Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/2291(INS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B6-0575/2008

Testi mressqa :

B6-0575/2008

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 22/10/2008 - 4.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0505

Testi adottati
PDF 200kWORD 32k
L-Erbgħa, 22 ta' Ottubru 2008 - Strasburgu
Approvazzjoni tan-nomina ta' Baroness Catherine Margaret Ashton bħala membru tal-Kummissjoni
P6_TA(2008)0505B6-0575/2008

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2008 li tapprova l-ħatra ta' Catherine Margaret Ashton, il-Barunessa Ashton of Upholland, bħala Membru tal-Kummissjoni

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 214(2), it-tielet subparagrafu, u l-Artikolu 215 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 4 tal-Ftehima ta' Qafas bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni(1),

–   wara li kkunsidra l-ittra ta' riżenja tas-Sur Peter Mandelson minn Membru tal-Kummissjoni, bid-data tat-3 ta' Ottubru 2008,

–   wara li kkunsidra n-nomina mill-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq ta' Catherine Margaret Ashton, il-Barunissa Ashton of Upholland, bħala Membru tal-Kummissjoni,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/779/KE, Euratom tas-6 ta' Ottubru 2008 li taħtar Membru ġdid tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej(2),

–   wara li kkunsidra s-seduta ta' smigħ tal-Kummissarju magħżula quddiem il-kumitat responsabbli, li saret fl-20 ta' Ottubru 2008,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 99 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Japprova l-ħatra ta' Catherine Margaret Ashton, il-Barunessa Ashton of Upholland, bħala Membru tal-Kummissjoni għall-bqija tal-mandat tal-Kummissjoni sal-31 ta' Ottubru 2009;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) ĠU C 117 E, 18.5.2006, p. 123
(2) ĠU L 267, 8.10.2008, p. 31.

Avviż legali - Politika tal-privatezza