Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħarsien tal-konsumaturi rigward ċerti aspetti ta" timeshares, prodotti ta" btala fuq tul ta" żmien, bejgħ mill-ġdid u skambju (COM(2007)0303 – C6-0159/2007 – 2007/0113(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0303),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament(C6-0159/2007),
– wara li kkunsidra l-garanziji mogħtija mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tal-24 ta' Settembru 2008 sabiex tkun adottata l-proposta kif ġiet emendata, b'konformità mal-Artikolu 251(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu kif ukoll tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0195/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' Ottubru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-konsumatur rigward ċerti aspetti ta" kuntratti ta" timeshare, kuntratti dwar prodotti ta" vaganza għal perijodu fit-tul, kuntratti ta" bejgħ mill-ġdid u kuntratti ta" skambju
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2008/122/KE.)