Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar xogħol temporanju permezz ta' aġenzija (10599/2/2008 – C6-0327/2008 – 2002/0072(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (10599/2/2008 – C6-0327/2008),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2002)0149),
– wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2002)0701),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 67,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0373/2008),
1. Japprova l-pożizzjoni komuni;
2. Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni komuni;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 254(1) tat-Trattat tal-KE;
4. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju-Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti tal-Istati Membri.