Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0039(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0416/2008

Testi mressqa :

A6-0416/2008

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 18/11/2008 - 7.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0528

Testi adottati
PDF 200kWORD 34k
It-Tlieta, 18 ta' Novembru 2008 - Strasburgu
Protokoll għall-Ftehima ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn il-KE u l-Każakstan *
P6_TA(2008)0528A6-0416/2008

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Novembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehima ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda u r-Repubblika tal-Każakstan min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea (COM(2007)0105 – C6-0328/2008 – 2007/0039(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (COM(2007)0105),

–   wara li kkunsidra Ftehima ta" Sħubija u Koperazzjoni mar-Repubblika tal-Każakstan,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 44(2), l-Artikolu 47(2), l-aħħar sentenza, l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133, 181a, u l-Artikolu 300(2), it-tieni sentenza, tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 101 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, li permezz tiegħu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6–0328/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0416/2008),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Każakstan.

Avviż legali - Politika tal-privatezza