Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/0146(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0391/2008

Testi mressqa :

A6-0391/2008

Dibattiti :

PV 18/11/2008 - 5
CRE 18/11/2008 - 5

Votazzjonijiet :

PV 18/11/2008 - 7.15
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0542

Testi adottati
PDF 439kWORD 118k
It-Tlieta, 18 ta' Novembru 2008 - Strasburgu
Programm għall-konsum tal-frott fl-iskejjel *
P6_TA(2008)0542A6-0391/2008

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Novembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar tal-politika agrikola komuni u (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) biex tiġi stabbilita Skema ta' Frott għall-Iskejjel (COM(2008)0442 – C6-0315/2008 – 2008/0146(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0442),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema l-Kunsill ikkonsulta l-Parlament (C6-0315/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0391/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tibdel il-proposta tagħha kif meħtieġ, b'konformità mal-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinnotifika lill-Parlament jekk ikun biħsiebu jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jikkonsulta mal-Parlament mill-ġdid jekk biħsiebu jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 2
(2)  L-għanijiet tal-PAK preskritti fl-Artikolu 33 tat-Trattat jinkludu l-istabilizzazzjoni tas-swieq, l-assigurazzjoni tad-disponibbilità tal-provvisti u l-iżgurar li l-provvisti jilħqu lill-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli. Il-forniment ta' l-għajnuna tal-Komunità fil-kuntest ta" Skema tal-Frott għall-Iskejjel li tipprovdi frott, tal-ħaxix u tal-banana lill-istudenti fl-istabbilimenti edukattivi jilħaq dawn l-għanijiet. Barra minn hekk, l-Iskema għandha ġġiegħel konsumaturi żgħar japprezzaw il-frott u l-ħxejjex u għalhekk għandha żżid il-konsum għall-ġejjieni permezz tad-dħul mill-promozzjoni fl-agrikoltura, huwa wieħed mill-għanijiet tal-PAK ukoll. Mhux biss, skond l-Artikolu 35(b) tat-Trattat, jista" jsir provvediment għal azzjonjiet konġunti fil-qafas tal-politika agrikola komuni, bħal per eżempju Skema ta' Frott għall-Iskejjel, sabiex tippromwovi l-konsum ta' ċerti prodotti.
(2)  L-għanijiet tal-PAK preskritti fl-Artikolu 33 tat-Trattat jinkludu l-istabilizzazzjoni tas-swieq, l-assigurazzjoni tad-disponibbilità tal-provvisti u l-iżgurar li l-provvisti jilħqu lill-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli. Il-forniment tal-għajnuna tal-Komunità fil-kuntest ta" Skema tal-Frott għall-Iskejjel li tipprovdi frott u ħaxix u banana u prodotti tagħhom ta" oriġini fl-UE, li għandhom ikunu l-iktar friski possibbli, staġonali u li jistgħu jinkisbu bi prezz baxx, lill-istudenti fl-istabbilimenti edukattivi jilħaq dawn l-għanijiet. Kif jitlob l-prinċipju ta" sussidjarjetà, l-Istati Membri, meta jkunu qed jiddeterminaw il-grupp fil-mira, għandhom jingħataw biżżejjed flessibilità li tippermettilhom, filwaqt li jżommu mal-bżonnijiet tagħhom, li jfornu frott tal-iskejjel lill-ikbar ċirku wiesa" possibbli ta" utenti. Barra minn hekk, l-Iskema għandha ġġiegħel lill-konsumaturi żgħar japprezzaw il-frott u l-ħxejjex u għalhekk għandu jkollha effett pożittiv għoli fuq is-saħħa pubblika u fil-ġlieda kontra l-faqar tat-tfal, iżżid il-konsum tal-ġejjieni, għandha toħloq effett multiplikatur billi tinvovli lill-istudenti, lill-ġenituri u lill-għalliema, biex b'hekk ikollha effett notevolment pożittiv fuq is-saħħa pubblika u tippromwovi d-dħul fl-agrikoltura, li huwa wkoll wieħed mill-għanijiet tal-PAK║. Barra minn dan, skont l-Artikolu 35(b) tat-Trattat, tista" ssir dispożizzjoni għal azzjonijiet konġunti fil-qafas tal-politika agrikola komuni, bħal per eżempju Skema ta' Frott għall-Iskejjel, sabiex tippromwovi l-konsum ta' ċerti prodotti, li għandha tkun akkumpanjata bil-fattur addizzjonali tal-edukazzjoni dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa, u li tinkoraġġixxi u tistimula l-produtturi reġjonali, b'mod partikolari dawk tar-reġjuni muntanjużi.
Emenda 2
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 2 a (ġdida)
(2a)  L-Iskema Frott għall-Iskejjel għandha tkun identifikata bħala inizjattiva tal-UE li għandha l-għan li tiġġieled l-obeżità fost it-tfal u tiżviluppa t-togħma tagħhom għal frott u ħaxix frisk. Hija għandha sservi wkoll, bl-għajnuna ta" programmi edukattivi xierqa, biex tagħmel lit-tfal konxji tat-tibdil tal-istaġuni matul is-sena. Għal dak l-iskop, l-awtoritajiet edukattivi għandhom, bħala prijorità, jiżguraw li jitqasam frott staġjonali, filwaqt li jagħtu preferenza għal varjetà vasta ta" frott sabiex it-tfal ikunu jistgħu jiskopru togħmiet differenti.
Emenda 3
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 3
(3)  Barra dan, l-Artikolu 152(1) tat-Trattat jesiġi li "Livell għoli ta" ħarsien tas-saħħa umana għandu jkun assigurat fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta" l-istrateġiji u l-attivitajiet kollha Komunitarji." Il-benefiċċji għas-saħħa ċari ta' l-Iskema ta' Frott għall-Iskejjel huma aspetti li għandhom jiġu integrati fl-implimentazzjoni tal-PAK.
(3)  Barra dan, l-Artikolu 152(1) tat-Trattat jesiġi li "Livell għoli ta" ħarsien tas-saħħa umana għandu jkun assigurat fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-attivitajiet kollha Komunitarji." Il-benefiċċji għas-saħħa ċari tal-Iskema ta' Frott għall-Iskejjel huma aspetti li għandhom jiġu integrati fl-implimentazzjoni tal-politika tal-UE in ġenerali u fil-PAK, b'mod partikulari.
Emenda 4
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 3 a (ġdida)
(3a)  Il-Pjan ta" Azzjoni Ewropew għall-Ikel u l- Biedja Organiċi jipproponi t-tnedija ta" kampanja informattiva u promozzjonali, plurijennali u madwar l-UE kollha biex tinforma l-iskejjel dwar il-vantaġġi tal-biedja organika u biex iżżid il-kuxjenza pubblika u l-għarfien għal prodotti organiċi, inkluż l-għarfien tal-logo tal-UE. L-Iskema ta' Frott għall-Iskejjel għandha tappoġġja dawn l-objettivi, b'mod partikolari rigward il-frott organiku, u miżuri ta" akkumpanjament għandhom jinkludu l-forniment ta" informazzjoni dwar biedja organika.
Emenda 5
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 6
(6)  Għalhekk jeħtieġ li jsir provvediment għal għajnuna tal-Komunità biex tikkofinanzja l-provvista lill-istudenti fi stabbilimenti edukattivi ta' ċerti prodotti għas-saħħa tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex, frott u ħaxix ipproċessat u tal-banana u wkoll għal ċerti spejjeż relatati mal-loġistika, tqassim, tagħmir, komunikazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta' l-Iskema.
(6)  Għalhekk jeħtieġ li jsir provvediment għal għajnuna tal-Komunità biex tiffinanzja l-provvista lill-istudenti fi stabbilimenti edukattivi ta' ċerti prodotti tajbin għas-saħħa tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex, u tal-banana u wkoll għal ċerti spejjeż relatati mal-loġistika, tqassim, tagħmir, komunikazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni, kif ukoll għall-miżuri ta" akkumpanjament meħtieġa biex tkun żgurata l-effettività tal-Iskema. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-Iskema. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għar-rekwiżiti tal-kwalità u s-sostenibilità tal-prodotti koperti mill-Iskema: huma għandhom jilħqu l-ogħla standards u għandhom, preferibbilment, ikunu staġjonali u prodotti lokalment fejn possibbli, jew fl-UE.
Emenda 6
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 7
(7)  Sabiex jiżguraw implimentazzjoni ordnata ta' l-Iskema ta' Frott għall-iskejjel, l-Istati Membri, fuq livell nazzjonali jew reġjonali, li jixtiequ jagħmlu użu minnha għandhom iħejju strateġija minn qabel. Għandhom jipprovdu wkoll azzjonijiet komplimentari rekwiżiti biex jagħmlu l-iskema effettiva.
(7)  Sabiex jiżguraw implimentazzjoni ordnata tal-Iskema ta' Frott għall-iskejjel, l-Istati Membri, fuq livell nazzjonali jew reġjonali, li jixtiequ jagħmlu użu minnha għandhom iħejju strateġija minn qabel, anke fil-qasam ta" edukazzjoni għall-gruppi mmirati. Għandhom jipprovdu wkoll għal miżuri edukattivi u loġistiċi komplimentari li huma meħtieġa biex jagħmlu l-iskema effettiva, u l-Kummissjoni għandha tipprovdi linji gwida għall-implimentazzjoni ta" dan ir-Regolament. L-Istati Membri jistgħu jinkorporaw dawn il-miżuri b'mod edukattiv f'pakketti tat-tagħlim fl-iskejjel dwar is-saħħa u n-nutrizzjoni.
Emenda 7
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 8
(8)  Sabiex l-impatt globali ta' azzjonijiet nazzjonali simili ma jkunux limitati, l-Istati Membri għandhom ukoll jitħallew jagħtu għajnuna addizzjonali għall-provvista tal-prodotti u l-ispejjeż relatati u l-miżuri ta" akkumpanjament u l-Iskema ta' Frott għall-Iskejjel fil-Komunità għandha tkun bla preġudizzju lil kwalunkwe skema nazzjonali separata ta' frott għall-iskejjel separata li tirrispetta l-liġi tal-Komunità. Madankollu, sabiex ikun żgurat effett prattiku ta" l-Iskema tal-Komunità, ma għandhiex tissostitwixxi l-iffinanzjar preżenti għall-Iskema ta' Frott għall-Iskejjel nazzjonali eżistenti jew skemi oħra ta' tqassim fl-iskejjel li jinkludu l-frott.
(8)  Sabiex l-impatt globali ta' azzjonijiet nazzjonali simili ma jkunux limitati, l-Istati Membri għandhom ukoll jitħeġġu biex jagħtu għajnuna addizzjonali għall-provvista tal-prodotti u l-ispejjeż relatati u l-miżuri ta" akkumpanjament u l-Iskema ta' Frott għall-Iskejjel fil-Komunità għandha tkun bla ħsara għal kwalunkwe skema nazzjonali separata ta' frott għall-iskejjel separata li tirrispetta l-liġi tal-Komunità. Madankollu, sabiex ikun żgurat effett prattiku tal-Iskema tal-Komunità, ma għandhiex tissostitwixxi l-finanzjament nazzjonali attwali għall-Iskema ta' Frott għall-Iskejjel pluriennali eżistenti jew skemi oħra ta' tqassim fl-iskejjel li jinkludu l-frott. Il-finanzjament tal-Komunità għandu jkun ta" natura supplimentari u huwa riservat għal skemi ġodda jew għall-estensjoni ta" skemi eżistenti.
Emenda 8
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 9
(9)  Sabiex tiġi żgurata amministrazzjoni baġitarja soda, għandhon jiġu provduti limiti fissi ta' għajnuna tal-Komunità u rati massimi ta' kofinanzjament u l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-iskema għandha tiżdied mal-lista ta' azzjonijiet eliġibbli għall-iffinanzjar ta' l-EAGF stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni.
(9)  Sabiex tiġi żgurata amministrazzjoni baġitarja soda, għandhom jiġu provduti limiti fissi ta' għajnuna tal-Komunità u rati massimi ta' kofinanzjament u l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-iskema għandha tiżdied mal-lista ta' azzjonijiet eliġibbli għall-finanzjament tal-EAGF stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni. Jekk Stat Membru wieħed jew iktar ma jiħdux finanzjament Komunitarju, il-fondi jistgħu jiġu trasferiti u użati fi Stati Membri oħrajn.
Emenda 9
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 10
(10)  Sabiex tippermetti żmien għall-implimentazzjoni bla xkiel ta' l-Iskema, din għandha tapplika mis-sena skolastika 2009/10. Għandu jintbagħat rapport dwarha wara tliet snin.
(10)  Sabiex tippermetti żmien għall-implimentazzjoni bla xkiel tal-Iskema, din għandha tapplika mis-sena skolastika 2009/10. L-Istati Membri għandhom jagħmlu evalwazzjoni annwali tal-implimentazzjoni u tal-impatt tal-programm u l-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill wara tliet snin. Minħabba li programm għal tul ta" żmien twil biss se jħalli benefiċċji fit-tul, hemm bżonn li jiġu żgurati l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm sabiex titkejjel l-effettività tiegħu u jkun jista" jiġi propost titjib possibbli.
Emenda 10
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 11
(11)  Sabiex tagħmel l-iskema aktar effiċjenti, il-Komunità għandha tkun kapaċi tiffinanzja l-azzjonijiet ta' informazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni, u ta' netwerking relatati ma' l-Iskema ta' Frott għall-Iskejjel u l-għanijiet tagħha, mingħajr ħsara għas-setgħat tagħha li tikkofinanzja, fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 tas-17 ta' Diċembru 2007 dwar azzjonijiet ta' tixrid ta' informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi miżuri neċessarji ta" akkumpanjament biex jitrawwem għarfien dwar l-effetti pożittivi għas-saħħa mill-konsum ta' frott u ħxejjex.
(11)  Sabiex tagħmel l-iskema aktar effiċjenti, il-Komunità għandha tkun kapaċi tiffinanzja l-azzjonijiet ta' informazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni, u ta' netwerking relatati mal-Iskema ta' Frott għall-Iskejjel u l-għanijiet tagħha, bla ħsara għas-setgħat tagħha li tikkofinanzja, fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 tas-17 ta' Diċembru 2007 dwar azzjonijiet ta' tixrid ta' informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi miżuri neċessarji ta" akkumpanjament biex jitrawwem għarfien dwar l-effetti pożittivi għas-saħħa mill-konsum ta' frott u ħxejjex. Ikun essenzjali li l-Kummissjoni tagħmel kampanja pubbliċitarja kbira għall-Iskema mal-UE kollha.
Emenda 13
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 2 - punt 1 - punt a
Regolament (KE) Nru 1234/2007
Artikolu 103ga - Paragrafu 1
1.  Skond kundizzjonijiet li għad iridu jiġu determinati mill-Kummissjoni, mis-sena skolastika 2009/10, għandha tingħata għajnuna mill-Komunijtà għall-provvisti lill-istudenti fl-istabbilimenti edukattivi ta' ċerti prodotti mis-setturi tal-frott u ħxejjex u tal-banana li għad iridu jiġu determinati mill-Kummissjoni u jistgħu jingħataw ukoll għal ċerti spejjeż relatati mal-loġistika, tqassim, tagħmir, komunikazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni.
1.  Skont kundizzjonijiet li għad iridu jiġu determinati mill-Kummissjoni, mis-sena skolastika 2009/10, għandha tingħata għajnuna mill-Komunijtà għall-forniment lill-istudenti fl-istabbilimenti edukattivi u ta" qabel l-iskola ta' ċerti prodotti mis-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-banana ta' oriġini fl-UE, li għandhom ikunu magħżulin mill-Kummissjoni u determinati f'aktar dettall mill-Istati Membri, u għandhom jingħataw ukoll għal ċerti spejjeż relatati mal-loġistika, tqassim, tagħmir, komunikazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni, kif ukoll għal għanijiet ta" finanzjament tal-miżuri kumplimentari meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-Iskema.
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħżlu frott u ħxejjex, li għandhom ikunu friski kemm jista" jkun, staġonali u jistgħu jinxtraw bi prezz baxx, abbażi ta" kriterji tas-saħħa, pereżempju l-anqas ammont possibbli ta" addittivi mhux naturali u ħżiena għas-saħħa.
Prodotti lokali għandhom jintużaw bħala prijorità sabiex jiġu evitati t-trasport bla bżonn u t-tniġġis ambjentali li jirriżulta.
Il-frott u l-ħxejjex organiċi u lokali, jekk ikunu disponibbli, għandhom jingħataw kunsiderazzjoni partikulari.
Emenda 14
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1 – punt a
Regolament (KE) nru 1234/2007
Artikolu 103ga – Paragrafu 2
2.  L-Istati Membri, fuq livell nazzjonali jew reġjonali, li jixtiequ jipparteċipaw fl-iskema għandhom iħejju strateġija minn qabel għall-implimentazzjoni tagħha. Għandhom jipprovdu wkoll azzjonijiet komplimentari neċessarji biex jagħmlu l-iskema effettiva.
2.  L-Istati Membri, fuq livell nazzjonali jew reġjonali, li jixtiequ jipparteċipaw fl-iskema għandhom iħejju strateġija minn qabel għall-implimentazzjoni, filwaqt li jqisu l-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima li jiġu prodotti fihom il-frott u l-ħxejjex. B'rabta ma" dan, għandha tiġi żgurata l-preferenza Komunitarja tal-prodotti kkonċernati. Dawn l-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll ir-riżorsi finanzjarji Komunitarji u nazzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni u għandhom iwettqu l-miżuri komplimentari neċessarji biex jagħmlu l-iskema effettiva, bi prijorità mogħtija lit-tfal ta" qabel l-iskola u dawk fl-iskejjel primarji, li għalihom il-frott għandu jitqassam b'xejn kuljum.
Fi ħdan din l-Istrateġija, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw, inter alia, dan li ġej:
- il-prodotti li jridu jitqassmu, filwaqt li titqies ix-xorta staġjonali u lokali tal-prodotti;
- l-gruppi tal-età tal-popolazzjoni skolastika li se jibbenefikaw;
- l-istabbilimenti edukattivi li jkunu qed jipparteċipaw fl-Iskema.
Skond kriterji objettivi, l-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità lil frott u ħxejjex prodotti lokalment u tradizzjonali u jappoġġjaw l-irziezet iż-żgħar fl-implimentazzjoni tal-iskema.
Il-miżuri kumplimentari għandhom jinkludu l-għoti ta" pariri dwar is-saħħa u d-dieta u informazzjoni dwar il-benefiċċju tal-frott għas-saħħa, adattati għall-età tal-istudenti, kif ukoll informazzjoni dwar karatteristiċi partikolari tal-biedja organika.
Emenda 15
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1 – sottopunt 1
Regolament (KE) nru 1234/2007
Artikolu 103g a – Punt 3 – ittra a
(a) taqbeż EUR 90 miljun kull sena skolastika,
(a) taqbeż EUR 500 miljun kull sena skolastika,
Emenda 16
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1 – sottopunt 1
Regolament (KE) nru 1234/2007
Artikolu 103ga – Punt 3(b)
b) taqbeż il-50% ta' l-ispejjeż tal-provvista u ta' l-ispejjeż relatati kif imsemmi fil-paragrafu 1, jew 75% ta' dawn l-ispejjeż fir-reġjuni eliġibbli skond l-Għan ta' Konverġenza,
b) taqbeż l-ispejjeż tal-provvista u spejjeż relatati u dawk tal-miżuri kumplimentari kif imsemmi fil-paragrafu 1,
Emenda 17
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1 – sottopunt a
Regolament (KE) nru 1234/2007
Artikolu 103ga – paragrafu 3 - punt c
c) tkopri spejjeż oħra apparti l-ispejjeż tal-provvista kif imsemmi fil-paragrafu 1, u
c) tkopri spejjeż oħra apparti l-ispejjeż tal-provvista u spejjeż relatati u dawk tal-miżuri kumplimentari meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-Iskema, kif imsemmi fil-paragrafu 1, u
Emenda 18
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1 – sottopunt a
Regolament (KE) nru 1234/2007
Artikolu 103g – paragrafu 3 - punt d
(d) tintuża biex tissostitwixxi l-iffinanzjar preżenti għal kwalunkwe skema ta' frott għall-iskejjel nazzjonali eżistenzjali jew skemi oħra ta' tqassim fl-iskejjel li jinkludu l-frott.
(d) tintuża biex tissostitwixxi l-finanzjament pubbliku attwali għal kwalunkwe skema ta' frott għall-iskejjel nazzjonali eżistenzjali jew skemi oħra ta' tqassim fl-iskejjel li jinkludu l-frott.
Emenda 19
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1 – sottopunt a
Regolament (KE) nru 1234/2007
Artikolu 103ga – paragrafu 5
5.  L-iskema ta' frott għall-iskejjel tal-Komunità għandha tkun bla preġudizzju għal kwalunkwe skema ta' frott għall-iskejjel nazzjonali eżistenti li jirrispettaw il-liġi tal-Komunità.
5.  L-iskema ta' frott għall-iskejjel tal-Komunità għandha tkun bla ħsara għal kwalunkwe skema ta' frott għall-iskejjel nazzjonali eżistenti li jirrispettaw il-liġi tal-Komunità. Il-proġetti pilota, imwettqa fuq bażi esperimentali f'numru żgħir ta" stabbilimenti edukattivi għal perjodi limitati ta" żmien, m'għandhomx jitqiesu bħala skemi nazzjonali taħt il-paragrafu 3(d).
Emenda 21
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 3
Regolament (KE) nru 1234/2007
Artikolu 184 – Punt 6
(6) qabel il-31 ta' Awissu 2012 lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' l-Iskema ta' Frott għall-Iskejjel preskritta fl-Artikolu 103ga, akkumpanjat, jekk meħtieġ, bi proposti xierqa. Ir-rapport għandu partikularment jindirizza il-kwistjonijiet ta' vastità li biha l-iskema ppromwoviet l-istabbiliment ta' skema ta' frott għall-iskejjel li jiffunzjonaw tajjeb fl-Istati Membri u l-impatt ta' l-Iskema fuq it-titjib ta' l-abitudnijiet ta' l-ikel tat-tfal".
(6) qabel il-31 ta' Awissu 2012 lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Iskema ta' Frott għall-Iskejjel preskritta fl-Artikolu 103ga, akkumpanjat, jekk meħtieġ, bi proposti xierqa. Ir-rapport għandu partikularment jindirizza il-kwistjonijiet ta':
- il-limitu sa fejn l-iskema ppromwoviet l-istabbiliment ta' skema ta' frott għall-iskejjel li jiffunzjonaw tajjeb fl-Istati Membri u l-impatt tal-Iskema fuq it-titjib tad-drawwiet tal-ikel tat-tfal;
- il-limitu sa fejn l-għażla ta" kofinanzjament nazzjonali, permezz ta" kontribuzzjoni parentali, tkun influwenzat jew le il-firxa u l-effettività tal-iskema;
- ir-rilevanza u l-impatt ta" miżuri nazzjonali kumplimentari, b'mod partikolari l-mod ta" kif l-Iskema ta" Frott fl-Iskejjel u l-informazzjoni kumplimentari dwar dieta tajba għas-saħħa ġew inkorporati fil-kurrikulu nazzjonali;
Avviż legali - Politika tal-privatezza