Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/0138(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0388/2008

Testi mressqa :

A6-0388/2008

Dibattiti :

PV 20/10/2008 - 19
CRE 20/10/2008 - 19

Votazzjonijiet :

PV 21/10/2008 - 8.27
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0503

Testi adottati
PDF 379kWORD 56k
It-Tlieta, 21 ta' Ottubru 2008 - Strasburgu
L-immaniġġjar tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-iktar periferiċi tal-Komunità *
P6_TA(2008)0503A6-0388/2008

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 639/2004 dwar l-amministrazzjoni tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-iktar periferiċi tal-Komunità (COM(2008)0444 – C6-0298/2008 – 2008/0138(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0444),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 37 u 299(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0298/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0388/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 3 a (ġdid)
(3a)  Barra minn hekk, jirriżulta li fir-reġjuni l-iktar periferiċi jeżistu flotot li fil-maġġoranza tagħhom huma magħmula minn dgħajjes antikwati, li xi kultant ikollhom iktar minn 30 sena, u li minħabba f'dan hemm il-ħtieġa li jkun garantit appoġġ Komunitarju għat-tiġdid u għall-immodernizzar ta" dawn il-flotot, b'mod partikulari tal-flotta artiġanali, biex jittejbu l-kundizzjonijiet ta" preservazzjoni tal-ħut kif ukoll il-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta' sikurezza tal-professjonisti tas-sajd f'dawn ir-reġjuni;
Emenda 2
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 4
(4)  Għalhekk huwa xieraq li d-data ta' l-għeluq għad-deroga stabbilita fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 639/2004 tiġi estiża għal sena oħra.
(4)  Għalhekk huwa xieraq li d-data tal-għeluq għad-deroga stabbilita fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 639/2004 tiġi estiża sal-2011.
Emenda 4
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu -1 (ġdid)
Regolament (KE) Nru 639/2004
Artikolu 2 – punt 2
Artikolu -1
Fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 639/2004, il-punt 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:
"2) b'deroga mill-Artikolu 9(1)(c)(i) tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999, tista' tingħata għajnuna pubblika għall-immodernizzar tal-flotta f'dak li huwa tunnellaġġ u/jew qawwa, fil-limiti tal-livelli ta" referenza speċifiċi msemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament."
Emenda 6
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu -1 a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 639/2004
Artikolu 2 – punt 4
Artikolu -1a
Fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 639/2004, il-punt 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:
"4) b'deroga mill-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999, għajnuna pubblika għat-tiġdid ta' bastimenti tas-sajd tista' tingħata sal-31 ta' Diċembru 2009."
Emenda 7
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1
Regolament (KE) Nru 639/2004
Artikolu 2 – punt 5
Fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 639/2004, "il-31 ta' Diċembru 2008" għandu jiġi sostitwit b" "il-31 ta' Diċembru 2009".
Fl-Artikolu 2, punt 5, tar-Regolament (KE) Nru 639/2004, id-data "31 ta' Diċembru 2008" għandha tinbidel bid-data "31 ta' Diċembru 2011".
Emenda 8
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 639/2004
Artikolu 6
Artikolu 1a
L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 639/2004 għandu jibidel b'dan li ġej:
"Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament qabel l-iskadenza tad-derogi li dan jipprevedi. F'dak li għandu x'jaqsam mal-miżuri stipulati fl-Artikolu 2, il-Kummissjoni għandha tipproponi, jekk ikun il-każ, l-adattamenti meħtieġa, skont l-evoluzzjoni tal-bżonnijiet soċjoekonomiċi tar-reġjuni kkonċernati u tal-istat tar-riżorsi tas-sajd rispettivi tagħhom."
Avviż legali - Politika tal-privatezza