Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2006/0135(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0361/2008

Testi mressqa :

A6-0361/2008

Dibattiti :

PV 20/10/2008 - 14
CRE 20/10/2008 - 14

Votazzjonijiet :

PV 21/10/2008 - 8.26
CRE 21/10/2008 - 8.26
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0502

Testi adottati
PDF 421kWORD 104k
It-Tlieta, 21 ta' Ottubru 2008 - Strasburgu
Liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali *
P6_TA(2008)0502A6-0361/2008

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2201/2003 fir-rigward ta' ġurisidizzjoni u introduzzjoni ta' regoli dwar liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali (COM(2006)0399 – C6-0305/2006 – 2006/0135(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0399),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 61 (c) u l-Artikolu 67 (1) tat-Trattat KE, skont liema huwa ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0305/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0361/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi tal-Parlament
Emenda 1
PREMESSA 6A (ġdida)
(6a)  Il-possibiltà li tintgħażel il-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali m'għandhiex tippreġudika l-għola interess tat-tfal.
Emenda 2
PREMESSA 6B (ġdida)
(6b)  Qabel ma jiġu magħżula l-ġuriżdizzjoni kompetenti u l-liġi applikabbli, huwa importanti li l-miżżewġin ikollhom aċċess għal informazzjoni aġġornata fir-rigward ta' l-aspetti essenzjali tal-liġi nazzjonali u Komunitarja u l-proċeduri fil-qasam tad-divorzju u tas-separazzjoni legali. Sabiex jiġi garantit dan l-aċċess għall-informazzjoni ta' kwalità adegwata, il-Kummissjoni għandha taġġorna b'mod regolari l-informazzjoni fis-sistema ta' informazzjoni pubblika bbażata fuq l-internet u mwaqqfa permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE tat-28 ta' Mejju 2001 li tistabbilixxi Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali1.
1 ĠU L 174, 27.6.2001, p. 25.
Emenda 3
PREMESSA 6C (ġdida)
(6c)  Il-possibiltà li l-ġuriżdizzjoni u l-liġi applikabbli jintagħżlu bi ftehim reċiproku m'għandhiex tippreġudika d-drittijiet u l-ugwaljanza ta' l-opportunitajiet għaż-żewġ konjuġi. F'dan ir-rigward, l-imħallfin nazzjonali għandhom ikunu konxji mill-importanza ta' għażla infurmata taż-żewġ konjuġi fir-rigward tal-konsegwenzi legali tal-ftehim milħuq.
Emenda 4
PREMESSA 7A (ġdida)
(7a)  It-terminu "residenza abitwali" għandu jiġi interpretat b'konformità mal-objettivi ta" dan ir-regolament. Is-sinifikat tiegħu għandu jiġi determinat mill-imħallef skond il-każ fuq bażi fattwali. Dan it-terminu ma jirreferix għal kunċett tal-liġi nazzjonali, iżda għal kunċett awtonomu tal-liġi Komunitarja.
Emenda 5
PREMESSA 9A (ġdida)
(9a)  Il-ftehim infurmat taż-żewġ konjuġi huwa prinċipju essenzjali ta' dan ir-Regolament. Kull imsieħeb tal-koppja għandu jkun jaf eżattament x'inhuma l-konsegwenzi ġuridiċi u soċjali tal-għażla tal-ġuriżdizzjoni u tal-liġi applikabbli.
Emenda 6
ARTIKOLU 1, PUNT 1
Titolu (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 fir-rigward ta" ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u fil-kwistjonijiet ta" responsabilità tal-ġenituri kif ukoll dwar il-liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 fir-rigward ta" ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u fil-kwistjonijiet ta" responsabilità tal-ġenituri kif ukoll dwar il-liġi applikabbli fi kwistjonijiet ta' divorzju u ta' separazzjoni legali
Emenda 7
ARTIKOLU 1 – PUNT 1 (a) (ġdid)
Artikolu 2, punt 11 (ġdid) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
(1a)  Fl-Artikolu 2, għandu jiżdied il-punt li ġej:
"11a. il-frażi 'residenza abitwali' għandha tfisser id-domiċilju ordinarju ta' persuna."
Emenda 8
ARTIKOLU 1, PUNT 2
Artikolu 3a (1) punt (a) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
(a) kull kompetenza mniżżla f' Artikolu 3 japplika, jew
(a) fil-mument meta l-ftehim jintlaħaq, il-ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru msemmi hija kompetenti skont l-Artikolu 3, jew;
Emenda 9
ARTIKOLU 1, PUNT 2
Artikolu 3a (1) punt (b) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
(b) ikun il-post ta' l-aħħar residenza abitwali komuni tal-konjuġi għal mill-inqas tliet snin, jew
(b) fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim, dan huwa l-Istat Membru tar-residenza abitwali tal-konjuġi għal mill-inqas tliet snin, bil-kundizzjoni li din is-sitwazzjoni ma ntemmitx iktar minn tliet snin qabel ma l-qorti tingħata l-ġuriżdizzjoni, jew;
Emenda 10
ARTIKOLU 1, PUNT 2
Artikolu 3a (1) punt (c) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
(c) wieħed mil-konjuġi huwa/hija ċittadin ta' Stat Membru, jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, għandu jew għandha "id-domiċilju" fit-territorjuf'wieħed minn dawn l-aħħar Stati Membri.
c) fil-mument meta ntlaħaq il-ftehim, wieħed mill-konjuġi huwa/hija ċittadin ta' dan l-Istat Membru, jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, għandu jew għandha "id-domiċilju" fit-territorju ta" wieħed minn dawn iż-żewġ Stati Membri.
Emenda 11
ARTIKOLU 1, PUNT 2
Artikolu 3a (1), punt c (a) (ġdid) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
(ca) iż-żwieġ tagħhom ikun sar f'dak l-Istat Membru.
Emenda 12
ARTIKOLU 1, PUNT 2
Artikolu 3a (2) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
2.  Ftehim li jagħti ġuriżdizzjoni ser ikun espress bil-miktub u ffirmat miż-żewġ konjuġi sa mhux iktar tard minn meta l-qorti tingħata pussess.
2.  Ftehim li jagħti ġuriżdizzjoni jista" jintlaħaq u jiġi emendat fi kwalunkwe mument, iżda sa mhux iktar tard minn meta l-qorti tingħata pussess. Huwa għandu japplika għal kull livell tal-proċedura ġudizzjarja.
Dan il-ftehim huwa fformulat bil-kitba, datat u ffirmat miż-żewġ konjuġi. Jekk il-liġi ta' l-Istat Membru li fih wieħed mill-konjuġi għandu r-residenza abitwali tiegħa/tagħha fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim tipprevedi esiġenzi formali ulterjuri għal ftehimiet bħal dawn, dawn l-esiġenzi għandhom jiġu sodisfatti. Jekk il-konjuġi għandhom ir-residenza abitwali tagħhom fi Stati Membri differenti, li l-liġijiet rispettivi tagħhom jipprevedu esiġenzi formali ulterjuri, il-ftehim huwa validu jekk jissodisfa l-esiġenzi ta' waħda minn dawn il-liġijiet.
Jekk il-ftehim huwa parti minn kuntratt ta' żwieġ, l-esiġenzi formali ta' dan il-kuntratt taż-żwieġ għandhom jiġu sodisfatti.
Emenda 13
ARTIKOLU 1, PUNT 3
Artikoli 4 u 5 (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
3)  Fl-Artikoli 4 u 5, it-termini "Artikolu 3" tbiddlu mat-termini "Artikoli 3 u 3a".
3)  Fl-Artikoli 4 u 5, it-termini "Artikolu 3" tbiddlu mat-termini "Artikoli 3, 3a u 7".
Emenda 14
ARTIKOLU 1, PUNT 5
Artikolu 7, punt (a) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
(a) il-konjuġi kellhom ir-residenza abitwali ta' qabel fit-territorju ta' Stat Membru għal mill-inqas tliet snin; jew;
(a) il-konjuġi preċedentement kellhom ir-residenza abitwali tagħhom fit-territorju ta' l-Istat Membru msemmi matul mill-inqas tliet snin, bil-kundizzjoni li t-tmiem ta' dan il-perjodu ma seħħx iktar minn tliet snin qabel ma l-qorti ngħatat l-ġuriżdizzjoni, jew;
Emenda 15
ARTIKOLU 1 – PUNT 5 (a) (ġdid)
Artikolu 7a (ġdid) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
5 a)  L-Artikolu li ġej huwa miżjud:
"Artikolu 7a
Forum necessitatis
Meta l-ġuriżdizzjoni kompetenti skond dan ir-Regolament tinsab fi Stat Membru li l-liġi tiegħu ma tipprevedix id-divorzju jew ma tirrikonoxxix l-eżistenza jew il-validità taż-żwieġ in kwistjoni, il-ġuriżdizzjoni tingħata:
(a) lill-Istat Membru tan-nazzjonalità ta' wieħed mill-konjuġi; jew
b) lill-Istat Membru li fih ġie ċċelebrat iż-żwieġ."
Emenda 16
ARTIKOLU 1, PUNT 6
Artikoli 12(1) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
6)  Fl-Artikolu 12 (1), it-termini "Artikolu 3" tbiddlu mat-termini "Artikoli 3 u 3a".
6)  Fl-Artikolu 12 (1), it-termini "Artikolu 3" tbiddlu mat-termini "Artikoli 3, 3a u 7".
Emenda 38
ARTIKOLU 1, PUNT 7
Artikolu 20a, paragrafu 1, parti introduttorja(Regolament (KE) Nru 2201/2003)
1.  Il-konjuġi jistgħu jiftiehmu sabiex jagħżlu l-liġi applikabbli għal divorzju jew separazzjoni legali. Il-konjuġi jistgħu jiftiehmu sabiex jagħżlu waħda mil-liġijiet li gejjin:
1.  Il-konjuġi jistgħu jiftiehmu sabiex jagħżlu l-liġi applikabbli għal divorzju jew separazzjoni legali sakemm din il-liġi hija f'konformità mad-drittijiet fundamentali definiti fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-prinċipju tal-politika pubblika. Il-konjuġi jistgħu jiftiehmu sabiex jagħżlu waħda mil-liġijiet li gejjin:
Emenda 18
ARTIKOLU 1, PUNT 7
Artikolu 20a (1), punt -(a) (ġdid) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
-a) il-liġi ta' l-Istat Membru tar-residenza abitwali tal-konjuġi fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim;
Emenda 19
ARTIKOLU 1, PUNT 7
Artikolu 20a (1) punt (a) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
(a) il-liġi ta" l-Istat ta" l-aħħar residenza abitwali komuni tal-konjuġi
safejn wieħed jew waħda minnhom ghadhom jgħixu hemm;
(a) il-liġi ta' l-Istat tar-residenza abitwali tal-konjuġi sakemm wieħed mit-tnejn kien għadu jgħix fiha fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim;
Emenda 20
ARTIKOLU 1, PUNT 7
Artikolu 20a (1) punt (b) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
(b) il-liġi ta' l-Istat ta' nazzjonalità ta' wieħed mill-konjuġi jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, id-"domiċilju" ta" wieħed jew waħda mill-konjuġi;
b) il-liġi ta' l-Istat ta' nazzjonalità ta' wieħed mill-konjuġi jew, fil-każ tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda, "id-domiċilju" ta' wieħed mill-konjuġi fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim;
Emenda 21
ARTIKOLU 1, PUNT 7
Artikolu 20a (1) punt (c) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
(c) il-liġi ta" l-istat fejn il-konjuġi għexu għal mill-imqas ħames snin;
(c) il-liġi ta" l-Istat fejn il-konjuġi kellhom preċedentement ir-residenza abitwali tagħhom għal mill-inqas tliet snin;
Emenda 22 u 23
ARTIKOLU 1, PUNT 7
Artikolu 20a (1), punt c (a) (ġdid) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
c a) il-liġi ta' l-Istat li fih ġie ċċelebrat iż-żwieġ;
Emenda 24
ARTIKOLU 1, PUNT 7
Artikolu 20a (2) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
2.  Ftehim li jindika l-liġi applikabbli ser ikun espress bil-miktub u jkun iffirmat miż-żewġ konjuġi sa mhux iktar tard minn meta l-qorti tingħata l-ġuriżdizzjoni.
2.  Ftehim li jindika l-liġi applikabbli ser ikun espress bil-miktub u jkun iffirmat miż-żewġ konjuġi sa mhux iktar tard minn meta l-qorti tingħata l-ġuriżdizzjoni.
Madankollu, jekk il-liġi ta' l-Istat Membru li fih wieħed mill-konjuġi għandu r-residenza abitwali tiegħa/tagħha fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim tipprevedi esiġenzi formali ulterjuri għal ftehimiet bħal dawn, dawn l-esiġenzi għandhom jiġu sodisfatti. Jekk il-konjuġi għandhom ir-residenza abitwali tagħhom fi Stati Membri differenti, li l-liġijiet rispettivi tagħhom jipprevedu esiġenzi formali ulterjuri, il-ftehim huwa validu jekk jissodisfa l-esiġenzi ta' waħda minn dawn il-liġijiet.
Jekk il-ftehim hu parti minn kuntratt ta' żwieġ, l-esiġenzi formali tal-kuntratt taż-żwieġ għandhom jiġu sodisfatti.
Emenda 25
ARTIKOLU 1, PUNT 7
Artikolu 20a (2a) (ġdid) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
2 a.  Jekk il-liġi indikata skond l-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu ma tirrikonoxxix is-separazzjoni legali jew id-divorzju jew jekk tirrikonoxxihom b'mod li huwa diskriminatorju fir-rigward ta' waħda mill-persuni li qed jiżżewġu, għandha tapplika l-lex fori.
Emenda 27
ARTIKOLU 1, PUNT 7
Artikolu 20b, punt (a) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
(a) fejn il-konjuġi għandhom ir-resdenza komuni abitwali, jew fin-nuqqas ta" dan,
a) fejn il-konjuġi għandhom ir-residenza abitwali fil-mument meta l-qorti tingħata l-ġuriżdizzjoni, jew, fin-nuqqas ta" dan,
Emenda 28
ARTIKOLU 1, PUNT 7
Artikolu 20b, punt (b) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
(b) fejn il-konjuġi kellhom l-aħħar residenza komuni abitwali sakemm wieħed jew waħda minnhom għadu jgħix hemm, jew fin-nuqqas ta" dan,
b) fejn il-konjuġi kellhom ir-residenza abitwali sakemm wieħed jew waħda minnhom kien għadu jgħix hemm fil-mument meta l-qorti tingħata l-ġuriżdizzjoni, jew fin-nuqqas ta" dan,
Emenda 29
ARTIKOLU 1, PUNT 7
Artikolu 20b, punt (c) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
(c) ta" fejn iż-żewġ konjuġi għandhom in-nazzjonalità, jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, it-tnejn li huma għandhom id-"domiċilju", jew fin-nuqqas ta' dan,
c) tan-nazzjonalità taż-żewġ konjuġi jew, fil-każ tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda, tad-''domiċilju'' taż-żewġ konjuġi fil-mument meta l-qorti tingħata l-ġuriżdizzjoni, jew fin-nuqqas ta' dan,
Emenda 30
ARTIKOLU 1, PUNT 7
Artikolu 20 b, inċiż 1 a (ġdid) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
Jekk il-liġi indikata skond l-ewwel paragrafu mhux innumerat ta' dan l-Artikolu ma tirrikonoxxix is-separazzjoni legalijew id-divorzju jew jekk tirrikonoxxihom b'mod li huwa diskriminatorju fir-rigward ta' waħda mill-persuni li qed jiżżewġu, għandha tapplika l-lex fori.
Emenda 31
ARTIKOLU 1, PUNT 7
Artikolu 20e a (ġdid) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
Artikolu 20e a
Informazzjoni min-naħa ta' l-Istati Membri
1.  Sa mhux aktar tard mill-...1, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni r-regoli nazzjonali tagħhom fir-rigward ta' l-esiġenzi formali li japplikaw għall-ftehimiet rigward l-għażla tal-ġuriżdizzjoni kompetenti u tal-liġi applikabbli.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw kull tibdil ulterjuri f'dawn ir-regoli lill-Kummissjoni.
2.  Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-informazzjoni li ġiet komunikata lilha skond l-ewwel paragrafu permezz ta' miżuri adegwati, b'mod partikolari permezz tan-netwerk ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali.
1 3 xhur wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Avviż legali - Politika tal-privatezza