża u tal-media internazzjonali, inkluż l-internet, l-ibbloggjar u l-aċċess għall-informazzjoni għall-istampa Ċiniża u internazzjonali; jibqa' daqstant ieħor imħasseb dwar il-'blacklisting' ta' ġurnalisti u ta' attivisti favur id-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-Dalai Lama, l-assoċjati tiegħu u dawk li jipprattikaw il-Falun Gong; jistieden, f'dan ir-rigward, għar-rilaxx immedjat ta" l-attivist prominenti ta" l-AIDS Hu Jia; jenfasizza l-ħtieġa li titkompla, anke wara l-Logħob Olimpiku, is-sorveljanza bir-reqqa tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-bidliet fil-leġiżlazzjoni fir-rigward ta' din il-kwistjoni; iħeġġeġ l-Unjoni Ewropea biex tiżgura li r-relazzjoni kummerċjali tagħha maċ-Ċina tkun kontinġenti fuq riformi tad-drittijiet tal-bniedem, u jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Kunsill biex jagħmel evalwazzjoni komprensiva tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem qabel ma jiffinalizza kwalunkwe Ftehim ta' Qafas ta' Sħubija u Koperazzjoni ġdid; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iqajmu l-kwistjonijiet tar-Reġjun Awtonomu tal-Mongolja Interjuri, it-Turkestan tal-Lvant u r-Reġjun Awtonomu tat-Tibet, sabiex jappoġġjaw b'mod sħiħ djalogu trasparenti bejn il-Gvern Ċiniż u l-mibgħuta tal-Gvern Tibetan fl-Eżilju, u biex jintegraw il-kwistjoni ta' l-implikazzjonijiet tal-politiki Ċiniżi fl-Afrika; għadu allarmat minħabba l-ksur sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem fir-rigward ta' Uyghurs etniċi fir-Reġjun Awtonomu Xinjiang Uighur;
81. Għadu mħasseb li d-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem ma' l-Iran twaqqaf mill-2004 'l hawn minħabba n-nuqqas ta" kwalunkwe progress pożittiv fit-titjib tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u nuqqas ta' koperazzjoni mill-Iran; jistieden lill-awtoritajiet Iranjani biex ikomplu dan id-djalogu bil-għan li jingħata appoġġ lill-partijiet interessati kollha fis-soċjetà ċivili li kkommettew ruħhom li jaħdmu favur id-demokrazija, u biex isaħħu – permezz ta' mezzi paċifiċi u mhux vjolenti – proċessi eżistenti li jistgħu jippromwovu riformi demokratiċi, istituzzjonali u kostituzzjonali, kif ukoll biex jiżguraw is-sostenibilità ta' dawk ir-riformi u biex jikkonsolidaw l-involviment tad-difensuri Iranjani kollha tad-drittijiet tal-bniedem u tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili fil-proċessi fejn titfassal il-politika, filwaqt li jissaħħaħ l-irwol tagħhom fid-djalogu politiku ġenerali; huwa mħasseb ħafna minħabba li r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, speċjalment il-libertà ta" l-espressjoni u ta" l-għaqda, kompla jiddeterjora fl-2007; jikkundanna l-kampanja l-ġdida tal-moralità mnedija mill-awtoritajiet Iranjani mill-bidu ta' April 2007, kampanja li fiha eluf ta' rġiel u nisa kienu arrestati sabiex "tingħeleb imġiba immorali"; jiddenunzja l-fatt li r-reġim Iranjan qed juża l-piena kapitali dejjem aktar;
82. Jiddispjaċih għan-nuqqas ta' riżultati mill-konsultazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u r-Russja dwar id-drittijiet tal-bniedem u jistieden lill-Parlament biex jieħu sehem fi proċess bħal dan; jinkuraġġixxi l-isforzi li saru mill-Kunsill u mill-Kummissjoni biex joħolqu ċirkustanzi fejn il-konsultazzjonijiet isiru b'mod alternattiv fir-Russja u fl-Unjoni Ewropea, fejn il-Ministeri Russi għajr il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ikunu jistgħu jieħdu sehem ukoll fil-konsultazzjonijiet, u fejn id-delegazzjoni Russa tieħu sehem fil-laqgħat ta' NGOs jew korpi parlamentari Russi u Ewropej organizzati flimkien mal-konsultazzjonijiet; jiddispjaċih li l-Unjoni Ewropea ma rnexxiliex tibdel il-politika fir-Russja partikularment rigward kwistjonijiet sensittivi bħas-sitwazzjoni fiċ-Chechnya u f'Repubbliki oħra tal-Kawkasu, l-impunità u l-indipendenza tal-ġudikatura, it-trattament tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-priġunieri politiċi inkluż Mikhail Khodorkovsky, l-indipendenza tal-media u l-libertà ta' l-espressjoni, it-trattament tal-minoranzi etniċi, ir-rispett għall-istat tad-dritt u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem fil-forzi armati, id-diskriminazzjoni msejsa fuq l-orjentament sesswali kif ukoll kwistjonijiet oħra; jemmen li d-dibattitu li ilu sejjer dwar iċ-Chechnya għandu jiġi estiż biex ikopri is-sitwazzjonijiet preokkupanti f'Ingushetia u f'Dagestan; jistieden lill-awtoritajiet Russi biex jipproteġu l-minoranzi nazzjonali fir-Repubblika ta' Mari-El u jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-minoranzi b'mod konformi mal-Kostituzzjoni ta" Mari-El u ma" l-istandards Ewropej u ; jiddeplora l-persekuzzjoni kontinwa tal-ġurnalisti, tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u ta' l-NGOs, pereżempju l-attakki riċenti fuq Novaya Gazeta u fuq il-Fondazzjoni Nizhny Novgorod għall-Promozzjoni tat-Tolleranza; huwa mħasseb minħabba li fl-2007, deher li l-leġiżlazzjoni Russa l-ġdida dwar l-NGOs, wara d-dħul fis-seħħ tagħha fl-2006, kienet miftuħa għal implimentazzjoni arbitrarja u selettiva u ntużat biex timpedixxi, tirrestrinġi jew tikkastiga attivitajiet leġittimi ta" l-NGOs, u b'hekk ikkontribwixxiet għan-nuqqas ta" sigurtà u l-vulnerabilità, li qegħdin ikomplu jiżdiedu, ta" l-NGOs; jesprimi iżjed tħassib huwa dwar dak li ħareġ mir-Rapport ta" Diċembru 2007 ta" l-Amnesty International, rigward in-nuqqas kontinwu min-naħa ta" l-Uffiċċju tal-Prosekutur, li jirrispetta d-dritt ta" Mikhail Khodorkovsky u s-soċju tiegħu Platon Lebedev għal proċess ġust li jkun konformi ma" l-istandards internazzjonali, u huwa inkwetat minħabba r-rifjut li jingħata trattament mediku biex tkun salvata ħajjet Vasily Alexanyan, ex-Viċi-President ta" Yukos, minkejja li kemm il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem kif ukoll il-President ta" l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta" l-Ewropa talbu biex dan jiġi pprovdut; iħeġġeġ lir-Russja biex iddaħħal aktar miżuri għall-ħarsien tal-libertà ta' l-espressjoni u għas-sigurtà tal-ġurnalisti u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jikkunsidra, f'dan ir-rigward, li kopereazzjoni Russa ma' l-OSCE, mekkaniżmi għad-drittijiet tal-bniedem tal-Kunsill ta' l-Ewropa u tan-Nazzjonijiet Uniti kif ukoll ir-ratfika tal-konvenzjonijiet rilevanti kollha dwar id-drittijiet tal-bniedem għandhom jitqiesu bħala prijorità mill-Unjoni Ewropea, speċjalment ir-ratifika tal-Protokoll Nru 14 għall-ECHR, li jemenda is-sistema ta' kontroll tal-Konvenzjoni; jiddeplora n-nuqqas ta' rieda tar-Russja li tistieden numru xieraq ta' osservaturi internazzjonali ta' l-elezzjonijiet u ħafna qabel ma jsiru l-elezzjonijiet sabiex ikunu jistgħu jissorveljaw l-elezzjonijiet sew skond l-istandards ta' l-OSCE, b'hekk dan wassal biex ikun impossibbli li l-Uffiċċju ta' l-OECD għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem iwettaq il-missjoni ppjanata tiegħu ta" osservazzjoni ta" l-elezzjonijiet b'mod konformi mal-mandat tiegħu, u għalhekk ikollu jiddubita l-kredenzjali demokratiċi ta' l-elezzjonijiet parlamentari ta" l-2007 u l-elezzjonijiet presidenzjali 2008; iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iqajmu kwistjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem, inklużi każijiet individwali, ma' l-awtoritajiet Russi fl-ogħla livell u fil-Ftehim l-ġdid ta' Sħubija u Koperazzjoni mar-Russja; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tistipula obbligi aktar ċari u twaqqaf mekkaniżmi ta' monitoraġġ aktar effiċjenti, flimkien mal-klawżola dwar id-drittijiet tal-bniedem, sabiex isir titjib veru fis-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;
83. Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u biex iwaqqfu sottokumitati għad-drittijiet tal-bniedem mal-pajjiżi kollha tal-viċinat; itenni t-talba tiegħu biex il-parlamentari jieħdu sehem fit-tħejjija għal dawk il-laqgħat u biex ikunu infurmati dwar l-eżitu tagħhom; huwa tal-fehma li, filwaqt li l-ewwel ċiklu ta' laqgħat, bħalma ġara fit-Tuniżija, jista' jiffoka fuq it-twaqqif ta' sottokumitat dejjiemi u t-trawwim tal-fiduċja fost l-imsieħba, sottokumitati bħal dawn, speċjalment issa mal-Marokk, għandhom jimxu lejn fażi li timmira li jinkisbu r-riżultati, bit-twaqqif ta' benchmarks konkreti u ta' indikaturi tal-progress, kif ukoll il-possibilità li jitqajmu każi individwali; jenfasizza li d-diskussjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem, bla ebda dubju, m'għandhomx ikunu limitati għal dawn is-sottokumitati u jissottolinea l-ħtieġa li dawn il-kwistjonijiet jiġu inklużi fl-ogħla livell tad-djalogu politiku sabiex tiżdied il-koerenza tal-politika ta" l-UE f'dan il-qasam u jitnaqqsu d-diskrepanzi f'dikjarazzjonijiet dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem li jingħataw lill-istampa miż-żewġ naħat; jilqa" b'sodisfazzjon id-dikjarazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta" Ottubru 2007, li d-diskussjonijiet li jikkonċernaw qafas ta' ftehim bejn l-UE u l-Libja fil-ġejjieni, se jindirizzaw speċifikatament, inter alia, il-koperazzjoni u l-progress dwar id-drittijiet tal-bniedem;
84. Ifakkar is-sitwazzjoni, li sejra għall-agħar, fis-Sirja, fejn l-awtoritajiet tar-reġim qegħdin jirrifjutaw li jikkonċedu stejtus uffiċjali lil gruppi favur id-drittijiet tal-bniedem u fejn il-gruppi favur id-drittijiet tal-bniedem qegħdin jiġu tturmentati mis-servizzi tas-sigurtà u l-membri tagħhom qegħdin jintbagħtu l-ħabs minħabba nuqqas ta" stejtus legali; jikkundanna l-arresti ta" dissidenti u persuni mill-partiti ta' l-oppożizzjoni, u jħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jistiednu lill-Gvern Sirjan biex jillibera lill-ġurnalisti, l-attivisti favur id-drittijiet tal-bniedem u l-avukati indipendenti arrestati b'dan il-mod u biex ineħħi l-istat ta" emerġenza;
85. Jikkundanna l-miżuri meħuda kontra l-oppożizzjoni mill-awtoritajiet tal-Belarus; jinnota li dawn il-miżuri qegħdin ikomplu jieħdu l-forma ta" attentati sistematiċi biex jiġu umiljati u mmaltrattati membri ta' l-oppożizzjoni; bħala eżempju, jirreferi għall-arrest riċenti tar-rebbieħ tal-Premju Sakharov, Alexander Milinkiewicz; jinnota li l-Unjoni Ewropea ma kellha l-ebda suċċess fir-rigward tat-titjib tas-sitwazzjoni relatata mar-riformi dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-Belarus;
86. Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar il-kriżi umanitarja katastrofika fl-Istrixxa ta" Gaza; jistieden lill-partijiet kollha kkonċernati sabiex jirrispettaw id-Dikjarazzjoni Universali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; jerġa" jafferma l-kontenut tar-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta" Frar 2008 dwar is-sitwazzjoni fl-Istrixxa ta" Gaża(24),
87. Jirrikonoxxi t-tentattivi tal-Kunsill u tal-Kummissjoni biex f'Mejju 2008 jorganizzaw ċiklu ieħor ta' djalogu bejn l-Unjoni Ewropea u l-Uzbekistan dwar id-drittijiet tal-bniedem u jfaħħar lill-Kummissjoni għall-isforzi tagħġha biex torganizza seminar għas-soċjetà ċivili dwar l-espressjoni tal-media fil-marġini tad-djalogu, possibbilment f'Tashkent; jerġa' jiġbed l-attenzjoni li djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem u laqgħat ta' l-esperti dwar il-massakru f'Andijan fl-2005 fihom infushom ma jistgħux jitqiesu bħala progress u ma jistgħux jintużaw bħala raġuni biex jitneħħew is-sanzjonijiet; jinnota li n-nuqqas ta' inkjesta internazzjonali indipendenti dwar il-massakru f'Andijan u n-nuqqas ta' titjib fil-qagħda tad-drittijiet tal-bniedem fl-Uzbekistan – il-kundizzjonijiet stipulati mill-Unjoni Ewropea sabiex is-sanzjonijiet jitneħħew – loġikament wasslu sabiex is-sanzjonijiet kontra l-Uzbekistan jiġu estiżi; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' l-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni tal-15 u s-16 ta' Ottubru 2007 daħħlu kundizzjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu ssodisfati fi żmien perjodu ta' sitt xhur sabiex tinżamm is-sospensjoni tar-restrizzjoni fuq il-viżi; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iwetqqu evalwazzjoni serja ta' l-impatt tad-deċiżjoni li jiġu sospiżi għal sitt xhur uħud mir-restrizzjonijiet fuq il-viżi li huma parti mis-sanzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea kontra l-Uzbekistan, u biex jerġgħu jeżaminaw is-sitwazzjoni globali tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż; jiddeplora l-fatt li sal-lum l-Uzbekistan ma għamilx progress f'dan ir-rigward; jirrikonoxxi x-xogħol li sar mis-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem li jimmonitorja mill-qrib is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem kull sitt xhur sabiex jipprovdi lill-Kunsill b'evalwazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet parlamentari fir-rigward tal-politika ta" l-UE li għandha tiġi adottata rigward din il-kwistjoni; huwa mkexkex mill-elezzjoni presidenzjali tat-23 ta' Diċembru 2007 fl-Uzbekistan, li skond l-ODIHR "saret f'ambjent politiku kkontrollat b'mod strett, b'ebda possibiltà ta' oppożizzjoni vera, u ... u b'mod ġenerali naqset milli tissodisfa ħafna mill-impenji ta' l-OSCE għall-elezzjonijiet demokratiċi"; jikkundanna l-qtil ta' Mark Weil, fundatur u direttur ta' l-arti tat-Teatru indipendenti Ilkhom, f'Tashkent fid-9 ta' Settembru 2007, u tal-ġurnalist u kritiku tar-reġim Uzbeki Alisher Saipov fil-belt Kirgiża ta' Osh fl-24 ta' Ottubru 2007; itenni t-talba tiegħu biex il-priġunieri politiċi jinħelsu minnufih(25);
88. Jappoġġja r-rieda tal-Kunsill li jinbdew djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem ma' kull wieħed mill-erba' pajjiżi li baqa' fl-Asja Ċentrali; jitlob li d-djalogi jwasslu għal riżultati u li jitmexxew għalkollox skond il-Linji gwida ta' l-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-Djalogi dwar id-Drittijiet tal-Bniedem ma' Pajjiżi Terzi, filwaqt li tkun garantita l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili u tal-Parlament Ewropew; jitlob li jinbdew djalogi li jkunu appoġġjati minn riżorsi xierqa fi ħdan is-segretarjati tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
89. Jinnota l-importanza kemm ta" l-impenn tat-Turkija kif ukoll dak ta" l-Unjoni Ewropea fil-proċess ta" l-adeżjoni tat-Turkija għar-riformi li għaddejjin bħalissa tad-drittijiet tal-bniedem fit-Turkija;
90. Jittama li min kien responsabbli għall-qtil ta' Benazir Bhutto jinstab u jittella' l-qorti mill-aktar fis possibbli; jinnota li s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Pakistan marret għall-agħar matul l-2007, anke b'mod partikulari t-theddidiet għall-indipendenza tal-ġudikatura u għal-libertà tal-media; b'dan il-ħsieb, jikkundanna il-kampajna ta" malafama kontra Iftikhar Mohammad Choudhry, l-ex Prim Imħallef tal-Pakistan, kif ukoll il-fatt li ġie mneħħi mill-kariga tiegħu u tpoġġa taħt arrest domiċilju; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jappoġġjaw il-moviment għad-demokrazija mibdi mill-ġudikatura u l-qorti, b'mod partikulari billi jistiednu wkoll uħud mir-rappreżentanti tagħhom, inkluż is-Sur Choudhry; jinnota li s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Pakistan marret għall-agħar matul l-2007, anke b'mod partikulari t-theddidiet għall-indipendenza tal-ġudikatura u għal-libertà tal-media; jinnota l-adozzjoni ta' Dokument ġdid dwar Strateġija għal kull Pajjiż għall-Pakistan u jilqa' b'sodisfazzjon l-integrazzjoni tal-prevenzjoni tal-kunflitti u tad-drittijiet tal-bniedem fid-dokument kollu kemm hu; jinnota li l-ewwel laqgħa tal-Kummissjoni Konġunta Pakistan-Komunità Ewropea saret f'Iżlamabad fl-24 ta' Mejju 2007 u jenfasizza l-ħtieġa li d-drittijiet tal-bniedem jingħataw prijorità fl-aġenda għal-laqgħat sussegwenti kollha;
Il-mutilazzjoni ta' l-organi ġenitali femminili u prattiki tradizzjonali oħra li jagħmlu l-ħsara
91. Jenfasizza li l-isforzi biex jinqerdu l-forom kollha ta' mutilazzjoni ta' l-organi ġenitali femminili għandhom ikunu intensifikati kemm fil-livell primarju kif ukoll matul il-proċess ta' tfassil tal-politika, sabiex ikun enfasizzat il-fatt li mutilazzjoni bħal din hija kemm kwistjoni ta' ġeneru kif ukoll vjolazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem relatata ma" l-integrità fiżika;
92. Jinsisti li d-drittijiet tan-nisa jissemmew b'mod espliċitu fid-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem u b'mod partikulari l-ġlieda u l-qerda tal-forom kollha ta' diskriminazzjoni u vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, inklużi, b'mod l-iżjed prominenti, l-abort magħżul skond is-sess, il-forom kollha ta' prattiki tradizzjonali u użanzi li jagħmlu ħsara, pereżempju l-mutilazzjoni ta' l-organi ġenitali femminili u ż-żwiġijiet bikrija jew sfurzati, il-forom kollha ta' traffikar tal-bnedmin, il-vjolenza domestika, il-qtil tan-nisa, l-isfruttar fuq il-post tax-xogħol u l-esplojtazzjoni ekonomika, u li l-invokazzjoni mill-Istati ta" kwalunkwe drawwa, tradizzjoni jew kunsiderazzjoni reliġjuża ta" kwalunkwe tip, sabiex jevadu d-dmir tagħhom li jeliminaw brutalità bħal din, tiġi rrifjutata, kif ukoll kwalunkwe prattika li tista' thedded il-ħajja tan-nisa;
93. Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jużaw il-klawżola dwar id-drittijiet tal-bniedem sabiex il-ġlieda kontra l-forom kollha ta' mutilazzjoni ta' l-organi ġenitali femminili ssir kwistjoni ta' prijorità fir-relazzjonijiet ma' Stati li m'humiex membri, partikolarment ma' dawk l-Istati li għandhom relazzjonijiet preferenzjali ma' l-Unjoni Ewropea permezz tal-Ftehim ta' Cotonou, u jistedinhom biex jagħmlulhom pressjoni biex jadottaw il-miżuri leġiżlattivi, amministrattivi, ġudizzjarji u preventivi li huma meħtieġa biex jitwaqqfu dawn il-prattiki;
94. Ifakkar fl-Objettivi tal-Millenju għall-Iżvilupp, u jisħaq li l-aċċess għall-edukazzjoni u għas-saħħa huma drittijiet bażiċi tal-bniedem; jemmen li l-programmi għas-saħħa, inklużi dawk li jkopru s-saħħa sesswali, il-promozzjoni ta' l-ugwaljanza tas-sessi, l-għoti tas-setgħa lin-nisa u d-drittijiet tat-tfal għandhom ikunu prominenti fil-politika għall-iżvilupp u d-drittijiet tal-bniedem ta' l-UE, b'mod partikulari fejn il-vjolenza bbażata fuq is-sess hija mifruxa u fejn in-nisa u t-tfal jitpoġġew f'riskju ta' HIV/AIDS, jew ma jingħatawx aċċess għall-informazzjoni, għall-prevenzjoni u/jew għall-kura; jistieden lill-Kummissjoni biex tintegra d-drittijiet ċentrali tax-xogħol u l-aġenda ta' xogħol deċenti fil-politika ta' żvilupp tagħha, b'mod partikulari fil-programmi ta' assistenza relatati mal-kummerċ;
95. Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu b'mod partikulari r-ratifika u l-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta' l-Unjoni Afrikana tal-Protokoll ta' l-Unjoni Afrikana dwar id-Drittijiet tan-Nisa fl-Afrika;
96. Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex isaħħu l-EIDHR u biex jiżguraw l-allokazzjoni ta' fondi għal attivitajiet li jittrattaw il-qerda tal-forom kollha ta' mutilazzjoni ta' l-organi ġenitali femminili;
Skrutinju ġenerali ta' l-attivitajiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni inklużi r-rendimenti taż-żewġ Presidenzi
97. Jiddeplora l-vjolazzjonijiet kontinwi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija mill-ġunta militari f'Burma u jappoġġja l-impenn ta' l-Unjoni Ewropea biex tilħaq l-objettivi dikjarati tagħha, partikolarment "djalogu tripartitiku" inklużiv u ġenwin bejn ir-reġim militari, l-oppożizzjoni demokratika (jiġifieri l-Lega Nazzjonali għad-Demokrazija, li rebħet l-elezzjonijiet ta" l-1990) u n-nazzjonalitajiet etniċi bil-għan li tinkiseb ir-rikonċiljazzjoni nazzjonali li hija meħtieġa għat-transizzjoni f'Burma għad-demokrazija u t-twaqqif ta' gvern ċivili leġittimu u demokratiku li jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem tal-poplu tiegħu u li jerġa' jistabbilixxi relazzjonijiet normali mal-komunità internazzjonali; jilqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni mill-Kunsill f'Novembru 2007 ta' pożizzjoni komuni sabiex jiġġeddu miżuri restrittivi eżistenti u biex jiddaħħlu miżuri restrittivi addizzjonali, iżda jiddispjaċih għall-esklużjoni ta' ċerti oqsma kruċjali bħall-enerġija minn dawk il-miżuri u sanzjonijiet finanzjarji u bankarji kontra r-reġim militari; f'dan ir-rigward, jikkunsidra li l-adozzjoni ta' miżuri ristrettivi għandha tkun akkumpanjata, bħala ħaġa ta" rutina, minn appoġġ sod tas-soċjetà ċivili, li ma kienx il-każ f'Burma; jikkundanna r-reazzjoni brutali ta' l-awtoritajiet Birmani għad-dimostrazzjonijiet mill-patrijiet Buddisti u mid-dimostraturi paċifiċi kollha; jiddeplora l-arresti u d-detenzjonijiet kontinwi ta" l-attivisti demokratiċi u ġurnalisti, u jistieden lill-Kunsill biex ikompli jenfasizza s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'Burma bħala prijorità ewlenija fil-UNHRC u biex ikompli jagħmel pressjoni biex is-Sur Tomas Ojea Quintana, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem f'Burma biex ikompli jevalwa iktar l-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem; jilqa' b'sodisfazzjon il-ħatra ta' Piero Fassino bħala Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għall-Burma. u jitlob lill-Kummissjoni biex tappoġġja attivament il-moviment prodemokratiku ta' Burma fil-qafas ta' l-EIDHR; jikkundanna l-qtil ta" Padoh Mahn Sha, is-Segretarju Ġenerali ta" l-Unjoni Nazzjonali ta" Karen (KNU), fl-14 ta" Frar 2008, li nqatel fid-dar tiegħu fit-Tajlandja; jitlob li ssir investigazzjoni taċ-ċirkostanzi ta" dan il-qtil, u li l-UE tesprimi għadab għar-reġim militari u jħeġġeġ għal protezzjoni aħjar tal-mexxejja demokratiċi eżiljati minn Burma li qegħdin jgħixu fit-Tajlandja; huwa mħasseb minħabba li r-refuġjati minn Burma li jinsabu fil-Malażja huma estremament vulnerabbli u jinsabu f'riskju li jisfaw arrestati, detenuti, imsawwta bil-qasba jew iddeportati mill-awtoritajiet Malażjani; iħeġġeġ lill-Kunsill biex jistieden lill-awtoritajiet Malażjani biex iwaqqfu t-trattament brutali tagħhom tar-refuġjati, biex jinkuraġġixxi lill-UNHCR biex tirreġistra r-refuġjati kollha sabiex tkun ipprovduta iktar protezzjoni u biex iktar pajjiżi jiġu mħeġġa jaqblu li jaċċettaw refuġjati mill-Burma li jinsabu l-Malażja, sabiex dawn jistabbilixxu ruħhom mill-ġdid;
98. Jistieden lill-presidenza tal-Kunsill biex tiffoka fuq il-pajjiżi li għandhom sitwazzjoni partikolarment preokkupanti fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem; b'mod partikulari, jinkuraġġixxi lill-Kunsill biex jimplimenta għalkollox il-Linji Gwida ta' l-Unjoni Ewropea dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem u biex jalloka riżorsi addizzjonali għal proġetti inklużi fl-EIDHR, b'mod partikulari għall-promozzjoni tad-demokrazija fil-Belarus, fil-Burma, f'Kuba, fl-Eritrea, fil-Laos, fil-Korea ta' Fuq, fl-Uzbekistan, fil-Vjetnam u fiż-Żimbabwe; jikkunsidra li l-ħsieb u l-implimentazzjoni ta' dawk il-proġetti m'għandhomx jiddependu mill-kunsens jew mill-koperazzjoni tar-reġimi rispettivi;
99. Jilqa' b'sodisfazzjon li għall-ewwel darba fit-18 ta' Ottubru 2007 kien iċċelebrat Jum l-Unjoni Ewropea Kontra t-Traffikar, maħsub biex iqajjem kuxjenza dwar it-traffikar tal-bnedmin u biex ikun enfasizzat l-impenn li l-Unjoni Ewropea għandha biex dan jinqered;
100. Jilqa' b'sodisfazzjon il-Forum bejn l-Unjoni Ewropea u l-NGOs dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, organizzat mill-Presidenza Portugiża u mill-Kummissjoni u li sar f'Liżbona f'Diċembru 2007 dwar is-suġġett tad-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali; jaqbel mar-rakkomandazzjonijiet tal-Forum, li reġgħu affermaw l-indiviżibiltà u l-universalità tad-drittijiet tal-bniedem u li rnexxielu jorbot l-aspetti esterni u interni tal-politika ta' l-Unjoni Ewropea; jinkuraġġixxi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex, għaldaqstant, isaħħu l-Evalwazzjoni ta" l-Impatt tas-Sostenibilità mħejjija mid-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ tal-Kummissjoni permezz ta' evalwazzjoni ta' l-impatt tad-drittijiet tal-bniedem adegwata;
101. Jilqa' b'sodisfazzjon ir-raba' laqgħa tan-Network ta' l-Unjoni Ewropea ta' Punti ta' Kuntatt fir-rigward tal-persuni responsabbli għal ġenoċidju, għal reati tal-gwera u għal reati kontra l-umanità, laqgħa li saret fl-Aja fis-7 u fit-8 ta' Mejju 2007; jinnota x-xogħol li sar f'dik il-laqgħa, li kienet kollha dwar ir-Rwanda u l-investigazzjonijiet ta' suspettati Rwandin minn stati Ewropej; jiddispjaċih li ma ġietx organizzata l-ħames laqgħa tan-Network taħt il-Presidenza Portugiża; ifakkar lill-Kunsill fl-impenn li tiġi organizzata laqgħa bħal din taħt kull Presidenza;
102. Jistieden lill-Presidenza tal-Kunsill biex tittratta n-nuqqas ta' azzjoni mill-Unjoni Ewropea fid-Darfur; jilqa' b'sodisfazzjon l-operazzjoni ibrida Unjoni Afrikana/Nazzjonijiet Uniti fid-Darfur (UNAMID) approvata unanimament fil-31 ta' Lulju 2007 mir-Rizoluzzjoni 1769(2007) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti bħala pass żgħir fid-direzzjoni t-tajba; jinnota li l-UNAMID ħadet post il-Missjoni ta' l-Unjoni Afrikana fis-Sudan (AMIS) fil-31 ta' Diċembru 2007, u għandha mandat inizjali li jintemm fil-31 ta' Lulju 2008; jistenna li l-forza ta' 7,000 ruħ ta' l-AMIS, li s'issa kienet responsabbli miż-żamma tal-paċi, tingħaqad f'din il-forza l-ġdida u li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex ikun żgurat li UNAMID tkun kapaċi tissodisfa l-mandat tagħha, inkluża r-reviżjoni perjodika tan-numru ta' persuni li jkunu ntbagħtu għaż-żamma tal-paċi; jinsisti, madankollu, li l-mandati ta' arrest li nħarġu mill-ICC fir-rigward tad-Darfur għandhom jitwettqu mill-aktar fis possibbli; jinnota li l-inadegwatezza tal-miżuri għall-ġlieda kontra d-diżastru umanitarju fid-Darfur kienet waħda mir-raġunijiet li wasslu biex is-sitwazzjoni politika u soċjali fiċ-Chad tmur għall-agħar; jitlob li jittieħdu miżuri immedjati biex tkun ipprovduta għajnuna ikbar għal dak il-pajjiż;
103. Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-offensiva tar-ribelli fi N'Djamena, il-belt kapitali taċ- Chad fil-bidu ta" Frar 2008; jenfasizza l-importanza ta" l-involviment ta" l-UE fiż-żieda tal-pressjoni diplomatika għall- waqfien l-isparar fiċ-Chad sabiex jiġu protetti persuni f'diffikultajiet kbar u jiġu appoġġjati diskussjonijiet immirati lejn il-paċi u r-rikonċiljazzjoni nazzjonali f'dak il-pajjiż; jikkundanna r-rażan ta" l-avversarji politiċi fil-belt kapitali ta' N'Djamena mill-Gvern taċ-Chad wara l-attentat ta" kolp ta" stat fi Frar; iħeġġeġ lill-Kunsill biex jagħmel dak kollu possibbli biex jiżgura l-libertà ta' l-oppożizzjoni politika fiċ-Chad; jissottolinea l-gravità tal-kriżi tar-refuġjati u tal-persuni spustati internament (l-IDPs) fil-lvant taċ-Chad, fejn iktar minn 400 000 refuġjat u IDPs qegħdin jingħataw kenn fi 12-il kamp matul il-fruntiera tal-lvant taċ-Chad; jilqa' b'sodisfazzjon t-twaqqif tal-missjoni għaż-żamma tal-paċi Forzi ta' l-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Chad u fir-Repubblika ta' l-Afrika Ċentrali (EUFOT TCHAD/RCA) u l-objettiv vitali tagħha li tipproteġi r-refuġjati, l-IDPs u l-istaff umanitarju f'dan ir-reġjun fi kriżi;
104. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li bdiet il-ħidma fin-Nazzjonijiet Uniti biex jinħoloq standard ta' imġiba uniformi għall-kategoriji kollha tal-persunal involut f'missjonijiet għaż-żamma tal-paċi; jinnota li l-Pjan ta' Azzjoni tal-Grupp ta' Ħidma jsemmi l-ħtieġa li jiġi inkorporat sett ta' sitt prinċipji ewlenin fil-kodiċijiet ta' kondotta kollha tal-Kumitat Permanenti ta' Bejn l-Aġenziji (IASC), inkluż prinċipju li jipprojbixxi l-attività sesswali ma' persuni iżgħar minn 18-il sena, tkun xi tkun l-età meta wieħed jitqies adult jew l-età għall-kunsens li tapplika f'kull pajjiż; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li issa dan il-kodiċi ta' kondotta japplika għall-persunal kollu umanitarju u għaż-żamma tal-paċi tan-Nazzjonijiet Uniti; jilqa' b'sodisfazzjon il-ħolqien ta' unitajiet dwar il-kondotta personali fi ħdan il-Missjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Burundi, fil-Kosta ta' l-Avorju, fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u f'Ħaiti, biex jinvestigaw allegazzjonijiet u jassistu lill-vittmi; jistenna li l-kodiċi ta' kondotta jkun implimentat għalkollox fil-Missjonijiet kollha tan-Nazzjonijiet Uniti, anke fejn ikun xieraq l-infurzar ta' sanzjonijiet penali kontra membri tal-persunal li jkun ġie ppruvat li stupraw jew li sfruttaw sesswalment lit-tfal;
105. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kunsill jistabbilixxi u jaġġorna regolarment listi ta' pajjiżi li qegħdin fil-mira u li fir-rigward tagħhom isiru sforzi konġunti bil-għan li jiġu implimentati l-Linji gwida ta' l-Unjoni Ewropea dwar it-tfal u l-kunflitti armati, dwar il-piena kapitali (l-hekk imsejħa pajjiżi li waslu biex jadottaw bidliet f'dan ir-rigward) u dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jinnota li prattika simili hija prevista wkoll fl-Istrateġija ta' Implimentazzjoni tal-Linji gwida ġodda ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tat-tfal; jinkuraġġixxi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jestendu din il-prattika tajba, li tippermetti lill-Unjoni Ewropea inter alia li tirreaġixxi b'mod iktar effettiv permezz ta' proċeduri politiċi, dikjarazzjonijiet u forom oħra ta' azzjoni, għal-Linji gwida ta' l-Unjoni Ewropea dwar it-tortura; jinkuraġġixxi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jużaw il-Mekkaniżmi Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti u biex jikkunsidraw rakkomandazzjonijiet u riżoluzzjonijiet ta' urġenza tal-Parlament Ewropew meta jidentifikaw il-pajjiżi li jitqiegħdu fil-mira;
106. Itenni t-talba tiegħu biex id-diskussjonijiet kollha dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija ma' pajjiżi terzi kif ukoll l-istrumenti, id-dokumenti u r-rapporti, inklużi r-Rapporti Annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem, jittrattaw b'mod espliċitu l-kwistjonijiet dwar id-diskriminazzjoni inklużi l-kwistjonijiet dwar il-minoranzi etniċi, nazzjonali u lingwistiċi, il-libertajiet reliġjużi inklużi l-intolleranza lejn kwalunkwe reliġjon u prattiki diskriminatorji kontra reliġjonijiet f'minoranza, il-ħarsien u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-popli indiġeni, id-drittijiet tal-bniedem tan-nisa, id-drittijiet tat-tfal, , tal-persuni b'diżabilità inklużi l-persuni b'diżabilitajiet intellettwali, u l-persuni b'kull tip ta' orjentament sesswali, filwaqt li jiġu involuti għalkollox l-organizzazzjonijiet tagħhom, kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll f'pajjiżi terzi, meta xieraq;
Il-programmi ta' għajnuna esterna tal-Kummissjoni u l-EIDHR
107. Jesprimi tħassib dwar it-tbagħbis evidenti fil-votazzjoni fl-elezzjoni presidenzjali fil-Kenja f'Diċembru 2007 li ġiet segwita minn vjolenza f'dak il-pajjiż, u jitlob li jkunu ggarantiti d-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-dritt ta" l-espressjoni libera, id-dritt ta" l-għażla u d-dritt ta" l-assoċjazzjoni, kif ukoll elezzjonijiet ħielsa u ġusti; huwa mħasseb dwar il-ħlas ta' finanzjament ta' l-UE lill-Kenja ġurnata wara l-elezzjonijiet f'Diċembru 2007; iħeġġeġ biex fil-ġejjieni, il-ħlasijiet lill-gvernijiet m'għandhomx isiru fi żmien daqshekk qasir wara elezzjoni ġenerali u, b'mod partikulari, li tali ħlasijiet m'għandhomx isiru qabel ma jkun intlaqa" rapport mill-Missjoni ta" l-UE ta" Osservazzjoni ta" l-Elezzjoni; jinnota, fid-dawl tad-diskussjonijiet għall-paċi, li l-importanza ta" l-involviment kontinwu ta" l-UE fl-appoġġ ta" l-isforzi li qegħdin isiru bħalissa biex fil-Kenja jinkisbu gvern u presidenza demokratiċi stabbli u li jiffunzjonaw;
108. Jilqa" b'sodisfazzjon l-adozzjoni ta' l-EIDHR bħala strument finanzjarju għall-għajnuna esterna li jippromwovi speċifikatament id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, u l-fatt li l-prijoritajiet tal-Parlament Ewropew ġew ikkunsidrati fid-dokumenti ta'l-ipprogrammar ta" l-2007 u l-2008;
109. Jitlob trasparenza kompleta fir-rigward ta' kif jintefqu l-flus u ta' kif jintagħżlu u jiġu evalwati proġetti fl-EIDHR; jitlob li l-proġetti kollha li jintagħżlu jiġu ppubblikati fuq l-internet, kulmeta dan ikun fl-interess tal-ħarsien tar-riċevitur;
110. Jilqa' b'sodisfazzjon it-tnedija, fl-EIDHR, ta' proġett ġdid li jippermetti li tittieħed azzjoni urġenti għall-ħarsien tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Kummissjoni biex timplimenta din il-miżura ġdida malajr u b'mod effettiv;
111. Jipproponi li l-baġit ta" l-EIDHR jiżdied mill-2009 bil-għan, partikolarment, li finanzjamenti addizzjonali jkunu disponibbli kemm għal proġetti f'pajjiżi "diffiċli" kif ukoll għal proġetti mmaniġġjati direttament mid-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni ma' organizzazzjonijiet lokali tas-soċjetà ċivili, sabiex kwalunkwe pajjiż li fih qegħdin jiġu implimentati proġetti bħal dawn jkun jista" jkollu aċċess għall-fondi tal-Komunità;
112. Jistieden lill-Kummissjoni biex taġġusta l-livell ta" staff allokat għall-implimentazzjoni ta" l-EIDHR, kemm fil-kwartieri ġenerali kif ukoll fid-delegazzjonijiet, sabiex jitqiesu l-pekularitajiet u l-problemi ta" dan l-istrument il-ġdid, biex ir-riżorsi u l-għarfien espert meħtieġ ikunu disponibbli filwaqt li jitqiesu n-natura sensittiva ħafna tal-proġetti li tappoġġja, il-ħtieġa li tipproteġi l-atturi fis-soċjetà ċivili li jwettqu dawk il-proġetti u l-importanza ta" l-għan politiku li jirrapreżentaw;
113. Jitlob li jingħata taħriġ speċifiku fid-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija lill-istaff tad-delegazzjonijiet ta" l-UE f'pajjiżi terzi, sa l-ogħla livell, partikolarment fid-dawl tal-proġetti mwettqa skond il-linji gwida, u tal-ħtieġa urġenti li jingħata appoġġ lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jitlob ukoll li t-taħriġ ta" kull sentejn tal-kapijiet tad-delegazzjonijiet jinkludi komponent tad-drittijiet tal-bniedem fid-dawl tad-dmirijiet il-ġodda tad-delegati f'dan il-qasam;
114. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura koerenza bejn il-prijoritajiet politiċi ta" l-Unjoni u l-proġetti u l-programmi li tappoġġja, partikolarment rigward l-ipprogrammar bilaterali tagħha mal-pajjiżi terzi; jitlob ukoll li tiġi ggarantita iktar koerenza bejn il-programmi u l-istrumenti tematiċi, u biex dawn l-istrumenti jissaħħu peress li dawn huma l-uniċi mezzi li jistgħu jippermettu lill-Unjoni biex twettaq proġetti f'pajjiżi terzi mingħajr l-appoġġ ta" l-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati;
115. Jinnota li fl-2007 l-fondi ta' l-EIDHR allokati għal missjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea ta' osservazzjoni ta' l-elezzjonijiet kienu 23% tal-fondi totali ta' l-EIDHR li ntużaw (EUR 30.1 biljun) u li saru 11-il missjoni bħal din;
116. Jinnota li proporzjon kbir (madwar 50%) mill-finanzjament totali ta' l-EIDHR għal proġetti li ngħataw b'kuntratt fl-2007 ngħata għal proġetti tematiċi kbar u proporzjon żgħir biss (24%) ingħata għal skemi ta' appoġġ ibbażati fil-pajjiżi (ekwivalenti għal mikroproġetti); jinnota wkoll li parti żgħira biss mill-fondi ġiet allokata għall-Asja u jissuġġerixxi li jerġa' jkun evalwat il-bilanċ ġeografiku;
117. Jinnota li għandu jitqies sew l-iffinanzjar ta' organizzazzjonijiet internazzjonali li l-fondi tagħhom jingħataw permezz ta' kontribuzzjonijiet evalwati ta' Stati Membri, bħall-ICC, peress li l-finanzjament li jingħata lil organizzazzjonijiet bħal dawn iwassal biex ikunu ffinanzjati Partijiet Terzi, li jkollhom l-obbligu li jiffinanzjaw lil dawk l-organizzazjonijiet, filwaqt li jitqiegħdu f'riskju proġetti u istituzzjonijiet oħra li jiddependu mill-EIDHR, bħall-proġetti ta' l-NGOs u l-programm ta' rikostruzzjoni ġudizzjarja u ta' ħidma favur il-popli tal-Qorti Speċjali għas-Sjerra Leone;
L-assistenza elettorali u l-osservazzjoni ta" l-elezzjonijiet
118. Jinnota b'sodisfazzjoni li l-UE qiegħda tagħmel dejjem iktar użu mill-assistenza elettorali u l-osservazzjoni ta" l-elezzjonijiet biex tippromwovi d-demokrazija fil-pajjiżi terzi, u li l-kwalità u l-indipendenza ta" dawn il-missjonijiet huma rikonoxxuti fil-wisa";
119. Iħeġġeġ iktar viġilanza fir-rigward tal-kriterji għall-għażla tal-pajjiżi li fihom titwettaq assitenza elettorali / osservazzjoni ta" l-elezzjonijiet u tal-konformità mal-metodoloġija u r-regoli stabbiliti fuq livell internazzjonali, partikolarment dawk li jikkonċernaw in-natura indipendenti tal-missjoni;
120. Jikkunsidra li, f'dan l-istadju, fid-dawl ta" l-esperjenza ta" l-imgħoddi, l-assistenza elettorali u l-osservazzjoni ta" l-elezzjonijiet għandhom ikunu inkorporati fi proċess kontinwu inklużi stadju pre-elettorali ta' appoġġ għat-twaqqif tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, u l-iktar importanti, ta" stadju post-elettorali li jappoġġja u jevalwa l-proċess demokratiku bil-għan li jiġi msaħħaħ l-istat tad-dritt, li jiġu kkonsolidati l-istituzzjonijiet demokratiċi, il-pluraliżmu politiku, l-indipendenza tal-ġudikatura u l-irwol tas-soċjetà ċivili;
121. Ifakkar li l-ħtieġa għal politika post-elettorali hija parti mill-bażi legali ta" l-EIDHR;
122. Jitlob li l-proċess elettorali jinkludi kemm stadju pre-elettorali kif ukoll stadju post-elettorali, li għandhom ikunu inkorporati fil-livelli differenti tad-djalogu politiku mal-pajjiżi terzi kkonċernati bil-għan li tkun assigurata koerenza tal-politiki ta" l-UE u biex jiġi affermat mill-ġdid l-irwol kruċjali tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija;
123. Ifakkar ukoll lill-Kunsill u lill-Kummissjoni li d-demokrazija u l-istrateġiji tad-drittijiet tal-bniedem jeħtieġ ikunu mfassla għal kull pajjiż, kif xi wħud mill-Istati Membri diġà bdew jagħmlu, peress li dawn huma mezzi essenzjali biex tkun assigurata koerenza tal-politiki segwiti, anki matul il-proċessi elettorali;
124. Jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin biex qabel l-analiżi ta" nofs it-term, jara fiex qiegħda l-implimetazzjoni tal-komponenti varji ta" l-EIDHR;
L-implimentazzjoni ta' klawżoli dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-ftehim estern
125. Jiddeplora l-fatt li l-klawżola dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, element essenzjali tal-ftehim kollha ta' koperazzjoni u sħubija ma' pajjiżi terzi, għadha m'hijiex qed tiġi implimentata b'mod konkret, minħabba n-nuqqas ta' mekkaniżmu li jippermetti li tkun infurzata;
126. Jerġa' jenfasizza f'dan il-kuntest il-proposti stipulati fir-riżoluzzjoni tal-Parlament imsemmija hawn fuq ta' l-14 ta' Frar 2006 dwar il-klawżoli dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-ftehim ta' l-Unjoni Ewropea; jenfasizza partikolarment il-ħtieġa li jiġu inklużi klawżoli bħal dawn fil-ftehim kollu ta" l-UE, inklużi ftehim speċifiku għal kull settur;
127. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jieħdu vantaġġ mill-kuntest attwali ta' l-iskadenza tal-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni ma diversi pajjiżi tal-viċinat u r-Russja, u tan-negozjati għal ftehim ġdid, sabiex jiġu integrati d-drittijiet tal-bniedem u d-djalogu effettiv li jikkonċernahom fil-ftehim futur, anki permezz ta" mekkaniżmu ta" segwitu;
128. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fi ħdan il-politiki ta" żvilupp, tal-kummerċ barrani u investiment tagħha, biex tiżgura li l-attivitajiet ekonomiċi ta" kumpaniji privati ta" l-UE f'pajjiżi terzi jikkonformaw ma" standards tad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali, b'mod partikulari fir-rigward ta" l-isfruttament ta" riżorsi naturali u l-obbligu internazzjonali biex ikun akkwistat il-kunsens minn qabel u infurmat ta" komunitajiet lokali u persuni indiġeni affettwati; iqis li l-Parlament għandu jimmonitorja u jirrapporta l-progress imwettaq f'dan ir-rigward;
129. Itenni t-talba tiegħu biex il-klawżoli dwar id-drittijiet tal-bniedem jiġu implimentati permezz ta' proċedura ta' konsultazzjoni iktar trasparenti bejn il-partijiet, li tfisser il-mekkaniżmi politiċi u legali li għandhom jintużaw fil-każ ta' talba biex tiġi sospiża l-koperazzjoni bilaterali minħabba vjolazzjonijiet ripetuti u/jew sistematiċi tad-drittijiet tal-bniedem li jiksru l-liġi internazzjonali; jikkunsidra li klawżoli bħal dawn għandhom jinkludu wkoll dettalji dwar mekkaniżmu li jippermetti s-sospensjoni temporanja ta' ftehim ta' koperazzjoni kif ukoll "mekkaniżmu ta' twissija";
130. Jinnota li fl-2007 l-Unjoni Ewropea ma kkonkludietx ftehim ġdid li fih klawżoli dwar id-drittijiet tal-bniedem;
131. Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li fl-2007 l-Kunsill u l-Kummissjoni ssospendew il-preferenzi ta' kummerċ mogħtija lill-Belarus fil-qafas tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (GSP) minħabba li l-gvern tal-Belarus ma implimenta ebda waħda mir-rakkomandazzjonijiet imressqa mill- ILOl-2004;
132. Jemmen li għandha tiġi assigurata protezzjoni effettiva tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fuq il-fruntieri esterni ta" l-UE u li din għandha tikkostitwixxi prijorità ewlenija fl-isforzi ta" l-UE biex tintegra d-drittijiet tal-bniedem; tistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex ikomplu jikkonsolidaw l-isforzi tagħhom għall-integrazzjoni fi ħdan il-Politika Ewropea tal-Viċinat (ENP), l-isħubija strateġika mar-Russja u r-relazzjonijiet mat-Turkija u l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, u wkoll għal dak il-għan, biex jagħmlu użu sħiħ ta" l-oqfsa reġjunali ta" koperazzjoni eżistenti f'dawk ir-reġjuni; itenni l-ħtieġa partikulari li jkunu indirizzati l-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fiż-żoni ta" kunflitti li għadhom ma ssolvewx fil-pajjiżi msemmija, li jfixklu konsiderevolment il-konsolidazzjoni ta' l-istat tad-dritt u d-demokrazija fil-fruntieri esterni attwali ta" l-UE;
L-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem
133. Jistieden lill-Kummissjoni biex tibqa' timmoniterja mill-qrib l-għoti ta' benefiċċji fis-"Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi +" lil pajjiżi li wrew nuqqasijiet kbar fl-implimentazzjoni tat-tmien konvenzjonijiet ta' l-ILO dwar l-istandards tax-xogħol ewlenin, minħabba l-vjolazzjonijiet tad-drittijiet ċivili u politiċi jew minħabba l-użu ta' xogħol sfurzat; jitlob lill-Kummissjoni biex tiżviluppa kriterji li jiddeterminaw meta l-GSP għandha tkun irrevokata minħabba vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem;
134. Ifakkar id-Dikjarazzjoni dwar id-Dritt għall-Iżvilupp, adottata mir-riżoluzzjoni 41/128 ta' l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-4 ta' Diċembru 1986, li tirrikonoxxi li d-dritt għall-iżvilupp huwa dritt tal-bniedem inaljenabbli u li l-Istati għandhom ir-responsabiltà ewlenija għall-ħolqien ta' kundizzjonijiet favorevoli għat-twettiq tad-dritt għall-iżvilupp, u jridu jieħdu passi biex ifasslu politiki ta' żvilupp internazzjonali bil-għan li jitħaffef it-twettiq sħiħ ta' dak id-dritt; jitlob li jiddaħħlu miżuri li jiżguraw li programmi ta' żvilupp internazzjonali mfassla biex jittrattaw ir-responsabiltà ta' l-Istati jinkludu lill-persuni b'diżabilitajiet u jkunu aċċessibbli għal dawn il-persuni, skond l-Artikolu 32 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabiltajiet, iffirmata mill-Komunita' Ewropea fit-30 ta' Marzu 2007;
135. Ifakkar lill-Kunsill dwar l-impenn tiegħu li jintegra d-drittijiet tal-bniedem fis-CFSP u f'politiki oħra ta" l-UE, kif hemm deskritt fid-dokument approvat mill-Kumitat għall-Politika u s-Sigurtà fis-7 ta' Ġunju 2006; jitlob li jsir iktar progress fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li fih dak id-dokument; ifakkar lill-Kunsill, partikolarment, dwar l-obbligi li huma responsabilità tal-partijiet ta" ħidma ġeografiċi, li jidentifikaw ta' kwistjonijiet, prijoritajiet u strateġiji ewlenin relatati mad-drittijiet tal-bniedem bħala parti mill-ippjanar ġenerali, u li jkun stabbilit skambju iktar sistematiku ma" l-NGOs internazzjonali u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;
136. Ifakkar li l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għall-2008 jistipula li l-approprjazzjonijiet li jkopru d-diżabiltà għandhom ikunu kkontrollati biex ikun żgurat li, bħall-għajnuna Komunitarja, ikunu konformi ma' l-Artikolu 32 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabiltajiet, u jitlob li dawn id-dispożizzjonijiet tal-baġit jiġu implimentati u segwiti b'mod strett;
137. Jistieden lill-Kunsill biex jagħmel l-almu tiegħu biex jimplimenta d-dritt fundamentali għas-saħħa fir-rigward tat-trattament ta' l-uġigħ u l-aċċess għall-analġeżiċi opjojdi, filwaqt li jinnota li l-Bord Internazzjonali għall-Kontroll tan-Narkotiċi talab lill-komunità internazzjonali biex tippromwovi l-preskrizzjoni ta' mediċini li jtaffu l-uġigħ, bil-kundizzjoni li jkunu kkontrollati minn aġenti ta" sorveljanza internazzjonali u nazzjonali rikonoxxuti, bħalma huma l-gvernijiet nazzjonali u l-aġenziji speċjalizzati tan-Nazzjonijiet Uniti, speċjalment f'pajjiżi fqar, billi nuqqas kbir ta' trattament huwa rrappurtat f'aktar minn 150 pajjiż; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jaħdmu sabiex is-sħubija fil-WHO tinfetaħ għall-Istati kollha, kif stipulat fl-Artikolu 3 tal-Kostituzzjoni tagħha, b'hekk tissaħħaħ l-effikaċja u l-universalità tal-programmi tal-WHO;
138. Jikkundanna inkondizzjonatament il-forom kollha ta' sfruttament tat-tfal, kemm jekk fil-forma ta' sfruttament sesswali, inklużi l-pornografija tat-tfal u t-turiżmu għas-sess mat-tfal, kif ukoll bħala xogħol sfurzat, u l-forom kollha ta' traffikar tal-bnedmin; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jirrikonoxxu bħala kwistjoni soċjali serja u relatata mad-drittijiet tal-bniedem, u biex jieħdu miżuri biex isolvu l-problemi ta" eluf ta" tfal fit-triq u tfal sfurzati jittalbu, u jistieden lill-Istati Membri biex jintroduċu sanzjonijiet kontra dawk responsabbli għad-degradazzjoni tat-tfal sfurzati jittalbu;
139. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tibqa' tippromwovi r-responsabiltà soċjali tal-kumpaniji fost il-kumpaniji Ewropej u lokali; jitlob lill-Kunsill biex jirrapporta lura lill-Parlament dwar kwalunkwe feedback mir-Rappreżentant Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozji u d-Drittijiet tal-Bniedem li tikkjarifika l-istandards ta' responsabiltà tal-kumpaniji u r-responsabiltà għal korporazzjonijiet transnazzjonali u intrapriżi tan-negozju oħra fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem;
140. Jirrikonoxxi li l-politika ta' l-immigrazzjoni saret prijorità fl-aġenda tal-politika interna u esterna ta' l-UE u li fit-testi tagħha l-UE qed tipprova torbot l-immigrazzjoni u l-iżvilupp u tiżgura li d-drittijiet fundamentali ta' l-immigranti jkunu rispettati; isostni, madankollu, li r-realtà fil-fatt hija differenti minn dawk it-testi; jenfasizza li għandu jiġi konkluż ftehim għar-rijammissjoni ta' immigranti illegali ma' pajjiżi terzi li għandhom il-makkinarju legali u istituzzjonali meħtieġ sabiex tkun immaniġġjata r-rijammissjoni ta' persuni li oriġinaw minn dak il-pajjiż u biex jitħarsu d-drittijiet tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa li jkun żgurat li l-implimentazzjoni ta" ftehimiet ta" ammissjoni mill-ġdid bħal dawn jirrispettaw b'mod sħiħ il-prinċipju li jipprojbixxi li jintbagħtu lura l-immigranti (non-refoulement principle), biex ikun żgurat aċċess għal proċedura ta" ażil ġusta; jistieden għal immonitorjar effettiv tat-trattament ta" persuni ritornati skond ftehimiet ta" ammissjoni mill-ġdid, b'mod partikulari fir-rigward ta" "katina ta" projbizzjoni li jintbagħtu lura l-immigranti";
141. Jistieden lill-Kunsill biex jiżgura li d-drittijiet tar-refuġjati, ta' min ifittex il-kenn u tal-migranti jkunu rispettati għalkollox fil-prattika meta tissaħħaħ il-koperazzjoni ma' pajjiżi terzi dwar il-migrazzjoni u l-kenn; jenfasizza li, b'mod partikulari, il-mekkaniżmu ta" l- ENP għandu jintuża biex ikun immoniterjat ir-rendiment tad-drittijiet tal-bniedem f'dan il-qasam; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiżguraw li, fil-qasam tal-politika ta' koperazzjoni għall-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali, isir dak kollu possibbli biex ikun żgurat li l-korpi tal-pulizija u dawk ġudizzjarji f'pajjiżi terzi jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem, u jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiżguraw li ma jingħata l-ebda appoġġ għal tagħmir tal-pulizija u tal-ġustizzja ta' pajjiżi li jiksru b'mod serju u sistematiku d-drittijiet tal-bniedem u/jew li ma jagħtux kont ta' kif intużaw il-fondi msemmija;
142. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jieħdu inizjattivi ta' l-Unjoni Ewropea f'livell internazzjonali għall-ġlieda kontra l-persekuzzjoni u d-diskriminazzjoni bbażati fuq l-orjentament sesswali u l-identità tal-ġeneru; eż. billi jippromwovu riżoluzzjoni dwar din il-kwistjoni f'livell tan-Nazzjonijiet Uniti u billi jingħata appoġġ lill-NGOs u lill-persuni li jippromwovu l-ugwaljanza u n-non-diskriminazzjoni; jikkundanna l-fatt li ħafna pajjiżi kkriminalizzaw l-imġiba omosesswali, li l-Iran, l-Għarabja Sawdita, il-Jemen, is-Sudan, il-Mawritanja, l-Emirati Għarab Magħquda u partijiet min-Niġerja imponew il-piena tal-mewt għal attivitajiet omosesswali, li 77 pajjiż għandhom liġijiet li jippermettu lill-awtoritajiet ta' l-istat itellgħu l-qorti, u possibilment li tingħata sentenza ta' ħabs lil persuni għal atti sesswali ma' persuni ta' l-istess sess, u li diversi pajjiżi bħall-Pakistan, il-Bangladexx, l-Uganda, il-Kenja, it-Tanżanija, iż-Żambja, il-Malawi, in-Niġer, il-Burkina Faso, is-Sjerra Leone, ill-Malasja u l-Indja (fejn bħalissa qiegħda ssir analiżi ġudizzjarja tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kodiċi Penali) għandhom liġijiet li jistipulaw l-impożizzjoni ta' sentenzi fuq persuni li jvarjaw minn 10-il sena sa għomorhom il-ħabs; jappoġġja għalkollox il-Prinċipji ta' Yogyakarta dwar l-applikazzjoni tal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem fir-rigward ta' l-orjentament sesswali u l-identità tal-ġeneru; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħtu kenn lill-persuni li huma f'riskju ta' persekuzzjoni fil-pajjiżi ta' l-oriġini tagħhom minħabba l-orjentament sesswali jew l-identità tal-ġeneru tagħhom;
143. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiżguraw, qabel il-laqgħa ministerjali ppjanata għall-2009 ta" l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Droga u l-Kriminalità, li l-fondi mogħtija lill-aġenziji internazzjonali bħan-Nazzjonijiet Uniti biex jiġu missielta d-drogi illegali ma jintużawx, la b'mod dirett u lanqas b'mod indirett, biex jiġu appoġġjati korpi ta' sigurtà f'pajjiżi li jikkomettu ksur serju u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem jew li japplikaw il-piena tal-mewt f'każi relatati mad-droga; jitlob ukoll li jitħejja dokument li jippreżenta b'mod komprensiv u dettaljat l-aħjar prattiki implimentati mill-Istati Membri kollha ta' l-Unjoni Ewropea dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-politika dwar id-droga meta ssir is-seduta li jmiss tal-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drogi Narkotiċi;
144. Itenni l-importanza ta' politika interna ta' l-Unjoni Ewropea li tippromwovi l-aderenza mal-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u l-ħtieġa li l-Istati Membri jilleġiżlaw b'mod konsistenti, inter alia, ma' l-obbligi li joriġinaw mill-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra u mill-Protokolli Addizzjonali tagħhom, mill-Konvenzjoni kontra t-Tortura, mill-Konvenzjoni dwra il-Ġenoċidju u mill-Istatut ta' Ruma; jilqa' b'sodisfazzjon il-progress li sar fl-applikazzjoni tal-ġurisdizzjoni universali f'xi Stati Membri; sabiex tinkiseb koerenza akbar fil-politiki interni u esterni, jinkuraġġixxi lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinkorporaw il-ġlieda kontra l-impunità għal reati internazzjonali serji fl-iżvilupp ta' zona komuni ta' l-Unjoni Ewropea ta' libertà, sigurtà u ġustizzja;
145. Itenni l-preokkupazzjoni tiegħu fir-rigward ta' restrizzjonijiet fuq kontenut ta' l-internet, kemm jekk japplikaw għat-tixrid kif ukoll għall-wasla ta' informazzjoni, li jiġu imposti minn gvernijiet u li ma jkunux f'konformità stretta mal-garanzija tal-libertà ta' l-espressjoni; f'dan ir-rigward, jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex ifasslu liġijiet Komunitarji dwar il-kummerċ ma' pajjiżi terzi fir-rigward ta' oġġetti, inklużi s-softwer, il-ħardwer u oġġetti oħra simili b'għan wieħed, jiġifieri li jitwettqu attivitajiet ġenerali ta' kontroll u biex ikun ristrett l-aċċess għall-internet b'mod li m'huwiex konsistenti mal-libertà ta' l-espressjoni, u ma' l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' oġġetti bħal dawn, bl-eċċezzjoni ta' oġġetti li jintużaw biss għall-ħarsien tat-tfal; jikkunsidra li l-istess ħaġa għandha tapplika fir-rigward tat-teknoloġija ta' sorveljanza u/jew tat-teknoloġija militari li tintbagħat lil pajjiżi li jiksru d-drittijiet tal-bniedem b'mod sistematiku; jitlob ukoll li jinstabu soluzzjonijiet konkreti sabiex jiġi evitat li n-negozji Ewropej jipprovdu lil dawn il-pajjiżi b'data personali li tista" tintuża biex jinkisru dawn id-drittijiet, b'mod partikulari l-libertà ta" l-espressjoni;
L-effikaċja ta' l-interventi tal-Parlament Ewropew f'każijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem
146. Jitlob lill-Kunsill biex jieħu sehem f'dibattiti dwar riżoluzzjonijiet dwar każijiet urġenti ta' ksur ta d-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u ta' l-istat ta' dritt, u jitlob li s-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem jingħata rwol iktar konsistenti fl-iżvilupp ta' kriterji konsistenti u trasparenti għall-għażla ta' suġġetti urġenti;
147. Jirrakkomanda li riżoluzzjonijiet u dokumenti ewlenin marbuta ma' kwistjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem jiġu tradotti fil-lingwa mitkellma fiz-zoni mmirati, b'mod partikulari f'dawk il-lingwi li l-użu tagħhom m'huwiex rikonoxxut jew huwa pprojbit minn awtoritajiet ta' l-istat li huma responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem;
148. Jiddispjaċih ħafna li l-awtoritajiet Birmani u Kubani rrifjutaw it-talba tal-Parlament għall-qbil tagħhom biex tintbagħat delegazzjoni biex iżżur rebbieħa preċedenti tal-Premju Sakharov; jikkunsidra li l-Parlament għandu jiffaċilita t-twaqqif ta' network tar-rebbieħa tal-Premju Sakharov, b'laqgħat regolari li jsiru fil-Parlament;
149. Jiċħad bil-qawwa l-vjolenza sistematika u l-atti riċenti ta" tkasbir li qed ibatu r-rebbieħa tal-Premju Sakharov id-"Damas de Blanco" (in-"Nisa bl-Abjad") meta dawn jagħmlu dimostrazzjonijiet b'mod paċifiku u jitolbu l-ħelsien tal-qraba tagħhom, miżmuma f'ħabs f'Kuba issa ilu aktar minn ħames snin; jistieden lill-President tiegħu sabiex itenni t-talba tiegħu lill-awtoritajiet Kubani li Oswaldo Payá, rebbiegħ tal-premju Sakharov fl-2002, jitħalla, b'konformità ma" l-istedina li ngħatatlu mill-istituzzjonijiet Ewropej jidher quddiemhom personalment u jispjega s-sitwazzjoni politika attwali f'Kuba; barra minn hekk jistieden lill-President tiegħu biex jesprimi r-rieda u d-determinazzjoni qawwija tal-Parlament biex fil-ġimgħat li ġejjin jilqa" d-"Damas de Blanco" f'wieħed mill-postijiet ta" ħidma tal-Parlament biex ikunu ppreżentati uffiċjalment bil-Premju Sakharov 2005;
150. Ifakkar lid-delegazzjonijiet tal-Parlament li għandhom jinkludu sistematikament fl-aġenda taż-żjarat tagħhom f'pajjiżi terzi, dibattitu parlamentari dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;
151. Jirrikonoxxi l-ħidma tal-Kumitat Temporanju tiegħu dwar l-allegat użu ta' pajjiżi Ewropej mis-CIA għat-trasport u d-detenzjoni illegali ta' priġunieri, kif ukoll ir-rapport ta' dak il-Kumitat li wassal għar-riżoluzzjoni f'dak ir-rigward adottata mill-Parlament fl-14 ta' Frar 2007(26); jitlob lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jaħdmu flimkien fil-livelli kollha biex jiddenunzjaw il-prattika tal-konsenja straordinarja issa u fil-ġejjieni; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni biex tirraporta lill-Parlament dwar it-tweġibiet għall-ittra tagħha tat-23 ta" Lulju 2007 lill-Gvern Pollakk u dak Rumen fejn talbet tagħrif dettaljat dwar l-eżitu ta" l-inkjesti li twettqu fiż-żewġ pajjiżi, u dwar ir-riżultati tal-kwestjonarju mibgħut lill-Istati Membri kollha ta' l-UE dwar il-leġiżlazzjoni rispettiva tagħhom ta' kontra t-terroriżmu, kif imħabbar fis-sessjoni plenarja ta" Settembru 2007;
o o o
152. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsil, lill-kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri u tal-pajjiżi kandidati, lin-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kunsill ta' l-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-koperazzjoni fl-Ewropa u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-pajjiżi u territorji msemmija f'din ir-riżoluzzjoni.
Firmatarji (sa Diċembru 2007): L-Awstrija, il-Belġju, Ċipru, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Portugall, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja. (S'issa l-Konvenzjoni rratifikawha żewġ pajjiżi biss - l-Albanija u l-Arġentina. Biex tidħol fis-seħħ din teħtieġ 20 ratifika.)
Protokoll Fakoltattiv għall-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal dwar il-bejgħ tat-tfal, il-prostituzzjoni tat-tfal u l-pornografija tat-tfal (sa Novembru 2007): li għadu ma ġiex irratifikat mir-Repubblika Ċeka, il-Finlandja, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Lussemburgu, Malta u r-Renju Unit.Protokoll Fakoltattiv għall-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal dwar l-involviment tat-tfal f'kunflitti armati (sa Ottubru 2007): li għadu ma ġiex irratifikat mill-Estonja, il-Greċja, l-Ungerija u l-Olanda; Ċipru la ffirmah u lanqas irratifikah.
B'mod partikulari ta' Mutabar Tadjibaeva, chairperson ta' l-organizzazzjoni għad-drittijiet tal-bniedem Plammenoe Serdtse, u ta' 9 difensuri tad-drittijiet tal-bniedem: Nosim Isakov, Norboi Kholjigitov, Abdusattor Irzaev, Habibulla Okpulatov, Azam Formonov, Alisher Karamatov, Mamarajab Nazarov, Dilmurad Mukhiddinov u Rasul Khudainasarov.
Missjonijiet ta' l-UE ta' osservazzjoni ta' l-elezzjonijiet
268k
110k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Mejju 2008 dwar Missjonijiet ta' l-UE għall-Osservazzjoni ta' l-Elezzjonijiet: objettivi, prattika u sfidi futuri (2007/2217(INI))
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, b'mod partikulari l-Artikolu 25 tagħha,
– wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u l-impenji ta" l-OSCE li sar ftehim fuqhom f'Kopenħagen fl-1990 u fil-Laqgħa Għolja ta" Istanbul fl-1999, li matulhom l-Istati parteċipanti kollha ta' l-OSCE impenjaw ruħhom li jistiednu osservaturi internazzjonali, u b'mod speċifiku lill-Uffiċċju ta' l-OSCE għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR) għall-elezzjonijiet tagħhom,
– wara li kkunsidra l-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli u l-Konvenzjoni Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar il-Prinċipji ta" Missjonijiet Internazzjonali ta' Osservazzjoni Elettorali u l-Kodiċi ta' Kondotta għall-Osservaturi Elettorali Internazzjonali adottat fin-Nazzjonijiet Uniti fi New York fis-27 ta" Ottubru 2005,
– wara li kkunsidra l-ftehimiet kollha bejn l-UE u pajjiżi terzi u l-klawsoli dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija f'dawn il-ftehimiet,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 6 u 11 tat-Trattat UE u l-Artikoli 3, 177, 179 u 181a tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea mħabbra fi Strasburgu fit-12 ta' Diċembru 2007(1),
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta" l-20 ta" Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment ta" strument ta" finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja(2) (Strument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem, EIDHR),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' April 2000 dwar l-Għajnuna u l-Osservazzjoni Elettorali ta" l-UE (COM(2000)0191),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Marzu 2001 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq l-Għajnuna u l-Osservazzjoni ta' l-UE waqt l-Elezzjonijiet(3),
– wara li kkunsidra l-linji gwida ta" l-UE dwar l-osservazzjoni elettorali(4) u l-linji gwida ta" l-UE dwar kriterji komuni għall-għażla ta' osservaturi elettorali(5),
– wara li kkunsidra d-dokument tal-Kunisll dwar l-għajnuna u l-osservazzjoni elettorali(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' April 2002 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-sehem ta' l-Unjoni Ewropea fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni fil-pajjiżi terzi(7),
– wara li kkunsidra r-Rapporti Annwali ta' l-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,
– wara li kkunsidra r-rapporti annwali tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem fid-dinja,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni ta' l-Assemblea Parlamentari Konġunta ta' l-ACP-UE tal-21 ta" Novembru 2007 dwar l-elezzjonijiet u l-proċess elettorali f'pajjiżi ta" l-ACP u ta" l-UE(8),
– wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tal-Konferenza tal-Presidenti tat-8 ta" Novembru 2001 li jwaqqfu Grupp għall-Koordinazzjoni ta' Elezzjonijiet (ECG)(9), tat-12 ta" Mejju 2005 dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jamministraw il-missjonijiet ta" osservazzjoni elettorali(10), tal-21 ta" Settembru 2006 li jimplimentaw dispożizzjonijiet li jamministraw ix-xogħol tad-delegazzjonijiet(11) u tat-8 ta" Ġunju 2006 dwar linji gwida għad-delegazzjonijiet tal-Parlament Ewropew dwar l-osservazzjoni elettorali(12),
– wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet preliminari u r-rapporti finali tal-missjonijiet ta" l-UE għall-osservazzjoni ta" l-elezzjonijiet u r-rapporti tad-delegazzjonijiet għall-osservazzjoni ta" l-elezzjonijiet,
– wara li kkunsidra r-Rapporti Annwali ta" l-ECG,
– wara li kkunsidra r-Regola 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0138/2008),
A. billi l-elezzjonijiet għandhom ikunu organizzati skond standards rikonoxxuti b'mod internazzjonali,
B. billi d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tistabbilixxi li d-dritt li jiġu eletti rappreżentanti magħżula liberament u b'mod sigriet, minn żmien għal żmien f'elezzjonijiet ġenwini, fuq il-bażi ta' vot dirett universali u ugwali, huwa dritt li kull ċittadin għandu jkollu, u dan l-istess dritt huwa wkoll inkluż fl-istrumenti internazzjonali u reġjonali ewlenin l-oħra kollha dwar id-drittijiet tal-bniedem kif ukoll huwa element essenzjali tad-demokrazija reali, li għalih l-UE hija impenjata fit-Trattati tagħha,
C. billi l-osservazzjoni elettorali tikkontribwixxi għall-promozzjoni u l-protezzjoni ġenerali tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, u b'mod iżjed speċifiku, tad-drittijiet ċivili u politiċi; u billi proċess elettorali ġenwinament demokratiku jeħtieġ ir-rispett għal-libertà ta' l-espressjoni u għall-midja ħielsa, il-konformità ma' l-istat tad-dritt, mad-dritt li jitwaqqfu partiti politiċi u li jikkompetu għat-tmexxija pubblika, in-nuqqas ta" diskriminazzjoni u d-drittijiet ugwali għaċ-ċittadini kollha, u mad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u libertajiet oħrajn li l-Istati parteċipanti ta" l-OSCE impenjaw ruħhom li jipproteġuhom u jippromwovuhom,
D. billi l-osservazzjoni elettorali internazzjonali hija mmirata biex tissaħħaħ il-leġittimità tal-proċess elettorali, tiżdied il-fiduċja pubblika fl-elezzjonijiet, ikun skoraġġut u espost il-frodi elettorali fejn dan iseħħ u biex isiru analiżi, rapportaġġ u rakkomandazzjonijiet għat-titjib ta" l-aspetti kollha tal-proċess elettorali b'koperazzjoni sħiħa mal-pajjiż li jkun qed jospita, isir ftehim fuq it-tilwim li jista' jinqala', u jitħarsu d-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija b'mod ġenerali,
E. billi l-osservazzjoni elettorali f'demokraziji ġodda u emerġenti hija l-prijorità ta' l-UE, li turi l-impenn tagħha li tassisti demokraziji u pajjiżi ġodda biex javvanzaw lejn id-demokrazija ħalli jibnu strutturi demokratiċi sodi,
F. billi, kif inhu dikjarat fir-riżoluzzjoni ta' l-Assemblea Parlamentari Konġunta ta' l-ACP-UE li ġiet adottata fl-1 ta' April 1999 fi Strasburgu dwar il-koperazzjoni u l-involviment ta' l-ACP-UE fil-proċessi elettorali fil-pajjiżi ta' l-ACP u s-sehem ta' l-Assemblea Konġunta(13), it-tnaqqis tal-faqar, li huwa objettiv ċentrali tal-politika ta' żvilupp ta' l-UE, jirrikjedi l-eżistenza ta' demokrazija parteċipattiva kif ukoll gvernijiet responsabbli ħielsa mill-korruzzjoni,
G. billi, kif enfasizzat fil-Ftehima ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati ta' l-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku min-naħa l-waħda, u l-Komunita? Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmata f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000(14)(il-Ftehima ta' Cotonou), is-sħubija bejn l-Istati ta' l-ACP u l-UE għandha tappoġġja b'mod attiv il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-proċessi ta' demokratizzazzjoni, il-konsolidazzjoni ta" l-istat tad-dritt, u t-tmexxija tajba,
H. billi d-Dikjarazzjoni dwar il-Prinċipji ta" Missjonijiet Internazzjonali ta' Osservazzjoni Elettorali u l-Kodiċi ta' Kondotta għall-Osservaturi Elettorali Internazzjonali ġew adottati taħt il-patroċinju tan-NU fl-2005, u ġew approvati kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-Parlament, u wkoll minn 32 organizzazzjoni governattiva u non-governattiva internazzjonali oħra,
I. billi l-prinċipji enfasizzati f'dik id-Dikjarazzjoni jinkludu r-rappurtaġġ sħiħ, l-indipendenza u l-imparzjalità, it-trasparenza u l-pubbliċità, il-professjonalità, l-analiżi u l-pariri, ir-rispett lejn is-sovranità tal-pajjiż ospitanti li jinkludi l-ħtieġa li jkun hemm stedina għal osservazzjoni, il-koperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet ta" osservaturi oħra, u n-non-leġittimizzazzjoni ta" proċessi evidentement mhux demokratiċi,
J. billi, mill-adozzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq tal-11 ta" April 2000, intbagħtu iżjed minn 50 missjoni ta' osservazzjoni elettorali ta" l-UE fi 32 pajjiż fl-Afrika, fl-Asja u fl-Amerika Latina; billi huwa notevoli, madankollu, li ntbagħtu ferm inqas missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali ta" l-UE fil-pajjiżi tan-nofsinhar tal-Mediterran,
K. billi taħt l-EDIHR ikunu disponibbli iżjed minn EUR 30 miljun kull sena għall- missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali ta" l-UE,
L. billi, f'pajjiż fejn ikunu saru l-elezzjonijiet, parlament elett demokratikament ikollu valur limitat jekk dik l-istituzzjoni ma jkollha l-ebda setgħa sinifikanti u tkun iddominata mill-eżekuttiv,
M. billi għad fadal diversi sfidi ewlenin li għad iridu jiġu kkunsidrati fil-qasam ta' l-osservazzjoni elettorali mill-UE, bħall-importanza li kull ma jmur qed tikber tal-votazzjoni b'mod elettroniku,
N. billi l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta" April 2000 fissret il-punt tal-bidla deċiżiva fl-approċċ ta" l-UE għall-osservazzjoni elettorali, li tistabbilixxi metodoloġija komprensiva, li tkopri l-proċess elettorali kollu, mill-fażi ta" qabel l-elezzjoni sal-fażi ta" wara l-elezzjoni, li wriet li kienet ta" suċċess kbir u waslet biex l-UE ssir organizzazzjoni ewlenija fil-qasam ta" l-osservazzjoni internazzjonali ta" l-elezzjonijiet,
O. billi t-tqassim tal-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali ta' l-UE huwa element ewlieni tal-politika barranija ta" l-UE, u b'mod partikolari huwa, flimkien ma' għajnuna waqt l-elezzjoni, għodda essenzjali għall-appoġġ elettorali fil-kuntest ta" l-impenn ta" l-UE għall-promozzjoni tal-valuri tad-demokrazija, ta" l-iżvilupp u tal-paċi,
P. billi l-elezzjonijiet jistgħu jkunu suċċess biss fil-kuntest ta" trawwim fit-tul ta' valuri demokratiċi, filwaqt li titqies il-ħtieġa li jsir kunsens Ewropew dwar il-promozzjoni tad-demokrazija, fi ħdan soċjetà li tinkludi l-edukazzjoni tal-votanti u l-edukazzjoni ċivika, mekkaniżmi sodi għar-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem, l-eżistenza ta" soċjetà ċivili indipendenti u pluralistika, u r-rispett lejn is-separazzjoni tal-leġiżlatura u l-eżekuttiv,
Q. filwaqt li l-osservazzjoni elettorali huwa proċess fuq tul ta' żmien li jiġbor fih tliet perjodi: il-fażi ta" qabel l-elezzjoni, il-ġurnata ta" l-elezzjoni u l-fażi ta" wara l-elezzjoni, u filwaqt li kull wieħed minn dawn il-perjodi għandu jkun analizzat b'mod rigoruż u imparzjali fuq il-bażi ta' data diretta,
R. billi għalkemm l-osservazzjoni ta" dawn it-tliet perjodi tista" ssir minn osservaturi differenti, hemm bżonn li tkun komplementari u kkoordinata sew,
S. billi l-valur miżjud offrut mid-deputati u mill-ex-deputati f'osservazzjoni elettorali ma jistax ikun miċħud u jikkomplementa lil dak offrut mill-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali ta' l-UE, iżda ma jistax, waħdu, jipprovdi ġudizzju rigoruż ta" proċess elettorali,
T. billi l-Parlament għandu rwol ewlieni fil-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali ta" l-UE, b'mod li Membru tal-Parlament Ewropew (MPE) huwa maħtur bħala Osservatur Ewlieni u, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, delegazzjoni għall-osservazzjoni elettorali ta" MPE tkun integrata kompletament fl-istruttura tal-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali ta" l-UE,
U. billi il-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali ta" l-UE jeħtieġ li jkollhom segwitu aktar koerenti u komprensiv, kemm fuq livell tekniku kif ukoll fuq livell politiku,
V. billi minkejja li huwa essenzjali li tinżamm il-politika li jintbagħtu missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali ta" l-UE f'kundizzjonijiet fejn ikun possibbli li l-ħidmiet li jkollhom jitwettqu b'mod imparzjali, komprensiv u bis-sigurtà għall-istaff involut, l-UE ma tistax tkun siekta fir-rigward ta" mġiba f'elezzjonijiet li jsiru f'ċirkustanzi fejn ma jkunx hemm kundizzjonijiet bħal dawn,
1. Jikkonferma d-determinazzjoni tiegħu li jagħti kontribut għat-tisħiħ mill-ġdid ta" proċessi demokratiċi billi jtejjeb l-involviment tiegħu fl-osservazzjoni elettorali, fis-segwitu tal- missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali ta" l-UE u fit-tkattir tal-kapaċità parlamentari;
2. Jikkunsidra li f'termini assoluti, li jsiru l-elezzjonijiet ma jistax jitqies bħala l-uniku indikatur ta' demokrazija, iżda li, madankollu, dan għandu effett pożittiv fuq il-proċess ta' demokratizzazzjoni, imkejjel permezz tat-titjib fil-libertajiet ċivili, sakemm ikun hemm garanzija ta' pluraliżmu politiku, il-liberta? ta' l-assemblea u l-assoċjazzjoni, il-liberta? ta' l-espressjoni, l-aċċess ugwali għall-midja, il-votazzjoni sigrieta u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem;
3. Jenfasizza li l-osservazzjoni ta" l-elezzjonijiet f'demokraziji ġodda u emerġenti għandha tibqa' prijorità, peress li stati bħal dawn ġeneralment jibbenefikaw ħafna mill-osservazzjoni internazzjonali ta" l-elezzjonijiet u mir-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw minnhom;
4. Jiddispjaċih li l-UE għad m'għandhiex strateġija komuni u komprensiva biex tippromwovi d-demokrazija u tħeġġeġ l-istituzzjonijiet kollha ta" l-UE u lill-Istati Membri sabiex ikomplu l-isforzi tagħhom sabiex tkun possibbli l-adozzjoni ta" strateġija bħal din; f'dan ir-rigward, iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet ta" l-UE u lill-Istati Membri kollha biex jaqblu li jwaqqfu Konsensus Ewropew dwar id-Demokrazija;
5. Iqis li, fid-dawl ta" dan, l-osservazzjoni elettorali hija biss l-ewwel pass lejn id-demokrazija u li hemm bżonn li tkun ikkomplementata minn attivitajiet oħra u minn miżuri għal wara l-elezzjoni, iffinanzjati b'mod xieraq għat-tmexxija tad-demokrazija, b'mod partikulari permezz tat-tkattir ta' kapaċitajiet għall-parlamenti nazzjonali, għall-partiti politiċi, għas-servizz ċivili, għall-parteċipanti mhux Statali u għas-soċjetà ċivili, permezz tal-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tat-tmexxija tajba; għalhekk jitlob għaż-żamma tal-limitu baġitarju li sar ftehim fuqu mill-Kummissjoni ta' madwar 25% ta' l-EIDHR għall-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali ta' l-UE fuq il-perijodu ta" seba" snin tal-Qafas Finanzjarju 2007-2013; jitlob lill-Kummissjoni biex twarrab, fi ħdan dan il-qafas baġitarju, allokazzjonijiet għal attivitajiet preparatorji bħala antiċipazzjoni ta" l-elezzjonijiet, inklużi t-taħriġ għall-osservaturi elettorali lokali, għall-edukazzjoni tal-votant u attivitajiet oħra li huma essenzjali għat-twaqqif fit-tul ta" elezzjonijiet ħielsa u ġusti;
6. Jagħti rikonoxximent lill-ODIHR li x-xogħol ta" twittija tiegħu ispira b'mod qawwi l-metodoloġija ta" l-UE dwar l-osservazzjoni ta" l-elezzjonijiet;
7. Jagħti tribut għall-parteċipazzjoni ta' osservaturi minn pajjiżi terzi, bħall-Isvizzera, n-Norveġja u l-Kanada, fil-Missjonijiet ta' osservazzjoni Elettorali;
8. Jerġa" jafferma l-irwol importanti tal-missjonijiet ta" l-osservazzjoni elettorali ta" l-ODIHR fiz-zona ta" l-OSCE, fejn l-UE bħala regola ma tibgħatx missjonijiet ta" osservazzjoni; ifaħħar lill-ODIHR għall-kwalità tax-xogħol tagħha u għall-konformità tagħha ma" standards għoljin ta" trasparenza u indipendenza; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-istqarrijiet u l-azzjonijiet ta" ċerti Stati parteċipanti ta" l-OSCE li jpoġġu f'dubju l-mandat ta" l-ODIHR u jxekklu l-effikaċja, il-finanzjament u l-indipendenza tal-missjonijiet tagħha; jitlob lill-Istati parteċipanti ta" l-OSCE u lill-Kunsill Ewropew biex jappoġġjaw il-pożizzjoni ta" l-ODIHR bħala l-korp prinċipali tal-monitoraġġ ta" l-elezzjonijiet fiz-zona ta" l-OSCE; b'mod partikulari jikkundanna l-impożizzjoni riċenti minn ċerti Stati parteċipanti ta" l-OSCE ta" restrizzjonijiet fuq it-tul ta" EOMs u r-rifjut tagħhom li joħorġu, jew idumu biex joħorġu, viżi għall-osservaturi, biex ma kienx possibbli li l-ODIHR iwettaq il-mandat tiegħu;
9. Jiġbed l-attenzjoni għall-valur miżjud tal-parteċipazzjoni f'missjonijiet internazzjonali ta" osservazzjoni ta" elezzjonijiet fiz-zona ta" l-OSCE, flimkien ma" l-OSCE/ODHIR, ma' l-Assemblea Parlamentari ta" l-OSCE, ma" l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta" l-Ewropa u fejn xieraq ma" l-Assemblea Parlamentari tan-NATO; huwa ta" l-opinjoni li l-involviment tigħu f'dawn il-missjonijiet għandhom jitkomplew u anke jiżdiedu; jenfasizza l-importanza kruċjali ta" koordinazzjoni politika dettaljata bejn l-entitajiet involuti, b'mod partikolari rigward id-diliġenza ta' l-evalwazzjoni tagħha, il-konformità ma' standards indipendenti, il-konklużjonijiet ta" osservaturi għal tul ta" żmien twil u l-koerenza ta" stqarrijiet pubbliċi;
10. Jilqa" bi pjaċir il-kontribuzzjoni pożittiva tal-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali ta" l-UE fit-tisħiħ tal-proċessi demokratiċi, it-titjib fir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, tal-libertajiet fundamentali, tat-tmexxija tajba u ta" l-istat tad-dritt, u b'mod partikulari, fit-tisħiħ mill-ġdid tal-proċessi elettorali fid-dinja kollha;
11. Ifakkar fil-konklużjonijiet tas-seminar tal-Kummissjoni/Parlament li sar fil-11 ta' Settembru 2007 fejn ġie ddikjarat li, minħabba raġunijiet ta' metodoloġija, identità u viżibilità, il-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali ta' l-UE għandhom ikomplu joperaw indipendentement minn osservaturi internazzjonali u nazzjonali oħra; iqis li dan ma jeskludix, madankollu, koperazzjoni regolari u mill-qrib fil-post ma' organizzazzjonijiet oħra ta' osservaturi, u lanqas ma jeskludi aktar appoġġ mill-UE għat-tkattir tal-kapaċitajiet ta' organizzazzjonijiet ta' osservazzjoni nazzjonali u reġjonali;
12. Jenfasizza s-suċċess tal-metodoloġija ta" l-UE, iżda jistieden lill-Kummissjoni sabiex ittejjibha u taġġornaha billi tinkludi prattiki stabiliti u tiffaċċja sfidi ġodda;
13. Jenfasizza li dan is-suċċess għamel lill-UE l-organizzazzjoni ewlenija fil-qasam ta" l-osservazzjoni elettorali internazzjonali u li l-konċentrazzjoni fuq il-professjonalità tal-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali ta" l-UE qed tagħmel kontribut importanti biex ħarġu numru sinifikanti ta" esperti elettorali kkwalifikati ħafna u b'esperjenza; jenfasizza l-importanza ta" reklutaġġ u taħriġ attiv għal osservaturi ġodda biex tkun żgurata kontinwità fil-ħila esperta ta" l-osservazzjonijiet ta" l-UE ta" elezzjonijiet: jenfasizza, barra minn hekk, li l-professjonalità tal-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali ta" l-UE ssaħħaħ il-kontribut ta" l-UE fit-trawwim fis-sod ta" għarfien sostenibbli ta" l-elementi varji li jikkostitwixxu proċess elettorali demokratiku; iqis, f'dan ir-rigward, li l-esperjenza ta" ex-MPE bħala osservaturi għal żmien qasir jew twil tista" tiġi kkunsidrata;
14. Jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu l-miżuri xierqa biex tkompli ssaħħaħ il-parteċipazzjoni adegwata ta' l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u ta' l-osservaturi lokali fil-proċessi elettorali;
15. Jenfasizza l-importanza li l-osservaturi ta' l-UE, kemm jekk fuq perjodu ta' żmien qasir kif ukoll jekk fuq perjodu ta' żmien twil, jastjenu minn kwalunkwe mġiba li tista' tiġi kkunsidrata mill-popolazzjoni lokali bħala patronizzanti, superjuri jew li turi diżrispett fir-rigward tal-kultura lokali; iqis li, f'dan il-kuntest, u fejn ikun xieraq, l-osservaturi ta' l-UE għandhom jistabbilixxu rabtiet ma' osservaturi lokali;
16. Jilqa" bi pjaċir il-prattika stabbilita sew li l-MPE ikunu maħtura bħala Osservaturi Ewlenin tal-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali ta" l-UE; jitlob li l-proċess tal-ħatra jkun ċar u trasparenti sabiex tkun żgurata l-kredibilità ta" l-Osservatur Ewlieni, u jenfasizza li, filwaqt li matul il-mandat tagħhom jaħdmu mill-qrib mal-Kummissjoni u ma" istituzzjonijiet oħra ta" l-UE, għandhom dejjem iżommu indipendenza ċara u definita sew, mingħajr indħil;
17. Jilqa" l-politika ta" l-ugwaljanza bejn is-sessi li ġiet adottata bħala parti minn din il-metodoloġija fl-għażla ta" l-osservaturi, inkluż l-Osservatur Ewlieni, irrispettivament mid-diffikultà tal-missjoni;
18. Huwa tal-fehma li l-għarfien tal-lingwa użata fil-pajjiż li jkunu qed isiru fih l-elezzjonijiet (per eżempju, l-Ispanjol fil-Bolivja) għandu jkun kriterju indikattiv fil-ħatra ta" l-osservaturi, minħabba li l-abilità li wieħed jikkomunika b'mod dirett man-nies tal-lokal jagħmilha iżjed faċli għall-osservaturi biex isiru midħla bis-sħiħ mas-sitwazzjoni soċjali u politika fil-pajjiż;
19. Huwa tal-fehma li, fil-perjodu ta" qabel l-elezzjoni, wara l-laqgħat mal-kandidati u ma" l-uffiċjali tal-kummissjoni elettorali, l-osservaturi għandhom ikunu jistgħu jiltaqgħu ma" gruppi oħrajn fil-pajjiż li fih ikunu qegħdin isiru l-elezzjonijiet;
20. Jilqa" bi pjaċir l-esperjenza pożittiva tad-delegazzjonijiet tiegħu ta" osservaturi elettorali fil-qafas tal-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali ta" l-UE, li jingħatalhom valur miżjud importanti billi tingħata leġittimità lill-konklużjonijiet tagħhom u tissaħħaħ il-viżibilità u l-aċċettazzjoni tagħhom, iżda jenfasizza li l-kredibilità ta" dawk il-konklużjonijiet tiddependi mill-applikazzjoni rigoruża tal-metodoloġija matul il-proċess kollu ta" osservazzjoni;
21. Jilqa" l-ħidma mwettqa mill-Assoċjazzjoni ta' l-Ex Membri tal-Parlament Ewropew fit-twaqqif ta" l-Istitut Internazzjonali ta" l-Osservaturi Elettorali (International Election Monitors Institute - IEMI) b'mod konġunt ma' l-Ex Membri tal-Parlament Kanadiż u l-Assoċjazzjoni ta' l-Ex Membri tal-Kungress ta' l-Istati Uniti; jinnota li l-membri ta" l-IEMI osservaw numru ta" elezzjonijiet, u jinnota wkoll li l-MEPs preżenti kollha xi darba se jkunu ex MEPs u li l-kompetenza tagħhom għandha tkun imprezzabbli għall-iżvilupp ulterjuri tal-proċess demokratiku;
22. Jistieden lill-MPE kollha li jkunu qed jipparteċipaw f'delegazzjonijiet ta" osservazzjoni elettorali sabiex ikomplu jsegwu l-linji gwida stabbiliti għal dan it-tip ta" delegazzjonijiet; jenfasizza l-importanza tal-Kodiċi tal-Kondotta għall-Osservaturi Internazzjonali ta' l-Elezzjonijiet, li japplika wkoll għall-MPE;
23. Jirrikonoxxi li f'numru ta' okkażjonijiet id-delegazzjonijiet ta" osservazzjoni tal-Parlament Ewropew kienu neqsin min-nies, u jemmen li f'dawn il-każi jista' jkun utli li jiżdiedu ex MEPs biex jagħmlu tajjeb għan-nuqqasijiet fin-numri; iħeġġeġ lill-awtoritajiet politiċi rilevanti tal-Parlament Ewropew biex isegwu dan is-suġġeriment;
24. Jenfasizza li delegazzjonijiet ta" osservazzjoni mill-gruppi politiċi ma jirrappreżentawx il-Parlament, u jistieden lil dawk id-delegazzjonijiet sabiex joqogħdu lura milli jieħdu kwalunkwe azzjoni li tista" xxekkel il-kredibilità u l-viżibilità tad-delegazzjonijiet uffiċjali ta" osservazzjoni elettorali tal-Parlament Ewropew u ta" dawk tal-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali ta" l-UE;
25. Jinnota li l-koordinazzjoni bejn l-istituzzjonijiet ta" l-UE u fi ħdan il-Kummissjoni kienet b'mod ġenerali pożittiva; madankollu jiddispjaċih li f'xi każijiet din sofriet minn nuqqas qawwi ta' koeżjoni, u b'hekk għad hemm lok għal aktar titjib;
26. Jisħaq, b'mod partikulari, fuq l-importanza li jkunu kkoordinati d-dikjarazzjonijiet pubbliċi kollha li għandhom x'jaqsmu mas-sejbiet tal-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali ta" l-UE u li jiġi evitat il-ħruġ ta" kwalunkwe stqarrija qabel il-missjoni ta' osservazzjoni elettorati ta' l-UE tippreżenta l-istqarrija preliminari tagħha, u jisħaq fuq l-irwol ewlieni li għandha l-konferenza stampa f'termini ta" viżibilità u kredibilità, fejn id-dikjarazzjoni preliminarja tkun ppreżentata għall-ewwel darba; jitlob biex kemm l-istqarrijiet għall-istampa kif ukoll ir-rapporti dwar is-sejbiet jinħarġu skond skeda li tqis is-sensittivitajiet elettorali fuq il-post;
27. Jissuġġerixxi, bl-għan li jittejbu r-relazzjonijiet bejn il-Parlament u l-Kunsill, li l-Kunsill għandu jipparteċipa f'laqgħat ta" l-ECG u li l-Parlament għandu jingħata l-istatus ta" osservatur fil-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, (COHOM);
28. Jistieden lill-Kummissjoni biex tqis, fin-negozjati ta" ftehimiet ta" assoċjazzjoni jew ta" sħubijiet strateġiċi, kif tista" tinkludi l-fattibilità li tosserva l-proċessi elettorali fil-pajjiżi tan-nofsinhar tal-Mediterran u fil-pajjiżi tal-Lvant Nofsani;
29. Iqis li segwitu għall-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali ta" l-UE li jkun effettiv u orjentat biex jinkisbu r-riżultati jibqa" l-isfida ewlenija li għandha tiġi ffaċċjata, u li għandha ssir distinzjoni bejn segwitu tekniku u ieħor politiku, fejn għandhom ikunu involuti fuq il-livelli kollha l-istituzzjonijiet kollha ta" l-UE kif ukoll l-Istati Membri;
30. Jissuġġerixxi li l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali ta" l-UE jkunu segwiti mill-qrib, b'mod partikulari fejn ma tkunx provduta assistenza elettorali;
31. Jitlob lill-istituzzjonijiet kollha ta" l-UE, b'mod partikulari lill-Kunsill u lill-gvernijiet ta" l-Istati Membri sabiex idaħħlu s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali ta" l-UE fid-djalogi politiċi tagħhom mal-pajjiżi kkonċernati, kif ukoll fid-"demarches", fid-dikjarazzjonijiet, fir-riżoluzzjonijiet, fl-istqarrijiet u fl-azzjonijiet oħra;
32. Jistieden, b'mod partikulari, lill-Kummissjoni biex tinkludi r-rakkomandazzjonijiet tal-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali ta" l-UE fil-pjanijiet ta" azzjoni kollha fir-rigward tal-pajjiżi tal-Politika Ewropea għall-Viċinat li jintbagħtu fihom il-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali;
33. Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel użu sħiħ u fit-tul minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet fil-qafas tat-tfassil tad-Dokumenti ta' Strateġija tal-Pajjiż/Programmi ta' Azzjoni Annwali skond il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u skond l-istrumenti finanzjarji esterni ta' l-UE, b'mod speċifiku r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jwaqqaf strument finanzjarju għall-koperazzjoni ta' żvilupp(15) u r-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 2006 li jistipula d-dispożizzjonijiet ġenerali li jwaqqfu Strument Ewropew ta' Viċinanza u Sħubija(16);
34. Jikkundanna eżempji mill-passat ta" prattiki li jkunu ta" l-attitudni fejn kollox jibqa' għaddej lejn pajjiżi li dwarhom il-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali ta" l-UE kienu kkritikaw ħafna l-proċessi elettorali; jiddispjaċih, mill-banda l-oħra, li l-elezzjonijiet demokratiċi mhux dejjem ikunu vvalidati mill-UE, u jemmen li dawn l-inkonsistenzi jxekklu l-idea fraġli tad-demokrazija f'dawn il-pajjiżi u l-impressjoni ta" l-UE mal-pubbliku;
35. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tevalwa bir-reqqa r-riżultat ta" kull missjoni ta' osservazzjoni elettorati ta" l-UE, sabiex tassorbi l-lezzjonijiet li jkunu ttieħdu u biex tiddikjara b'mod ċar fir-rapporti finali l-limitazzjonijiet metodoloġiċi ta" kull missjoni ta' osservazzjoni elettorati ta" l-UE; barra minn hekk, jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel kull sforz biex tiżgura li l-kisbiet demokratiċi tal-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali ta" l-UE (metodoloġija, prattika teknika, mezzi baġitarji, strutturi elettorali, eċċ) ma jitpoġġewx f'dubju jew jintilfu wara li jkun intemm il-proċess elettorali;
36. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tqis sew il-possibilità li missjonijiet speċjalizzati jkunu organizzati biex isegwu ċerti aspetti ewlenin tal-proċess elettorali bħal ma huma l-abbozzar tal-qafas legali tal-proċess elettorali, ir-reġistrazzjoni tal-votanti u l-ilmenti u l-appelli ta" wara l-elezzjoni, li f'xi każijiet ma jkunux koperti biżżejjed mill-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali ta' l-UE;
37. Jirrakkomanda t-twaqqif ta" djalogu politiku f'każijiet fejn ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali ta" l-UE ma jiġux implimentati;
38. Jissuġġerixxi, b'konnessjoni mal-punt msemmi hawn fuq, li l-Parlament Ewropew għandu jkun preżenti fil-ftuħ ta" parlament ġdid li l-elezzjoni għalih tkun ġiet osservata, u li għandha tissaħħaħ il-koperazzjoni ma" parlamenti ġodda li jkunu ġew eletti;
39. Jirrakkomanda l-introduzzjoni ta' strateġija speċifika li tappoġġja parlamenti ġodda li jkunu ġew eletti demokratikament bil-ħsieb li jiġu msaħħa b'mod permanenti d-demokrazija, l-istat tad-dritt u t-tmexxija tajba;
40. Jissuġġerixxi li, għal dan l-għan, il-Parlament Ewropew għandu jesplora modi u mezzi kif parlamenti li għadhom kif ġew eletti jistgħu jiġu megħjuna fit-twettiq tal-ħidma tagħhom, b'attenzjoni speċjali għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw;
41. Jissuġġerixxi lill-Kummissjoni li għandha tistabbilixxi mekkaniżmi oħra għall-monitoraġġ ta" proċessi elettorali f'każijiet fejn ma jkunx possibbli l-użu ta' missjoni ta' osservazzjoni elettorati ta' l-UE; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex ikunu lesti jagħmlu stqarrijiet qawwija u f'waqthom rigward l-elezzjonijiet f'dawn iċ-ċirkostanzi;
42. Huwa ta" l-opinjoni li, f'dak li hu segwitu tekniku, l-assistenza ta" l-elezzjonijiet tistabilixxi l-impenn strateġiku fuq żmien twil li hu meħtieġ fiċ-ċiklu elettorali li l-aħjar jaħdem mal-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali ta" l-UE, u jqis li għandha tingħata attenzjoni speċjali biex tissaħħaħ l-indipendenza u l-leġittimità ta" l-oqsma ta" tmexxija elettorali, kif ukoll biex jiġi appoġġjat it-twaqqif ta" kummissjoni elettorali li tkun permanenti iżjed milli ad hoc;
43. Jenfasizza li, bħala l-instituzzjoni Ewropea eletta demokratikament, il-Parlament għandu jkollu rwol speċjali fis-segwitu politiku tal-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali ta' l-UE, u b'mod partikulari, fil-proċess tat-tkattir tal-kapaċità parlamentari;
44. Jitlob li, fejn huwa prattiku, tingħata kunsiderazzjoni serja lill-valur miżjud tal-konsultazzjoni, tal-koperazzjoni u l-iskambju ta' tagħrif bejn il-Parlament u d-delegazzjonijiet parlamentari u l-missjonijiet ta' l-ACP fil-kuntest usa' ta' l-azzjoni esterna ta' l-UE, kif ukoll fir-rigward ta' missjonijiet ta' osservazzjoni nazzjonali u internazzjonali oħra; jipproponi li jitwaqqfu gruppi ta" ħidma bil-ħsieb li jippermettu lill-imsieħba ta" l-Unjoni Afrikana li jibbenefikaw, bħala parti mill-istrateġija l-ġdida UE-Afrika, mill-kompetenza u mill-esperjenza tal-monitoraġġ elettorali, minħabba li l-UE bbenefikat mill-metodi ta" ħidma u mill-esperjenza ta" l-ODIHR ta" l-OSCE;
45. Jitlob li ssir analiżi tal-kundizzjonijiet li fihom ikunu jistgħu jiġu organizzati delegazzjonijiet ta" osservazzjoni elettorali konġunti għal żmien qasir flimkien mal-membri korrispondenti ta" l-Assemblea Parlamentari Konġunta (JPA) ta" l-ACP-UE, l-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja u l-Assemblea Parlamentari Ewro-Latinamerikana;
46. Jirrakkomanda li l-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali konġunti ACP-UE jkunu organizzati perjodikament meta jsiru elezzjonijiet fl-UE;
47. Iqis li l-votazzjoni b'mod elettroniku diġà għandha, u kull ma jmur se jkompli jkollha, irwol kruċjali fil-proċessi elettorali, u potenzjalment tagħti lok għal xorta ġdida ta" qerq elettorali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tieħu l-miżuri adegwati biex ikun hemm osservazzjoni affidabbli ta" votazzjoni bħal din, u biex tħarreġ lill-osservaturi għal dan l-għan;
48. Jitlob lill-Parlament biex jadotta rapport annwali dwar il-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali ta' l-UE;
49. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummssjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta" l-Istati Membri, lill-Ko-Presidenti ta" l-Assemblea Parlamentari Konġunta ta" l-ACP-UE, lill-President ta" l-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja u lill-Ko-Presidenti ta" l-Assemblea Parlamentari Ewro-Latinamerikana, lill-President ta" l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta" l-Ewropa, lill-President ta" l-Assemblea Parlamentari ta" l-OSCE u lid-Direttur ta" l-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem.
Relazzjonijiet Kummerċjali u Ekonomiċi mal-pajjiżi tax-Xlokk ta' l-Ażja (ASEAN)
393k
94k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Mejju 2008 dwar ir-relazzjonijiet kummercjali u ekonomiċi ma" l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk ta" l-Ażja (ASEAN) (2007/2265(INI))
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar in-negozjati bilaterali u, b'mod partikulari, dawk tat-13 ta' Diċembru 2007 dwar 'Ir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi mal-Korea'(1),
– wara li kkunsidra l-Karta ta' l-ASEAN, iffirmata fl-20 ta' Novembru 2007 fit-13-il Laqgħa Għolja ta' l-ASEAN f'Singapor,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar Burma, l-iktar reċenti dawk tas-6 u s-27 ta' Settembru 2007(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta" Jannar 2008 dwar CARS 21: Qafas Regolatorju Kompetittiv Awtomotiv(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Lulju 2007 dwar 'Il-Ftehima TRIPS u l-aċċess għall-mediċini'(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta" Mejju 2007 dwar 'L-Għajnuna ta' l-UE għall-Kummerċ'(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Mejju 2007 dwar 'Il-promozzjoni ta' xogħol deċenti għal kulħadd'(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar żoni reġjunali ta' kummerċ ħieles u l-istrateġija għall-kummerċ ta' l-Unjoni Ewropea(7),
– wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema Komunitarja biex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina s-sajd illegali u sajd mhux rappurtat u mhux regolat (COM(2007)0602),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu 'L-Ewropa Globali: Kompetizzjoni Dinjija: Kontribut għall-Istrateġija ta' l-UE għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi' (COM(2006)0567),
– wara li kkunsidra l-istudju 'L-Impatt Ekonomiku ta' Ftehima ta' Kummerċ Ħieles (FTA) Potenzjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-ASEAN' minn CEPII-CERIM tat-3 ta' Mejju 2006,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Ministri tar-Raba' Konferenza Ministerjali ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), adottata fl-14 ta' Novembru 2001 f'Doha, u b'mod partikulari l-paragrafu 44 tagħha rigward Trattament Speċjali u Differenzjali (SDT),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0151/2008),
A. billi l-Unjoni Ewropea għandha tkompli tagħti prijorità lil sistema kummerċjali multilaterali bbażata fuq ir-regoli, stabbilita permezz tad-WTO, li toffri l-aħjar prospetti għall-kummerċ internazzjonali u ekwu billi tistabilixxi regoli xierqa u tiżgura l-konformità magħhom,
B. billi konklużjoni bilanċjata b'suċċess ta' l-Aġenda ta' l-Iżvilupp ta' Doha (DDA) toffri l-ikbar tama ta' għajnuna għall-integrazzjoni tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fis-sistema internazzjonali tal-kummerċ,
C. billi ftehimiet inter-reġjonali jistgħu jikkumplementaw is-sistema multilaterali billi jippromwovu l-integrazzjoni u jindirizzaw suġġetti li bħalissa huwa diffiċli li jintlaħaq ftehim multilaterali dwarhom,
D. billi, meta titqies bħala entità sħiħa, l-ASEAN hija l-ħames l-akbar imsieħba kummerċjali ta' l-UE u l-UE hija t-tieni l-ikbar imsieħba kummerċjali ta' l-ASEAN u l-ikbar investitur fir-reġjun,
E. billi l-ASEAN tkopri reġjun diversifikat ħafna, bi tlieta mill-membri tagħha li jaqgħu fil-kategorija ta' "Pajjiżi l-Inqas Żviluppati" (LDCs) waqt li oħrajn għandhom dħul ras għal ras ogħla minn dak ta' ħafna Stati Membri ta' l-UE,
F. billi l-pajjiżi ta' l-ASEAN għandhom profili ekonomiċi differenti u dawn id-disparitajiet se jkollhom irwol importanti fil-finalizzar tal-FTA UE-ASEAN,
G. billi studji juru li l-ftehima UE-ASEAN tista' tipproduċi vantaġġi ekonomiċi sostanzjali għaż-żewg naħat iżda billi miżuri addizzjonali jistgħu jkunu meħtieġa biex jippromwovu l-qsim ekwu ta' vantaġġi bħal dawn,
H. billi Ftehima ta' Sħubija u Koperazzjoni (PCA), li jrid ikun fiha klawsoli dwar id-drittijiet tal-bniedem li jistgħu jkunu infurzati, hija prerekwiżit għall-UE biex tikkonkludi FTA ma' kwalunkwe pajjiż,
I. billi aċċess reċiproku u adegwat għas-swieq ta' l-UE-ASEAN li jirrispetta s-sitwazzjonijiet ekonomiċi differenti tal-membri ta' l-ASEAN, u b'mod partikulari l-ifqar fost il-pajjiżi lanqas żviluppati, jkompli jkattar il-fluss ta' merkanzija u servizzi u jseddaq l-innovazzjoni u jagħti spinta għat-tkabbir ekonomiku taż-żewġ naħat,
J. billi trid titqis kif xieraq il-protezzjoni effettiva tad-Drittijiet tal Proprjetà Intellettwali (IPR), inkluża l-indikazzjoni u d-denominazzjoni ta' l-oriġini ġeografika, waqt li jkun favorit l-aċċess għal mediċini u t-trasferiment ta" teknoloġiji b'mod partikulari fil-qasam ta" żvilupp sostenibbli u l-ġlieda kontra l-bidla fil-klima,
1. Jemmen li programm ambizzjuż jkun ta' benefiċċju għaż-żewġ naħat, u minkejja li ftehima ta' kwalità għolja hija aktar importanti minn skadenza ta' malajr, iħossu inkwetat dwar il-pass bil-mod li mexjin bih in-negożjati; jagħmel enfażi fuq l-importanza li jinkisbu riżultati konkreti għal impriżi Ewropej billi jittejjeb l-aċċess għas-suq;
2. Iqis li suċċess għad-DDA jibqa' prijorità kummerċjali ta' l-Unjoni u jixtieq li n-neguzjati ma' l-ASEAN ikunu ta' suppliment għaliha; iqis li l-FTA proposta trid tirrispetta bis-sħiħ ir-regoli tad-WTO;
3. 3 Jistieden liż-żewġ naħat biex jagħtu prijorità fin-negozjati għall-ħtieġa li jkun stabilizzat il-prezz ta" prodotti bażiċi, b'mod partikulari il-prezz ta" l-ikel, u biex jindirizzaw il-kwistjoni ta" l-agrofjuwils b'attenzjoni kbira;
4. Jemmen li ftehimiet inter-reġjonali jistgħu jkunu utli bħala suppliment għas-sistema multilaterali, sakemm ikollhom kamp ta' applikazzjoni wiesa' u ambizzjuż, u jmorru lil hinn sew mit-tnaqqis tat-tariffi u l-indirizzar tal-kundizzjonijiet kwalitattivi assoċjati mal-kummerċ, inklużi dispożizzjonijiet effettivi dwar drittijiet tal-bniedem, u standards, soċjali u ambjentali; jemmen li, jekk ftehima bejn ir-reġjuni tkun pruvata bħala mhix prattika, ikun essenzjali għal negozjati bilaterali li jkollhom qafas komuni bil-koperatura biss tal-ftehima u l-perjodi ta' tranżizzjoni li jvarjaw;
5. Jenfasizza li t-tkabbir industrijali tal-futur fl-Unjoni jiddependi fuq il-ftuħ għall-kummerċ u l-investiment barrani li jkun ikkontrollat minn regoli ġusti;
6. Jiddispjaċih li, fis-Samit UE-ASEAN li sar f'Singapore f'Novembru 2007, ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-prattiki u l-imġieba ta' l-intrapriżi ma ġewx ittrattati fil-fond, biex b'hekk ġie ostakolat l-investiment mill-UE fil-pajjiżi ta' l-ASEAN;
7. Jisħaq fuq l-importanza li tissaħħaħ l-integrazzjoni reġjunali bejn il-pajjiżi ta' l-ASEAN; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi assistenza teknika u appoġġ eventwali fil-futur sabiex jgħinu f'dan it-tisħiħ;
8. Iħeġġeġ lill-partijiet sabiex inaqqsu gradwalment jew ineħħu l-ostakoli kollha għall-kummerċ tal-merkanzija u tas-servizzi, filwaqt li jiġu rispettati l-pożizzjonijiet ekonomiċi differenti fi ħdan ir-reġjun ta' l-ASEAN u l-ħtieġa li jkunu żgurati servizzi pubbliċi universali, aċċessibbli u sostenibbli bi prezzijiet mhux għoljin u standards ta" kwalità għolja għal kulħadd;
9. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex fi ħdan il-ftehima UE-ASEAN tiżgura t-trasparenza u regoli effettivi għall-akkwist pubbliku, il-kompetizzjoni u l-investiment u għall-għajnuna statali u sussidji oħrajn; jenfasizza l-importanza tas-servizzi fir-relazzjonjiet kummerċjali ta' l-UE-ASEAN;
10. Jenfasizza li ftehima ma' l-ASEAN għandha tiżgura:
i)
it-titjib u s-simplifikazzjoni tar-regoli ta" l-oriġini,
it-trasparenza regolatorja u l-proċeduri burokratiċi simplifikati,
iv)
l-eliminazzjoni ta" taxxi diskriminatorji;
Kwistjonijiet Settorjali
11. Iqis li l-kwistjoni ta' l-ostakoli mhux tariffarji m'humiex inqas importanti mit-tnaqqis tat-tariffi u huwa mħasseb b'mod partikulari dwar ir-restrizzjonijiet fuq is-servizzi għan-negozju, fejn tnaqqis tar-restrizzjonijiet mhux iġġustifikati jista' jwassal biex l-intrapriżi fl-ASEAN ikollhom aċċess għal servizzi bankarji, servizzi ta' assikurazzjoni u servizzi legali orħos u iktar effiċjenti;
12. Jenfasizza l-importanza ta' l-IPRs u jitlob li l-infurzar effettiv tagħhom jingħata prijorità, b'mod partikulari lid-disinn, lir-reġistrazzjonijiet awdjo u lil prodotti kulturali oħrajn, kif ukoll lill-indikazzjoni u d-denominazzjoni ta' l-oriġini ġeografika; jitlob lill-Kummissjoni biex tittakilja ostakoli minkejja d-dritt ta' pajjiżi biex jirregolaw oqsma - bħas-settur awdjoviżiv - li għandhom rwol fundamentali fiż-żamma tad-diversità kulturali;
13. Jagħti importanza partikulari lill-ġlieda kontra l-farmaċewtiċi foloz li jirrapreżentaw kompetizzjoni inġusta u periklu għall-konsumaturi; fl-istess ħin, jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li xejn fil-ftehima m'għandu joħloq ostakoli legali jew prattiċi għall-użu massimu tal-flessibilitajiet stipulati fid-Dikjarazzjoni li temenda l-Ftehim dwar Aspetti Relatati mall-Kummerċ tad-Drittijiet tal-Propjetà Intellettwali (Ftehim TRIPS) u l-aċċess għall-mediċini, u jitlob lin-negozjaturi tal-Kummissjoni biex iqisu bis-sħiħ il-punti stipulati fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Lulju 2007, imsemmija hawn fuq, dwar dan is-suġġett;
14. Ifakkar fl-impenn ta" l-UE biex tappoġġja d-Dikjarazzjoni ta" Doha u l-użu ta" flessibilitajiet TRIPS favur is-saħħa pubblika u aċċess għal mediċini f'pajjiżi li qed jiżviluppaw; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex ma tagħmel xejn li jista' jissottovaluta l-isforzi tal-Gvern Tajlandiż biex jiżgura aċċess għal mediċini għar-residenti kollha tiegħu;
15. Jemmen li aspetti tal-ftehima li jaffettwaw l-akkwist pubbliku għandhom jirrikonoxxu l-livelli differenti ta' żvilupp tal-membri ta' l-ASEAN u jirrispettaw id-dritt tal-parteċipanti kollha li jirregolaw is-servizzi pubbliċi, b'mod partikulari dawk marbuta mal-ħtiġijiet bażiċi;
16. Iqis li l-ftehima għandha tfittex li tippromwovi aktar trasparenza u kontabilità fir-rigward ta' l-investimenti magħmula minn fondi sovrani;
17. Jesprimi tħassib dwar il-konsegwenzi ta" prezzijiet tar-ross għoljin, b'mod partikulari għal familji ifqar f'pajjiżi ta" l-ASEAN li jimpurtaw ir-ross;
18. Iqis bħala neċessarju li jkun hemm konċentrazzjoni fuq l-industrija tas-sajd, u b'mod partikulari fuq is-settur tat-tonn, minħabba l-impatt soċjo-ekonomiku qawwi li l-liberalizzazzjoni sħiħa u immedjata tat-tariffi jista' jkollha fuq dan is-settur sensittiv, kif rikonoxxut fl-istudju tal-Kummissjoni dwar dan is-settur li sar fuq talba tal-Parlament;
19. Jisħaq fuq l-importanza ta' konformità mar-regoli għas-saħħa u l-iġjene fl-industrija tas-sajd bħal mezz sabiex jinkiseb aktar żvilupp u żvilupp aħjar ta' l-industrija f'dawn il-pajjiżi, kif ukoll ta' kompetizzjoni ġusta ma' l-industrija tas-sajd ta' l-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tipprovdi l-assistenza teknika meħtieġa biex tippermetti l-industriji tas-sajd ta" l-ASEAN biex jilħqu dawn il-miri;
20. Iħeġġeġ li l-koperazzjoni ekonomika inter-reġjonali tiġi estiża għall-qasam tal-makroekonomija, inkluża l-koperazzjoni fi kwistjonijiet ta" tassazzjoni u ta' statistika, l-adozzjoni ta" standards internazzjonali ta" verifika u ta" kontabilità u miżuri sabiex jiġu miġġielda l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus;
21. Jistieden lill-Unjoni u lill-ASEAN biex itejbu l-koperazzjoni fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin, it-turiżmu sesswali u l-iffalsifikar; jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn tal-membri ta' l-ASEAN biex jiġġieldu d-drogi waqt li jistidinhom biex jirrispettaw il-moratorju kontra l-piena tal-mewt tan-Nazzjoniet Uniti (NU); ifaħħar lill-Filippini għall-abolizzjoni tal-piena tal-mewt;
22. Jistieden lill-Unjoni u l-ASEAN biex itejbu l-koperazzjoni fil-qasam tas-saħħa pubblika u b'mod partikulari fil-ġlieda kontra mard bħall-AIDS, is-SARS u l-influwenza avjarja, u kontra l-bidla fil-klima, kif ukoll billi tippromwovi s-sikurezza ta' l-ikel;
23. Jemmen li l-kompetittività ta" l-Unjoni mal-pajjiżi ASEAN tiddependi fuq titjib fl-edukazzjoni u fir-riċerka fl-Unjoni u fil-ħolqien ta" prodotti u servizzi innovattivi;
24. Jemmen li l-kummerċ, l-investiment u l-ftehimiet xjentifiċi u ta" riċerka għandhom jindirizzaw kwistjonijiet speċifiċi għas-settur, bħal:
i)
bozoz li ma jaħlux dawl,
ii)
ċertifikazzjoni ta" prodotti ta" l-injam maħsuda u mkabbra b'mod sostenibbli u legali,
iii)
il-prevenzjoni ta' diżastri naturali u l-irkupru ta' wara;
iv)
is-settur tat-turiżmu, b'attenzjoni partikolari għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs),
v)
il-moviment ħieles tar-riċerkaturi, tan-negozjanti u tat-turisti,
vi)
il-koperazzjoni bejn iċ-ċentri ta' riċerka fil-pajjiżi ta" l-Unjoni u ta" l-ASEAN u l-iskambju ta' riżultati ta' riċerka xjentifika;
vii)
il-bottijiet ta" l-isprays;
25. Jirrakkomanda li l-politika ta' l-Unjoni għall-enerġija fir-rigward tal-pajjiżi ta' l-ASEAN għandha tikkonċentra fuq:
i)
l-illiċenzjar u l-kundizzjonijiet kummerċjali relatati mal-prodotti ta' l-enerġija li ma jkunux diskriminatorji,
ii)
titjib fil-produzzjoni ta' l-enerġija u l-kapaċita ta' esportazzjoni,
iii)
l-iżvilupp ta' l-infrastruttura tat-trasport għall-prodotti ta' l-enerġija,
iv)
id-diversifikazzjoni tas-sorsi ta' l-enerġija,
v)
l-eliminazzjoni tat-taxxi li huma imposti fuq il-fruntieri fuq il-prodotti ta' l-enerġija,
vi)
ftehimiet reċiproki dwar l-ekonomija ta' l-enerġija, il-mitigazzjoni tal-bidla fil-klima u t-tnaqqis ta' l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra, inklużi arranġamenti potenzjali għall-iskambju reċiproku ta' l-emissjonijiet, sabiex tkun evitata l-ħsara lill-industriji fl-Unjoni;
26. Lest jilqa' l-iżvilupp ta' proġetti ta' riċerka konġunti mwettqa minn istituzzjonijiet ta' riċerka fl-Unjoni u fil-pajjiżi ta' l-ASEAN u jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tieħu passi biex tiffaċilita arranġamenti bħal dawn;
27. Ifakkar fil-bżonn li l-industrija fl-Unjoni Ewropea tkun protetta mid-"dumping" li jsir minn esportaturi mill-ASEAN u biex dan id-"dumping" ikun skoraġġut mill-Unjoni permezz ta" intervenzjoni bikrija min-naħa tan-negozjaturi kummerċjali;
Kwistjonijiet dwar Pajjiżi Speċifiċi
28. Jenfasizza li kwalunkwe skeda għat-tnaqqis tat-tariffi għandha tikkunsidra bis-sħiħ is-sitwazzjonijiet ekonomiċi varji tal-membri ta' l-ASEAN;
29. Iqis li l-ifqar pajjiżi li huma membri ta' l-ASEAN li mhumiex pajjiżi qegħdin jiżviluppaw għandhom jibbenefikaw mill-akbar flessibilitajiet li jkunu bejn wieħed u ieħor ekwivalenti ma' dawk li l-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika joffru lill-pajjiżi bi dħul ekonomiku ta' l-istess livell;
30. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex fi stadju xieraq tan-negozjati tistieden lill-Kambodja u lil-Laos biex jagħtu indikazzjoni dwar jekk jixtiqux li jkunu inklużi fil-ftehima u, jekk ir-risposta tkun pożittiva, biex tfittex li tikseb mandat għan-negozjar rivedut mill-Kunsill li jippermetti l-inklużjoni tagħhom;
31. Jemmen li s-sitwazzjoni attwali f'Burma ma tippermettix li dak il-pajjiż ikun inkluż fil-ftehima;
32. Iqis li biex ikun hemm prospett reali ta' FTA reġjun-ma'-reġjun huwa essenzjali li tissolva l-problema tas-segretezza bankarja f'Singapor li qed timpedixxi l-ilħiq ta' PCA;
Żvilupp Sostenibbli
33. Iqis bħala essenzjali li jkun hemm kapitlu ambizzjuż dwar l-iżvilupp sostenibbli bħala parti minn kwalunkwe ftehima u jenfasizza li l-infurzar ta' dawn l-istandards li hemm qbil dwarhom huwa essenzjali huwa tal-ħsieb li dan jeħtieġ li l-kapitolu jkun suġġett għall-mekkaniżmu standard ta" soluzzjoni ta" konflitt;
34. Jitlob li kwalunkwe ftehima tinkorpora klawsoli soċjali u ambjentali vinkolanti li jgiegħlu lill-firmatarji jirratifikaw il-konvenzjonijiet prinċipali ta' l-International Labour Organization (ILO) u jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tagħhom, b'mod partikulari fejn jolqtu t-tfal u x-xogħol sfurzat, li l-eradikazzjoni tiegħu hija sfida kruċjali għall-ILO, kif hi indikat fir-rapport tagħha 'End of Child Labour: Within Reach' ippubblikat għall-ewwel darba fl-2006;
35. Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra mezzi li jipprovdu inċentivi lill-pajjiżi sabiex jittejbu l-istandards tax-xogħol biex jiġi żgurat li l-firxa ta' l-FTAs ma ddgħajjifx l-attrazzjoni ta' kwalifika għall-arranġament ta' inċentiv speċjali tas-Sistema Ġenerali ta' Preferenzi (GSP+), filwaqt li tiġi studjata wkoll il-possibilità li tiddaħħal klawsola dwar ir-ratifika tal-konvenzjonijiet bażiċi tan-NU u ta' l-ILO rigward id-drittijiet tal-bniedem u x-xogħol, b'mod partikulari dawk li jolqtu lit-tfal u x-xogħol sfurzat;
36. Jenfasizza li wara li tidħol fis-seħħ l-FTA bejn UE-ASEAN, jiġu adottati miżuri sabiex jiġi evitat li jiddgħajfu l-vantaġġi li jgawdu l-pajjiżi anqas żviluppati rigward aċċess tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni;
37. Jemmen li l-Forum tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, magħmul minn rappreżentanti minn organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u ta" min iħaddem u tas-soċjetà ċivili, jista" jkollu rwol importanti bix jiżgura li aktar ftuħ tas-suq ikun akkumpanjat minn standards ambjentali u soċjali ogħla;
38. Jipproponi li jkun stabbilit mekkaniżmu li permezz tiegħu organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u ta" min iħaddem rikonoxxuti għandhom ikunu jistgħu jressqu talbiet għal azzjoni li jkunu ttrattati f'perjodu ta" żmien speċifiku u li jkunu jistgħu jirriżultaw f'dispożizzjonijiet ta" segwitu u ta' reviżjoni sabiex tinżamm pressjoni kontra l-ksur tad-drittijiet tal-ħaddiema;
39. Jistenna bil-ħerqa l-pubblikazzjoni bikrija ta' Evalwazzjoni ta' l-Impatt fuq is-Sostenibbiltà (SIA) li trid tkun disponibbli fil-ħin mistenni biex tippermetti konsultazzjoni sħiħa min-naħa tal-pubbliku sabiex ir-riżultati tagħha jkunu jistgħu jinfluwenzaw il-konklużjoni tan-negozjati, b'mod partikulari rigward il-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa biex jimmitigaw l-impatt negattiv fuq ċerti gruppi jew oqsma;
40. Iqis li l-SIA għandha tagħti attenzjoni partikulari lill-impatt tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi, b'mod partikulari f'oqsma bħall-agrikoltura, it-tessuti u l-ipproċessar għall-esportazzjoni;
41. Jitlob lill-Kummissjoni u lir-rappreżentanti tal-pajjiżi ta' l-ASEAN biex jagħtu attenzjoni partikulari lill-konsegwenzi tal-ftehima fuq bdiewa żgħar tar-reġjun u sabiex jiżguraw li agrikultura tal-familji u agrikultura sostenibbli tissaħħaħ u mhux tiddgħajjef;
42. Iqis li l-miżuri biex tkun miġġielda d-deforestazzjoni u biex ikunu mħarsa u mtejba l-foresti tropikali huma importanti ħafna fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima u jagħtu wkoll kontribut għall-konservazzjoni tad-diversità bijoloġika; iqis għalhekk li l-PCA għandha tinkoraġġixxi biss il-kummerċ f'bijofjuwils sostenibbli fir-rigward ta' l-ambjent u li l-pajjiżi ta' l-ASEAN għandhom ikunu mgħejjuna fl-isforzi tagħhom kontra l-isfruttament illegali tal-foresti;
43. Jitlob lill-imsieħba fin-neguzjati sabiex jiżguraw li l-ftehima tkun tinkludi mekkaniżmi ta' salvagwardja għad-drittijiet tradizzjonali tal-komunitajiet lokali u indiġeni li jużaw il-foresti meta jiġu implimentati skemi għall-ġestjoni u għall-għoti ta' liċenzji għall-foresti u sabiex tisseddaq il-kapaċità tal-parlamenti nazzjonali u tas-soċjetà ċivili, inklużi komunitajiet lokali u popli indiġeni, li jipparteċipaw fit-teħid ta' deċiżjonijiet rigward konservazzjoni, użu u ġestjoni ta' riżorsi naturali, u sabiex jiġu stabbiliti u difiżi d-drittijiet għall-proprjetà tagħhom;
44. Iqis li kemm prodotti li jirrispettaw l-ambjent, kif ukoll prodotti ta' "Kummerċ Ġust", għandhom jitnaqqsulhom it-tariffi aktar malajr minn prodotti oħrajn u li jingħatalhom aċċess għas-suq ta' l-UE; jitlob li l-Kummissjoni tikkunsidra li taġġorna n-nomeklatura doganali sabiex jitqisu dawn il-prodotti speċifiċi;
Kunsiderazzjonijiet politiċi
45. Jirrikonoxxi l-irwol li dejjem jikber ta' l-ASEAN bħala forza għall-istabilità reġjonali u l-prosperità; jilqa' t-tnedija mill-ġdid tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-ASEAN fl-2007 permezz tal-Laqgħa Għolja ta' Singapor; jemmen li l-Unjoni u l-ASEAN, li t-tnejn ħadu impenn favur l-integrazzjoni reġjonali, għandhom potenzjal kbir għall-koperazzjoni;
46. Jinnota li l-miżuri biex ikunu intensifikati r-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bejn l-Unjoni u l-ASEAN se jgħinu sabiex ikunu konsolidati r-relazzjonijiet globali bejn iż-żewġ reġjuni u jħeġġeġ li jsir progress ulterjuri f'dak li għandu x'jaqsam mal-koperazzjoni politika u s-sigurtà, it-tmexxija "l quddiem tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem, iktar progress fil-qasam ta' l-enerġija/tal-bidla fil-klima u ta" l-ambjent u fil-qasam soċjo-kulturali u fil-qasam tal-koperazzjoni u l-iżvilupp;
47. Jilqa' l-progress li sar fl-integrazzjoni ta' l-ASEAN u l-iffirmar tal-Karta ta' l-ASEAN u jittama li d-dispożizzjonijiet tagħha jidħlu fis-seħħ malajr kemm jista" jkun;
48. Ifakkar li d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija huma valuri fundamentali ta' l-UE u jitlob li dawn ikunu parti integrali min-negozjati ma' l-ASEAN, b'mod partikulari fil-Ftehimiet ta' Sħubija u Koperazzjoni; itenni l-importanza li l-Parlament jagħti lir-riformi tad-drittijiet ċivili u politiċi, u jilqa' b'sodisfazzjon l-istabbiliment tal-Korp għad-Drittijiet tal-Bniedem fil-Karta ta" l-ASEAN u l-impenn espliċitu tagħha għat-tisħiħ tad-demokrazija, it-titjib tal-governanza tajba u l-istat tad-dritt, kif ukoll it-tħeġġiġ u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali; jistenna, għalhekk, li l-ASEAN, se tkun tista' tikkontribwixxi b'mod kostruttiv għall-promozzjoni ta' dawn il-valuri fir-reġjun;
49. Jilqa' b'sodisfazzjon l-elezzjonijiet fit-Tajlandja; li jwaqqfu mill-ġdid id-demokrazija :ijitlob li jkun hemm proċess kredibbli ta' demokratizzazzjoni u rikonċiljazzjoni nazzjonali f'Burma li jrid jinvolvi l-parteċipazzjoni sħiħa ta' l-oppożizzjoni u tal-gruppi etniċi, u jitlob il-ħelsien immedjat ta' Aung San Suu Kyi u tal-priġunieri politiċi kollha, kif ukoll in-normalizzazzjoni ta" l-attività tal-partiti politiċi; jappoġġja x-xogħol tar-Rappreżentanti Speċjali tan-NU u ta' l-UE; jitlob lill-Kunsill biex iżomm il-miżuri restrittivi kontra l-Gvern ta" Burma biex isegwi s-sitwazzjoni mill-qrib u, jekk l-iżviluppi fil-pajjiż jitolbu hekk, jirrevedi dawn il-miżuri; jitlob lill-membri ta' l-ASEAN, kif ukoll liċ-Ċina u lill-Indja, biex jagħmlu pressjoni fuq Burma;
50. Jenfasizza l-importanza tal-koperazzjoni li qed ikun hemm fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u fl-immaniġġjar ta' kriżijiet/diżastri, u jilqa' b'sodisfazzjon il-koperazzjoni reċenti rigward il-Missjoni ta' Monitoraġġ f'Aceh;
51. Biex ikunu promossi tmexxija xierqa, trasparenza u l-istat tad-dritt, il-Parlament jixtieq jara intervent minn Stati Membri u mill-Kummissjoni f'każi fejn hemm evidenza legali ċara li uffiċjali mill-pajjiżi ta" l-ASEAN huma involuti f'każi ta" korruzzjoni relatati ma" riżorsi naturali; jistieden lill-Kummissjoni biex tirrapporta lill-Parlament dwar kull azzjoni li hija twettaq f'dan ir-rigward;
L-irwol tal-PE
52. Jistenna li t-Trattat ta' Liżbona jkun daħal fis-seħħ qabel l-għeluq tan-negozjati, li jneħħi kwalunkwe dubju dwar il-bżonn tal-kunsens tal-Parlament għal dan it-tip ta' ftehim; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tagħmel il-mandat tan-neguzjati disponibbli b'mod aktar wiesa' għall-Parlament u sabiex tikkonsulta regolarment lill-Parlament matul il-kors tan-neguzjati sabiex jiġi żgurat li r-riżultat ikollu appoġġ wiesa';
o o o
53. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri u tal-pajjiżi ta' l-ASEAN u lis-Segretarju Ġenerali ta' l-ASEAN.
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar ħarsa lura lejn il-ġestjoni ta' l-istokkijiet tal-baħar fond (COM(2007)0030),
– wara li kkunsidra l-proposta ta" Regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku dwar il-Politika Komuni dwar is-Sajd (COM(2007)0196);
– wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0103/2008),
A. billi li l-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) jiġbed l-attenzjoni fiż-żewġ rakkomandazzjonijiet tiegħu ta' l-2002 u l-2004 dwar l-ispeċijiet tal-baħar fond, li l-biċċa l-kbira ta' l-ispeċijiet tinsab 'il barra mil-limiti bijoloġiċi sikuri; billi l-UE naqqset l-isforzi tas-sajd tagħha ħafna anqas milli rakkomandat mill-ICES; billi data bijoloġika aħjar bħala sfond hija importanti biex jiġu stabbiliti l-kwoti li jiggarantixxu sajd sostenibbli,
B. billi s-sajd minn flotot ta" l-ibħra miftuħa, kemm dak li jsir f'ibħra ta" pajjiżi terzi, f'zoni regolati minn xi organizzazzjoni reġjonali tas-sajd (RFOs) kif ukoll dak li jsir f'zoni mhux regolati fl-ibħra miftuħa, jeħtieġ isir b'mod razzjonali u responsabbli, skond il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, il-Ftehima dwar l-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet ta" l-imsemmija Konvenzjoni li jirrigwardaw il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta" l-Istokkijiet ta" Ħut li jkun f'aktar minn Zona Waħda u ta" Ħut Migratorju Ħafna, u l-Kodiċi ta" Mġiba tal-FAO dwar is-Sajd Responsabbli; u billi kemm il-Ftehima tan-NU dwar l-Istokkijiet ta' Ħut kif ukoll il-Kodiċi ta' Mġiba tal-FAO jinħtieġu li jiġi applikat il-prinċipju tal-prekawzjoni,
C. billi waqt il-Laqgħa Għolja ta" Johannesburg fl-2002 l-UE ħadet l-impenn li tiżgura s-sostenibilità tas-sajd dinji, u l-impenn li żżomm jew li terġa" tistabbilixxi r-riżorsi, b'mod speċjali r-riżorsi li jkunu sfruttati żżejjed, sal-livell tal-qbid massimu sostenibbli, sa qabel l-2015 jekk dan ikun possibbli;
D. billi l-ħarsien ta" l-ambjent tal-baħar u s-sajd sostenibbli jistgħu jsiru b'mod effikaċi biss bil-kunsens u l-koperazzjoni ta" l-istati kollha konċernati,
E. billi l-ġbir sistematiku ta" data affidabbli huwa l-element ewlieni ta" l-evalwazzjoni ta" l-istokkijiet u tal-pariri xjentifiċi, u għaldaqstant, huwa ta" importanza kbira għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni dwar is-Sajd; u billi l-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha fuq imsemmija għarfet in-nuqqas ta" data biżżejjed sabiex tevalwa b'mod xjentifiku l-istat tal-istokkijiet tal-baħar fond, u d-diskrepanzi li jeżistu rigward id-definizzjoni tagħhom;
F. billi r-rapport ippubblikat f'April 2007 mill-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sajd u l-Akkwakultura (ACFA) jindirizza l-bidla fl-iskeda għall-preżentazzjoni ta" rapporti xjentifiċi u t-titjib fil-kwalità tagħhom;
G. billi jinħtieġu mezzi soċjo-ekonomiċi xierqa għas-sajjieda sabiex jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż tat-tnaqqis fl-attività marbuta mal-pjani ta" l-irkupru ta" l-istokkijiet;
H. billi fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-14 ta' Novembru 2006 dwar Strateġija Tematika dwar il-Ħarsien u l-Konservazzjoni ta' l-Ambjent tal-Baħar(1) huwa esprima ruħu favur numru ta' miżuri li jippromwovu l-użu sostenibbli ta' l-ibħra u l-ħarsien ta' l-ekosistemi tal-baħar;
1. Jilqa" bi pjaċir il-progress li sar mill-flotta komunitarja fir-rigward tas-sajd għall-speċijiet tal-fond, u jinnota ċertu sproporzjon bejn is-sitwazzjoni kif ippreżentata mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni u s-sitwazzjoni reali;
2. Jiġbed l-attenzjoni li qabel ma jiġu adottati miżuri ta" ġestjoni ġodda, jeħtieġ li ssir analiżi biex jiġi stabbilit għalfejn ma jiġux implimentati l-miżuri eżistenti, kif ukoll ir-raġunijiet għaliex l-Istati Membri ma jirrispettawx l-obbligi tagħhom, jew ma jagħmlux dan fil-ħin jew inkella jużaw metodoloġiji differenti, u b'hekk ixekklu l-analiżi tal-fatturi li għandhom impatt fuq dawn ir-riżorsi tas-sajd;
3. Iwissi li l-tibdil kostanti fir-regoli, u t-tnedija ta" proposti ġodda mingħajr ma jingħata ċans li jiġu implimentati r-regolamenti eżistenti u li t-tagħrif miksub jiġi proċessat kif jixraq, ser inaqqas mill-kredibilità tal-Politika Komuni dwar is-Sajd;
4. Jaqbel mal-Kummissjoni li l-ġbir sistematiku ta" data affidabbli hu l-element ewlieni ta" l-evalwazzjoni ta" l-istokkijiet u tar-rapporti xjentifiċi; għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-industrija tas-sajd sabiex jirrimedjaw in-nuqqasijiet eżistenti biex il-miżuri tal-kontroll ta" l-isforzi tas-sajd ikunu jistgħu jiġu adattati għal kull tip ta' sajd, filwaqt li jkun rikonoxxut li ħafna mis-sajd ta" l-ibħra fondi huwa sajd ta" speċijiet differenti;
5. Ifakkar lill-Kummissjoni li, anke meta l-qabdiet totali permessi (TACs) u l-illimitar ta" l-isforzi tas-sajd għal dawn ir-riżorsi jiġu stipulati b'mod arbitrarju minħabba nuqqas ta" tagħrif bijoloġiku, il-metodu tal-kawtela u l-isfruttament ta" kull speċi meqjusa bħala speċi ta" l-ibħra fondi iridu jiġu osservati u jridu jiġi stipulati TACs skond dan, fuq il-bażi ta" studji xjentifiċi preċiżi;
6. Jinnota li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta" l-20 ta" Diċembru 2002 dwar dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd(2) jirrikjedi l-applikazzjoni ta' il-metodu tal-kawtela, li f'Artikolu 3 hu ddefinit li jfisser " li n-nuqqas ta' tagħrif xjentifiku adegwat m'għandux jintuża bħala raġuni għall-posponiment jew in-nuqqas ta' teħid ta' miżuri amministrattivi biex jiġu konservati speċi fil-mira, speċi assoċjati jew dipendenti u speċi mhux fil-mira u l-ambjent tagħhom";
7. Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi introdotta projbizzjoni fuq ir-rimi ta" ħut ta" l-ibħra fondi, u dan jagħti lok lix-xjentisti sabiex jistudjaw b'aktar preċiżjoni d-diversità kumplessa ta" speċijiet, li ħafna magħhom ma jistgħux jittieklu, li qed jinqabdu;
8. Hu tal-fehma li l-Kummissjoni, fil-qafas tal-miżuri sabiex jitnaqqas il-qbid sekondarju u jiġi eliminat ir-rimi, għandha tvarja l-livelli ta' l-isforz tas-sajd skond l-ispeċji maqbuda u skond dawk li huma biss l-oġġett ta' qbid aċċidentali, filwaqt li fl-istess ħin jissaħħu l-proċeduri ta" monitoraġġ u ta" kontroll;
9. Jinnota li ħafna speċijiet ta" l-ibħra fondi jittieħdu bħala qbid sekondarju, u għaldaqstant iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex titfa" aktar enfasi fuq il-kontrol ta" l-isforz bħala mod kif jitnaqqas il-qbid sekondarju; jinnota, madankollu, li r-restrizzjonijiet fuq id-daqsijiet tal-malji mhumiex xierqa minħabba s-sura u d-daqs ta" l-ispeċijiet ta' l-ibħra fondi;
10. Jitlob lill-Kummissjoni biex twettaq evalwazzjoni soċjo-ekonomika tas-sajd għal speċijiet tal-qiegħ, kif ukoll analiżi ta" l-impatt li jista" jkollu tnaqqis ġdid fl-isforzi tas-sajd fuq is-settur; jiġbed l-attenzjoni li huwa fundamentali li jinħoloq bilanċ bejn l-eżiġenzi soċjo-ekonomiċi u s-sostenibilità ambjentali;
11. Ifakkar li, minħabba li ħafna mill-ġestjoni ta" dawn l-istokkijiet issir f'ibħra internazzjonali, jeħtieġ li jkun hemm koordinazzjoni ta" l-azzjonijiet tad-diversi organizzazzjonijiet reġjonali tas-sajd biex il-miżuri li jiġu adottati jqisu l-flotot kollha li jistagħdu f'dawn l-ibħra; iqis li l-Unjoni għandha tiggarantixxi l-implimentazzjoni effettiva u integrali tar-riżoluzzjoni 61/105 ta' l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fir-rigward tal-ġestjoni tas-sajd fil-baħar fond f'ibħra miftuħa; jikkunsidra li r-restrizzjonijet kollha għandhom japplikaw għas-sajjieda fil-partijiet kontraenti kollha sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet żvantaġġati għal wieħed jew iktar minnhom;
12. Jipproponi li s-sajd m'għandux ikun permess f'zoni ta" ibħra fondi fejn s'issa ma kienx hemm attività tas-sajd sakemm dawn iz-zoni jkunu ġew investigati u l-evidenza xjentifika tkun ikkonfermat li s-sajd sostenibbli jkun jista" jsir mingħajr riskju li tonqos il-bijodiversità jew ħsara għall-abitat u jkunu ġew stabbiliti l-miżuri li jikkorrispondu;
13. Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tintroduċi programmi ġodda ta" ġbir ta" tagħrif xjentifiku, permezz tal-vapuri tar-riċerka jekk dan ikun meħtieġ; jemmen li wieħed mill-eżempji ta" dan hu l-każ ta" l-amministrazzjoni tas-sajd Spanjola fiz-zona regolata mill-Kummissjoni tas-Sajd tal-Grigal ta' l-Atlantiku, li wettqet kartografija taz-zona ta" "Hatton Bank", fejn jinqabdu speċijiet ta" ħut tal-fond, u fejn ir-riċerka kienet iffukata fuq l-għarfien tad-distribuzzjoni ta' l-għoljiet ta" qiegħ il-baħar, l-iskollijiet tal-qroll ta' l-ilma kiesaħ u l-fetħiet idrotermali, sabiex jiġu identifikati l-inħawi sensittivi fiz-zoni fejn joperaw il-flotot tas-sajd;
14. Jaqbel mal-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li għal dan it-tip ta" sajd, tintuża strateġija imsejsa fuq l-ekosistema, filwaqt li jwissi li l-miżuri għandu jkollhom livell minimu ta" kredibilità u m'għandhomx jintużawx b'mod ġenerali iżda fuq il-bażi ta" evalwazzjoni ta" l-impatt ambjentali, sabiex jiġi evitat li jingħalqu zoni fejn ma jeżisti l-ebda riskju, filwaqt li jingħalqu zoni għas-sajd tal-qiegħ fejn huwa magħruf jew aktarx li jkun hemm ekosistemi tal-baħar vulnerabbli jew fejn l-istokkijiet tal-ħut mhumiex fil-limiti bijoloġiċi sikuri; riċerka relatata mal-kartografija ta" qiegħ il-baħar, l-interazzjoni bejn l-elementi ta" l-ekosistemi u r-riżorsi naturali ta" l-oċeani għandhom ikunu prijoritajiet jekk nixtiequ li l-politika marittima Ewropea l-ġdida ssir realtà;
15. Itenni li s-sajjieda u l-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentawhom għandhom jiġu mismugħa, u għandhom jipparteċipaw fit-tfassil tal-miżuri għall-ħarsien ta" l-ambjent tal-baħar, għall-ġestjoni tar-riżorsi u għall-irkupru ta" l-istokkijiet;
16. Jaqbel mal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sajd u l-Akkwakultura dwar il-ħtieġa li jiġu dedikati aktar riżorsi umani u finanzjarji għall-analiżi tal-bijomassa u tal-mortalità tal-ħut għal kważi it-tipi kollha ta' sajd; iqis ukoll li biex il-pariri xjentifiċi jiġu milqugħa mill-partijiet kollha, jeħtieġ li tiġi definita direzzjoni strateġika ċara, sabiex jiġu evitati d-dupplikazzjoni tax-xogħol u n-nuqqas ta" sinerġiji;
17. Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-ineffiċjenza u l-implimentazzjoni ħażina tar-Regolamenti attwali tas-CFP; jistieden lill-Kummissjoni biex ittejjeb il-proċeduri ta' monitoraġġ u kontroll fl-Istati Membri;
18. Jenfasizza l-importanza ta' l-iżvilupp ta' sistemi tekniċi ġodda, biex tiġi ggarantita sistema ta' kontroll u sorveljanza li tiffunzjona; jitlob lill-Kummissjoni biex tkompli tiżviluppa sistemi tekniċi ta' kontroll, u f'dan il-kuntest jirreferi għall-possibilità ta' ġurnali ta' abbord elettroniċi;
19. Jenfasizza l-vantaġġi tat-tfassil ta' netwerk ta' żoni tal-baħar li jkunu mħarsa (MPAs) fi ħdan in-netwerk NATURA 2000 u jemmen li pass bħal dan ikollu effetti pożittivi fuq l-istokkijiet tal-ħut li huma sfruttati żżejjed; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri sabiex jagħmlu użu mill-possibilitajiet kollha offruti mill-komponenti tal-baħar tan-netwerk Natura 2000;
20. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tagħmel kull sforz sabiex tiżgura l-implimentazzjoni u t-titjib li jista' jsir tal-ftehimiet internazzjonali eżistenti dwar is-sajd fil-baħar fond;
21. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jiżviluppaw linji gwida komuni, jagħmlu skambju ta' l-aħjar prattiki, itejbu l-użu tat-teknoloġija Komunitarja disponibbli u jinvolvu gruppi ta' esperti u NGOs sabiex jimplimentaw aħjar miżuri bi l-għan li jnaqqsu s-sajd illegali u l-bejgħ ta' qabdiet illegali fis-swieq Ewropej;
22. Jistieden lill-Kummisjoni u lill-Istati Membri sabiex jippromwovu metodi ta' qbid b'aktar kuxjenza ambjentali u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u lill-bijodiversità ekoloġika bħala riżultat tal-qabdiet sekondarji mhux mixtieqa, jew li jagħmlu ħsara bla bżonn lil ħlejjaq oħra.
23. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri.
Qafas għall-attivitajiet ta' rappreżentanti ta' interessi fl-istituzzjonijiet ta' UE
230k
69k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Mejju 2008 dwar l-iżvilupp tal-qafas għall-attivitajiet ta' rappreżentanti ta' interessi fl-istituzzjonijiet Ewropej (2007/2115(INI))
– wara li kkunsidra l-Artikolu 9(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra l-Green Paper bit-titolu 'Inizjattiva Ewropea għat-Trasparenza' mressqa mill-Kummissjoni (COM(2006)0194),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Segwitu tal-Green Paper 'Inizjattiva għat-Trasparenza Ewropea'" (COM(2007)0127),
– wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kummissjoni dwar il-Kodiċi ta' Kondotta għar-Rappreżentanti ta' Interessi mniedi fl-10 ta' Diċembru 2007,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-17 ta' Lulju 1996 dwar l-emendi tar-Regoli ta' Proċedura (rappreżentanza ta' interessi fil-Parlament)(1),
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-13 ta' Mejju 1997 dwar l-emendi tar-Regoli ta' Proċedura (Il-Kodiċi ta' Kondotta li jirregola r-rappreżentanti ta' interessi)(2),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0105/2008),
A. billi r-rappreżentanza ta' interessi fil-Parlament Ewropew kibret sew hekk kif żdiedu wkoll il-kompetenzi tal-Parlament,
B. billi l-għan tar-rappreżentanza ta' interessi huwa li jinfluwenza mhux biss deċiżjonijiet politiċi u leġiżlattivi, iżda anki l-allokazzjoni ta' fondi tal-Komunità kif ukoll il-monitoraġġ u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni,
C. billi, wara r-ratifika mistennija tat-Trattat ta' Liżbona, is-setgħat tal-Parlament se jiżdiedu sabiex isir ko-leġiżlatur kważi fl-oqmsa kollha fil-proċedura leġiżlattiva ordinarja, u b'hekk jattira l-attenzjoni ta' aktar gruppi ta' rappreżentanti ta' interessi,
D. billi r- rappreżentanti ta' interessi jwettqu rwol essenzjali fid-djalogu miftuħ u pluralista u li fuqu tistrieħ is-sistema demokratika, kif ukoll huma sors importanti ta' informazzjoni għall-Membri tagħhom fit-twettiq tal-mandat mogħti lilhom,
E. billi l-gruppi ta' rappreżentanti ta' interessi ma jwettqux rappreżentanza ta' interessi biss mal-Membri tiegħu iżda jippruvaw jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet tal-Parlament billi jagħmlu rappreżentanza ta' interessi wkoll ma' uffiċjali li jaħdmu fis-segretarjati tal-kumitati parlamentari, ma' l-istaff tal-gruppi politiċi u ma' l-assistenti tal-Membri,
F. billi hu stmat li hemm madwar 15,000 rappreżentant individwali ta' interessi u 2,500 organizzazzjoni ta' rappreżentanza ta' interessi fi Brussell,
G. billi l-Kummissjoni pproponiet li jkun introdott reġistru komuni għar-rappreżentanti ta' interessi ta' l-Istituzzjonijiet ta' l-UE bħala parti mill-Inizjattiva għat-Trasparenza Ewropea,
H. billi l-Parlament kellu r-reġistru tar- rappreżentanti ta' interessi(3) tiegħu sa mill-1996, kif ukoll Kodiċi ta' Kondotta(4) li jinkludi l-impenn għar- rappreżentanti ta' interessi irreġistrati li jaġixxu skond standards etiċi għolja,
I. billi bħalissa hemm bejn wieħed u ieħor 5,000 rappreżentant ta' interessi irregistrat fil-Parlament,
J. billi l-gruppi ta' rappreżentanti ta' interessi jinkludu organizzazzjonijiet lokali u nazzjonali li l-attivitajiet tagħhom huma responsabbli li jirregolawhom l-Istati Membri,
Titjib fit-trasparenza tal-Parlament
1. Jirrikonoxxi l-influwenza tal-gruppi ta' rappreżentanza ta' interessi fuq it-teħid tad-deċiżjonijiet ta' l-UE u għalhekk iqis li huwa essenzjali li l-Membri tal-Parlament ikunu jafu l-identità ta' l-organizzazzjonijiet rrappreżentati minn gruppi ta' interess; jenfasizza li t-trasparenza u l-aċċess ugwali għall-Istituzzjonijiet Ewropej kollha huma prerekwiżit assolut għal-leġittimità ta' l-Unjoni u għall-fiduċja fost iċ-ċittadini tagħha; jenfasizza li t-trasparenza hi triq b'żewġ direzzjonijiet li hi meħtieġa kemm fix-xogħol ta' l-istituzzjonijiet infushom kif ukoll fost ir- rappreżentanti ta' interessi; jenfasizza li l-aċċess ugwali għall-gruppi ta' interess għall-istituzzjonijiet ta' l-UE jżid l-għarfien disponibbli għat-tmexxija ta' l-Unjoni; jikkunsidra li hu essenzjali li r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili jkollhom aċċess għall-istituzzjonijiet Ewropej, l-ewwel u qabel kollox għall-Parlament;
2. Jikkunsidra li l-Membri tiegħu għandhom responsabilità min-naħa tagħhom biex jiżguraw li huma jirċievu tagħrif bilanċjat; jenfasizza li l-Membri tal-Parlament għandhom jiġu meqjusa kapaċi li jieħdu deċiżjonijiet politiċi b'mod indipendenti mir- rappreżentanti ta' interessi;
3. Jirrikonoxxi li rapporteur jista', hekk kif jidhirlu xieraq (fuq bażi volontarja) juża "marka leġiżlattiva", jiġifieri lista indikattiva (annessa mar-rapporti tal-Parlament) ta' rappreżentanti interessati reġistrati li kienu kkonsultati, u taw kontribut sinifikanti, matul it-tħejjija tar-rapport; iqis li lista bħal din ta' min tkun inkluża f'rapporti leġiżlattivi; jenfasizza, madankollu, li huwa daqstant importanti għall-Kummissjoni li tehmeż din "il-marka leġiżlattiva" ma' l-iniżjattivi leġiżlattivi tagħha;
4. Isostni li l-Parlament għandu jiddeċiedi b'mod indipendenti għal kollox x'kunsiderazzjoni jagħti lill-opinjonijiet li joħorġu mis-soċjetà ċivili;
5. Jinnota r-regoli attwali li bihom il-Membri tiegħu huma meħtieġa jiddikjaraw l-interessi finanzjarji tagħhom; jistieden il-Bureau tiegħu, fuq il-bażi ta' proposta mill-Kwesturi, biex ifassal pjan biex itejjeb aktar l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tar-regoli tal-Parlament li bihom Membru jrid jiddikjara kull appoġġ li hu jkun irċieva, kemm finanzjarju u kemm f'termini ta' staff jew ta' materjal(5);
6. Jinnota r-regoli attwali dwar l-Intergruppi li jeħtieġu żvelar ta' finanzjament; jitlob aktar ċarezza fir-rigward ta' l-Intergruppi, i.e. lista ta' l-Intergruppi kollha eżistenti, reġistrati u mhux, fuq il-websajt tal-Parlament, inkluża dikjarazzjoni sħiħa ta' appoġġ minn barra għall-attivitajiet ta' l-Intergruppi kif ukoll dikjarazzjoni tal-miri wiesgħa ta' l-intergruppi; jenfasizza, madankollu, li l-Intergruppi bl-ebda mod ma għandhom jitqiesu bħala entitajiet tal-Parlament;
7. Jitlob lill-Bureau, fuq il-bażi tal-proposta tal-Kwesturi, sabiex ifittex modi ta' kif jirristrinġi aċċess mhux awtorizzat fis-sulari fejn hemm l-uffiċċji ta" l-MEPs fil-bini tal-Parlament, u billi l-aċċess għall-kmamar tal-kumitati mill-pubbliku għandu jkun limitat biss f'każijiet eċċezzjonali;
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni
8. Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal qafas aktar strutturat għall-attivitajiet tar-rappreżentanti interessati bħala parti mill-Inizjattiva għat-Trasparenza Ewropea;
9. Jaqbel mad-definizzjoni tal-Kummissjoni ta' rappreżentanza ta' interessi bħala "attivitajiet imwettqa bil-għan li jiġu influwenzati l-proċessi ta' formulazzjoni tal-politika u tat-teħid tad-deċiżjonijiet fl-istituzzjonijiet Ewropej"; iqis li din id-definizzjoni hi konformi ma' l-Artikolu 9(4) tar-Regoli ta' Proċedura;
10. Jenfasizza li l-partijiet involuti, inklużi r-rappreżentanti ta' interessi pubbliċi u privati, li mhumiex parti mill-istituzzjonijiet ta' l-UE li jaqgħu fi ħdan din id-definizzjoni u regolarment jinfluwenzaw l-istituzzjonijiet għandhom jitqiesu bħala rappreżentanti ta' interessi u għandhom jitqiesu bl-istess mod: rappreżentanti ta' interessi professjonisti, rappreżentanti ta' interessi interni tal-kumpaniji, NGOs, think-tanks, assoċjazzjonijiet tan-negozju, trejdjunjins u organizzazzjonijiet ta' min iħaddem, organizzazzjonijiet li ma jagħmlux profitt u organizzazzjonijiet li jagħmlu profitt kif ukoll avukati meta l-iskop tagħhom ikun li jinfluwenzaw il-politika aktar milli li jipprovdu assistenza u difiża fil-proċeduri legali jew jagħtu pariri legali; jenfasizza wkoll, madankollu, li reġjuni u muniċipalitajiet ta' l-Istati Membri, kif ukoll partiti politiċi fuq livell nazzjonali u Ewropew kif ukoll dawk il-korpi li għandhom status legali skond it-Trattati, ma jaqgħux fi ħdan l-ambitu ta' dawn ir-regoli meta joperaw f'konformità ma' l-irwol, u meta jwettqu l-ħidmiet ta' korpi bħal dawn, kif previst fit-Trattati;
11. Jilqa' b'sodisfazzjon fil-prinċipju l-proposta tal-Kummissjoni għal "one-stop shop" fejn ir- rappreżentanti ta' interessi jistgħu jirreġistraw kemm mal-Kummissjoni kif ukoll mal-Parlament u jitlob ftehima interistituzzjonali bejn il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Parlament dwar reġistru obbligatorju komuni, kif inhu diġà hu de facto fil-Parlament, li jkun applikabbli fl-istituzzjonijiet kollha u li jinkludi l-iżvelar finanzjarju kollu, il-mekkaniżmu komuni ta' tneħħija mir-reġistru u kodiċi komuni ta' mġiba etika; ifakkar, madankollu, id-differenzi essenzjali li hemm bejn il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Parlament bħala istituzzjonijiet; għalhekk iżomm id-dritt li jevalwa l-proposta tal-Kummissjoni meta din tkun iffinalizzata u, hemm biss, ikun jista' jiddeċiedi jekk jagħtihiex appoġġ jew le;
12. Ifakkar li l-għadd ta' rappreżentanti ta' interessi li għandhom aċċess għall-Parlament għandu jibqa' f'limiti raġonevoli; jissuġġerixxi, għalhekk, l-adozzjoni ta' sistema li fiha r- rappreżentanti ta' interessi iridu jirreġistraw darba biss ma' l-istituzzjonijiet kollha u kull istituzzjoni tista' tidedeċiedi jekk tagħtix aċċess għall-binjiet tagħha, b'hekk tippermetti li l-Parlament ikun jista' jkompli jillimita l-għadd ta' badges ipprovduti lil kull organizzazzjoni jew kumpanija għal erbgħa;
13. Jitlob rikonoxximent reċiproku bejn il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Parlament tar-reġistri separati fil-każ li ma jkunx hemm qbil fuq reġistru komuni; jissuġġerixxi li, fin-nuqqas ta' arranġamenti mill-istituzzjonijiet għal reġistru komuni, ir-reġistri individwali tagħhom li jkunu bbażati fuq l-internet għandhom jinkludu links għar-reġistri ta' l-istituzzjonijiet l-oħra sabiex ikun possibbli li jsir tqabbil tar-rappreżentanti ta' interessi; jistieden lis-Segretarju Ġenerali biex iċaqlaq il-lista tar-rappreżentanti ta' gruppi interessati akkreditati tal-Parlament għal post aktar aċċessibli fil-websajt tal-Parlament;
14. Jipproponi li grupp ta' ħidma konġunt ta' rappreżentanti tal-Kunsill, Kummissarji u Membri tal-Parlament Ewropew, maħtura mill-Konferenza tal-Presidenti, jitwaqqaf malajr, bil-għan li jqis, sa tmiem l-2008, l-implikazzjonijiet ta' reġistru komuni għar- rappreżentanti ta' interessi kollha li jixtiequ jkollhom aċċess għall-Kunsill, għall-Kummissjoni jew għall-Parlament u t-tħejjija ta' Kodiċi ta' Mġiba Komuni; jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jieħu l-passi meħtieġa;
15. Iħeġġeġ lill-Kunsill biex jgħaqqad reġistru komuni; huwa ta' l-opinjoni li għandhom jiġu eżaminati bir-reqqa l-attivitajiet tar-rappreżentanti ta' interessi vis-à-vis s-Segretarjat tal-Kunsill fil-kuntest ta' kwistjonijiet marbuta mal-kodeċiżjoni;
16. Jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda reġistru volontarju u li tevalwa s-sistema wara sena, iżda huwa mħasseb li sistema li hija purament volontarja tippermetti li rappreżentanti ta' interessi anqas responsabbli jevitaw li jikkonformaw; jistieden lit-tliet istituzzjonijiet sabiex jirrevedu r-regoli li jirregolaw l-attivitajiet tar- rappreżentanti ta' interessi ta" l-anqas tliet snin wara li jiġi stabbilit reġistru komuni, sabiex jevalwaw jekk is-sistem mibdula hix qed tilħaq it-trasparenza meħtieġa dwar l-attivtajiet tar- rappreżentanti ta' interessi; huwa konxju mill-bażi legali għal reġistru obbligatorju pprovduta mit-Trattat ta' Liżbona u sadanittant huwa lest li jikkopera ma' l-istituzzjonijiet permezz ta' ftehima interistituzzjonali fuq il-bażi tar-reġistri eżistenti; iqis li reġistrazzjoni obbligatorja għandha tkun rekwiżit għar-rappreżentanti ta' interessi li jixtiequ li jkollhom aċċess regolari għall-istituzzjonijiet, kif diġà hu de facto fil-Parlament;
17. Jikkunsidra li, peress li l-prattika tar-rappreżentanza ta' interessi għadha qiegħda tevolvi maż-żmien, kull regola li tirregola din il-prattika għandha tkun flessibbli biżżejjed sabiex tadatta malajr għat-tibdil;
18. Jinnota l-abbozz tal-Kodiċi ta' Mġiba tal-Kummissjoni għar-rappreżentanti interessati; ifakkar lill-Kummissjoni li l-Parlament diġà kellu dan it-tip ta' kodiċi għal aktar minn 10 snin u jitlob lill-Kummissjoni biex tinnegozja mal-Parlament għall-ħolqien ta' regoli komuni; huwa ta' l-opinjoni li kull kodiċi għandu jkun fih element ta' monitoraġġ qawwi fir-rigward ta' l-imġiba tar-rappreżentanti ta' interessi; jenfasizza li għandhom japplikaw sanzjonijiet għal dawk ir-rappreżentanti ta' interessi li jiksru l-kodiċi ta' mġiba; jenfasizza li għandhom jitwarrbu biżżejjed riżorsi (staff u finanzjament) biex ikun possibbli li ssir verifika tat-tagħrif fir-reġistru; iqis li mir-reġistru tal-Kummissjoni s-sanzjonijiet jistgħu jinkludu s-sospensjoni mir-reġistru, u f'każijiet aktar serji anki t-tneħħija minnu; jemmen li ladarba jkun stabbilit reġistru komuni, nuqqas ta' konformità min-naħa tar- rappreżentanti ta' interessi għandha twassal għal sanzjonijiet fir-rigward ta' l-aċċess għall-istituzzjonijiet kollha li għalihom japplika r-reġistru;
19. Jenfasizza l-bżonn li r-reġistru jkun faċli biex jintuża u li jkun aċċessibbli faċilment fuq l-Internet: il-pubbliku għandu jkun f' qagħda li jfittex u jsib ir-reġistru faċilment, u għandu jinkludi mhux biss l-ismijiet ta' l-organizzazzjonijiet ta' rappreżentanza ta' interessi iżda anki l-isem tar- rappreżentanti individwali ta' interessi innifishom;
20. Jenfasizza li r-reġistru għandu jkun fih kategoriji separati li fihom ir-rappreżentanti ta' interessi għandhom ikunu rreġistrati skond it-tip ta' interess li jirrappreżentaw (p.e. assoċjazzjonijiet professjonali, rappreżentanti tal-kumpaniji, trejdjunjins, organizzazzjonijiet ta' min iħaddem, ditti ta' avukati, NGOs, eċċ.);
21. Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li titlob li r-rekwiżit ta' l-iżvelar finanzjarju minn rappreżentanti ta' interessi, meta dawn jingħaqdu mar-reġistru, japplika għal dan li ġej:
–
il-fatturat ta' konsulenzi professjonali u uffiċċji legali attribwiti għar- rappreżentanza ta' interessi ma' l-Istituzzjonijiet ta' l-UE, kif ukoll il-kontribuzzjonijiet relattivi tal-klijenti importanti tagħhom;
–
stima ta' spejjeż assoċjati ma' rappreżentanza diretta ta' interessi ma' l-istituzzjonijiet ta' l-UE li jsiru minn rappreżentanti ta' interessi interni u assoċjazzjonijiet tan-negozju;
–
il-baġit ġenerali u l-analiżi tas-sorsi ewlenin tal-finanzjament ta' l-NGOs u t-'think-tanks';
22. Jenfasizza li r-rekwiżit ta' l-għoti ta' informazzjoni finanzjarja għandu japplika bl-istess mod għal kull rappreżentant ta' interessi irreġistrat;
23. Jitlob lill-grupp ta' ħidma konġunt fuq imsemmi biex jipproponi kriterji speċifiċi li jinvolvi l-ħtieġa għal żvelar finanzjarju, per eżempju l-indikazzjoni ta' l-ispiża tar- rappreżentanza ta' interessi f' parametri sinifikattivi (ċifri eżatti mhux meħtieġa);
24. Jistieden lill-kumitat responsabbli biex iħejji kwalunkwe emenda meħtieġa għar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament;
o o o
25. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
– wara li kkunsidra l-Artikolu 6 tat-Trattat UE u l-Artikolu 149 tat-Trattat KE kif emendat bit-Trattat ta" Liżbona dwar il-kontribut ta" l-UE għall-promozzjoni ta" kwistjonijiet sportivi Ewropej, b'kont meħud għan-natura speċifika ta" l-isport, ta" l-istrutturi tiegħu bbażati fuq attività voluntarja u dwar il-funzjoni soċjali u edukattiva tiegħu,
– wara li kkunsidra l-White Paper dwar l-isport (COM(2007) 0391),
– wara li kkunsidra r-rapport ta' Helsinki ta' Diċembru 1999 u d-dikjarazzjoni ta' Nizza ta' Diċembru 2000 dwar il-karatteristiċi speċifiċi ta' l-isport u l-funzjonijiet soċjali tiegħu fl-Ewropa,
– wara li kkunsidra l-inizjattiva tal-Presidenza Brittannika dwar il-futbol Ewropew, li wasslet għal "Studju Indipendenti dwar l-Isport Ewropew2006",
– wara li kkunsidra l-każistika żviluppata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, il-Qorti ta" l-Ewwel Istanza u d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar kwistjonijiet relatati ma" l-isport,
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini razzjali jew etnika(1), li tipprojbixxi kull forma ta' diskriminazzjoni razzjali fl-oqsma ta' l-impjiegi, ta' l-edukazzjoni, tas-sigurtà soċjali, tal-kura tas-saħħa u ta' l-aċċess għall-prodotti u għas-servizzi,
– wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għal trattament ugwali fl-impjieg u fix-xogħol(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-13 ta' Ġunju 1997 dwar l-irwol ta' l-Unjoni Ewropea fil-qasam ta' l-isport(3) u tal-5 ta' Ġunju 2003 dwar in-nisa u l-isport(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 Marzu 2007 dwar il-futbol professjonali fl-Ewropa(5),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Novembru 2007 dwar l-irwol ta' l-isport fl-edukazzjoni(6),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-14 ta' April 2005 dwar il-ġlieda kontra d-doping fl-isport(7),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta" l-14 ta" Marzu 2006 dwar il-ġlieda kontra r-razziżmu fil-futbol(8),
– wara li kkunsidra l-Kodiċi Dinji kontra d-Doping ta" l-2003 u r-reviżjoni tiegħu ta" l-2007,
– wara li kkunsidra r-rapport u l-konklużjonijiet ta" l-ewwel konferenza ta" l-Ewropa dwar it-Tmexxija ta" l-isport "Ir-regoli tal-Logħba" (Brussell, 26-27 ta" Frar 2001),
– wara li kkunsidra l-Memorandum ta" Ftehim iffirmat mill-Kummissjoni u l-FIFA fl-2006 biex il-futbol isir forza għall-iżvilupp fl-pajjiżi ta" l-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku
– wara li kkunsidra l-esperjenza miksuba mis-Sena Ewropea ta" l-Edukazzjoni permezz ta" l-Isport (2004) u r-rakkomandazzjoni 2006/962/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta" Diċembru 2006 dwar kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja(9),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l- Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, tal-Kumitat għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0149/2008),
A. wara li kkunsidra l-irwol ta" l-isports fil-promozzjoni ta" l-integrazzjoni u tal-kontribut potenzjali tiegħu għall-koeżjoni soċjali kif ukoll għall-koeżjoni interna tar-reġjuni;
B. billi l-isport Ewropew huwa parti integrali mill-identità Ewropea, mill-kultura u miċ-ċittadinanza Ewropea, u billi l-isport Ewropew huwa bbażat fuq l-impenn u l-entużjażmu ta" miljuni ta" atleti, voluntieri u partitarji li huma attivi f'numru kbir ta" klabbs u federazzjonijiet sportivi, moviment wiesa" li ħoloq ħafna sportivi eċċezzjonali irġiel u nisa u timijiet sportivi u għamel l-isport aspett ta" valur għoli tas-soċjetà tagħna, soċjetà li fiha l-avvenimenti sportivi huma popolari ħafna,
C. billi l-isport jilgħab irwol importanti ħafna fis-soċjetà Ewropea, partijiet mill-isport kompetittiv, madanakollu, huwa konfrontat minn theddidiet u sfidi ġodda, bħall-pressjoni kummerċjali, l-isfruttar ta" plejers żgħażagħ u ta" sportivi irġiel u nisa, id-doping, ir-razziżmu, il-vjolenza, il-logħob miftiehem, il-korruzzjoni, l-imħatri bi frodi u l-ħasil tal-flus,
D. billi l-isport għandu rwol speċjali fis-soċjetà bħala strument ta" inklużjoni soċjali u integrazzjoni u billi l-isport jikkostitwixxi strument importanti għall-promozzjoni ta" djalogu interkulturali u jagħti kontribut eċċellenti għall-iżvilupp u l-promozzjoni ta" valuri importanti tas-soċjetà, valuri kulturali u edukattivi bħall-korrettezza (fairness), it-tolleranza u r-rispett reċiproku, is-solidarjetà, ir-rispett għar-regoli, l-ispirtu ta" tim u l-awto-dixxiplina; billi l-isport jilgħab irwol importanti fis-soċjetà Ewropea f'termini ta" saħħa, edukazzjoni, integrazzjoni soċjali u valuri kulturali, grazzi għal organizzazzjonijiet strutturati volontarji,
E. billi skond l-Artikolu 149 tat-Trattat KE kif emendat bit-Trattat ta" Liżbona, l-azzjoni ta" l-UE għandha tkun immirata lejn l-iżvilupp ta" dimensjoni Ewropea dwar l-isport, billi l-kompetizzjonijiet sportivi jkunu promossi bħala avvenimenti korretti u trasparenti u permezz ta" koperazzjoni bejn entitajiet responsabbli għall-isport u billi tkun imħarsa l-integrità fiżika u morali ta" l-isportivi rġiel u nisa, speċjalment dawk l-iżgħar fosthom; billi l-azzjoni fuq livell ta" l-UE għandha tikkumplimenta azzjonijiet oħra li jkunu ħadu parteċipanti ewlenin oħra mingħajr bidla fl-allokazzjoni eżistenti tal-kompetenzi,
F. billi, bil-għan tar-ratifikazzjoni tat-Trattat ta" Liżbona u ta' l-Artikolu 149, l-irwol ta" l-isport fl-Ewropa għandu jingħata direzzjoni strateġika billi tkun kjarifikata l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja dwar l-isport; billi approċċ skond il-każ partikolari biex tkun trattata l-ispeċifiċità ta' l-isport mhux approċċ sodisfaċenti mill-perspettiva ta' organizzazzjonijiet sportivi minħabba li ddawwar magħha ċertu inċertezza legali eżistenti u billi għandu jkun hemm azzjoni ulterjuri relatata ma' l-isport fuq livell ta' l-UE, azzjoni li tirrispetta l-awtonomija, l-ispeċifiċità u l-awto-dixxiplina ta' l-organizzazzjonijiet sportivi;
G. billi l-Artikolu 149 tat-Trattat KE kif emendat bit-Trattat ta" Liżbona jistieden lill-Komunità biex din tippromwovi l-korretezza u t-trasparenza fil-kompetizzjonijiet sportivi u billi l-applikazzjoni tar-regoli ta" kompetizzjoni għall-isport qed twassal biex jikber id-distakk bejn il-klabbs sportivi għall-gwadan ta' dawk l-iktar sinjuri, jew l-aktar popolari, sitwazzjoni li tagħmel ħsara lit-tmexxija korretta tal-kompetizzjonijiet sportivi u għalhekk tikkontradixxi l-objettiv stabbilit f'dak l-Artikolu,
H. billi għandha tkun ikkunsidrata l-indipendenza ta" organizzazzjonijiet sportivi u entitajiet rappreżentattivi bħal dawk li jorganizzaw kampjonati professjonali, flimkien mal-fatt li r-responsabilità organizzattiva titfa" piż speċjalment fuq il-bordijiet ta" tmexxija ta" entitajiet sportivi u, sa ċertu punt, fuq l-Istati Membri u fuq l-imsieħba soċjali,
I. billi l-isport professjonali dejjem qed jikseb importanza ikbar u qed jgħin biex jissaħħaħ l-irwol ta" l-isport fis-soċjetà; billi l-liġi tal-kompetizzjoni u d-dispożizzjonijiet tas-suq intern japplikaw għall-isport professjonali saħansitra billi jikkostitwixxu attività ekonomika;
J. billi l-isport jaqa" fi ħdan l-iskop tal-liġi ta" l-UE, speċjalment rigward il-prinċipju ta" demokrazija rappreżentattiva u li tipparteċipa fl-entitajiet li jieħdu deċiżjonijiet ta" istituzzjonijiet sportivi Ewropej u l-Artikolu 13 tat-Trattat KE, li jipprojbixxi diskriminazzjoni bbażata fuq sess, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali; billi hemm ċertu sitwazzjonijiet, fl-isfond ta" karatteristiċi speċifiċi u fatturi essenzjali u uniċi ta' l-isport li ma jistgħux jitqabblu ma' attività ekonomika ordinarja;
K. billi attivitajiet voluntarji fil-qasam sportiv isaħħu l-koeżjoni soċjali u l-inklużjoni u jippromwovu demokrazija lokali u ċittadinanza attiva u għandhom ukoll valur ekonomiku impliċitu, minħabba li mingħajr voluntiera, l-attivitajiet sportivi jiżdiedulhom ħafna l-ispejjeż u ħafna mill-attivitajiet soċjali relatati ma" l-isport kieku ma jibqgħux isiru; billi hemm bżonn li jiġu promossi strutturi sportivi voluntarji u li jkunu inkoraġġiti servizzi voluntarji fl-isport permezz ta' miżuri li jipprovdu protezzjoni xierqa għal u r-rikonoxximent ta' l-irwol ekonomiku u soċjali tal-voluntiera,
L. billi n-nuqqas ta" eżerċizzju fiżiku jwassal għal żieda fil-każijiet ta" l-oberżità u l-kundizzjonijiet kroniċi, bħall-mard tal-qalb u d-dijabete, u b'konsegwenza ta" hekk, dan ipoġġi piż fuq il-baġits tas-saħħa ta" l-Istati Membri,
M. billi n-numru ta" sigħat kemm ta" edukazzjoni fiżika kemm fl-iskejjel primarji u kemm fl-iskejjel sekondarji naqas matul dawn l-dawn l-aħħar għaxar snin, u billi hemm differenzi kbar bejn l-Istati Membri f'dak li jirrigwarda l-faċilitajiet sportivi u t-tagħmir sportiv; billi l-isport joffri liż-żgħażagħ opportunitajiet għall-parteċipazzjoni u impenn personali fis-soċjetà u jgħin biex iżommhom "il bogħod mid-delinkwenza,
N. billi d-doping jagħmel ħsara lill-prinċipju tat-trasparenza u tal-kompetizzjoni korretta u fl-istess ħin iqiegħed lill-isportivi kemm irġiel u kemm nisa taħt pressjoni għalxejn,
O. billi l-Kodiċi Dinji Kontra d-Doping ta' l-2003 irnexxilu jsir mudell għall-istandardizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali madwar id-dinja, billi l-isforzi magħmula mill-Aġenzija Dinjija Kontra d-Doping (WADA), madanakollu, huma ffukati l-iktar fuq sport fl-livell għoli,
P. billi l-UE se tibbenefika minn approċċ iktar koordinat fil-ġlieda ta' kontra d-doping , b'mod partikolari billi jiġu definiti pożizzjonijiet komuni relatati mal-WADA, mal-UNESCO u mal-Kunsill ta" l-Ewropa u permezz ta' l-iskambju ta' tagħrif u prattiki tajba bejn il-gvernijiet, organizzazzjonijiet kontra d-doping nazzjonali u laboratorji,
Q. billi, minkejja li sar xi progress fil-qasam ta' l-ugwaljanza bejn is-sessi f'livell Ewropew, għad hemm inugwaljanzi bejn l-isportivi rġiel u l-isportivi nisa, billi l-programmi ta' taħriġ maħsuba għall-isportivi żgħażagħ - irġiel u nisa - li għandhom talent, għandhom ikunu miftuħa għal kulħadd u ma għandhomx iwasslu għal diskriminazzjoni bejn iċ-ċittadini u r-residenti Ewropej, diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità u l-ġeneru,
R. billi r-residenti kollha għandu jkollhom aċċess għall-isport u l-bżonnijiet speċifiċi ta" xi gruppi għalhekk jeħtieġ li jkunu indirizzati, bħall-bżonnijiet ta" persuni b'diżabilitajiet, ta" l-immigranti u ta" persuni li ġejjin minn kamp soċjali żvantaġġat, u billi, b'mod partikolari, l-isportivi rġiel u l-isportivi nisa li għandhom diżabilità ma għandhomx isofru minn diskriminazzjoni meta mqabbla mal-sportivi bħalhom b'saħħithom rigward aċċess ugwali għall-isport fl-Istati Membri,
S. billi l-isport huwa maħsub biex jinvolvi liċ-ċittadini kollha irrispettivament mis-sess, ir-razza, l-età, id-diżabilità, ir-reliġjon, in-nazzjonalità, l-orjentament sesswali u l-isfond soċjali u ekonomiku; billi l-isport jista" jkun forza għall-inklużjoni soċjali u għall-integrazzjoni u billi l-Parlament u l-Kummissjoni ripetutament ikkundannaw l-azzjonijiet ta" vjolenza, razziżmu u ksenofobija,
T. billi l-vjolenza waqt avvenimenti sportivi tibqa" problema pendenti li tista" tieħu diversi forom differenti; billi l-biċċa l-kbira ta" avvenimenti sportivi jattiraw il-prostituzzjoni u t-traffikar tan-nisa u tat-tfal matul iż-żmien kollu li jdumu jsiru,
U. billi skond studju ppreżentat waqt il-Presidenza Awstrijaka fl-2006, l-isport iġġenera valur miżjud ta' EUR 407 biljun fl-2004, jiġifieri 3.7 % tal-GDP ta' l-UE u impjiegi għal 15-il miljun ruħ jew għal 5.4 % tal-forza tax-xogħol; billi l-isport, għalhekk, jikkontribwixxi għat-twettiq ta' l-objettivi ta' Liżbona fil-qasam tat-tkabbir u l-impjieg, li jista' jkun l-istrument għall-iżvilupp lokali, reġjonali u rurali u billi l-isport jista" jservi wkoll bħala sinerġija għall-iżvilupp turistiku billi jiġu mtejba l-infrastrutturi u jinħolqu sħubijiet ġodda għall-iffinanzjar ta' faċilitajiet sportivi u ta' mogħdija ta' żmien,
V. billi l-piraterija diġitali li qed tiżdied (u b'mod partikolari t-trażmissjonijiet lajv u mhux awtorizzati u t-trażmissjoni mill-ġdid ta" l-avvenimenti sportivi) hija ta" theddida kbira għall-qasam sportiv, għalkemm ftit hemm kuxjenza dwar din il-problema,
W. billi l-maġġoranza kbira ta" l-avvenimenti sportivi ma jagħmlux qligħ u ħafna minnhom jiddependu fuq appoġġ finanzjarju biex jiżguraw li huma aċċessibbli għal kulħadd; billi l-appoġġ finanzjarju huwa importanti għall-isports bażiku u għall-isports għal kulħadd, dan l-appoġġ għandu jikkonforma mal-liġi Komunitarja; billi l-isport organizzat fil-parti l-kbira ta" l-Istati Membri huwa mibni fuq strutturi bażiċi u li ma jagħmlux qligħ tal-gvern u li jiddependu ħafna fuq l-impenn tal-voluntiera, b'forom speċifiċi ta" personalità jew status legali li jipprovdu l-kundizzjonijiet ta" qabel għal firxa ta" vantaġġi finanzjarji u fiskali,
X. billi l-Istati Membri ma ddefinixxewx b'mod ċar il-kunċett ta' sport u ma ddeċidewx jekk l-isport jikkostitwixix jew le servizz ta' interess ġenerali li jiġġustifika trattament finanzjarju favorevoli (pereżempju, it-tnaqqis fiskali),
Y. billi l-ammont ta" donazzjonijiet u fondi tal-gvern qed jonqsu u billi sabiex jibqgħu jeżistu, il-biċċa l-kbira ta" l-organizzazzjonijiet sportivi li ma jagħmlux qligħ, jeħtieġilhom li jkollhom dħul minn xi forma ta" attività kummerċjali li tippermettilhom li jissodisfaw l-objettivi soċjali tagħhom u għalhekk dawk l-organizzazzjonijiet huma suġġetti għal-liġi ta" l-UE,
Z. billi l-organizzazzjonijiet sportivi għandhom diversi sorsi ta" dħul, bħall-miżati tal-klabbs u l-bejgħ ta" biljetti, ir-reklamar u l-isponsorships, il-kummerċjalizzazzjoni ta" prodotti relatati mal-klabbs, l-appoġġ pubbliku, id-dħul iġġenerat mil-lotteriji proprjetà ta" l-istat jew liċenzjati mill-istat u mill-operaturi tal-logħob ta" l-azzard li sa issa huwa l-iktar sors importanti ta" dħul f'ħafna Stati Membri,
AA. billi d-drittijiet awdjoviżivi huma sors ewlieni ta" dħul għall-isport professjonali fl-Ewropa, dħul li fost l-oħrajn, billi jerġa' jiġi investit f'taħriġ bażiku, f'faċilitajiet u fi proġetti tal-Komunità u f'avvenimenti sportivi, huwa sors popolari ta' kontenut għal ħafna operaturi tal-midja,
AB. billi l-organizzazzjonijiet sportivi fl-Unjoni Ewropea jikkunsidra bħala indispensabbli l-kontribut li ngħata għall-iffinanzjar ta' l-isport mhux professjonali mil-lotteriji ġġenerati mill-Istat u mill-entitajiet liċenzjati tal-logħob ta" l-azzard li joperaw fl-interess ġenerali; billi l-ebda soluzzjoni sostenibbli u politikament fattibbli oħra s'issa ma għadha ġiet proposta jew diskussa serjament biex tagħmel tajjeb għat-telf sostanzjali minn dawn is-sorsi ta" ffinanzjar li huma mistennija kieku l-intrapriżi li jagħmlu l-qligħ kienu awtorizzati biex joperaw fi Stati Membri li sa issa applikaw politiki ristrettivi għal-logħob ta' l-azzard,
AC. billi l-attivitajiet ta" mħatri sportivi kienu żviluppati b'mod mhux kontrollat (b'mod partikolari l-imħatri transkonfinali fuq l-Internet), billi ġie ffissat numru dejjem jikber ta" logħbiet u billi l-iskandli relatati ma" l-imħatri dan l-aħħar tfaċċaw fil-pubbliku fl-Istati Membri, skandli li jheddu l-integrità sportiva u tal-kompetizzjonijiet sportivi,
AD. billi l-iżviluppi ekonomiċi u soċjali li huma komuni f'ħafna Stati Membri permezz ta' kummerċjalizzazzjoni dejjem tikber, l-inkorraggiment għaż-żieda fl-infiq pubbliku u n-numru dejjem jikber ta" parteċipanti u n-numru ta" voluntiera jibqgħu l-istess, inħolqu sfidi ġodda fir-rigward ta' l-organizzazzjoni ta" l-isport fl-Ewropa,
AE. billi t-timijiet nazzjonali jilagħbu rwol importanti mhux biss billi jistabbilixxu l-kredenzjali tagħhom stess iżda wkoll billi jiżguraw solidarjetà ma" sports bażiku u għalhekk jixirqilhom li jkunu appoġġjati,
AF. Billi l-iżvilupp ta" suq verament Ewropew għall-isportivi u l-plejers irġiel u nisa u ż-żieda tas-salarji tagħhom f'xi sports professjonali, irriżultaw f'żieda fl-attivitajiet tal-attivitajiet ta" l-aġenti tal-plejers, u billi għal din ir-raġuni hemm bżonn ta" taħriġ speċifiku għall-maniġers ta" l-isports u għall-aġenti tal-plejers fl-Istati Membri,
AG. billi l-livell għoli ta" internazzjonalizzazzjoni tas-settut wassal għal korruzzjoni transkonfinali fil-qasam sportiv; meta l-entitajiet ta" tmexxija jaffaċċjaw problemi ta" korruzzjoni transkonfinali b'dimensjoni Ewropea, huma għandhom ikunu jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex tgħinhom jekk u meta jkun hemm bżonn,
AH. billi s-sistemi ta' liċenzji, approvati mill-organizzaturi tal-kompetizzjonijiet rispettivi, huma maħsuba biex jiggarantixxu li l-klabbs professjonali kollha josservaw l-istess regoli fundamentali fil-qasam tat-tmexxija finanzjarja u tat-trasparenza, biex ikunu kompatibbli mar-regoli ta' kompetizzjoni u tas-suq intern u biex ma jmorrux lil hinn iktar milli huwa neċessarju sabiex jilħqu l-objettivi leġittimi marbuta ma' l-organizzazzjoni tajba u l-funzjonament tajjeb ta' l-isport,
AI. billi, n-natura nnifisha ta" l-isports organizzat u l-istrutturi sportivi fuq livell Ewropew huma bħala regola inqas żviluppati milli fuq livell nazzjonali u internazzjonali, filwaqt li l-isports fuq livell Ewropew huwa organizzat għall-kontinent kollu u mhux biss għall-Unjoni Ewropea,
AJ. billi l-White Paper dwar l-Isport spiss tirreferi għall-inklużjoni ta" l-isports fil-programmi Ewropej għall-iffinanzjar, u billi l-Unjoni għandha wkoll tikkunsidra d-dimensjoni sportiva meta tieħu azzjoni, b'mod partikolari sabiex tkun rispettata l-awtonomija, l-ispeċifiċità u l-awto-regolamentazzjoni ta" organizzazzjonijiet sportivi u biex ikun promoss l-isports fuq livell Ewropew; billi r-riżultat ta" djalogu strutturat bejn il-parteċipanti involuti kollha huwa importanti ħafna għall-fehim tan-natura speċjali ta" l-isport,
AK. billi l-Kummissjoni ddeċidiet li tagħmel l-attività fiżika għall-benefiċċju tas-saħħa, is-sisien ta" l-attivitajiet tagħha relatati ma' l-isports; billi l-Kunsill ta" l-Ewropa ġġustifika djalogu innovattiv u effettiv mal-moviment sportiv Ewropew, djalogu li ġab flimkien għal dawn il-laqgħat lill-parteċipanti kollha involuti fl-isports kemm tal-gvern u kemm dawk li mhumiex tal-gvern,
AL. billi djalogu soċjali fuq livell Ewropew jista" jġib flimkien it-tħassib komuni ta" min iħaddem u ta" l-isportivi rġiel u nisa u jista" jinkludi eżaminazzjoni tal-ftehim dwar ir-relazzjonijiet bejniethom u dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-settur,
AM. billi l-isport jista" jikkontribwixxi għal diversi aspetti tar-relazzjonijiet esterni ta" l-UE fil-kuntest tal-programmi ta" għajnuna esterna li jikkontribwixxu għal djalogu bejn il-pajjiżi imsieħba fil-kuntest tad-diplomazija pubblika ta" l-UE,
AN. billi l-organizzazzjoni ta" l-isports Ewropew, l-organizzaturi ta" l-avvenimenti sportivi u l-entitajiet kollha responsabbli għandhom jistabbilixxu għalihom infushom objettivi ambjentali bil-għan li jiżguraw is-sostenibilità ambjentali ta" l-attivitajiet tagħhom
L-organizzazzjoni ta' l-isport
1. Jilqa" b'sodisfazzjon il-pubblikazzjoni ta" White Paper dwar l-Isport u jittama li din il-White Paper isservi ta" bażi għall-isports dinji u biex il-Kummissjoni timpenja ruħha fi djalogu li jħalli l-frott u kontinwu; japprezza l-importanza li l-Kummissjoni tagħti lill-isport permezz ta" l-adozzjoni ta" din il-White Paper,
2. Jilqa" b'sodisfazzjon il-fatt li l-Istati Membri jirrikonoxxu uffiċjalment l-isport fit-Trattat ta' Liżbona, sabiex tiġi stabbilita politika Ewropea futura konsistenti f'dan il-qasam; Politika li filwaqt li l-Istati Membri jikkunsidraw in-natura speċifika ta" l-isport, l-istrutturi tiegħu bbażati fuq attività voluntarja u fuq il-funzjoni edukattiva tiegħu – tippermetti lill-Kummissjoni biex tippromwovi u tikkumplimenta – iżda mhux tirregola – l-azzjonijiet ta" l-Istati Membri u ta" l-organizzazzjonijiet sportivi; Jiġbed l-attenzjoni li l-istrutturi eżistenti għall-isport fl-Ewropa huma bbażati fuq il-prinċipju ta" nazzjonalità;
3. Josserva li l-kompetenzi komplementari dwar l-isports li jinsabu fl-Artikolu 149 tat-Trattat KE kif emendat bit-Trattat ta' Liżbona għandhom ikunu eżerċitati mill-Kummissjoni fir-rigward tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, ir-rispett għall-awtonomija ta' l-organizzazzjonijiet sportivi u l-organi tat-tmexxija rilevanti fejn jidħlu kwistjonijiet purament sportivi, filwaqt li titqies kif jixraq l-ispeċifiċità ta' l-isport;
4. Jitlob lill-Kummissjoni biex tirrispetta b'mod xieraq l-ispeċifiċità ta" l-isports, billi ma tapplikax approċċ skond x'ikun il-każ (case-by-case) u biex tipprovdi iktar ċertezza legali billi toħloq linjigwida ċari dwar l-applikabilità tal-liġi Ewropea għall-isports fl-Ewropa u billi tappoġġja studji u seminars dwar l-applikazzjoni konkreta ta" l-'acquis communautaire' dwar l-isport; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura ċertezza, koerenza u viżibilità pubblika tar-regoli ta" l-UE, sabiex is-servizzi sportivi ta" interess ġenerali jkunu jistgħu jissodisfaw l-objettivi tagħhom u jikkontribwixxu għal kwalità ta" l-għejxien aħjar għaċ-ċittadini Ewropej; barra minn hekk, jitlob lill-Kummissjoni biex timmoniterja u tirrevedi regolarment l-applikazzjoni tal-liġi ta" l-UE skond it-Trattat KE biex ikunu kkunsidrati realtajiet ġodda biex jiġu identifikati u solvuti kwistjonijiet pendenti u emerġenti;
5. Jaqbel mal-Kummissjoni li l-biċċa l-kbira ta" l-isfidi jistgħu jiġu indirizzati permezz ta" awto-regolamentazzjoni skond il-prinċipji ta" tmexxija tajba, sakemm tkun rispettata l-liġi ta" l-UE; jemmen li sħubija strutturata u djalogu bejn il-Kummissjoni u l-moviment sportiv hu essenzjali għat-tmexxija tajba ta" l-isport u sabiex tkun evitata inċertezza legali rigward l-awtonomija u l-awto-regolamentazzjoni ta" l-organizzazzjonijiet sportivi; jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-organizzazzjoni ta" djalogu strutturat maqsum f'żewġ partijiet: (a) forum annwali Ewropew dwar l-isports li għalih jattendu dawk kollha li huma involuti fl-isports u (b) diskussjonijiet tematiċi li għalihom jattendu numru limitat ta" parteċipanti;
6. Jilqa" b'sodisfazzjon il-parteċipazzjoni ta" dawn li ġejjin fid-djalogu strutturat propost:
–
Il-Federazzjonijiet Sportivi Ewropej,
–
Organizzazzjonijiet interdixxiplinarji għall-isport Ewropej , partikolarment il-Kumitati Olimpiċi Ewropej, il-Kumitat Paralimpiku Ewropew (EPC), il-Kumitat tal-Lobgħob Olimpiku Speċjali u l-organizzazzjonijiet sportivi mhux governattivi;
–
l-organizzazzjonijiet sportivi nazzjonali u l-kumitati Olimpiċi u Paralimpiċi nazzjonali,
–
persuni oħra involuti fl-isports rappreżentati fuq livell Ewropew, inklużi l-imsieħba soċjali,
–
organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali oħra, b'mod partikolari l-entitajiet sportivi tal-Kunsill ta" l-Ewropa u l-entitajiet tan-NU bħall-Unesco u d-WTO;
7. Huwa tal-fehma li entità sportiva hija libera biex tmexxi l-isport tagħha meta r-regoli tagħha huma purament sportivi, iżda fejn jinvolvu restrizzjonijiet, dawn għandhom ikunu proporzjonati jiġifieri, bżonnjużi b'mod raġjonevoli biex jinkisbu l-objettiv(i) sportivi tagħhom, fi ħdan il-qafas tal-leġiżlazzjoni ta' l-UE;
8. Jirrikonoxxi l-irwoli tal-parteċipanti ewlenin fl-isports professjonali għat-timijiet, jiġifieri l-klabbs bħala unità bażika, li jimpjegaw il-plejers u li jipprovdu r-rabta ewlenija mas-sapporters; l-unjins tal-plejers, bħala r-rappreżentanti ta' l-impjegati; il-kampjonati, bħala organizzaturi tal-kompetizzjonijiet fuq livell nazzjonali u rappreżentanti ta" min iħaddem flimkien mal-klabbs; u l-organi tat-tmexxija bħala l-għassiesa ta' l-isport u tar-regoli tal-logħba; bl-erba' elementi jaħdmu għas-saħħa, l-integrità u s-solidarjetà fl-isport;
9. Jirrakkomanda li l-assoċjazzjonijiet speċifiċi għall-kategoriji differenti ta' persuni involuti fl-isports (plejers, trejners jew kowċis, referis, eċċ) għandhom kollha jkunu rrappreżentati b'mod xieraq fl-entitajiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-federazzjonijiet internazzjonali u nazzjonali;
10. Huwa ta" l-opinjoni li, minħabba l-moviment fuq skala kbira ta" kapital fil-kuntest ta" trasferimenti, it-tranżazzjonijiet finanzjarji għandhom jitwettqu b'mod miftuħ u trasparenti bejn il-partijiet involuti kollha u jemmen li, jiddependi mit-tip ta" sport, is-sistema għandha titmexxa mill-entità ta" tmexxija relevanti;
11. Jenfasizza l-importanza tax-xogħol voluntarju fil-qasam sportiv minħabba li dan ix-xogħol huwa fattur ewlieni li jistimula u jippromwovi integrazzjoni soċjali u kuxjenza ikbar fost iż-żgħażagħ; Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jinkoraġġixxu iktar l-inizjattivi voluntarji rigward l-isport u lill-organizzazzjonijiet sportivi fil-kuntest tat-tfassil tal-politika fuq livell nazzjonali u Ewropew;
12. Jitlob lill-Istati Membri u lill-entitajiet regolatorji ta' l-isport sabiex jippromwovu b'mod attiv l-irwol soċjali u demokratiku tal-partitarji billi jappoġġjaw il-ħolqien u l-iżvilupp tal-federazzjonijiet tal-partitarji u jippromwovu s-sehem tagħhom fit-tmexxija u l-amministrazzjoni tal-logħob; jemmen li l-inizjattiva tas-"Supporters Direct" isservi bħala eżempju ta' l-aħjar prattika f'dan ir-rigward u jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-entitajiet regolatorji sportivi sabiex jippromwovu t-tifrix tagħha;
13. Jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi involviment ikbar ta" organizzazzjonijiet sportivi mhux govermentali fid-djalogu bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni billi torganizza laqgħat govermentali bejn l-organizzazzjonijiet sportivi mhux tal-gvern flimkien ma" laqgħat ministerjali jew laqgħat tad-diretturi sportivi jew il-laqgħat tal-gruppi ta" ħidma tal-Kummissjoni;
14. Jilqa" b'sodisfazzjon il-Memorandum iffirmat minn Franza u l-Olanda dwar il-White Paper dwar l-Isports u jistieden lill-Kummissjoni biex tikkjarifika l-istatus ta" l-isport fl-liġi ta" l-UE rigward punti speċifiċi, bħall-kompożizzjoni ta" timijiet, l-istatus ta" l-aġenti tal-plejers, id-drittijiet awdjoviżivi eċċ.;
15. Jistieden lill-Kummissjoni, fil-kuntest tad-djalogu strutturat ġdid, biex tagħti attenzjoni partikolari lill-Kumitat għar-Reġjuni, b'kunsiderazzjoni għall-kontribut tagħha fuq livelli reġjonali u lokali għas-superviżjoni u l-implimentazzjoni tal-miżuri stipulati fil-White Paper dwar l-Isport;
16. Jitlob lill-federazzjonijiet sportivi internazzjonali, Ewropej u nazzjonali biex jaċċettaw fl-istatut tagħhom id-dritt għar-rikors fit-tribunali ordinarji, iżda jirrikonoxxi li l-prinċipju ta' awtoregolamentazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali, mill-kampjonati u mill-kompetizzjonijiet, isaħħaħ u jiġġustifika l-istrutturi tal-mudell Ewropew ta' l-isport u l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kompetizzjonijiet sportivi;
17. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tippromwovi l-implimentazzjoni u t-tisħiħ ta" sistemi ta" liċenzjar awto-regolatorji fuq livell nazzjonali jew Ewropew sabiex tiżdied it-tmexxija tajba u biex it-trasparenza finanzjarja u l-istabilità jitpoġġew fuq l-istess livell; jirrakkomanda li jittieħdu miżuri li jwasslu għall-kisba ta" trasparenza finanzjarja u għall-kontroll tan-nefqa fl-isports, biex mhux biss tkun assigurata l-istabilità, iżda wkoll il-kompetituri Ewropej fil-qasam sportiv ikollhom l-istess kundizzjonijiet, jirrikonoxxi l-benefiċċju ta" organizzaturi ta" kompetizzjonijiet nazzjonali u Ewropej li joħorġu liċenzji għall-klabbs professjonali biex ikun żgurat li dawk il-klabbs għandhom l-istruttura neċessarja u jilħqu l-kundizzjonijiet materjali meħtieġa biex jipparteċipaw f'kompetizzjonijiet;
18. Jistieden lill- organizzaturi tal-kompetizzjonijiet nazzjonali u lill- sportivi Ewropej biex jiżguraw li l-proċeduri għal-liċenzjar ta" assoċjazzjonijiet sportivi jikkonformaw mal-prinċipji bażiċi ta" trasparenza finanzjarja, mhumiex diskriminatorji u jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet bażiċi tas-suq intern, sabiex jonqos it-tfixkil għall-kompetizzjoni; jikkunsidra li l-organizzazzjonijiet sportivi għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti dwar it-trasparenza u l-liċenzjar jiġu osservati u li n-nuqqas ta" konformità jiġi penalizzat;
19. Jilqa" b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni biex tkun organizzata konferenza mal-UEFA, ma" lAssoċjazzjoni tal-Leagues ta' Futbol Ewropej (EPFL), ma' l-Unjoni Internazzjonali tal-Futbolers Professjonali (Fifpro), ma" l-assoċjazzjonijiet nazzjonali u l-entitajiet nazzjonali responsabbli mill-organizzazzjoni ta" avvenimenti tal-futbol biex jiġu diskussi ftehim ta" liċenzjar u l-aħjar prattiki f'dan il-qasam speċifiku u jistieden lill-Kummissjoni biex tistieden assoċjazzjonijiet rappreżentattivi oħrajn għal din il-konferenza;
Doping
20. Jitlob lill-Istati Membri biex jiftiehmu dwar approċċ leġiżlattiv komuni rigward id-doping sabiex ikun żgurat trattament legali simili fl-Istati Membri kollha u jiġu definiti l-pożizzjonijiet komuni relatati mal-WADA, ma" l-Unesco u mal-Kunsill ta" l-Ewropa; jistieden lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma ffirmawx il-Konvenzjoni tal-Unesco kontra d-doping fl-isport biex jagħmlu dan;
21. Jistieden lill-Unjoni, bħala partiċipant fl-WADA, bil-għan li jkun miġġieled id-doping, biex l-ewwelnett issaħħaħ in-networks eżistenti, u imbagħad tiżviluppa sħubijiet ġodda bejn l-aġenziji għall-infurzar tal-liġi, il-laboratorji akkreditati mill-WADA, mill-Europol u mill-Interpol biex jiskambjaw informazzjoni dwar sustanzi ta" doping u prattiki ġodda fil-ħin u f'ambjent sikur;
22. Jistieden lill-Kummissjoni biex timplimenta azzjonijiet Nru 4 u 5 tal-Pjan ta" Azzjoni "Pierre de Coubertin" biex tippromwovi l-iżvilupp ta" sħubijiet bejn l-aġenziji ta" l-infurzar tal-liġi ta" l-Istati Membri, il-laboratorji akkreditati mill-WADA u mill-Interpol biex jiskambjaw informazzjoni dwar sustanzi u prattiki ġodda ta" doping fil-ħin u f'ambjent sikur u biex ikun faċilitat u appoġġjat b'mod attiv il-ħolqien ta" network ta" organizzazzjonijiet nazzjonali kontra d-doping fl-Istati Membri;
23. Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jittrattaw it-traffikar ta' sustanzi illegali tad-doping bl-istess mod tat-traffikar tad-drogi u biex jadattaw il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali tagħhom f'dan is-sens; u jistieden lill-Kummissjoni biex tirrifletti dwar kif din ir-rakkomandazzjoni magħmula fil-White Paper tista" tkun żviluppata iktar;
24. Jitlob li jkun hemm politika mmirata lejn il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra d-doping li tinkludi l-evitar ta" programmi mimlijin ħafna li jagħmlu pressjoni fuq l-atleti; Jenfasizza l-bżonn li jkunu miġġielda l-irregolaritajiet permezz ta" kontrolli, riċerka, eżaminazzjonijiet u monitoraġġ fit-tul minn tobba indipendenti u permezz ta" edukazzjoni u fl-istess ħin, prevenzjoni u taħriġ; jistieden lill-klabbs professjonali u lill-organizzazzjonijiet sportivi biex jimpenjaw ruħhom li jiġġieldu kontra d-doping u li jimmoniterjaw il-konformità permezz ta" verifiki interni u esterni indipendenti;
25. Jitlob li jkun hemm żvilupp ta" pjan ta" azzjoni dwar il-ġlieda kontra d-doping fil-preparamenti għall-Olimpjadi li jmiss li huma mistennija li jsiru fl-UE (Londra 2012);
26. Jitlob li l-iffinanzjar ikun disponibbli għar-riċerka dwar id-doping permezz tal-Programm ta" Qafas dwar ir-Riċerka u l-Programm dwar is-Saħħa Pubblika;
27. Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw informazzjoni iktar komprensiva u edukazzjoni għall-kompetituri sportivi żgħażagħ dwar drogi li jtejbu l-prestazzjoni, riċetti tat-tabib li jistgħu jinkludu dawn it-tipi ta" drodi u l-effetti tagħhom fuq id-drogi;
Edukazzjoni, żgħażagħ u saħħa
28. Jenfasizza l-irwol ta" l-isports fl-edukazzjoni, li jgħallem liż-żgħażagħ il-valuri tat-tolleranzau r-rispett reċiproku, l-onestà, ir-rispett għar-regoli ta" logħob onest u l-prevenzjoni tal-kura tas-saħħa, b'mod partikolari biex tkun trattata l-obeżità;
29. Jilqa" b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni li tippromwovi l-isports u l-eżerċizzju fiżiku bħala fatturi ewlenin relatati ma" l-istandards ta" l-edukazzjoni, sabiex l-iskejjel isiru aktar attraenti u jitjiebu l-istandards akkademiċi; jappoġġja r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni lill-Istati Membri sabiex jiżviluppaw strateġiji fuq livell nazzjonali li, fil-qafas tal-programmi edukattivi, huma maħsuba sabiex iżidu u jtejbu l-attività fiżika tat-tfal u tat-tfal ta' l-iskola minn età żgħira ħafna; jenfasizza l-importanza li tiġi ffinanzjata l-attività fiżika fl-iskejjel, li hija fundamentali għall-iżvilupp psikoloġiku u fiżiku ta' l-iżgħar tfal, u hija wkoll strument ewlieni fil-kura tas-saħħa għaż-żgħar u għal dawk li m'għadhomx daqshekk żgħar;
30. Jistieden lill-Istati Membri biex jinkoraġġixxu miżuri ulterjuri li jippromwovu l-isport u l-eżerċizzju fiżiku bħala fatturi ewlenin biex jogħlew l-istandards nazzjonali ta" l-edukazzjoni u biex jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet offruti mill-programmi tal-komunità dwar mobilità fil-livelli kollha ta" l-edukazzjoni tat-taħriġ vokazzjonali u tat-tagħlim għal tul il-ħajja;
31. Jirrakkomanda li l-Istati Membri jirrikonoxxu l-bżonn li jipprovdu taħriġ għall-isportivi żgħażagħ irġiel u nisa biex ikollhom "karriera doppja" – kemm sportiva u kemm akkademika, b'mod li jkun possibbli għall-isportivi professjonali biex jerġgħu jintegraw ruħhom fis-suq tax-xogħol fi tmiem il-karriera tagħhom, b'attenzjoni speċjali għall-edukazzjoni ta" dawk l-iżgħar fosthom – għal-liema skop jeħtieġ li jkun hemm superviżjoni iktar stretta u kontrolli iktar regolari fuq it-taħriġ sabiex tkun garantita l-kwalità tiegħu u biex ikunu provduti ċentri ta" taħriġ lokali ta' kwalità għolja li jissalvagwardjaw l-interessi morali, edukattivi u professjonali;
32. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iżidu l-miżuri ta" prevenzjoni u l-kontolli tas-saħħa għaż-żgħażagħ sportivi u biex jiżguraw li jitħarsu d-drittijiet kollha mniżżla fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal;
33. Jilqa" b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni dwar l-għoti tal-premju Ewropew għall-iskejjel li jappoġġjaw b'mod attiv u jippromwovu l-eżerċizzju fiżiku bħala parti mill-kurrikulu;
34. Jaqbel mal-Kummissjoni li investiment fi sportivi żgħażagħ irġiel u nisa huwa kruċjali għall-iżvilupp sostenibbli ta" l-isports u jemmen li hemm sfida reali għall-moviment sportiv biex jiżgura t-taħriġ lokali tal-plejers; jemmen li r-regola tal-UEFA dwar plejers imrawma domestikament tista" sservi ta" eżempju għal federazzjonijiet, kampjonati u klabbs oħra;
35. Jirreferi f'dan ir-rigward għall-kompitu ta" l-Unjoni, mogħti lilha mit-Trattat ta" Liżbona, dwar il-protezzjoni ta" l-integrità fiżika u morali speċjalment ta" l-iktar sportivi rġiel u nisa żgħażagħ;
36. Jitlob lill-Kummissjoni biex tirrikonoxxi l-legalità ta" miżuri li jiffaċilitaw il-promozzjoni ta" plejers telgħu permezz ta" skemi ta" taħriġ, bħan-numru minimu ta" plejers imrawmalokalment, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, fuq l-istaff professjonali;
37. Jitlob lill-Kummissjoni tinkuraġġixxi l-miżuri ta' l-organizzazzjonijiet sportivi bil-għan li jipproteġu l-isportivi żgħażagħ, bir-rispett dovut lill-ispeċifiċità ta' l-isport, billi tesprimi ruħha apertament favur applikazzjoni aktar stretta tar-regolament tal-FIFA li tipprojbixxi t-trasferiment ta' plejers taħt is-sittax-il sena ġewwa l-UE u ssostni l-prinċipju li jgħid li l-firma ta' l-ewwel kuntratt professjonali ta' kull plejer għandha ssir mal-klabb li jkun tah il-formazzjoni;
38. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiġġieldu kontra l-isfruttament tat-tfajliet u tas-subien fl-isport u kontra t-traffikar tat-tfal billi jinfurzaw il-liġijiet u r-regoli eżistenti b'mod strett; jissuġġerixxi li għandu jkun hemm livell ogħla ta' sigurtà legali, b'mod partikulari fl-applikazzjoni tar-'regola dwar il-plejers imrawma domestikament';
39. Jiddeplora l-prattika ta" gvernijiet ta" Stati Membri li jbigħu "playing-fields" ta" skejjel sabiex jiġu żviluppati; jikkunsidra li l-Istati Membri għandhom ikunu mħeġġa jiżguraw li t-tfal għandhom biżżejjed faċilitajiet biex jimpenjaw ruħhom fl-isport u fl-attivitajiet fiżiċi fl-iskola; jistieden lill-Istati Membri biex jiffaċilitaw aċċess ħieles għall-persuni taħt l-14 –il sena għall-kompetizzjonijiet nazzjonali u internazzjonali kollha;
40. Minħabba l-bżonn li jiġi adottat approċċ orizzontali għal kwistjonijiet li jikkonċernaw il-protezzjoni ta" l-ambjent u s-saħħa, jirrakkomanda li l-Kummissjoni tħeġġeġ il-promozzjoni tal-protezzjoni ta" l-ambjent u tas-saħħa matul l-avvenimenti sportivi Ewropej; jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni li ħadet il-Kummissjoni biex tippromwovi xiri ekoloġiku fil-kuntest tad-djalogu politiku tagħha ma' Stati Membri u partijiet ikkonċernati oħrajn;
41. Jirrikonoxxi l-importanza ta" l-isports fil-ħarsien tas-saħħa u għalhekk jirrakkomanda li s-sidien tad-drittijiet tax-xandir jippromwovu l-isports b'dan l-objettiv f'moħħhom;
42. Jiġbed l-attenzjoni li r-rabta bejn l-isport u s-saħħa hija konsiderazzjoni importanti, sabiex il-koperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet sportivi u l-fondi tas-saħħa u t-tobba saret prattika dejjem iżjed komuni li tirrapreżenta valur miżjud enormi għas-servizz għall-kura tas-saħħa u fl-istess ħin, tfaddil finanzjarju; u jikkunsidra bħala fattur kruċjali li ż-żgħażagħ ikunu edukati biex isiru konxji dwar l-importanza ta" l-ikel li hu tajjeb għas-saħħa, fiċ-ċirkustanzi ta" inter-relazzjoni bejn l-ikel u l-eżerċizzju fiżiku, permezz ta' avvenimenti madwar l-Ewropa kollha, bħal pereżempju "l-Ġurnata ta" l-Ikel mingħajr E";
43. Jenfasizza l-importanza ta' l-eżerċizzju fiżiku u ta' l-isports fit-trażżin ta' l-obeżità u fit-tneħħija ta' drawwiet ta' stili ta' ħajja mhux tajbin għas-saħħa, peress li dan il-fenomenu għandu impatt pożittiv sinifikanti fuq is-saħħa taċ-ċittadini min-naħa l-waħda u, minn naħa l-oħra, fir-rigward tat-tnaqqis ta' l-ispiża tal-fondi ta' l-assikurazzjoni fuq is-saħħa; madankollu jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-estensjoni tas-sigħat tax-xogħol u l-kundizzjonijiet eżistenti ta' impjieg b'mod ġenerali jiskurraġġixxu lill-ħaddiema milli jwettqu eżerċizzju fiżiku regolari u jiddedikaw irwieħom għall-isports b'mod aktar iffukat; Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa u tippubblika, flimkien mal-federazzjonijiet sportivi, linjigwida Ewropej u rakkomandazzjonijiet dwar attività fiżika qabel l-aħħar ta" l-2008;
44. Jistieden lill-Istati Membri biex joħolqu il-qafas għall-Organizzazzjoni ta" Kampjonati Ewropej għall-Iskejjel u Kampjonati Ewropej għall-Universitajiet, sabiex iż-żgħażagħ jiġu preparati biex jagħmlu preżentazzjoni u sabiex jitħeġġeġ id-djalogu interkulturali;
Inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni
45. Jenfasizza li l-isport huwa wieħed mill-aktar għodda effettivi għall-integrazzjoni soċjali u, għalhekk għandu jkun promoss u appoġġjat iktar mill-Unjoni Ewropea, pereżempju permezz ta" programmi speċjali għall-organizzaturi Ewropej u permezz ta" avveniment sportivi u rikreattivi nazzjonali u lokali; jikkunsidra li dawn l-opportunitajiet għandhom ikunu estiżi , b'mod partikolari għall-organizzaturi ta" avvenimenti sportivi li jippromwovu l-integrazzjoni u jinvolvu lill-persuni b'diżabilità; jikkunsidra li fil-kuntest tas-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali 2008, għandha tingħata attenzjoni lill-irwol ta" l-isport bħala qasam ta" koeżistenza interkulturali u bħala bażi għal djalogu u koperazzjoni mal-pajjiżi terzi;
46. Jenfasizza l-importanza li n-nies jiġu mħeġġa jipprattikaw l-isports billi jiġu ggarantiti l-aċċess għall-isports għal kulħadd u għall-opportunitajiet indaqs u billi jsir investiment fit-tħarriġ ta' għalliema u ta' kowċis ta' l-isports kif ukoll f'aktar faċilitajiet sportivi pubbliċi;
47. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ma jikkunsidrawx biss l-isport bħala prerogattiva għall-persuni b'saħħithom biss iżda wkoll bħala strument importanti għar-rijabilitazzjoni u l-inklużjoni soċjali tal-persuni b'diżabilitajiet; f'dan il-kuntest, iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw miżuri prattiki u inizjattivi li jippromwovu integrazzjoni ikbar tal-parteċipanti b'diżabilità fid-dixxiplini sportivi tradizzjonali;
48. Jilqa" b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tħeġġeġ lill-organizzazzjonijiet sportivi u lill-Istati Membri biex jadattaw l-infrastrutturi ta" l-isports u ta" l-iskejjel għall-bżonnijiet ta" persuni b'diżabilità u jitlob li jkun hemm mod aktar faċli għall-għalliema ta' l-edukazzjoni fiżika biex jagħmlu studji dwar il-kinetoterapija u t-terapija fiżika li jippermettulhom li jaħdmu ma' tfal b'diżabilità parzjali skond il-kundizzjonijiet li jkollhom;
49. Jilqa" b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kummissjoni u ta" l-Istati Membri biex jappoġġjaw miżuri ulterjuri għall-persuni b'diżabilitajiet; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li d-drittijiet kollha li huma mmirati għall-isportivi jkunu aċċessibbli bl-istess mod għall-isportivi b'diżabilità;
50. Jilqa" b'sodisfazzjon il-White Paper tal-Kummissjoni dwar l-Isport; jiddispjaċih, madanakollu li l-aspett tal-ġeneru mhux qed jitqies kif xieraq, speċjalment fir-rigward ta' paga indaqs għall-istess valur u fir-rigward tal-fatt li l-atleti nisa jaqilgħu anqas flus mill-atleti rġiel;
51. Jilqa' b'sodisfazzjon il-volontà li wriet il-Kummissjoni biex tinkludi l-integrazzjoni l-irġiel u n-nisa fl-attivitajiet kollha marbuta ma' l-isport, filwaqt li tagħti attenzjoni partikolari għall-aċċess għall-isport għan-nisa immigranti u għan-nisa li ġejjin minn minoritajiet etniċi, għall-aċċess tan-nisa li jinsabu f'karigi li jinvolvu teħid ta' deċiżjonijiet fil-kamp sportiv u biex attivitajiet sportivi tan-nisa jiġu mxandra fil-media;
52. Jitlob lill-Istati Membri biex jagħtu l-istess għarfien lill-kisbiet tan-nisa fl-isport, u jingħataw premjijiet finanzjarji xierqa mingħajr dewmien, kif ukoll biex idaħħlu dispożizzjonijiet legali biex jiġi żgurat li n-nisa ma jingħatawx premjijiet finanzjarji jew ta' xort' oħra ta' inqas valur f'avvenimenti sportivi;
53. Jistieden lill-Istati Membri biex jinkoraġġixxu r-rappurtaġġ mill-media ta' l-attivitajiet sportivi tan-nisa sabiex jitħeġġeġ l-iżvilupp ta' nisa li jitqiesu bħala mudell u sabiex jingħeleb l-isterjotipar tas-sessi,kif ukoll biex joffru lin-nisa l-possibilità li jkollhom karriera relatata mad-dinja sportiva, inklużi pożizzjonijiet ta" teħid ta" deċiżjonijiet;
54. Jistieden lill-Istati Membri biex progressivament jadattaw l-infrastrutturi ta" l-isport tagħhom biex ikunu kkunsidrati l-bżonnijiet tal-persuni b'diżabilit speċjalment tat-tfal b'diżabilità, iżda wkoll ta" l-anzjani u tan-nisa fl-isfond taż-żieda fl-għomor tal-ħajja iktar attiv u l-importanza ta" l-isport għat-tisħiħ tas-saħħa fiżika u mentali, rigward l-aċċess għal infrastuttura bħal din, u biex wieħed jitgħallem mill-aħjar prattiki f'dan il-qasam; Jistieden lill-Istati Membri biex jimmoniterjaw l-użu tal-fondi pubbliċi mmirati għall-isport u biex jikkontrollaw li dawn jiġu allokati b'mod indaqs għall-ħtiġijiet ta' l-isportivi nisa u rġiel;
55. Jenfasizza l-irwol partikolarment importanti ta" l-isports għall-inklużjoni soċjali ta" dawk li ġejjin minn sfond soċjali żvantaġġat, b'mod partikolari l-immigranti; istieden lill-Istati Membri f'dan ir-rigward biex jinkludu l-attivitajiet u l-programmi sportivi f'inizjattivi ffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew bil-għan li tinkiseb l-integrazzjoni soċjali u l-parteċipazzjoni ta" dawk li huma parti mill-kategoriji żvantaġġati;
56. Huwa favur il-pożizzjoni tal-Kummissjoni li tirrikonoxxi l-irwol ta" l-isport bħalastrument utli għall-integrazzjoni tal-migranti u b'mod aktar ġenerali bħala strument ta" inklużjoni soċjali; Jipproponi li l-aċċess għall-isports u l-integrazzjoni fl-infrastrutturi ta' l-isports soċjali għandhom jitqiesu bħala indikatur ta' l-integrazzjoni soċjali u bħala fattur għall-analiżi tal-fenomenu ta' l-esklużjoni soċjali;
57. Jenfasizza l-irwol ta' l-awtoritajiet reġjonali u lokali fl-organizzazzjoni ta' avvenimenti professjonali u rikreattivi ta' l-isports, għall-iżvilupp ta' l-infrastruttura kif ukoll għall-promozzjoni ta' l-isports u ta' stil ta" ħajja tajjeb għas-saħħa fost iċ-ċittadini ta' l-UE, b'mod partikolari fost it-tfal ta" l-iskola.
58. Jistieden lill-organizzazzjonijiet sportivi u lill-Istati Membri biex jadottaw miżuri li jiġġieldu r-razziżmu u d-diskriminazzjoni fl-isport; jikkunsidra l-arena sportiva bħala l-post tax-xogħol ta" l-atleti professjonali u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex tiżgura post tax-xogħol mingħajr diskriminazzjoni;
59. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jittrasponu u jimplimentaw id- Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità(10) u d- Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta" Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol(11);
60. Jistieden lill-organizzazzjonijiet sportivi professjonali u lill-klabbs sportivi biex iniedu kampanji li jindirizzaw kull forma ta' diskriminazzjoni, razziżmu u ksenofobija qabel, waqt u wara attivitajiet sportivi u partiti minn parteċipanti u spettaturi, kemm fil-grawnds u barra minnhom;
L-isport u l-pajjiżi terzi
61. Jinsisti li l-iżvilupp permezz ta" l-isport ma għandu qatt iwassal għat-telf ta" ta" l-aħjar atleti (muscle drain) u jistieden lill-Unjoni biex tindirizza din il-kwistjoni fid-djalogu politiku u l-koperazzjoni tagħha ma" pajjiżi imsieħba;
62. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jespandu l-iskop tad-djalogu u l-koperazzjoni ma" pajjiżi terzi dwar kwistjonijiet bħat-trasferimenti ta" plejers internazzjonali, l-isfruttar ta" plejers minorenni, id-doping, il-ħasil tal-flus permezz ta" l-isport u s-sikurezza waqt l-avvenimenti sportivi internazzjonali kbar;
63. Jistieden lill-Istati Membri biex jipprovdu iktar faċilitajiet li jakkomodaw sportivi rġiel u nisa minn pajjiżi terzi skond id-dikjarazzjonijiet riċenti dwar migrazzjoni ċiklika, dwar ftehim ta" sħubija ma" pajjiżi terzi dwar il-mobilità u dwar il-politika dwar il-migrazzjoni legali pjanata fl-2005;
64. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, biex meta jevalwaw l-isport fil-qafas tal-politiki ta' żvilupp ta' l-UE, joħolqu sinerġiji mal-programmi eżistenti tan-Nazzjonijiet Uniti, ta" l-Istai Membri, ta' l-awtoritajiet lokali, ta" l-NGOs ta' l-organizzazzjonijiet privati ta' l-Unjoni Ewropea;
Is-sorveljanza ta" l-avvenimenti sportivi
65. Jistieden lill-Istati Membri biex jinkoraġġixxu l-iskambju ta" l-aħjar prattiki u ta" l-informazzjoni operattiva dwar partitarji riskjużi bejn is-servizzi tal-pulizija, l-inizjattivi tal-partitarji, il-gruppi lokali kontra l-vjolenza u l-esperti u l-awtoritajiet ta" l-isport, sabiex ikunu evitati u indirizzati każijiet ta" vjolenza, razziżmu u ksenofobija waqt l-avvenimenti sportivi; jistieden lill-partijiet kollha kkonċernati biex jilagħbu rwol attiv, jimplimentaw sanzjonijiet immedjati u aktar stretti kontra r-razziżmu u l-vjolenza kemm fil-grawnds u kemm fit-tribuni u biex jitgħallmu mill-esperjenza ta" organizzaturi ta" kompetizzjonijiet u ta' klabbs f'dan il-qasam fuq livell domestiku u Ewropew biex ikun żgurat li jkunu garantiti standards minimi għoljin mill-awtoritajiet pubbliċi u l-organizzaturi ta" kompetizzjonijiet fil-proċeduri ta" implimentazzjoni u fil-pjan tas-sigurtà tal-partiti; Jenfasizza l-bżonn li jinħolqu kundizzjonijiet għal approċċ iktar komprensiv, li jinvolvi l-parteċipanti involuti kollha fi strateġija maħsuba biex isaħħaħ l-aspetti mhux ripressivi tar-rispons għall-isfidi, b'attenzjoni qawwija fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ;
66. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jimplimentaw "politika mmexxija b'intelliġenza" ta" koperazzjoni tal-pulizija transkonfinali fil-qasam ta' l-isport, inkluż l-iskambju ta' informazzjoni u intelliġenza bejn is-servizzi ta' sigurtà, filwaqt li jiġi żgurat ir-rispett għal-libertà, għad-drittijiet fundamentali u għar-regoli tal-protezzjoni tad-dejta;
67. Jiġbed attenzjoni partikolari għall-esperjenza imprezzabbli miksuba permezz ta" l-NFIPs (National Football Information Points, responsabbli għall-koordinazzjoni u l-iffaċilitar ta" l-iskambju ta" informazzjoni tal-pulizija transkonfinali, inklużi evalwazzjonijiet tar-riskji u dejta dwar partitarji li joħolqu riskju għoli) u l-manwal għal koperazzjoni tal-pulizija internazzjonali, li jistgħu jilagħbu rwol ewlieni f'din "il-politika mmexxija b'intelliġenza"; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jintensifikaw il-koperazzjoni bejniethom u biex jiżviluppaw u jaġġornaw iktar dan l-approċċ meta jkun neċessarju;
68. Jilqa" b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tkun evitata l-vjolenza waqt l-avvenimenti sportivi u jirrakkomanda l-iżvilupp ta" miżuri biex tkun miġġielda l-vjolenza fl-isports fl-iskejjel;
69. Jilqa" b'sodisfazzjon l-iżvilupp ta" sistemi ta" liċenzjar tal-klabbs kemm fuq livell nazzjonali u kemm fuq livell Ewropew u jemmen li sistemi bħal dawn għandhom jinkludu wkoll dispożizzjonijiet relatati mal-prevenzjoni ta" razziżmu, il-ksenofobija u vjolenza u mal-protezzjoni tal-minorenni u mar-rispett tad-drittijiet fundamentali;
Aspetti ekonomiċi
70. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jintroduċu leġiżlazzjoni u/jew isaħħu r-regolamenti eżistenti u biex jagħtu importanza partikolari lir-rispett għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-komunikazzjonijiet kummerċjali, fl-użu ta" trejd marks u fid-drittijiet tal-media ta" l-istampa u ta" l-ismijiet u li kwalunkwe "spin-offs" oħra mill-organizzaturi ta" avvenimenti sportivi jinsabu għaddejjin biex tkun protetta l-ekonomija ta" l-isport professjonali, filwaqt li jkun rispettat id-dritt għar-"rappurtaġġ fil-qosor" kif stabbilit mid-Direttiva 2007/65/KE (id-Direttiva dwar is-"Servizzi tal-Media Awdjoviżivi")(12) u l-iżvilupp ibbilanċjat u awto-suffiċjenti ta" l-isport, mingħajr ma jkun ipperikolat il-bilanċ bejn it-tħassib leġittimu ta" organizzazzjoni sportiva u l-bżonnijiet tal-pubbliku biex ikun jista" jaċċessa u joħloq informazzjoni oġġettiva, informattiva u topika f'kontenut bil-miktub, bl-istampi u bl-awdjo; Jiġbed l-attenzjoni li huwa importanti wkoll li l-benefiċjarji jkunu garantiti l-possibbiltà li jkollhom aċċess mill-bogħod għall-avvenimenti sportivi transkonfinali fl-UE; B'mod partikolari, il-problemi tal-kummerċjalizzazzjoni parassita (ambush marketing), tal-piraterija fuq l-internet u ta" l-imħatri illegali fuq l-isport għandhom ikunu indirizzati bi prijorità mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni;
71. Jirrikonoxxi d-dritt tal-media kollha li jkollha aċċess għall-avvenimenti sportivi organizzati li għandhom interess kbir għall-pubbliku u għad-dritt li tirrapporta dwarhom sabiex ikun garantit id-dritt tal-pubbliku li jirċievi l-aħbarijiet u l-informazzjoni fil-programmi ta' l-aħbarijiet; Jirrikonoxxi d-dritt ta' l-Istati Membri li jkunu jistgħu jieħdu miżuri sabiex iħarsu d-dritt ta' informazzjoni u biex jiżguraw li l-pubbliku jkollu aċċess wiesa' għax-xandir bit-televiżjoni ta' eventi sportivi nazzjonali, jew mhux nazzjonali, li jkunu ta' importanza ewlenija għas-soċjetà, bħal-Logħob Olimpiku, it-Tazza tad-Dinja tal-futbol u l-Kampjonat Ewropew tal-Futbol;
72. Itenni l-appoġġ tiegħu li l-Istati Membri jagħmlu lista ta" avvenimenti ta" importanza kbira għall-pubbliku li għandhom ikunu mxandra fuq it-televiżjoni "free-to-air" skond l-Artikolu 3a tad-Direttiva dwar is-Servizzi Awdjoviżivi tal-Media msemmi hawn fuq u jikkundanna l-azzjonijiet tat-tribunal tal-FIFA f'dan ir-rigward;
73. Jirrakkomanda li l-Istati Membri u l-federazzjonijiet sportivi nazzjonali u l-kampjonati jintroduċu l-bejgħ kollettiv tad-drittijiet tal-media (fejn dan mhuwiex diġà il-każ); jikkunsidra li jeħtieġ li jkun hemm, fl-interessi tas-solidarjetà, tad-distribuzzjoni mill-ġdid b'mod ugwali tad-dħul bejn il-klabbs sportivi, inklużi dawk l-iżgħar fosthom, fil-kampjonati u bejniethom u bejn l-isport tad-dilettanti u l-isport professjonali, sabiex tkun evitata sitwazzjoni li jibbenefikaw mid-drittijiet tal-media il-klabbs il-kbar biss;
74. Jirrikonoxxi li d-drittijiet ta" l-isports jeħtieġu l-istess ħarsien bħal drittijiet oħra tal-midja; jilqa" b'sodisfazzjon ir-rikonoxximent tal-Kummissjoni tal-bejgħ kollettiv tad-drittijiet tal-media bħala għodda biex tinkiseb solidarjetà ikbar fl-isports u ta" l-insistenza tagħha għall-ħolqien u l-manutenzjoni ta" mekkaniżmi ta" solidarjetà; Jistieden lill-kampjonati li ma jbassrux dawn il-mekkaniżmi biex jintroduċuhom u jistieden lill-Kummissjoni biex taċċetta l-bejgħ kollettiv tad-drittijiet tal-media bħala attività li b'mod ġenerali tikkonforma mar-regoli ta" kompetizzjoni ta" l-UE, jew li alternattivament tistipula eżenzjoni blokk għall-bejgħ kollettiv tad-drittijiet tal-media fil-qasam ta" l-isport, biex b'hekk tkun żgurata ċertezza legali kemm għall-organizzaturi ta" avvenimenti sportivi u kemm għall-investituri tal-media;
75. Jistqarr li l-isport għandu jiżgura l-interdipendenza tal-kompetituri u l-ħtieġa li jkun garantit eżitu inprevedibbli tal-kompetizzjonijiet, li tista' tiġġustifika l-implimentazzjoni minn organizzazzjonijiet ta' l-isport ta' qafas speċifiku għall-produzzjoni u l-bejgħ ta' eventi sportivi; madanakollu, dawn il-karatteristiċi speċifiċi ta' l-isport ma jiġġustifikawx l-eżenzjoni awtomatika mir-regoli tal-kompetizzjoni ta' l-UE ta' kwalunkwe attività ekonomika ġġenerata mill-isport;
76. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex isaħħu iktar id-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (IPR) fil-qasam ta" l-isport u jitlob li jkun hemm azzjoni konkreta li tipproteġi lill-IPR ta" l-organizzaturi ta" avvenimenti sportivi rigward ir-riżultati u l-avveniment sportiv tagħhom b'mod ġenerali, mingħajr preġudizzju għal-libertà ta' l-istampa;
77. Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti biżżejjed attenzjoni lill-piraterija sportiva fl-istrateġija tagħha għas-settur tal-kontenut "online" u fil-ġlieda tagħha kontra l-piraterija; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex isaħħu d-drittijiet tal-qasam sportiv fil-kuntest ta" l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intelletwali (WIPO) u d-djalogu tagħhom ma" pajjiżi terzi;
78. Jinnota li spiss ikun hemm differenzi bejn il-provvista ta" biljetti u d-domanda għalihom, għal avvenimenti sportivi kbar u dan huwa ta" detriment għal konsumaturi; jenfasizza li l-interessi tal-konsumaturi għandhom jitqiesu b'mod sħiħ waqt id-distribuzzjoni tal-biljetti u li bejgħ mhux diskriminatorju u ġust għandu jkun garantit fil-livelli kollha;
79. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw metodu statistiku Ewropew għall-kejl ta' l-impatt ekonomiku ta' l-isport ibbażat fuq il-kontijiet statistiċi nazzjonali għall-isport, li maż-żmien jistgħu jwasslu għal kont rigwars is-Satellii Ewropej għall-isport.
80. Jistieden lill-Kummissjoni biex tinkludi fl-ambitu tal-pjanijiet tagħha għal evalwazzjoni immedjata futura dwar il-kontribuzzjoni diretta magħmula mill-isport lill-GDP, lill-iżvilupp u lill-impjieg u dwar il-kontribuzzjoni indiretta tiegħu permezz ta" l-edukazzjoni, l-iżvilupp reġjonali u l-appell ikbar ta" l-UE, għall-Aġenda ta" Liżbona;
81. Jirrakkomanda li l-Istati Membri jagħmlu użu iktar effettiv tal-potenzjal ta" l-isport biex joħloq impjiegi u jippromwovi tkabbir ekonomiku u tiġdid, b'mod partikolari fi nħawi żvantaġġati u li l-Istati Membri u l-Unjoni jappoġġjaw lill-isport kif xieraq, permezz tal-programmi ta' ffinanzjar eżistenti ta' l-UE u f'dan l-isfond jenfasizza l-irwol importanti li l-isport jilgħab fil-qasam ta' l-inklużjoni soċjali; jirrikonoxxi l-irwol tad-dħul mill-media u minn drittijiet oħra tal-proprjetà intelletwali fit-tkabbir tan-nefqa għal proġetti ta" tiġdid u tal-Komunità,
82. Jistieden lill-Istati Membri biex jgħinu lill-Kummissjoni torganizza l-iskambju ta" l-aħjar prattiki bejniethom u bejn il-federazzjonijiet sportivi dwar l-organizzazzjoni ta" avvenimenti sportivi kbar bil-għan li jkunu promossi l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli, il-kompetizzjoni u l-impjieg;
83. Jipproponi li jinħoloq mekkaniżmu effettiv sabiex titħeġġeġ il-koperazzjoni transkonfinali u interreġjonali biex l-investimenti f'infrastrutturi b'konnessjoni ma' avvenimenti sportivi jkunu utilizzati aħjar; barra minn hekk jinkoraġġixxi l-promozzjoni ta" l-isports permezz tar-raggruppament Ewropew ta" koperazzjoni territorjali kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta" Lulju 2006 dwar raggruppament Ewropew ta" koperazzjoni territorjali (EGTC)(13);
84. Jappoġġja tisħiħ tas-solidarjetà bejn l-isports professjonali u dak tad-dilettanti sabiex ikunu mħeġġa l-klabbs iż-żgħar, ikun promoss l-isports fl-iskejjel u jkunu żviluppati l-infrastrutturi lokali rilevanti; jilqa' b'sodisfazzjon ir-rikonoxximent tal-Kummissjoni ta' l-isfidi partikulari li jiffaċċja l-isport tad-dilettanti u dak li ma jagħmilx qligħ u l-isport li jiddependi fuq voluntiera u jitlob biex dan jiġi rifless fl-aspetti ekonomiċi kollha tal-politika dwar l-isport tal-ġejjieni;
85. Jiġbed l-attenzjoni għall-isports mhux professjonali, li ta' spiss huwa ttraskurat; jenfasizza l-ħtieġa għal aktar appoġġ finanzjarju, kundizzjonijiet ta' xogħol aħjar, u inċentivi u benefiċċji oħra li għandhom jingħataw lill-isports mhux professjonali, inklużi lill-klabbs li ma jagħmlux profitt u lill-atleti, lit-trejners jew il-kowċis u lir-referis dilettanti u lill-volontiera tal-klabbs;
86. Jenfasizza għal darb'oħra l-bżonn li jkun garantit li l-Istat jassumi l-ispejjeż relatata mas-sigurtà tal-kompetizzjonijiet mhux professjonali organizzati mill-klabbs li ma jagħmlux profitt;
87. Jistieden lill-Kummissjoni biex tgħin tinżamm is-sistema kurrenti ta" ffinanzjar pubbliku ta" l-isport mhux professjonali permezz ta" kontribuzzjonijiet mil-lotteriji mmexxija mill-Istat u l-entitajiet liċenzjati tal-logħob ta' l-ażżard fl-interess ġenerali, bil-għan li jkunu żgurati sorsi ta" ffinanzjar għall-isport mhux professjonali;
88. Jistenna b'interess ir-riżultati tas-survey indipendenti dwar l-iffinanzjar kemm pubbliku u kemm privat ta' l-isport bażiku u ta" l-isport għal kulħadd fl-Istati Membri u dwar l-impatt tat-tibdiliet kontinwi li qed isseħħu f'dak is-settur;
89. Jesprimi t-tħassib dwar it-tneħħija possibbli tar-regoli tas-suq għal-logħob ta" l-ażżard u l-lotteriji; jikkunsidra li huwa xieraq li l-qligħ minn lotteriji bħal dawn jintuża għal skopijiet ta" interess pubbliku, inkluż l-iffinanzjar kontinwu ta" sports professjonali u tad-dilettanti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jadottaw miżuri regolatorji li jiżguraw li l-isport huwa protett minn kwalunkwe influwenza negattiva relatata ma" l-imħatri, li jiggarantixxu l-integrità ta" l-avvenimenti sportivi u jassiguraw ir-rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta" l-organizzaturi tal-kompetizzjonijiet;jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq studju dwar l-effetti potenzjali fuq is-soċjetà u l-isport tat-tneħħija tar-regoli tas-suq għal-logħob ta' l-ażżard u l-lotteriji, u dwar liema tipi ta' mekkaniżmi ta' kontroll jistgħu jintużaw biex jipproteġu lill-konsumaturi;
90. Jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq proposta li tiżgura settur nadif ta" l-imħatri dwar l-isport fl-Unjoni, proposta li tevita l-użu ħażin u l-korruzzjoni u li tirrispetta d-drittijiet ta" l-avveniment sportiv ta" l-organizzaturi; ujitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex, flimkien ma' l-entitajiet sportivi u ma' l-operaturi tal-logħob ta' l-imħatri, jistudjaw il-possibilità li jinħoloq qafas ekwu, sostenibbli u li jiffunzjona, li jiżgura li l-isport kollu fl-Ujoni Ewropea jibqa' ħieles mill-prattika ta' mħatri illegali u jżomm il-fiduċja tal-pubbliku fl-integrità ta' l-isport;
91. Jiġbed l-attenzjoni li s-sistemi fiskali diskriminatorji li jaffavorixxu lin-nies sportivi li huma applikati fl-Istati Membri jista' jkollhom effetti li jgħawġu l-kompetizzjoni;
92. Jenfasizza, flimkien mal-Kummissjoni, il-bżonn li wieħed ikompli jipprovdi l-possibilità ta" rata mnaqqsa ta" Taxxa fuq il-Valur Mizjud għall-attivitajiet sportivi, minħabba l-irwol soċjali u r-rabtiet mill-qrib mal-komunità lokali li l-isport għandu;
93. Jinkoraġġixxi lill-organizzazzjonijiet sportivi biex jerġgħu jinvestu persentaġġ tad-dħul ġenerat mill-bejgħ tad-drittijiet tal-media u mill-inizjattivi fis-suq marbuta ma' sport partikulari, u li dan l-investiment jiġi allokat direttament għall-finanzjament u għall-għajnuna lill-voluntiera li jaħdmu bla qligħ u lis-setturi ta" dak l-isport;
94. Jikkunsidra li hu importanti li tiġi rikonoxxuta l-ispeċifiċità ta' l-organizzazzjonijiet sportivi li ma jagħmlux qligħ u jinsisti li jkun xieraq li wieħed jikkunsidra, fil-qafas tal-liġi Komunitarja, id-differenza li teżisti bejn l-organizzazzjonijiet voluntarji, l-organizzazzjonijiet li ma jagħmlux qligħ u l-intrapriżi li jagħmlu l-qligħ; Jistieden lill-Istati Membri flimkien mal-Kummissjoni biex jiddefinixxu l-isfidi prinċipali li jaffaċċjaw l-assoċjazzjonijiet sportivi li ma jagħmlux qligħ u n-natura prinċipali tas-servizzi provduti minnhom;
Kwistjonijiet relatati ma" l-impjieg ta" l-isportivi
95. Jikkunsidra li ma jkunx sew li l-atleti professjonali jkollhom inqas drittijiet minn ħaddiema oħra b'kuntratt u għalhekk jikkunsidra li hu importanti li l-atleti professjonali jkollhom firxa wiesgħa u trasparenti ta' drittijiet bħall-ħaddiema oħra, inkluż id-dritt li jidħlu jew li jirrifjutaw milli jidħlu fi ftehim kollettivi jew li jissieħbu f'junjins professjonali u d-dritt li jirreferu għal tribunali ċivili;
96. Jaffirma l-applikabilità bażika tal-leġiżlazzjoni ta" l-UE mhux diskriminatorja għall-qasam ta" l-isport fl-Ewropa u jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li kwalunkwe deroga dwar l-ispeċifiċità ta" l-isport tkun kemm legali u kemm limitata fl-iskop; Jikkunsidra li hemm ċertu sitwazzjonijiet li minħabba l-karatteristiċi speċifiċi ta' l-isport, r-restrizzjonijiet limitati u proporzjonati dwar il-moviment ħieles, jistgħu jkunu xierqa, utli u neċessarji sabiex jippromwovu l-isport fl-Istati Membri;
97. Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw, permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, li kwalunkwe regola dwar it-trasferiment ta" plejers f'kuntest Ewropew jirrispetta l-liġi ta" l-UE, b'kunsiderazzjoni xierqa għall-ispeċifiċità ta" l-isports u għal prinċipji fundamentali oħra bħaż-żamma ta" l-istabilità kuntrattwali u l-istabilità ta" kompetizzjonijiet;
98. Jistieden lill-Istati Membri u l-assoċjazzjonijiet sportivi biex jintroduċu regoli ġodda li joħolqu diskriminazzjoni diretta bbażata fuq nazzjonalità (bħar-regola ta' 6+5 proposta mill-FIFA, b'kuntrast ma" l-iskema aktar proporzjonata u mhux diskriminatorja tal-plejers imrawma domestikament); jissuġġerixxi djalogu politiku ma" l-Istati Membri bħala mezz kif tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni fl-isport permezz ta" rakkomandazzjonijiet, ta" djalogu strutturat ma" dawk involuti fl-isport u ta" proċeduri ta" ksur meta dawn huma meqjusa meħtieġa;
99. Jistieden lill-Istati Membri u lill-entitajiet regolatorji relevanti sabiex jeżaminaw allegazzjonijiet ta' korruzzjoni u ta" esplojtazzjoni fir-reklutaġġ u fl-impjieg ta' atleti, b'mod partikolari ta' atleti minorenni minn barra l-Unjoni Ewropea;
100. Jikkundanna l-prattiki ħżiena fl-attivitajiet ta" xi rappreżentanti ta" plejers sportivi professjonali li rriżultaw f'każijiet ta" korruzzjoni, ta" ħasil tal-flus u ta" sfruttar tal-plejers u ta' l-isportivi minorenni, prattiki li jagħmlu ħsara kbira lill-isport inġenerali; jemmen li r-realtà ta" l-ekonomija kurrenti madwar l-aġenti ta" plejers teħtieġ li l-entitajiet li jikkontrollaw l-isport f'kull livell, b'konsultazzjoni mal-Kummissjoni, itejbu r-regoli li jikkontrollaw l-aġenti tal-plejers; f'dan ir-rigward jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-isforzi ta" l-entitajiet ta" kontroll biex jikkontrollaw lill-aġenti tal-plejers, jekk ikun hemm bżonn billi tressaq proposta għal direttiva dwar l-aġenti tal-plejers; jappoġġja s-sħubijiet pubbliċi-privati bejn l-entitajiet li jirrappreżentaw l-interessi ta' l-isport u l-awtoritajiet inkarigati mill-ġlieda kontra l-korruzzjoni, li se jassistu fl-iżvilupp ta' strateġiji effettivi ta' prevenzjoni u ta" kastig maħsubin biex jiġġieldu l-korruzzjoni;
101. Jinnota li r-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali ta' l-aġenti tal-plejers huwa kopert mid-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 7 ta" Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (14), fejn il-professjoni hija suġġetta għal regoli nazzjonali;
102. Jinsisti li l-liġi dwar l-immigrazzjoni għandha dejjem tkun osservata meta jsir reklutaġġ ta" żgħażagħ barranin li għandhom talent u jistieden lill-Kummissjoni biex tindirizza din il-problema tat-traffikar tat-tfal fil-kuntest tad-Deċiżjoni ta" Qafas tal-Kunsill 2002/629/JHA tad-19 ta" Lulju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-traffikar tal-bniedem(15) u/jew fil-kuntest ta" l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 94/33/KE tat-22 ta" Ġunju 1994 dwar il-protezzjoni taż-żgħażagħ fuq il-post tax-xogħol(16);
103. Jistieden lill-Istati Membri u lill-assoċjazzjonijiet sportivi biex jikkoperaw fil-protezzjoni tas-saħħa mentali u fiżika taż-żgħażagħ permezz ta" informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli, l-assikurazzjoni tas-saħħa għall-isportivi, l-iffissar ta" standards minimi u l-iskambju ta" l-aħjar prattiki;
104. Jistieden lill-entitajiet li jikkontrollaw l-isports u lill-klabbs biex jimpenjaw ruħhom fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin billi
–
isiru membri taċ-"Charter" Ewropew għas-solidarjetà fl-isports, "Charter" li jobbliga lill-membri tiegħu biex jirrispettaw prattiki tajbin dwar is-sejbien, ir-reklutaġġ u l-ospitalità ta" sportivi żgħażagħ barranin;
–
joħolqu Fond ta" Solidarjetà li jiffinanzja programm ta" prevenzjoni f'pajjiżi li huma l-iktar affettwati mit-traffikar tal-bnedmin;
–
jirrevedu l-Artikolu 19 tar-Regolamenti tal-FIFA dwar l-Istatus u t-Trasferiment ta" plejers b'relazzjoni mal-protezzjoni ta" minorenni;
105. Jilqa" b'sodisfazzjon l-inkoraġġiment mogħti lit-twaqqif ta" kumitati Ewropej għad-djalogu soċjali fis-settur sportiv; Jappoġġja l-isforzi ta" min iħaddem u ta" l-impjegati f'dan il-qasa u jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli d-djalogu miftuħ tagħha ma" l-organizzazzjonijiet sportivi dwar din il-kwistjoni;
106. Jenfasizza l-importanza tad-djalogu soċjali promoss mill-Kummissjoni bħala pjattaforma indispensabbli li tippromwovi l-konsultazzjoni soċjali u relazzjonijiet stabbli bejn rappreżentanti ta" min iħaddem u ta" l-impjegati u li tiżgura ċertezza legali u stabilità kuntrattwali fl-isport; f'dan ir-rigward, jilqa" b'sodisfazzjon il-fatt li l-EPFL u l-FIFpro, filwaqt lijirrikonoxxu lil xulxin b'mod reċiproku bħala imsieħba soċjali, flimkien talbu lill-Kummissjoni biex twaqqaf formalment il-Kumitat ta" l-UE għad-djalogu soċjali fis-settur tal-futbol professjonali, bil-klabbs u l-UEFA jipparteċipaw bħala imsieħba ugwali;
107. Jikkunsidra li l-aġenti tal-plejers għandu jkollhom irwol fi djalogu soċjali msaħħa fl-isports, li flimkien ma" regolamentazjoni aħjar u ma" sistema Ewropea ta" liċenzjar għall-aġenti, jiġu evitati każijiet ta" attività illeċita mill-aġenti;
L-iffinanzjar ta" l-UE għall-isport
108. Jitlob li għall-baġit 2009, tiddaħħal linja baġitarja speċjali għal azzjonijiet preparatorji fil-qasam ta" l-isport; minħabba li l-Artikolu 149 tat-Trattat KE kif emendat mit- Trattat ta" Liżbona, jipprevedi miżuri ta" inċentiv fil-qasam ta" l-isport u minħabba li programm speċifiku ta" l-UE dwar l-iffinanzjar ta" l-isport, jista" ma jibdix jopera qabel l-2011 – dejjem jekk wieħed jassumi li t-Trattat ta" Liżbona jkun ratifikat mis-27 Stat Membru – jirrikonoxxi l-bżonn li jkun imħejji programm permezz ta" azzjonijiet preparatorji mill-2009;
109. Jitlob biex jibda l-proċess ta" implimentazzjoni għal diversi azzjonijiet imsemmija fil-Pjan ta" Azzjoni "Pierre de Coubertin";
110. Jilqa" b'sodisfazzjon l-idea ta" programm politiku sportiv ta" l-UE previsti mid-dispożizzjonijiet tit-Trattat ta" Liżbona u jistenna bil-ħerqa l-proposta rigward dan mill-Kummissjoni;
111. Jistieden lill-Kummissjoni biex tniedi azzjonijiet preparatorji fil-qasam ta" l-inklużjoni soċjali u l-isport, azzjonijiet li jiffukaw fuq proġetti b'valur miżjud Ewropew ċar u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tappoġġja proġetti li jissodisfaw dan l-għan, bħall-inizjattiva Special Olympics Unified Sports; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiddedika parti minn kwalunkwe azzjoni preparatorja futura possibbli fil-qasam ta" l-isport għall-kwistjoni tal-protezzjoni ta" minorenni;
112. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkunsidraw il-possibilità tal-ħolqien ta" programmi ta" appoġġ għal studenti li għandhom bżonnijiet fiżiċi speċjali;
113. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex bħala parti mill-istrateġiji tagħhom għall-iżvilupp sostenibbli, jipprovdu fondi għal infrastrutturi u għal proġetti relatati ma" l-isports fil-qafas tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, kif ukoll li jaħsbu għall-użu possibbli ta" l-istrumenti l-ġodda ta" finanzjament (inklużi JEREMIE u JESSICA);
114. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tinkludi l-isport b'mod xieraq fil-politiki eżistenti ta" l-UE u fil-programmi ta" ffinanzjar ta" l-UE u biex tirrapporta dwar il-progress ta" l-inklużjoni tagħha diversi drabi fis-sena;
o o o
115. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri, lill-federazzjonijiet sportivi nazzjonali u internazzjonali, kif ukoll lill-leagues u lill-kompetizzjonijiet nazzjonali.
Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta" Diċembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta" ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta" attivitajiet ta" xandir bit-televiżjoni (ĠU L 332, 18.12.2007, p.27).
– wara li kkunsidra l-Artikolu 116 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. wara li kkunsidra li l-mikrokrediti jirrappreżentaw mod ta' self ta' ammonti żgħar ta' flus li huma aċċessibbli għall-persuni żvantaġġati,
B. ifakkar li l-mikrokrediti ppermettew b'suċċess kbir, l-iżvilupp ta' proġetti awtonomi ta' xogħol, filwaqt li għamlu possibbli t-titjib tal-kundizzjonijiet ta' l-għejxien kif ukoll li huma element importanti għall-emanċipazzjoni tan-nisa,
C. iqis li l-mikrokrediti huma għodda essenzjali għall-ġlieda kontra l-faqar kif ukoll strument ta' l-Objettivi tal-Millenju,
1. Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jirrikonoxxu l-importanza tal-mikrokrediti fil-kuntest tal-Proċess ta' Barċellona u tal-politiki tal-viċinat u ta' l-iżvilupp;
2. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jappoġġjaw bis-sħiħ il-proġetti ta' mikrofinanzjament kif ukoll biex isaħħu l-programmi favur in-nisa f'dan il-qasam;
3. Jitlob li jkun hemm riżorsi umani u ekonomiċi għall-proġetti ta' mikrokrediti fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u fil-Mediterran;
4. Jissuġġerixxi l-ħolqien ta' Assoċjazzjoni konġunta ta' mikrokrediti, responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni tal-kredibilità ta' proġetti;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien ma' l-ismijiet tal-firmatarji. lill-Kunsill u lill-Kummissjoni:
List ta' firmatarji
Adamos Adamou, Vittorio Agnoletto, Vincenzo Aita, Gabriele Albertini, Jan Andersson, Georgs Andrejevs, Alfonso Andria, Laima Liucija Andrikienė, Emmanouil Angelakas, Roberta Angelilli, Kader Arif, Stavros Arnaoutakis, Francisco Assis, Elspeth Attwooll, Marie-Hélène Aubert, Margrete Auken, Inés Ayala Sender, Liam Aylward, Peter Baco, Maria Badia i Cutchet, Mariela Velichkova Baeva, Enrique Barón Crespo, Alessandro Battilocchio, Katerina Batzeli, Edit Bauer, Jean Marie Beaupuy, Zsolt László Becsey, Angelika Beer, Ivo Belet, Irena Belohorská, Monika Beňová, Rolf Berend, Giovanni Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Herbert Bösch, Vito Bonsignore, Josep Borrell Fontelles, Victor Boştinaru, Costas Botopoulos, Bernadette Bourzai, John Bowis, Emine Bozkurt, Iles Braghetto, Frieda Brepoels, Hiltrud Breyer, André Brie, Elmar Brok, Wolfgang Bulfon, Udo Bullmann, Nicodim Bulzesc, Ieke van den Burg, Philip Bushill-Matthews, Cristian Silviu Buşoi, Philippe Busquin, Simon Busuttil, Jerzy Buzek, Luis Manuel Capoulas Santos, Marco Cappato, Marie-Arlette Carlotti, Carlos Carnero González, Paulo Casaca, Michael Cashman, Carlo Casini, Françoise Castex, Giusto Catania, Alejandro Cercas, Jorgo Chatzimarkakis, Giulietto Chiesa, Ole Christensen, Philip Claeys, Luigi Cocilovo, Carlos Coelho, Richard Corbett, Giovanna Corda, Thierry Cornillet, Jean Louis Cottigny, Paul Marie Coûteaux, Michael Cramer, Corina Creţu, Gabriela Creţu, Brian Crowley, Magor Imre Csibi, Joseph Daul, Antonio De Blasio, Arūnas Degutis, Véronique De Keyser, Panayiotis Demetriou, Gérard Deprez, Proinsias De Rossa, Marie-Hélène Descamps, Albert Deß, Nirj Deva, Mia De Vits, Giorgos Dimitrakopoulos, Alexandra Dobolyi, Beniamino Donnici, Brigitte Douay, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Bárbara Dührkop Dührkop, Árpád Duka-Zólyomi, Constantin Dumitriu, Christian Ehler, Saïd El Khadraoui, Maria da Assunção Esteves, Edite Estrela, Harald Ettl, Robert Evans, Richard Falbr, Carlo Fatuzzo, Szabolcs Fazakas, Emanuel Jardim Fernandes, Francesco Ferrari, Anne Ferreira, Elisa Ferreira, Ilda Figueiredo, Petru Filip, Věra Flasarová, Hélène Flautre, Alessandro Foglietta, Nicole Fontaine, Glyn Ford, Juan Fraile Cantón, Armando França, Monica Frassoni, Duarte Freitas, Ingo Friedrich, Urszula Gacek, Michael Gahler, Kinga Gál, Milan Gaľa, Gerardo Galeote, Vicente Miguel Garcés Ramón, Iratxe García Pérez, Giuseppe Gargani, Jean-Paul Gauzès, Evelyne Gebhardt, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Claire Gibault, Adam Gierek, Robert Goebbels, Bogdan Golik, Bruno Gollnisch, Ana Maria Gomes, Donata Gottardi, Hélène Goudin, Genowefa Grabowska, Vasco Graça Moura, Ingeborg Gräßle, Luis de Grandes Pascual, Martí Grau i Segú, Louis Grech, Lissy Gröner, Françoise Grossetête, Lilli Gruber, Ignasi Guardans Cambó, Umberto Guidoni, Zita Gurmai, Catherine Guy-Quint, Fiona Hall, David Hammerstein, Benoît Hamon, Małgorzata Handzlik, Gábor Harangozó, Marian Harkin, Rebecca Harms, Joel Hasse Ferreira, Satu Hassi, Adeline Hazan, Christopher Heaton-Harris, Anna Hedh, Gyula Hegyi, Jacky Hénin, Erna Hennicot-Schoepges, Edit Herczog, Esther Herranz García, Jens Holm, Mary Honeyball, Richard Howitt, Ján Hudacký, Stephen Hughes, Alain Hutchinson, Jana Hybášková, Mikel Irujo Amezaga, Marie Anne Isler Béguin, Lily Jacobs, Mieczysław Edmund Janowski, Lívia Járóka, Elisabeth Jeggle, Rumiana Jeleva, Karin Jöns, Romana Jordan Cizelj, Madeleine Jouye de Grandmaison, Jelko Kacin, Filip Kaczmarek, Gisela Kallenbach, Othmar Karas, Sajjad Karim, Ioannis Kasoulides, Piia-Noora Kauppi, Tunne Kelam, Glenys Kinnock, Evgeni Kirilov, Ewa Klamt, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Magda Kósáné Kovács, Miloš Koterec, Sergej Kozlík, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Ģirts Valdis Kristovskis, Urszula Krupa, Wiesław Stefan Kuc, Helmut Kuhne, Sepp Kusstatscher, André Laignel, Alain Lamassoure, Jean Lambert, Stavros Lambrinidis, Alexander Lambsdorff, Vytautas Landsbergis, Carl Lang, Stéphane Le Foll, Jörg Leichtfried, Jo Leinen, Jean-Marie Le Pen, Bogusław Liberadzki, Marcin Libicki, Eva Lichtenberger, Marie-Noëlle Lienemann, Kartika Tamara Liotard, Alain Lipietz, Pia Elda Locatelli, Antonio López-Istúriz White, Andrea Losco, Patrick Louis, Caroline Lucas, Sarah Ludford, Astrid Lulling, Nils Lundgren, Marusya Ivanova Lyubcheva, Linda McAvan, Arlene McCarthy, Mary Lou McDonald, Edward McMillan-Scott, Jamila Madeira, Eugenijus Maldeikis, Vladimír Maňka, Erika Mann, Thomas Mann, Mario Mantovani, Marian-Jean Marinescu, Helmuth Markov, Sérgio Marques, David Martin, Jean-Claude Martinez, Miguel Angel Martínez Martínez, Jan Tadeusz Masiel, Antonio Masip Hidalgo, Maria Matsouka, Mario Mauro, Manolis Mavrommatis, Hans-Peter Mayer, Manuel Medina Ortega, Íñigo Méndez de Vigo, Emilio Menéndez del Valle, Willy Meyer Pleite, Rosa Miguélez Ramos, Marianne Mikko, Miroslav Mikolášik, Gay Mitchell, Nickolay Mladenov, Claude Moraes, Javier Moreno Sánchez, Luisa Morgantini, Philippe Morillon, Elisabeth Morin, Roberto Musacchio, Pasqualina Napoletano, Cătălin-Ioan Nechifor, Catherine Neris, Angelika Niebler, Lambert van Nistelrooij, Ljudmila Novak, Raimon Obiols i Germà, Vural Öger, Cem Özdemir, Péter Olajos, Jan Olbrycht, Gérard Onesta, Josu Ortuondo Larrea, Siiri Oviir, Reino Paasilinna, Justas Vincas Paleckis, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Marco Pannella, Pier Antonio Panzeri, Dimitrios Papadimoulis, Atanas Paparizov, Neil Parish, Ioan Mircea Paşcu, Aldo Patriciello, Béatrice Patrie, Vincent Peillon, Alojz Peterle, Maria Petre, Tobias Pflüger, Rihards Pīks, João de Deus Pinheiro, Józef Pinior, Mirosław Mariusz Piotrowski, Umberto Pirilli, Lapo Pistelli, Gianni Pittella, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Zita Pleštinská, Rovana Plumb, Zdzisław Zbigniew Podkański, Bernard Poignant, José Javier Pomés Ruiz, Mihaela Popa, Miguel Portas, Bernd Posselt, Christa Prets, Pierre Pribetich, Vittorio Prodi, Jacek Protasiewicz, John Purvis, Luís Queiró, Reinhard Rack, Bilyana Ilieva Raeva, Poul Nyrup Rasmussen, Karin Resetarits, José Ribeiro e Castro, Teresa Riera Madurell, Giovanni Rivera, Marco Rizzo, Michel Rocard, Zuzana Roithová, Raül Romeva i Rueda, Wojciech Roszkowski, Dagmar Roth-Behrendt, Mechtild Rothe, Libor Rouček, Martine Roure, Paul Rübig, Leopold Józef Rutowicz, Eoin Ryan, Tokia Saïfi, Aloyzas Sakalas, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, María Isabel Salinas García, Antolín Sánchez Presedo, Manuel António dos Santos, Jacek Saryusz-Wolski, Gilles Savary, Luciana Sbarbati, Pierre Schapira, Karin Scheele, Lydia Schenardi, Agnes Schierhuber, Frithjof Schmidt, Jürgen Schröder, Elisabeth Schroedter, Inger Segelström, Adrian Severin, José Albino Silva Peneda, Peter Skinner, Nina Škottová, Alyn Smith, Csaba Sógor, Bogusław Sonik, María Sornosa Martínez, Sérgio Sousa Pinto, Jean Spautz, Bart Staes, Peter Šťastný, Petya Stavreva, Catherine Stihler, Theodor Dumitru Stolojan, Daniel Strož, Margie Sudre, László Surján, Eva-Britt Svensson, Hannes Swoboda, József Szájer, Konrad Szymański, Antonio Tajani, Salvatore Tatarella, Britta Thomsen, Silvia-Adriana Ţicău, Gary Titley, Patrizia Toia, László Tőkés, Ewa Tomaszewska, Jacques Toubon, Kyriacos Triantaphyllides, Evangelia Tzampazi, Feleknas Uca, Vladimir Urutchev, Nikolaos Vakalis, Johan Van Hecke, Anne Van Lancker, Ioannis Varvitsiotis, Alejo Vidal-Quadras, Philippe de Villiers, Dominique Vlasto, Johannes Voggenhuber, Sahra Wagenknecht, Henri Weber, Renate Weber, Åsa Westlund, Anders Wijkman, Iuliu Winkler, Bernard Wojciechowski, Corien Wortmann-Kool, Francis Wurtz, Luis Yañez-Barnuevo García, Anna Záborská, Zbigniew Zaleski, Mauro Zani, Tomáš Zatloukal, Dushana Zdravkova, Gabriele Zimmer