Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0192B(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0503/2008

Testi mressqa :

A6-0503/2008

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 16/12/2008 - 3.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0589

Testi adottati
PDF 201kWORD 33k
It-Tlieta, 16 ta' Diċembru 2008 - Strasburgu
Protezzjoni tal-euro mill-iffalsifikar għal dawk l-Istati Membri li m'adottawx il-euro bħala munita unika tagħhom *
P6_TA(2008)0589A6-0503/2008

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1339/2001 li jestendi l-effetti tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni tal-euro mill-iffalsifikar għal dawk l-Istati Membri li m'adottawx il-euro bħala munita unika tagħhom (14533/2008 – C6-0481/2008 – 2007/0192B(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni -Konsultazzjoni mġedda)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kunsill (14533/2008),

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0525),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2008(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0481/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 43(1) u 55(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0503/2008),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li jibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi Adottati, P6_TA(2008)0280.

Avviż legali - Politika tal-privatezza