Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/0047(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0404/2008

Testi mressqa :

A6-0404/2008

Dibattiti :

PV 20/10/2008 - 17
CRE 20/10/2008 - 17

Votazzjonijiet :

PV 22/10/2008 - 4.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0508

Testi adottati
PDF 366kWORD 37k
L-Erbgħa, 22 ta' Ottubru 2008 - Strasburgu
Programm Komunitarju pluriennali dwar il-ħarsien tat-tfal li jużaw l-Internet u t-teknoloġiji l-oħrajn tal-komunikazzjoni ***I
P6_TA(2008)0508A6-0404/2008
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm Komunitarju pluriennali dwar il-ħarsien tat-tfal li jużaw l-Internet u t-teknoloġiji l-oħrajn tal-komunikazzjoni (COM(2008)0106 – C6-0092/2008 – 2008/0047(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0106),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 153 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0092/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0404/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Iqis li l-ammont ta' referenza finanzjarja ta' EUR 55 000 000 li jidher fil-proposta leġiżlattiva għall-implimentazzjoni tal-programm għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2009 u l-31 ta' Diċembru 2013 għandu jkun jaqbel mal-limitu massimu stabbilit fis-sottointestatura 1a tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2007-2013;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' Ottubru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru .../2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm Komunitarju pluriennali dwar il-ħarsien tat-tfal li jużaw l-Internet u t-teknoloġiji l-oħrajn tal-komunikazzjoni
P6_TC1-COD(2008)0047

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Deċiżjoni Nru 1351/2008/KE.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza