Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2008 dwar l-abbozz għal regolament tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ġunju 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' elementi relatati mal-prospetti u r-reklami u għall-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ġunju 2008 dwar l-użu minn dawk li joħorġu titoli ta' pajjiżi terzi ta' standards nazzjonali ta' kontabilita ta' ċertu pajjiżi terzi u l-istandards ta' rappurtar finanzjarji internazzjonali biex jippreparaw id-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta" Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ(1), b'mod partikolari l-Artikolu 7(1) tagħha,
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat(2), b'mod partikolari it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 23(4) tagħha,
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali ta' kontabilita(3),
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 tal-21 ta" Diċembru 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni tal-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabilità applikati mill-emittenti tal-pajjiż terz ta" titoli skont id-Direttivi 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4),
– wara li kkunsidra l-abbozz tar-regolament tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ġunju 2008 li temenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 li timplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' elementi relatati ma prospectuses u riklami,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ġunju 2008 dwar l-użu minn dawk li joħorġu titoli ta' pajjiżi terzi ta' standards nazzjonali ta' kontabilita ta' ċertu pajjiżi terzi u l-istandards ta' rappurtar finanzjarji internazzjonali biex jippreparaw id-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni(5)
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2007 dwar l-abbozz ta" regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 809/2004 dwar l-istandards tal-kontabilità li bi qbil magħhom titfassal l-informazzjoni storika li jkun fihom il-Prospetti dwar l-abbozz ta" deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-użu minn entitajiet ta" pajjiżi terzi li joħorġu t-titoli ta' informazzjoni ppreparata skont standards tal-kontabilità rikonoxxuti internazzjonalment(6),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 81 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
Fir-rigward tal-abbozz għal regolament u l-abbozz għal deċiżjoni
1. Jinnota l-progress miksub mill-Kummissjoni fl-eliminazzjoni tar-rekwiżiti ta" rikonċiljazzjoni għall-entitatjiet tal-UE li joħorġu t-titoli f'pajjiżi terzi; jagħraf il-passi li ttieħdu lejn ir-rikonoxximent tal-Prinċipji Ġeneralment Aċċettati ta' Kontabilità tal-US (US GAAP) u l-Istandards ta' Rappurtar Finanzjarju Internazzjonali (IFRS) kif adottati mill-UE;
2. Huwa tal-fehma li l-Prinċipji Ġeneralment Aċċettati ta' Kontabilità ta" pajjiżi terzi (pajjiżi terzi GAAP) għandhom jitqiesu ekwivalenti għall-IFRS kif adottat skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jekk l-investituri jkunu f'pożizzjoni li jagħmlu deċiżjoni simili irrispettivament minn jekk ikunux ġew ipprovduti b'rendikonti finanzjarji bbażati fuq l-IFRS jew fuq il-GAAP ta" pajjiż terz u jekk l-assigurazzjoni u l-infurzar tal-verifika fuq il-livelli ta' entità humiex biżżejjed biex l-investituri joqogħdu fuqhom;
3. Iqis li r-regolaturi għandhom iżommu djalogu attiv għaddej mal-kontropartijiet internazzjonali tagħhom fir-rigward tal-applikazzjoni u l-infurzar konsistenti tal-IFRS u jsaħħu l-koperazzjoni u l-qsim tal-informazzjoni;
4. Jinnota li l-IFRS maħruġa mill-Bord ta' Standards ta' Kontabilità Internazzjonali (IASB) jipprovdu bażi soda biex ir-regolaturi jaħdmu fuq il-konverġenza tal-istandards tal-kontabilità globalment; huwa tal-fehma li l-applikazzjoni dinjija tal-istandards tal-kontabilità aċċettati tista" ttejjeb it-trasparenza u t-tqabbil tar-rendikonti finanzjarji, u b'hekk toffri benefiċċji sostanzjali kemm għall-kumpaniji kif ukoll għall-investituri;
5. Jemmen li l-ħolqien tal-konverġenza tal-istandards tal-kontabilità jikkostitwixxi kompitu importanti, però jenfasizza li l-għan aħħari jrid ikun li kull ġurisdizzjoni tadotta l-IFRS filwaqt li tirrispetta l-qafas demokratiku u legali tagħha;
6. Jilqa" b'sodisfazzjon ir-Regolament (KE) Nru 1569/2007 li jipprovdi għad-definizzjoni tal-ekwivalenza u jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni tal-ekwivalenza tal-GAAP ta' pajjiż terz; jenfasizza li r-Regolament (KE) Nru 1569/2007 jeħtieġ li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tippermetti l-emittenti Komunitarji jużaw l-IFRS adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 fil-pajjiż terz ikkonċernat;
7. Jinnota li l-Istati Uniti biss tirrikonoxxi r-rapporti finanzjarji skont l-IFRS kif maħruġa mill-IASB; jirrikonoxxi madankollu li l-Istati Uniti jippermettu li jkun hemm perjodu ta' tranżizzjoni qasir li matulu rendikonti finanzjarji preparati taħt l-IFRS kif adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, jiġu aċċettati wkoll mingħajr il-ħtieġa ta' rikonċiljazzjoni;
8. Jenfasizza li ċertu pajjiżi terzi ma stqarrux b'mod ċar u pubblikament meta se japplikaw l-IFRS għall-emittenti domestiċi tagħhom;
9. Iqis li l-abbozz ta" deċiżjoni tal-Kummissjoni u l-abbozz ta" regolament tal-Kummissjoni għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati mir-Regolament (KE) Nru 1569/2007 u din ir-riżoluzzjoni;
10. Jilqa" l-pjanijiet direzzjonali li ġew ippreżentati reċentement minn ċerti pajjiżi terzi sabiex jaqilbu għall-IFRS. jitlob lill-Kummissjoni sabiex tissorvelja l-progress ta" dawk il-pjanijiet direzzjonali mħabbra pubblikament bil-għan li jitneħħa r-rikonoxximent ta' ekwivalenza meta jintlaħqu d-dati predeterminati tal-bidla;
11. Jinnota li saru proposti sabiex tiġi żviluppata governanza tal-IASB;
12. Jiġbed l-attenzjoni għar-rapport tal-Kummissjoni tat-22 ta' April 2008 dwar il-progress li qed isir fl-eliminazzjoni ta' rekwiżiti ta' rikonċiljazzjoni u għall-isforzi magħmula minn dawk li jistipulaw l-istandards tal-kontabilitá (accounting standard setters) f'pajjiżi terzi biex dawn jikkonformaw mal-IFRS;
13. Jipproponi li jimmodifika l-abbozz tar-regolament tal-Kummissjoni kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni
Modifika
Modifika 1 Abbozz ta' regolament - Att li jemenda Premessa 3
(3) Għall-valutazzjoni ta' l-ekwivalenza bejn il-Prinċipji tal-Kontabbiltà Aċċettati Ġeneralment (GAAP) ta' pajjiż terz ma' l-IFRS adottati, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 tal-21 ta" Diċembru 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni ta" l-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabbiltà applikati mill-emittenti tal-pajjiż terz ta" titoli skond id-Direttivi 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jipprovdi għad-definizzjoni ta' l-ekwivalenza u jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni ta' l-ekwivalenza tal-GAAP ta' pajjiż terz.
(3) Għall-valutazzjoni ta' l-ekwivalenza bejn il-Prinċipji tal-Kontabbiltà Aċċettati Ġeneralment (GAAP) ta' pajjiż terz ma' l-IFRS adottati, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 tal-21 ta" Diċembru 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni ta" l-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabbiltà applikati mill-emittenti tal-pajjiż terz ta" titoli skond id-Direttivi 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jipprovdi għad-definizzjoni ta' l-ekwivalenza u jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni ta' l-ekwivalenza tal-GAAP ta' pajjiż terz. Ir-Regolament (KE) Nru 1569/2007 jirrikjedi wkoll li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tkun tali li l-emittenti Komunitarji jiġu permessi li jużaw l-IFRS adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 fil-pajjiż terz ikkonċernat.
Modifika 2 Abbozz ta' regolament - Att li jemenda Premessa 6
(6) Fil-parir tiegħu [maħruġ f'Marzu, f'Mejju 2008 u fi …. rispettivament], is-CESR irrakkomanda li l-GAAP ta' l-Istati Uniti u tal-Ġappun jitqiesu bħala ekwivalenti għall-IFRS għall-użu fil-Komunità. Barra minn hekk, is-CESR irrakkomanda l-aċċettazzjoni ta' rapporti finanzjarji li jużaw il-GAAP taċ-Ċina, il-Kanada, il-Korea t'Isfel fil-Komunità fuq bażi temporanja, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011.
(6) Fil-parir tiegħu [maħruġ f'Marzu, f'Mejju u f'Ottubru 2008 rispettivament], is-CESR irrakkomanda li l-GAAP tal-Istati Uniti u tal-Ġappun jitqiesu bħala ekwivalenti għall-IFRS għall-użu fil-Komunità. Barra minn hekk, is-CESR irrakkomanda l-aċċettazzjoni ta' rapporti finanzjarji li jużaw il-GAAP taċ-Ċina, il-Kanada, il-Korea t'Isfel u l-Indja fil-Komunità fuq bażi temporanja, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011.
Modifika 3 Abbozz ta' regolament - Att li jemenda Premessa 7
(7) Fl-2006, il-Bord tal-Istandards tal-Kontabbiltà Finanzjarja tal-Istati Uniti u l-IASB ikkonkludew Memorandum ta' Qbil li afferma mill-ġdid lil-mira tagħhom li jkun hemm konverġenza bejn il-GAAP tal-Istati Uniti u l-IFRS, u fassal programm ta' ħidma għall-ilħiq ta' din il-mira. B'riżultat ta' dan il-programm ta' ħidma, ġew solvuti bosta differenzi kbar bejn il-GAAP tal-Istati Uniti u l-IFRS. Barra minn hekk, wara d-djalogu bejn il-Kummissjoni u s-Securities and Exchange Commission (il-Kummissjoni dwar it-Titoli u l-Kambju) tal-Istati Uniti, l-emittenti tal-Komunità li jippreparaw ir-rapporti finanzjarji tagħhom skont l-IFRS ma għadx għandhom l-obbligu jagħmlu rikonċiljazzjoni. Għaldaqstant huwa f'loku li l-GAAP ta' l-Istati Uniti jitqies ekwivalenti għall-IFRS adottati mill-1 ta' Jannar 2009.
(7) Fl-2006, il-Bord tal-Istandards tal-Kontabbiltà Finanzjarja tal-Istati Uniti u l-IASB ikkonkludew Memorandum ta' Qbil li afferma mill-ġdid lil-mira tagħhom li jkun hemm konverġenza bejn il-GAAP tal-Istati Uniti u l-IFRS, u fassal programm ta' ħidma għall-ilħiq ta' din il-mira. B'riżultat ta' dan il-programm ta' ħidma, ġew solvuti bosta differenzi kbar bejn il-GAAP tal-Istati Uniti u l-IFRS. Barra minn hekk, wara d-djalogu bejn il-Kummissjoni u s-Securities and Exchange Commission (il-Kummissjoni dwar it-Titoli u l-Kambju) tal-Istati Uniti, l-emittenti tal-Komunità li jippreparaw ir-rapporti finanzjarji tagħhom skont l-IFRS kif maħruġ mill-IASB ma għadx għandhom l-obbligu jagħmlu rikonċiljazzjoni. Għaldaqstant huwa f'loku li l-GAAP ta' l-Istati Uniti jitqies ekwivalenti għall-IFRS adottati mill-1 ta' Jannar 2009.
Modifika 4 Abbozz ta' regolament - Att li jemenda Premessa 12 a (ġdida)
(12a)Il-Gvern Indjan u l-Istitut Indjan tal-Akkawntants Ikkwalifikati ħadu impenn pubbliku f'Lulju 2007 li se jadottaw l-IFRS sal-31 ta' Diċembru 2011 u qed jieħdu miżuri effikaċi biex jiżguraw it-tranżizzjoni għall-IFRS, f'waqtha u sħiħa, sa dik id-data.
Modifika 5 Abbozz ta' regolament - Att li jemenda Artikolu 1 - punt 1 Regolament (KE) Nru 809/2004 Artikolu 35 - paragrafu 5 A
5A. L-emittenti ta" pajjiżi terzi mhumiex suġġetti għal obbligu, skond l-Anness I, punt 20.1; l-Anness IV, punt 13.1; l-Anness VII, punt 8.2; l-Anness X, punt 20.1 jew l-Anness XI, punt 11.1, li jerġgħu jirrappurtaw informazzjoni finanzjarja inkluża fi prospett u rilevanti għas-snin finanzjarji qabel is-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta' Jannar 2012 jew wara dik id-data, jew għal obbligu skond l-Anness VII, punt 8.2.bis; l-Anness IX, punt 11.1; jew l-Anness X, punt 20.1.bis, li jipprovdu deskrizzjoni narrattiva tad-differenzi bejn l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju adottati skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 u l-prinċipji tal-kontabbiltà li permezz tagħhom tkun tfasslet it-tali informazzjoni, bil-kundizzjoni li l-informazzjoni finanzjarja storika tkun ippreparata skond il-Prinċipji tal-Kontabbiltà Aċċettati Ġeneralment tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Kanada jew ir-Repubblika tal-Korea.
5A. L-emittenti ta" pajjiżi terzi mhumiex suġġetti għal obbligu, skont l-Anness I, punt 20.1; l-Anness IV, punt 13.1; l-Anness VII, punt 8.2; l-Anness X, punt 20.1 jew l-Anness XI, punt 11.1, li jerġgħu jirrappurtaw informazzjoni finanzjarja inkluża fi prospett u rilevanti għas-snin finanzjarji qabel is-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta' Jannar 2012 jew wara dik id-data, jew għal obbligu skond l-Anness VII, punt 8.2.bis; l-Anness IX, punt 11.1; jew l-Anness X, punt 20.1.bis, li jipprovdu deskrizzjoni narrattiva tad-differenzi bejn l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 u l-prinċipji tal-kontabilità li permezz tagħhom tkun tfasslet tali informazzjoni, bil-kundizzjoni li l-informazzjoni finanzjarja storika tkun ippreparata skont il-Prinċipji tal-Kontabilità Aċċettati Ġeneralment tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Kanada, ir-Repubblika tal-Korea jew ir-Repubblika tal-Indja.
Modifika 6 Abbozz ta' regolament - Att li jemenda Artikolu 1 a (ġdid)
Artikolu 1 a (ġdid) Il-Kummissjoni għandha tkompli tissorvelja, bl-għajnuna teknika tas-CESR, l-isforzi magħmula minn pajjiżi terzi biex joqorbu lejn l-adozzjoni ta' l-IFRS u żżomm għaddej djalogu attiv mal-awtoritajiet matul il-proċess ta' konverġenza. Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport dwar il-progress f'dan ir-rigward lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat ta' Titoli Ewropej (ECS) matul l-2009.
Modifika 7 Abbozz ta' regolament - Att li jemenda Artikolu 1 b (ġdid)
Artikolu 1 b (ġdid) Dati mħabbra pubblikament għall-bidla lejn l-IFRS minn pajjiżi terzi għandhom iservu ta" dati ta" referenza sabiex titneħħa l-ekwivalenza rikonoxxuta għal pajjiżi terzi bħal dawn.
14. Jipproponi li jemenda l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kummissjoni kif ġej:
Test propost mill-Kummissjoni
Modifika
Modifika 8 Abbozz ta' deċiżjoni Premessa 5
(5) Għall-valutazzjoni ta' l-ekwivalenza bejn il-Prinċipji tal-Kontabbiltà Aċċettati Ġeneralment (GAAP) ta' pajjiż terz ma' l-IFRS adottati, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 tal-21 ta" Diċembru 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni ta" l-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabbiltà applikati mill-emittenti tal-pajjiż terz ta" titoli skond id-Direttivi 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jipprovdi għad-definizzjoni ta' l-ekwivalenza u jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni ta' l-ekwivalenza tal-GAAP ta' pajjiż terz.
(5) Għall-valutazzjoni ta' l-ekwivalenza bejn il-Prinċipji tal-Kontabbiltà Aċċettati Ġeneralment (GAAP) ta' pajjiż terz ma' l-IFRS adottati, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 tal-21 ta" Diċembru 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni ta" l-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabbiltà applikati mill-emittenti tal-pajjiż terz ta" titoli skond id-Direttivi 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jipprovdi għad-definizzjoni ta' l-ekwivalenza u jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni ta' l-ekwivalenza tal-GAAP ta' pajjiż terz. Ir-Regolament (KE) 1569/2007 jirrikjedi wkoll li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tkun tali li l-emittenti Komunitarji jiġu permessi li jużaw l-IFRS adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 fil-pajjiż terz ikkonċernat.
Modifika 9 Abbozz ta' deċiżjoni Premessa 7
(7) Fil-parir tiegħu [maħruġ f'Marzu, f'Mejju 2008 u … rispettivament], is-CESR irrakkomanda li l-GAAP ta' l-Istati Uniti u tal-Ġappun jitqiesu bħala ekwivalenti għall-IFRS għall-użu fil-Komunità. Barra minn hekk, is-CESR irrakkomanda l-aċċettazzjoni ta' rapporti finanzjarji li jużaw il-GAAP taċ-Ċina, il-Kanada u l-Korea t'Isfel fil-Komunità fuq bażi temporanja, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011.
(7) Fil-parir tiegħu [maħruġ f'Marzu, f'Mejju 2008 u f'Ottubru 2008 rispettivament], is-CESR irrakkomanda li l-GAAP tal-Istati Uniti u tal-Ġappun jitqiesu bħala ekwivalenti għall-IFRS għall-użu fil-Komunità. Barra minn hekk, is-CESR irrakkomanda l-aċċettazzjoni ta' rapporti finanzjarji li jużaw il-GAAP taċ-Ċina, il-Kanada, il-Korea t'Isfel u l-Indja fil-Komunità fuq bażi temporanja, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011.
Modifika 10 Abbozz ta' deċiżjoni Premessa 8
(8) Fl-2006, il-Bord ta' l-Istandards tal-Kontabbiltà Finanzjarja ta' l-Istati Uniti u l-IASB kkonkludew Memorandum ta' Qbil li afferma mill-ġdid lil-mira tagħhom li jkun hemm konverġenza bejn il-GAAP ta' l-Istati Uniti u l-IFRS, u fassal programm ta' ħidma għall-ilħiq ta' din il-mira. B'riżultat ta' dan il-programm ta' ħidma, ġew solvuti bosta differenzi kbar bejn il-GAAP ta' l-Istati Uniti u l-IFRS. Barra minn hekk, wara d-djalogu bejn il-Kummissjoni u s-Securities and Exchange Commission (il-Kummissjoni dwar it-Titoli u l-Kambju) ta' l-Istati Uniti, l-emittenti tal-Komunità li jippreparaw ir-rapporti finanzjarji tagħhom skond l-IFRS ma għadx għandhom l-obbligu jagħmlu rikonċiljazzjoni. Għaldaqstant huwa f'loku li l-GAAP ta' l-Istati Uniti jitqies ekwivalenti għall-IFRS adottati mill-1 ta' Jannar 2009.
(8) Fl-2006, il-Bord ta' l-Istandards tal-Kontabbiltà Finanzjarja ta' l-Istati Uniti u l-IASB kkonkludew Memorandum ta' Qbil li afferma mill-ġdid lil-mira tagħhom li jkun hemm konverġenza bejn il-GAAP ta' l-Istati Uniti u l-IFRS, u fassal programm ta' ħidma għall-ilħiq ta' din il-mira. B'riżultat ta' dan il-programm ta' ħidma, ġew solvuti bosta differenzi kbar bejn il-GAAP ta' l-Istati Uniti u l-IFRS. Barra minn hekk, wara d-djalogu bejn il-Kummissjoni u s-Securities and Exchange Commission (il-Kummissjoni dwar it-Titoli u l-Kambju) ta' l-Istati Uniti, l-emittenti tal-Komunità li jippreparaw ir-rapporti finanzjarji tagħhom skond l-IFRS kif maħruġ mill-IASB ma għadx għandhom l-obbligu jagħmlu rikonċiljazzjoni. Għaldaqstant huwa f'loku li l-GAAP ta' l-Istati Uniti jitqies ekwivalenti għall-IFRS adottati mill-1 ta' Jannar 2009.
Modifika 11 Abbozz ta' deċiżjoni Premessa 13 a (ġdid)
(13a)Il-Gvern Indjan u l-Istitut Indjan tal-Akkawntants Ikkwalifikati ħadu impenn pubbliku f'Lulju 2007 li se jadottaw l-IFRS sal-31 ta' Diċembru 2011 u qed jieħu miżuri effikaċi biex jiżguraw it-tranżizzjoni għall-IFRS, f'waqtha u sħiħa, sa dik id-data.
Modifika 12 Abbozz ta' deċiżjoni Artikolu 1 - paragrafu 1 - parti introduttorja
Mill-1 ta' Jannar 2009, minbarra l-IFRS adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, emittent ta' pajjiż terz għandu jitħalla jipprepara r-rapporti finanzjarji konsolidati tiegħu skont l-istandards li ġejjin:
Mill-1 ta' Jannar 2009, minbarra l-IFRS adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, l-istandards li ġejjin se jitiqiesu ekwivalenti għall-IFRS adodatti skont ir-Regolament (EK) Nru 1606/2002 rigward ir-rapporti finanzjarji konsolidati annwali u ta' nofs is-sena:
Modifika 13 Abbozz ta' deċiżjoni Artikolu 1 - paragrafu 2
Qabel is-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta' Jannar 2012, emittent ta' pajjiż terz għandu jitħalla jipprepara r-rapporti finanzjarji konsolidati annwali u ta' kull sitt xhur tiegħu skond il-Prinċipji tal-Kontabbiltà Aċċettati Ġeneralment tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew il-Kanada jew ir-Repubblika tal-Korea.
Qabel is-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta' Jannar 2012, emittent ta' pajjiż terz għandu jitħalla jipprepara r-rapporti finanzjarji konsolidati annwali u ta' kull sitt xhur tiegħu skond il-Prinċipji tal-Kontabilità Aċċettati Ġeneralment tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew il-Kanada, ir-Repubblika tal-Korea jew ir-Repubblika tal-Indja.
Modifika 14 Abbozz ta' deċiżjoni Artikolu 1a ġdid
Artikolu 1 a Il-Kummissjoni għandha tkompli tissorvelja, bl-għajnuna teknika tas-CESR, l-isforzi magħmula minn pajjiżi terzi biex joqorbu lejn l-IFRS u żżomm għaddej djalogu attiv mal-awtoritajiet matul il-proċess ta' konverġenza. Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport dwar il-progress f'dan ir-rigward lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat tat-Titoli Ewropej (ECS) matul l-2009.
Modifika 15 Abbozz ta' deċiżjoni Artikolu 1b ġdid
Artikolu 1 b Dati mħabbra pubblikament minn pajjiżi terzi fir-rigward tal-bidla lejn l-IFRS għandhom iservu ta" dati ta" referenza sabiex titneħħa l-ekwivalenza rikonoxxuta għal dawk il-pajjiżi terzi.
15. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.