Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 17 ta' Ġunju 2008 - Strasburgu
L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni ***I
 Installazzjoni ta' apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq vetturi bil-mutur b'żewġ jew bi tliet roti (verżjoni kkodifikata) ***I
 Tagħmir ta" dawl u ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (verżjoni kkodifikata) ***I
 L-istrutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (kontroll statiku) (verżjoni kkodifikata) ***I
 Mergers ta' kumpanniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata (verżjoni kkodifikata) ***I
 Il-protezzjoni legali ta' programmi tal-kompjuter (verżjoni kkodifikata) ***I
 Ir-rikonoxximent reċiproku ta' liċenzji ta' navigabbilità għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (verżjoni kkodifikata) ***I
 Salvagwardji meħtieġa minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 48 tat-Trattat (verżjoni kkodifikata) ***I
 Spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju (verżjoni kkodifikata) *
 It-tqegħid fis-suq ta" materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dielja (verżjoni kkodifikata) *
 Il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna l-proċedura Komunitarja sabiex tittejjeb it-trasparenza ta' prezzijiet tal-gass u ta' l-elettriku imposti fuq konsumaturi industrijali (verżjoni riformulata) ***I
 Statistika nominali dwar il-qabda mill-Istati Membri li jistadu f'ċerti zoni barra dawk ta" l-Atlantiku tat-Tramuntana (riformulazzjoni) ***I
 Statistika tal-qabda u ta" l-attività tas-sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (tfassil mill-ġdid) ***I
 Statistika nominali dwar il-qabda mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal ta" l-Atlantiku (riformulazzjoni) ***I
 Il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ismijiet tat-tessuti (riformulazzjoni) ***I
 L-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja inkonnessjoni ma' l-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati *
 Skambju ta' informazzjoni estratta minn rekords kriminali bejn l-Istati Membri *
 Protezzjoni ta' l-euro kontra l-iffalsifikar *
 Regoli ta' Proċedura tal-Qorti ta' Ġustizzja li jispeċifikaw ir-regoli lingwistiċi li japplikaw għall-proċedura ta' reviżjoni *
 Il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi ***II
 Standards tal-kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika dwar l-ilma ***II
 Il-livell minimu ta" taħriġ tal-baħħara (tfassil mill-ġdid) ***I
 L-iffissar ta' limiti ta' residwu ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti ta' l-ikel li joriġina mill-annimali ***I
 Il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2010) ***I
 L-adozzjoni mis-Slovakkja tal-munita unika fl-1 ta' Jannar 2009 *
 L-impatt tal-politiki ta' koeżjoni fuq l-integrazzjoni ta' komunitajiet u gruppi vulnerabbli
 Il-koerenza tal-politika għall-iżvilupp u l-effetti li qiegħda tħalli l-esplojtazzjoni mill-UE ta" ċerti riżorsi bijoloġiċi naturali fuq l-iżvilupp fl-Afrika tal-Punent

L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni ***I
PDF 285kWORD 34k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) nru 460/2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni f'dak li jirrigwarda l-perjodu effettiv (COM(2007)0861 – C6-0003/2008 – 2007/0291(COD))
P6_TA(2008)0263A6-0245/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0861),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema Artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C6-0003/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 u l-Artikolu 43(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0245/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' Ġunju 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru.../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) nru 460/2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni f'dak li jirrigwarda l-perjodu effettiv

P6_TC1-COD(2007)0291


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 1007/2008.)


Installazzjoni ta' apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq vetturi bil-mutur b'żewġ jew bi tliet roti (verżjoni kkodifikata) ***I
PDF 201kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-installazzjoni ta' apparati tad-dawl u li jagħmlu sinjal bid-dawl fuq vetturi bil-mutur b'żewġ jew bi tliet roti (verżjoni kkodifikata) (COM(2007)0768 – C6-0449/2007 – 2007/0270(COD))
P6_TA(2008)0264A6-0233/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0768),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0449/2007),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0233/2008),

A.   billi, skond il-Grupp ta" Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta in kwistjoni tinkludi kodifikazzjoni ċara tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta" Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Tagħmir ta" dawl u ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (verżjoni kkodifikata) ***I
PDF 201kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta" komponent għal tagħmir ta' dawl u ta' sinjalizzazzjoni bid-dawl fuq tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (verżjoni kkodifikata) (COM(2007)0840 – C6-0004/2008 – 2007/0284(COD))
P6_TA(2008)0265A6-0235/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni - kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2007)0840),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0004/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0235/2008),

A.   billi, skond il-Grupp ta" Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta msemmija fiha kodifikazzjoni ċara tat-testi eżistenti mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta" Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


L-istrutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (kontroll statiku) (verżjoni kkodifikata) ***I
PDF 200kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istrutturi ta' protezzjoni kontra l-qlib ta' tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (kontroll statiku) (verżjoni kkodifikata) (COM(2008)0025 – C6-0044/2008 – 2008/0008(COD))
P6_TA(2008)0266A6-0234/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0025),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0044/2008),

–   wara li kkunsidra l-ftehima interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0234/2008),

A.   billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta in kwistjoni hija limitata għal kodifikazzjoni ċara tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni hekk kif ġiet adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bil-pożizzjoni tal-Parlament.

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Mergers ta' kumpanniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata (verżjoni kkodifikata) ***I
PDF 200kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mergers ta' kumpanniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata (verżjoni kkodifikata) (COM(2008)0026 – C6-0045/2008 – 2008/0009(COD))
P6_TA(2008)0267A6-0236/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0026),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 44 (2)(g) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0045/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0236/2008),

A.   billi skond il-Grupp ta' Ħidma konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta in kwistjoni fiha kodifikazzjoni ċara tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni hekk kif ġiet adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bil-pożizzjoni tal-Parlament;

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Il-protezzjoni legali ta' programmi tal-kompjuter (verżjoni kkodifikata) ***I
PDF 200kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni legali ta' programmi tal-kompjuter (verżjoni kkodifikata) (COM(2008)0023 – C6-0042/2008 – 2008/0019(COD))
P6_TA(2008)0268A6-0237/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0023),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0042/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0237/2008),

A.   billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni hekk kif ġiet adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bil-pożizzjoni tal-Parlament.

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Ir-rikonoxximent reċiproku ta' liċenzji ta' navigabbilità għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (verżjoni kkodifikata) ***I
PDF 203kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta ghal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' liċenzji ta' navigabbilità għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (verżjoni kkodifikata) (COM(2008)0037 – C6-0048/2008 – 2008/0021(COD))
P6_TA(2008)0269A6-0238/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0037),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 71(1) tat-Trattat KE, skond liema trattat il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0048/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 - Metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta' testi leġiżlattivi(1) ,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0238/2008),

A.   billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-grupp konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 102 4.4.1996, p. 2.


Salvagwardji meħtieġa minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 48 tat-Trattat (verżjoni kkodifikata) ***I
PDF 203kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-kordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni ta' l-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti f'kull parti tal-Komunità (verżjoni kkodifikata) (COM(2008)0039 – C6-0050/2008 – 2008/0022(COD))
P6_TA(2008)0270A6-0239/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0039),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 44(2)(g) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0050/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 - Metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta' testi leġiżlattivi(1) ,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0239/2008),

A.   billi, skond il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta konċernata tillimita ruħha biss għal kodifikazzjoni ċara tat-testi eżistenti, mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-grupp konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju (verżjoni kkodifikata) *
PDF 200kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju (verżjoni kkodifikata) (COM(2008)0099 – C6-0135/2008 – 2008/0037(CNS))
P6_TA(2008)0271A6-0243/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0099),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0135/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0243/2008),

A.   billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif addatta għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bil-pożizzjoni tal-Parlament.

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


It-tqegħid fis-suq ta" materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dielja (verżjoni kkodifikata) *
PDF 201kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta" materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dielja (verżjoni kkodifikata) (COM(2008)0091 – C6-0136/2008 – 2008/0039(CNS))
P6_TA(2008)0272A6-0242/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0091),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0136/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0242/2008),

A.   billi, skond il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta taħt eżami fiha kodifika ċara tat-testi eżistenti mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif addattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bil-pożizzjoni tal-Parlament.

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna l-proċedura Komunitarja sabiex tittejjeb it-trasparenza ta' prezzijiet tal-gass u ta' l-elettriku imposti fuq konsumaturi industrijali (verżjoni riformulata) ***I
PDF 203kWORD 35k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna l-proċedura Komunitarja sabiex tittejjeb it-trasparenza ta' prezzijiet tal-gass u ta' l-elettriku imposti fuq konsumaturi industrijali (verżjoni riformulata) (COM(2007)0735 – C6-0441/2007 – 2007/0253(COD))
P6_TA(2008)0273A6-0217/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0735),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 285(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0441/2007),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid ta' l-atti legali(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0217/2008),

A.   billi, skond il-Grupp ta" Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta in kwistjoni ma tinkludix emendi sustantivi ħlief dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, rigward il-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula ta' l-atti preċedenti flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta tinkludi kodifikazzjoni ċara tat-testi eżistenti mingħajr l-ebda bidla fis-sustanza tagħhom,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta" Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


Statistika nominali dwar il-qabda mill-Istati Membri li jistadu f'ċerti zoni barra dawk ta" l-Atlantiku tat-Tramuntana (riformulazzjoni) ***I
PDF 202kWORD 34k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta" Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sottomissjoni ta" statistika nominali dwar il-qabda mill-Istati Membri li jistadu f'ċerti zoni barra dawk ta" l-Atlantiku tat-Tramuntana (riformulazzjoni) (COM(2007)0760 – C6-0443/2007 – 2007/0260(COD))
P6_TA(2008)0274A6-0218/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0760),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 285(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0443/2007),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid ta' l-atti legali(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0218/2008),

A.   billi, skond il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, din il-proposta ma fiha ebda emenda sostantiva ħlief dawk li ġew identifikati bħala tali fil-proposta u, billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula ta' l-atti preċedenti flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni ċara tat-testi eżistenti mingħajr ebda tibdil fis-sustanza tagħhom,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex għal darb'oħra tirreferi din il-kwistjoni lill-Parlament jekk għandha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew tissostitwixxiha b'test ieħor;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1


Statistika tal-qabda u ta" l-attività tas-sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (tfassil mill-ġdid) ***I
PDF 203kWORD 34k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-preżentazzjoni ta" statistika tal-qabda u ta" l-attività tas-sajd mibgħuta mill-Istati Membri fl-Atlantiku tal-Majjistral (tfassil mill-ġdid) (COM(2007)0762 – C6-0444/2007 – 2007/0264(COD))
P6_TA(2008)0275A6-0219/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0762),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 285(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6–0444/2007),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta" kitba mill-ġdid ta" l-atti legali(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A6–0219/2008),

A.   billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta" Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda tibdil sostanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula ta' l-atti preċedenti flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sostanzjali,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda din il-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ieħor;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 77, 28.3.2002, p.1.


Statistika nominali dwar il-qabda mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal ta" l-Atlantiku (riformulazzjoni) ***I
PDF 202kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta" Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sottomissjoni ta" statistika nominali dwar il-qabda mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal ta" l-Atlantiku (riformulazzjoni) (COM(2007)0763 – C6-0440/2007 – 2007/0268(COD))
P6_TA(2008)0276A6-0214/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni - riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0763),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 285(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C6-0440/2007),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta" Novembru 2001 dwar użu iktar strutturat tat-teknika ta" riformulazzjoni għal atti legali(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0214/2008),

A.   billi skond il-Grupp ta" Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta li qed tkun eżaminata ma tinkludi l-ebda emenda sostantiva minbarra dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, rigward il-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula ta" l-atti preċedenti flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta tinkludi kodifikazzjoni ċara tat-testi eżistenti mingħajr l-ebda bidla fis-sustanza tagħhom,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata skond ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta" Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk għandha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 77, 28.3.2002, p.1.


Il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ismijiet tat-tessuti (riformulazzjoni) ***I
PDF 202kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ismijiet tat-tessuti (riformulazzjoni) (COM(2007)0870 – C6-0024/2008 – 2008/0005(COD))
P6_TA(2008)0277A6-0215/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0870),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0024/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' riformulazzjoni ta' l-atti legali(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur (A6-0215/2008),

A.   billi, skond il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, din il-proposta ma tinkludi l-ebda emenda sostantiva ħlief dawk li ġew identifikati bħala tali fil-proposta u, billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula ta' l-atti precedenti flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni ċara tat-testi eżistenti mingħajr l-ebda bidla fis-sustanza tagħhom,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


L-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Konvenzjoni dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja inkonnessjoni ma' l-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati *
PDF 280kWORD 42k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar ir-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Konvenzjoni tat-23 ta' Lulju 1990 dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja inkonnessjoni ma' l-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati (COM(2007)0839 – C6-0028/2008 – 2007/0283(CNS))
P6_TA(2008)0278A6-0194/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0839),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 3(4) ta" l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0028/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0194/2008),

1.  Japprova r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex meta jiddeċiedi dwar id-data ta" applikazzjoni tal-Konvenzjoni tat-23 ta" Lulju 1990 dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja relatata ma' l-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati, hu jikkonsidra t-tħassib tal-Parlament rigward il-bżonn li jitnaqqas il-piż ta" taxxa minn fuq min iħallas it-taxxa;

4.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Rumanija u ta" l-Istati Membri l-oħra.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Rakkomandazzjoni għal deċiżjoni
Artikolu 3
Il-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ, kif emendata mill-Protokoll tal-25 ta' Mejju 1999, mill-Konvenzjonijiet tal-21 ta' Diċembru 1995 u tat-8 ta' Diċembru 2004 u minn din id-Deċiżjoni, tidħol fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2007 bejn il-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Istati Membri l-oħra li għandhom fis-seħħ il-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ. Din tidħol fis-seħħ bejn il-Bulgarija, ir-Rumanija u kull Stat Membru ieħor fil-jum li l-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ tidħol fis-seħħ għall-Istati Membri l-oħra kkonċernati.
Il-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ, kif emendata mill-Protokoll tal-25 ta' Mejju 1999, mill-Konvenzjonijiet tal-21 ta' Diċembru 1995 u tat-8 ta' Diċembru 2004 u minn din id-Deċiżjoni, tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea bejn il-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Istati Membri l-oħra li għandhom fis-seħħ il-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ. Din tidħol fis-seħħ bejn il-Bulgarija, ir-Rumanija u kull Stat Membru ieħor fil-jum li l-Konvenzjoni ta' Arbitraġġ tidħol fis-seħħ għall-Istati Membri l-oħra kkonċernati.

Skambju ta' informazzjoni estratta minn rekords kriminali bejn l-Istati Membri *
PDF 429kWORD 118k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni u l-kontenut ta' l-iskambju ta' informazzjoni estratta minn rekords kriminali bejn l-Istati Membri (5968/2008 – C6-0067/2008 – 2005/0267(CNS))
P6_TA(2008)0279A6-0207/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni - konsultazzjoni mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (5968/2008),

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni (COM(2005)0690),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-21 ta" Ġunju 2007(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 31 u 34(2)(b) tat-Trattat UE,

–   wara li kkunsidra Artikolu 39(1) tat-Trattat UE, skond liema artikolu reġa ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6–0067/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 93, 51 u 55(3) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar il-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0207/2008),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill kif emendat;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jistieden lill-Kunsill jikkonsulta lill-Parlament mill-ġdid jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-abbozz b'mod sostanzjali jew li jissostitwih b'test ieħor;

5.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta" Lisbona, jagħtu prijorità lil kull proposta futura biex tiġi emendata d-Deċiżjoni Qafas bi qbil mad-Dikjarazzjoni Nru 50 dwar l-Artikolu 10 tal-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet transitorji annessi mat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika;

6.  Jinsab determinat li jeżamina kull proposta futura ta' dan it-tip bi proċedura urġenti bi qbil mal-proċedura msemmija fil-paragrafu 5 u f'koperazzjoni mill-qrib mal-parlamenti nazzjonali;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kunsill   Emenda
Emenda 1
Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill
Premessa 5 a (ġdida)
(5a)  Il-fatt li reġimi legali differenti jistgħu japplikaw għal kundanna kriminali waħda jwassal għaċ-ċirkolazzjoni ta' informazzjoni mhux affidabbli bejn l-Istati Membri u joħloq inċertezza legali għall-persuna kkundannata. Sabiex tiġi evitata din is-sitwazzjoni, l-Istat Membru li jikkundanna għandu jitqies bħala s-sid tad-data dwar il-kundanni kriminali mogħtija fit-territorju tiegħu kontra ċittadini ta' Stati Membri oħra. Konsegwentement, l-Istat Membru li l-persuna kkundannata tkun ċittadina tiegħu, u fejn trid tiġi trażmessa din id-data, irid jiżgura li din tinżamm aġġornata billi jitqiesu kwalunkwe bidla jew tħassir li jsiru fl-Istat Membru li jikkundanna. Id-data li tkun inżammet aġġornata biss għandha tintuża internament mill-Istat Membru taċ-ċittadinanza jew tintbagħat ulterjurment minnu lil kwalunkwe Stat ieħor, kemm jekk hu Stat Membru ieħor jew pajjiż terz.
Emenda 2
Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill
Premessa 9 a a (ġdida)
(9aa)  Meta tasal informazzjoni skond it-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 7(2), l-awtorità ċentrali ta' l-Istat Membru taċ-ċittadinanza trid tiżgura li t-tweġibiet għat-talbiet minn individwu għal informazzjoni dwar ir-rekord kriminali tiegħu jinkludu referenza ġenerali għar-rekord kriminali ta' l-applikant, inkluża l-informazzjoni mressqa mill-Istati Membri li jikkundannaw.
Emenda 3
Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill
Premessa 10
(10)  Id-dispożizzjonijiet ta' din id-deċiżjoni Qafas jistabbilixxu regoli dwar il-protezzjoni ta' data personali trasmessa bejn l-Istati Membri bħala riżultat ta' l-implimentazzjoni tagħha. Regoli ġenerali eżistenti dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-Qafas ta' kooperazzjoni tal-pulizija u ġuddizzjarja f'materji kriminali huma kumplimentati bir-regoli stabbiliti f'dan l-istrument. Barra minn hekk, il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta' l-Individwi fir-rigward ta' l-Ipproċessar Awtomatiku tad-Data Personali tal-Kunsill ta' l-Ewropa ta' l-1981 tapplika għad-data personali ttrattata abbażi tad-Deċiżjoni Qafas attwali. Din id-Deċiżjoni Qafas tinkorpora wkoll id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-21 ta' Novembru 2005 dwar l-iskambju ta' l-informazzjoni estratta mir-rekords kriminali, li jillimitaw l-użu li l-Istat Membru rikjedenti jista' jagħmel mill-informazzjoni mitluba. Din tissupplementhom b'regoli speċifiċi li japplikaw meta l-Istat Membru taċ-ċittadinanza tal-persuna jibgħat informazzjoni dwar il-kundanni trasmessa lilu mill-Istat Membru li jikkundanna.
(10)  Id-dispożizzjonijiet ta' din id-deċiżjoni Qafas jistabbilixxu regoli dwar il-protezzjoni ta' data personali trażmessa bejn l-Istati Membri bħala riżultat ta' l-implimentazzjoni tagħha. Regoli ġenerali eżistenti dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-Qafas ta' kooperazzjoni tal-pulizija u ġuddizzjarja f'materji kriminali huma kumplimentati bir-regoli stabbiliti f'dan l-istrument, b'mod partikolari l-prinċipji bażiċi stipulati fl-Artikolu 9. Barra minn hekk, il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta' l-Individwi fir-rigward ta' l-Ipproċessar Awtomatiku tad-Data Personali tal-Kunsill ta' l-Ewropa ta' l-1981 tapplika għad-data personali ttrattata abbażi tad-Deċiżjoni Qafas attwali. Din id-Deċiżjoni Qafas tinkorpora wkoll id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-21 ta' Novembru 2005 dwar l-iskambju ta' l-informazzjoni estratta mir-rekord kriminali, li jillimitaw l-użu li l-Istat Membru li jagħmel it-talba jista' jagħmel mill-informazzjoni mitluba. Din tissupplementahom b'regoli speċifiċi li japplikaw meta l-Istat Membru taċ-ċittadinanza tal-persuna jibgħat informazzjoni dwar il-kundanni trażmessa lilu mill-Istat Membru li jikkundanna.
Emenda 4
Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill
Premessa 10 a (ġdida)
(10a)  F'dan il-kuntest, l-adozzjoni ta' deċiżjoni Qafas dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali hi ta' importanza assoluta sabiex ikun previst livell xieraq ta' protezzjoni tad-data, inkluż għall-ipproċessar ta' data personali fil-livell nazzjonali.
Emenda 5
Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill
Premessa 12 a (ġdida)
(12a)  Għandha tingħata informazzjoni dwar l-eżistenza ta' kundanni u dwar il-projbizzjonijiet li jirriżultaw minnhom, u anke dwar il-post fejn ingħataw u ġew irrekordjati sabiex jiġi żgurat li s-siltiet mir-rekords kriminali jkunu faċli li jinftiehmu. Għalhekk l-Istati Membri jridu jistabbilixxu formats li jistgħu jitqabblu bejniethom għal siltiet li jinkludu kundanni, b'sezzjoni speċjali li trid tinħoloq għall-kundanni relatati ma' reati sesswali.
Emenda 6
Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill
Artikolu 5 – paragrafu 2
2.  Kwalunkwe tibdil jew tħassir ta' informazzjoni trasmessa skond l-Artikolu 4 (4) għandha tinvolvi l-istess tibdil jew tħassir mill-Istat Membru taċ-ċittadinanza tal-persuna fir-rigward ta' l-informazzjoni maħżuna skond il-paragrafu 1 għall-fini ta' trasmissjoni mill-ġdid b'mod konformi ma' l-Artikolu 7.
2.  Kwalunkwe tibdil jew tħassir ta' informazzjoni trażmessa skond l-Artikolu 4 (4) għandha tinvolvi l-istess tibdil jew tħassir mill-Istat Membru taċ-ċittadinanza tal-persuna fir-rigward ta' l-informazzjoni maħżuna skond il-paragrafu 1.
Emenda 7
Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill
Artikolu 5 – paragrafu 3
3.   Għall-fini ta' trasmissjoni mill-ġdid b'mod konformi ma' l-Artikolu 7 l-Istat Membru taċ-ċittadinanza tal-persuna jista' juża' biss l-informazzjoni li ġiet aġġornata skond il-paragrafu 2.
3.  L-Istat Membru taċ-ċittadinanza tal-persuna jista" juża" biss l-informazzjoni li ġiet aġġornata skond il-paragrafu 2.
Emenda 8
Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill
Artikolu 6 – paragrafu 1 a (ġdid)
1a.  Meta tintalab informazzjoni mir-reġistru ta' rekords kriminali fl-Istat Membru taċ-ċittadinanza tal-persuna għal kwalunkwe raġuni 'l barra mill-Qafas tal-proċeduri penali, l-Istat Membru li qed jagħmel it-talba għandu jispeċifika r-raġunijiet tiegħu għal din it-talba.
Emenda 9
Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill
Artikolu 6 – paragrafu 2
2.  Meta persuna titlob informazzjoni dwar ir-rekord kriminali tagħha stess, l-awtorità ċentrali ta' l-Istat Membru fejn issir it-talba tista', f'konformità mal-liġi nazzjonali, tissottometti talba lill-awtorità ċentrali ta' Stat Membru ieħor għal informazzjoni u data relatata li għandhom jiġu estratti mir-rekord kriminali, dment li l-parti interessata hi jew kienet resident jew ċittadin ta' l-Istat Membru rikjedenti jew ta' dak interpellat.
2.  Meta persuna titlob informazzjoni dwar ir-rekord kriminali tagħha stess, l-awtorità ċentrali ta' l-Istat Membru fejn issir it-talba għandha, f'konformità mal-liġi nazzjonali, tissottometti talba lill-awtorità ċentrali ta' Stat Membru ieħor għal informazzjoni u data relatata li għandhom jiġu estratti mir-rekord kriminali, dment li l-parti interessata hi jew kienet resident jew ċittadin ta' l-Istat Membru li jagħmel it-talba jew ta' dak interpellat.
Emenda 10
Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill
Artikolu 9 - paragrafu -1 (ġdid)
-1.  L-ipproċessar ta' data personali għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni Qafas għandhom ikunu konformi ma" ta' l-inqas dawn il-prinċipji bażiċi li ġejjin:
(a) l-ipproċessar tad-data għandu jkun permess mil-liġi, u għandu jkun neċessarju u proporzjonat fir-rigward ta' l-iskopijiet ta' ġbir u/jew ta' pproċessar ulterjuri;
(b) id-data għandha tinġabar biss għal skopijiet speċifikati u leġittimi u pproċessata ulterjurment b'mod kumpatibbli ma' dawk l-iskopijiet;
(c) id-data għandha tkun preċiża u aġġornata.
Emenda 11
Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill
Artikolu 9 – paragrafu -1 a (ġdid)
-1a.  L-ipproċessar ta' data personali li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika, il-fehmiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku jew l-adeżjoni ma' partit jew ma' tradeunion u ta' data li tikkonċerna s-saħħa jew il-ħajja sesswali għandu jkun ipprojbit. Bħala eċċezzjoni, l-ipproċessar ta' data ta' dan it-tip jista' jsir jekk, apparti l-prinċipji stipulati fil-paragrafu -1:
(a) l-ipproċessar ikun previst mil-liġi, wara awtorizzazzjoni minn qabel minn awtorità ġudizzjarja kompetenti, skond il-każ partikolari, u jkun assolutament meħtieġ għall-finijiet ta' każ speċifiku; u
(b) l-Istati Membri jipprevedu salvagwardji speċifiċi xierqa, pereżempju aċċess għad-data kkonċernata għal ħadd ħlief għall-persunal li huwa responsabbli għall-ħidma leġittima li tiġġustifika l-ipproċessar.
Emenda 12
Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill
Artikolu 9 – paragrafu 1
1.  Data personali prevista fl-Artikolu 7(1) u (4) għall-finijiet ta' proċedimenti kriminali tista' tintuża biss mill-Istat Membru rikjedenti għall-finijiet tal-proċedimenti kriminali li għaliha ġew mitluba, f'konformità mal-formola annessa.
1.  Data personali pprovduta skond l-Artikolu 7(1) u (4) għall-finijiet ta' proċedimenti kriminali tista' tintuża mill-Istat Membru li jagħmel it-talba, bi qbil mal-prinċipji msemmija fil-paragrafi -1 u -1a u esklussivament għall-finijiet tal-proċedimenti kriminali li għaliha ntalbu, f'konformità mal-formola annessa.
Emenda 13
Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill
Artikolu 9 – paragrafu 2
2.  Data personali taħt l-Artikolu 7(2) u (4) għal kwalunkwe skopijiet għajr dak tal-proċedimenti kriminali, tista' tintuża mill-Istat Membru rikjedenti, skond il-liġi nazzjonali tiegħu, biss għall-iskop li għalih intalbet u fil-limit speċifikati mill-Istat intalbet u fil-limiti speċifikati mill-Istat Membru rikjest fil-forma rilevanti
2.  Data personali pprovduta skond l-Artikolu 7(2) u (4) għal kwalunkwe skopijiet għajr dak tal-proċedimenti kriminali, tista' tintuża mill-Istat Membru li jagħmel it-talba, skond il-liġi nazzjonali tiegħu u skond il-prinċipji msemmija fil-paragrafi -1 u -1a u esklussivament għall-iskopijiet tal-proċedimenti partikolari li għalihom intalbet u fil-limiti speċifikati mill-Istat Membru interpellat fil-formola rilevanti.
Emenda 14
Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill
Artikolu 9 – paragrafu 3
3.  Minkejja l-paragrafi 1 u 2, data personali provduta taħt l-Artikolu 7(1), (2) u (4) tista' tintuża mill-Istat Membru rikjedenti biex jevita theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika.
3.  Minkejja l-paragrafi 1 u 2, data personali pprovduta taħt l-Artikolu 7(1), (2) u (4) tista' tintuża mill-Istat Membru li jagħmel it-talba jekk dan l-użu jkun meħtieġ u proporzjonat ma' l-iskop tal-prevenzjoni ta' perikolu immedjat jew serju għas-sigurtà pubblika; f'każ ta' dan it-tip, l-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu jipprovdi lill-Istat Membru interpellat b'notifika ex post li tistabbilixxi t-twettiq tal-kundizzjonijiet ta' neċessità, proporzjonalità, urġenza u serjetà tat-theddida.
Emenda 15
Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill
Artikolu 9 – paragrafu 4
4.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li data personali rċevuta minn Stat Membru ieħor taħt l-Artikolu 4, jekk trasmessa lil Stat terz skond l-Artikolu 7 paragrafu 3, hija soġġetta għall-istess restrizzjonijiet ta' użu bħal dawk applikabbli fi Stat Membru rikjedenti skond il-paragrafi 2 ta' dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw li data personali, jekk trasmessa lil Stat terz għall-iskop ta' proċediment kriminali, tista' tintuża ulterjorment minn dak l-Istat biss għall-iskopijiet ta' proċedimenti kriminali.
4.  Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li data personali li tasal minn Stat Membru ieħor taħt l-Artikolu 4, jekk trażmessa lil Stat terz skond l-Artikolu 7 paragrafu 3, hija soġġetta għall-istess restrizzjonijiet ta' użu bħal dawk applikabbli fi Stat Membru li jagħmel talba skond il-paragrafi 2 ta' dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw li data personali, jekk trażmessa lil Stat terz għall-iskop ta' proċediment kriminali, tista' tintuża ulterjurment minn dak l-Istat għall-iskopijiet ta' proċedimenti kriminali biss .
Emenda 16
Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill
Artikolu 9- paragrafu 5
5.  Dan l-Artikolu ma japplikax għal data personali miksuba minn Stat Membru taħt din id-Deċiżjoni Qafas u li toriġina minn dak l-Istat Membru.
5.  Il-paragrafi 1 sa 4 m'għandhomx japplikaw għal data personali miksuba minn Stat Membru skond din id-Deċiżjoni Qafas u li toriġina minn dak l-Istat Membru.
Emenda 17
Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill
Artikolu 9 – paragrafu 5 a (ġdid)
5a.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet nazzjonali tiegħu għall-protezzjoni tad-data jiġu infurmati b'mod sistematiku dwar l-iskambju ta' data personali taħt din id-Deċiżjoni Qafas u, b'mod partikolari, dwar l-użu ta' data personali fiċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 9(3).
L-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data ta" l-Istati Membri għandhom jimmoniterjaw l-iskambju msemmi fil-paragrafu 1 u jikkoperaw ma" xulxin għal dak l-iskop.
Emenda 18
Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill
Artikolu 9 a (ġdid)
Article 9a
Drittijiet tas-suġġett ta' data
1.  Suġġett ta' data għandu jiġi infurmat dwar il-fatt li qed tiġi pproċessata data personali li tikkonċernah.
Meta jkun hemm bżonn, il-forniment ta" dik l-informazzjoni għandha tinżamm sabiex ma jkunx hemm tfixkil ta" l-iskopijiet li għalihom id-data qed tiġi pproċessata.
2.  Suġġett ta' data għandu jkollu d-dritt li jikseb mingħajr dewmien żejjed l-informazzjoni dwar liema data qed tiġi pproċessata, f'lingwa li jifhem, u għandu jkollu wkoll id-dritt li jirranġa u, fejn ikun xieraq, iħassar data li tkun ġiet ipproċessata bi ksur tal-prinċipji msemmija fl-Artikolu 9(-1)u (-1a).
3.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista" tiġi rrifjutata jew miżmuma jekk verament ikun hemm bżonn sabiex:
(a) jitħarsu s-sigurtà u l-ordni pubblika;
(b) ikun evitat reat;
(c) ma jixxeklux l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta" reati kriminali;
(d) jitħarsu d-drittijiet u l-garanziji ta' partijiet terzi.
Emenda 19
Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill
Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt a – punt iv a (ġdid)
(iv a) informazzjoni dwar skwalifiki li jirriżultaw minn kundanna kriminali,
Emenda 20
Proposta għal Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill
Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt b – punt iv
(iv) informazzjoni dwar skwalifiki li jirriżultaw minn kundanna kriminali.
imħassar

(1) Testi adottati, P6_TA(2007)0279.


Protezzjoni ta' l-euro kontra l-iffalsifikar *
PDF 419kWORD 97k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni kontra l-iffalsifikar ta' l-euro (COM(2007)0525 – C6-0431/2007 – 2007/0192(CNS))
P6_TA(2008)0280A6-0230/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0525),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 123(4) tat-Trattat KE, b'mod partikulari t-tielet sentenza, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0431/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0230/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 2
(2)  Huwa importanti li jkun żgurat li l-karti u muniti fiċ-ċirkolazzjoni jkunu awtentiċi. Issa huma disponibbli proċeduri li jippermettu lill-istituzzjonijiet ta" kreditu u istituzzjonijiet oħrajn li jiċċekkjaw l-awtentiċità tal-karti u l-muniti ta" l-ewro li jirċievu qabel jerġgħu jqiegħduhom lura fiċ-ċirkolazzjoni. Biex ikunu jistgħu jirrispettaw l-obbligu li jiċċekkjaw l-awtentiċità u jimplimentaw dawn il-proċeduri, dawn l-istituzzjonijiet jeħtieġu ż-żmien biex jadattaw l-operat intern tagħhom.
(2)  Huwa importanti li jkun żgurat li l-karti u l-muniti ta" l-euro li jkunu fiċ-ċirkolazzjoni jkunu awtentiċi. Issa huma disponibbli proċeduri li jippermettu lill-istituzzjonijiet ta" kreditu u istituzzjonijiet oħra li jiċċekkjaw l-awtentiċità tal-karti u l-muniti ta" l-ewro li jirċievu kif ukoll jekk humiex tajbin biex jiġu ċċirkolati qabel ma jerġgħu jqiegħduhom lura fiċ-ċirkolazzjoni. Biex ikunu jistgħu jirrispettaw l-obbligu li jiċċekkjaw l-awtentiċità u jekk humiex tajbin biex jiġu ċċirkolati, u biex jimplimentaw dawk il-proċeduri, dawn l-istituzzjonijiet jeħtieġu ż-żmien biex jadattaw l-operat intern tagħhom.
Emenda 2
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 2 a (ġdida)
(2a)  Il-kummerċjanti ż-żgħar u ta' daqs medju m'għandhomx riżorsi biżżejjed biex iwettqu l-verifiki skond il-proċeduri stabbiliti mill-Bank Ċentrali Ewropew u mill-Kummissjoni. Huma għandhom ikunu meħtieġa li jaġixxu bil-galbu li jixraq billi jirtiraw miċ-ċirkolazzjoni kull karta u munita ta" l-euro li jirċievu li jkunu jafu, jew li jkollhom raġuni biżżejjed għalfejn jemmnu, li hi falza.
Emenda 3
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 2 b (ġdida)
(2b)  Sabiex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-istituzzjonijiet l-oħra relatati jkunu jistgħu jikkonformaw ma' l-obbligu li jikkontrollow l-awtentiċità tal-karti u l-muniti ta' l-euro u jekk humiex tajbin għaċ-ċirkolazzjoni, għandhom ikunu definiti l-proċeduri u l-istandards tekniċi għall-kontrolli ta' dan it-tip. L-Artikolu 106(1) tat-Trattat jassenja l-kompetenza għad-definizzjoni ta' standards ta' dan it-tip għall-karti ta' l-euro lill-Bank Ċentrali Ewropew. Fir-rigward tal-muniti ta' l-euro, il-Kummissjoni ngħatat il-kompetenzi relatati skond l-Artikolu 211 tat-Trattat KE.
Emenda 4
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 3
(3)  Biex tkun iċċekkjata l-awtentiċità tal-karti u l-muniti ta" l-euro huwa meħtieġ li jsir aġġustament xieraq tat-tagħmir. Biex ikun aġġustat it-tagħmir użat għall-kontrolli ta" l-awtentiċità huwa essenzjali li fil-postijiet fejn isiru t-testijiet ikunu disponibbli l-kwantitajiet neċessarji ta" karti u muniti foloz. Għaldaqstant, huwa importanti li jkun permess it-trasport ta" flus foloz bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kif ukoll l-istituzzjonijiet u l-korpi ta" l-Unjoni Ewropea.
(3)  Biex tkun iċċekkjata l-awtentiċità tal-karti u l-muniti ta" l-euro huwa meħtieġ li jsir aġġustament xieraq tat-tagħmir. Biex ikun aġġustat it-tagħmir użat għall-kontrolli ta" l-awtentiċità huwa essenzjali li fil-postijiet fejn isiru t-testijiet ikunu disponibbli l-kwantitajiet neċessarji ta" karti u muniti foloz. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li jkun permess it-twassil u t-trasport ta" flus foloz bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kif ukoll l-istituzzjonijiet u l-korpi ta" l-Unjoni Ewropea.
Emenda 5
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 3 a (ġdida)
(3a)  L-awtentiċità tal-flus ta' l-euro għandha tkun iggarantita madwar l-Unjoni Ewropea kollha, inklużi f'dawk l-Istati Membri li m'humiex parti miz-zona ta" l-euro u f'dawk li fihom il-flus ta' l-euro jintużaw bħala munita ta' tranżazzjoni.
Emenda 6
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt -1 (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1338/2001
Artikolu 2 – punt d a (ġdid)
(-1) Il-punt li jmiss għandu jiddaħħal fl-Artikolu 2:
"(da) "istituzzjonijiet oħra" għandha tfisser kwalunkwe istituzzjoni ekonomika jew aġent ekonomiku mdaħħlin fix-xogħol tat-tqassim u d-distribuzzjoni ta" karti u muniti ta" l-euro lill-pubbliku, jew b'mod dirett inkella permezz tal-magni li jagħtu l-flus kontanti; din id-definizzjoni għandha tinkludi l-uffiċċji tal-kambju, iċ-ċentri l-kbar tal-ħwienet u l-kasinos;"
Emenda 7
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt -1 a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1338/2001
Artikolu 2 – punt d b (ġdid)
(-1a) Il-punt li jmiss għandu jiddaħħal fl-Artikolu 2:
"(db) "kummerċjant żgħir u ta" daqs medju" għandha tfisser bejjiegħ bl-imnut li jkun jopera f'bini żgħir jew ta" daqs medju u li jkun iservi l-konsumatur aħħari u li ma jkunx imdaħħal fit-tqassim u d-distribuzzjoni ta' karti u muniti ta' l-euro lill-pubbliku ħlief fit-tnewwil ta' bqija fuq bażi ta' rutina;"
Emenda 8
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 - punt 1 - punt b
Regolament (KE) Nru 1338/2001
Artikolu 4 - paragrafu 2 - subparagrafu 1 a (ġdid)
(b) fl-aħħar tal-paragrafu 2, tiżdied is-sentenza li ġejja:
(b) fil-paragrafu 2 għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:
"Biex ikun iffaċilitat il-kontroll ta" l-awtentiċità tal-karti ta" l-euro fiċ-ċirkolazzjoni, għandu jkun permess it-trasport ta" karti foloz bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kif ukoll l-istituzzjonijiet u korpi ta" l-Unjoni Ewropea."
"Biex ikun iffaċilitat il-kontroll ta" l-awtentiċità tal-karti ta" l-euro li jkunu fiċ-ċirkolazzjoni u meta l-kwantità maqbuda tkun tippermetti dan, għadd adegwat ta" karti ta" l-euro foloz (anke meta dawn ikunu jiffurmaw evidenza fi proċeduri kriminali) għandu jkun mgħoddi lill-korpi nazzjonali kompetenti u għandu jkun permess it-trasport tagħhom bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kif ukoll l-istituzzjonijiet u l-korpi ta" l-Unjoni Ewropea."
Emenda 10
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 - punt 2 - punt b
Regolament (KE) Nru 1338/2001
Artikolu 5 - paragrafu 2 - subparagrafu 2 a (ġdid)
(b) fl-aħħar tal-paragrafu 2, tiżdied is-sentenza li ġejja:
(b) fil-paragrafu 2 jiżdied is-subparagrafuli ġej:
"Biex ikun iffaċilitat il-kontroll ta" l-awtentiċità tal-muniti ta" l-euro fiċ-ċirkolazzjoni, għandu jkun permess it-trasport ta" muniti foloz bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kif ukoll l-istituzzjonijiet u korpi ta" l-Unjoni Ewropea."
"Biex ikun iffaċilitat il-kontroll ta" l-awtentiċità tal-muniti ta" l-euro li jkunu fiċ-ċirkolazzjoni u meta l-kwantità maqbuda tkun tippermetti dan, għadd adegwat ta" muniti ta" l-euro foloz (anke meta dawn ikunu jiffurmaw evidenza fi proċeduri kriminali) għandu jkun mgħoddi lill-korpi nazzjonali kompetenti u għandu jkun permess it-trasport tagħhom bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kif ukoll l-istituzzjonijiet u l-korpi ta" l-Unjoni Ewropea."
Emenda 11
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3 – punt a
Regolament (KE) Nru 1338/2001
Artikolu 6 – paragrafu 1
"1. L-istituzzjonijiet ta' kreditu, u kull istituzzjoni oħra imqabbda biex jaħdmu fit-tqassim u fid-distribuzzjoni ta' karti tal-flus u muniti lill-pubbliku bħala attività professjonali, inklużi istituzzjonijiet li l-attività tagħhom tikkonsisti fl-iskambju ta' karti tal-flus u muniti ta' kambji differenti, bħal bureaux de change, għandhom ikunu obbligati li jiżguraw li l-karti u l-muniti ta" l-euro li jirċievu u li jkun bi ħsiebhom iqiegħdu lura fiċ-ċirkolazzjoni jkunu ċċekkjati għall-awtentiċità u li kull karti u muniti foloz jinstabu. Din il-verifika għandha titwettaq f'konformità mal-proċeduri li għandhom ikunu definiti mill-Bank Ċentrali Ewropew u l-Kummissjoni għall-karti u l-muniti ta" l-euro rispettivament.
"1. L-istituzzjonijiet ta' kreditu, dawk li jittrasportaw il-flus kontanti u kull aġent ekonomiku ieħor imdaħħal fit-tqassim u fid-distribuzzjoni ta' karti tal-flus u muniti lill-pubbliku, inklużi stabbilimenti li l-attività professjonali tagħhom tikkonsisti fit-tisrif ta' karti tal-flus u muniti ta' muniti differenti, bħal m'huma l-uffiċji tal-kambju, u aġenti ekonomiċi mdaħħla, bħala attività sussidjarja, fit-tqassim u d-distribuzzjoni ta' karti tal-flus lill-pubbliku permezz ta' magni awtomatizzati li jagħtu l-flus kontanti, għandhom ikunu obbligati li jiżguraw li l-karti u l-muniti ta" l-euro li jkunu rċevew u li jkun bi ħsiebhom iqiegħdu lura fiċ-ċirkolazzjoni jkunu vverifikati għall-awtentiċità u biex jaraw ikunux tajbin biexjiġu ċċirkolati u li tinstab kull karta tal-flus jew munita ffalsifikata. Dawk li jġorru l-flus kontanti għandhom ikunu meħtieġa li jivverifikaw l-awtentiċità tal-karti u tal-muniti ta" l-euro biss fejn huma jkollhom aċċess dirett għall-karti u l-muniti ta" l-euro li jkunu afdati lilhom. Din il-verifika dwar l-awtentiċità tal-flus u dwar jekk humiex tajbin għaċ-ċirkolazzjoni għandha titwettaq f'konformità mal-proċeduri li għandhom ikunu definiti mill-Bank Ċentrali Ewropew u l-Kummissjoni għall-karti u l-muniti ta" l-euro rispettivament, skond il-kompetenzi rispettivi ta' dawk l-istituzzjonijiet u filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi partikulari tal-karti u l-muniti ta' l-euro.
F'dawk l-Istati Membri li m'humiex fost l-Istati Membri parteċipanti mniżżla fir-Regolament (KE) Nru 974/98, għandha tiġi stabbilita proċedura ta" kontroll speċifika bil-għan li tiġi vverifikata l-awtentiċità ta" karti u muniti ta" l-euro użati mill-istituzzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu.
L-istituzzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu obbligati li jirtiraw miċ-ċirkolazzjoni l-karti u l-muniti ta" l-euro kollha li jirċievu li jkunu jafu, jew li għandhom għalfejn jaħsbu, li huma foloz. Huma għandhom jgħadduhom immedjatament lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti."
L-istituzzjonijiet ta" kreditu u aġenti ekonomiċi oħra msemmija fl-ewwel subparagrafu u l-kummerċjanti ż-żgħar u ta" daqs medju għandhom ikunu obbligati li jirtiraw miċ-ċirkolazzjoni l-karti u l-muniti ta" l-euro kollha li jirċievu li huma jkunu jafu, jew li jkollhom raġuni biżżejjed għalfejn jemmnu, li huma foloz. Huma għandhom jgħadduhom immedjatament lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti."
Emenda 12
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3 – punt b
Regolament (KE) Nru 1338/2001
Artikolu 6 – paragrafu 3
"B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li japplikaw l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta" dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati sa mhux aktar tard mill-31 ta" Diċembru 2009. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Bank Ċentrali Ewropew b'dan minnufih."
"B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi għall-applikazzjoni ta" l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta" dan l-Artikolu għandhom ikunu adottati sa mhux aktar tard mill-31 ta" Diċembru 2011. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Bank Ċentrali Ewropew b'dan minnufih."
Emenda 13
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 - punt 3 a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 1338/2001
Artikolu 7 - paragrafu 2 - inċiż 3 a (ġdid)
(3a). L-inċiż li ġej għandu jiżdied ma" l-Artikolu 7(2):
" fil-ħolqien u l-promozzjoni ta" attivitajiet ta" taħriġ u ta" tagħrif bħal fuljetti ta" tagħrif u seminars ta" taħriġ maħsuba għaċ-ċittadini u l-konsumaturi dwar ir-riskji tal-flus foloz, il-miżuri ta" sigurtà bażiċi li jinsabu fil-karti u l-muniti ta" l-euro u l-awtoritajiet kompetenti li għandhom ikunu kkuntattjati f'każ ta" pussess ta" karti tal-flus u/jew muniti ssuspettati li jkunu foloz. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet finanzjarji, kif ukoll kull stabbiliment ieħor li hu mdaħħal fit-trattament u t-twassil lill-pubbliku ta" karti tal-flus u ta" muniti bħala attività professjonali, inklużi l-istabbilimenti li l-attività tagħhom tikkonsisti fit-tisrif ta" muniti jew ta" karti tal-flus ta" muniti differenti, bħal m'huma l-uffiċji tal-kambju, għandhom iqiegħdu fejn jidhru u għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi fuljetti ta" tagħrif (fornuti mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, il-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ċentrali Ewropew) li jittrattaw ir-riskji, il-miżuri u l-awtoritajiet fuq imsemmija."

Regoli ta' Proċedura tal-Qorti ta' Ġustizzja li jispeċifikaw ir-regoli lingwistiċi li japplikaw għall-proċedura ta' reviżjoni *
PDF 202kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Qorti ta' Ġustizzja biex jiġu speċifikati r-regoli lingwistiċi li japplikaw għall-proċedura ta' reviżjoni (5953/2008 – C6-0066/2008 – 2008/0801(CNS))
P6_TA(2008)0281A6-0211/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (5953/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 245, it-tieni inċiż, tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 160, it-tieni inċiż tat-Trattat Euratom, li b'konformità magħhom ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0066/2008),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-Artikolu 245, it-tieni inċiż, tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 160, it-tieni inċiż, tat-Trattat Euratom dwar il-proposta li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Qorti ta' Ġustizzja biex jiġu speċifikati r-regoli lingwistiċi li japplikaw għall-proċedura ta' reviżjoni, ippreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja, b'konformità ma' l-Artikolu 64 ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja (SEC(2008)0345),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0211/2008),

1.  Japprova l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi ***II
PDF 283kWORD 39k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (11406/4/2007 – C6-0056/2008 – 2005/0281(COD))
P6_TA(2008)0282A6-0162/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (11406/4/2007 – C6-0056/2008),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2005)0667),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0162/2008),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' Ġunju 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi

P6_TC2-COD(2005)0281


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, id-Direttiva 2008/98/KE.)

(1) ĠU C 287, 29.11.2007, p. 135.


Standards tal-kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika dwar l-ilma ***II
PDF 286kWORD 39k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill bil-għan li tiġi adottata direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards tal-kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika dwar l-ilma u li temenda d-Direttivi 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u 2000/60/KE (11486/3/2007 – C6-0055/2008 – 2006/0129(COD))
P6_TA(2008)0283A6-0192/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (11486/3/2007 – C6-0055/2008) (1),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjioni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0397),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251, paragrafu 2 tat-Trattat tal-KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni fit-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0192/2008),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fis-17 ta' Ġunju 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar standards ta' kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika ta' l-ilma u li temenda u sussegwentament tħassar id-Direttivi 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE 84/491/KEE, 86/280/KEE u temenda d-Direttiva 2000/60/KE

P6_TC2-COD(2006)0129


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2008/105/KE.)

(1) ĠU C 71 Ε, 18.3.2008, p. 1.
(2) ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 90.


Il-livell minimu ta" taħriġ tal-baħħara (tfassil mill-ġdid) ***I
PDF 288kWORD 37k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta" Ġunju 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell minimu ta" taħriġ tal-baħħara (tfassil mill-ġdid) (COM(2007)0610 – C6-0348/2007 – 2007/0219(COD))
P6_TA(2008)0284A6-0178/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0610),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 80(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0348/2007),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' tfassil mill-ġdid ta' l-atti legali(1),

–   wara li kkunsidra l-ittra ta' l-24 ta' Jannar 2008 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu skond l-Artikolu 80a(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0178/2008),

A.  Billi, skond il-grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta in kwistjoni ma tinkludix emendi ta' sustanza għajr dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux ta' l-atti ta' qabel flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta fiha sempliċi kondifikazzjoni tat-testi eżistenti mingħajr ebda tibdil fis-sustanza tagħhom,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata hawn taħt u kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' Ġunju 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell minimu ta" taħriġ tal-baħħara(tfassil mill-ġdid)

P6_TC1-COD(2007)0219


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2008/106/KE.)

(1) ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


L-iffissar ta' limiti ta' residwu ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti ta' l-ikel li joriġina mill-annimali ***I
PDF 526kWORD 172k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-iffissar ta' limiti ta' residwu ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti ta' l-ikel li joriġina mill-annimali, li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 2377/90 (COM(2007)0194 – C6-0113/2007 – 2007/0064(COD))
P6_TA(2008)0285A6-0190/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0194),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 37(2) u 152(4)(b) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0113/2007),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali (A6-0190/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' Ġunju 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru.../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-iffissar ta' limiti ta' residwu ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali, li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 2377/90

P6_TC1-COD(2007)0064


(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari ▌l-Artikolu 152(4)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni║,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3),

Billi:

(1)  Bħala riżultat tal-progress xjentifiku u tekniku huwa possibbli li tkun osservata l-preżenza ta' residwi ta' mediċini veterinarji fl-oġġetti ta' l-ikel f'livelli aktar baxxi.

(2)  Minkejja l-eżistenza tal-proċedura (il-proċedura 'kaskati') stabbilita fl-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi Komunitarju li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali veterinarji (4) biex ikun jista' jsir trattament ta' l-annimali meta ma jkunx hemm prodotti mediċinali veterinarji awtorizzati, għad fadal ħafna bżonnijiet terapewtiċi mhux issodisfati għall-prodotti mediċinali veterinarji fl-Unjoni Ewropea. Hemm bżonn urġenti li tiġi indirizzata din l-isfida permezz ta' reviżjoni fundametali tal-leġiżlazzjoni li tirregola l-awtorizzazzjoni ta' mediċini veterinarji. Din ir-reviżjoni tibbilanċja l-innovazzjoni u l-kompetittività ta' l-industrija tas-saħħa ta' l-annimali mar-rekwiżiti regolatorji. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-awtorizzazzjoni ta' mediċini veterinarji ġeneriċi fejn l-eżenzjonijiet ta' l-esklussività tad-data mill-istandards ta' l-effikaċja ma jkunux japplikaw għar-rekwiżiti għall-istudji ta' l-impatt ambjentali. Għandha tingħata attenzjoni partikulari wkoll sabiex jiġu indirizzati l-ispeċifiċitajiet tas-settur tas-saħħa ta' l-annimali fl-UE, minħabba li huwa suq ta' speċi diversi, kumpless, u ta' sikwiet limitat, li madankollu huwa vitali għar-realizzazzjoni tal-potenzjal tas-setturi ta' l-agrikoltura, l-apikultura, l-akkwakultura, u tat-trobbijja taż-żwiemel tar-razza u għas-sigurtà tal-provvisti ta' l-ikel ta' l-UE.

(3)  Sabiex tkun protetta s-saħħa pubblika, il-limiti ta' residwu massimi għandhom jiġu stabbiliti skond il-prinċipji rikonoxxuti b'mod ġenerali ta' l-evalwazzjoni tas-sikurezza, filwaqt li jitqiesu r-riskji tossikoloġiċi, it-tniġġis ta' l-ambjent, u kif ukoll l-effetti mikrobijoloġiċi u farmakoloġiċi mhux mixtieqa tar-residwi. Għandhom jitqiesu wkoll, l-evalwazzjonijiet oħra tas-sikurezza tas-sustanzi konċernati li setgħu twettqu minn organizzazzjonijiet internazzjonali jew minn kumitati xjentifiċi mwaqqfa fil-Komunità.

(4)  Jeħtieġ li jkunu stabbiliti limiti massimi ta' residwi għal sustanzi farmakoloġikament attivi fir-rigward ta" kull varjetà ta" oġġetti ta" l-ikel li joriġinaw mill-annimali, inklużi laħam, ħut, ħalib, bajd u għasel.

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta" Ġunju 1990 li jistabbilixxi l-proċedura Komunitarja għall-iffissar ta" limiti massimi ta" residwi ta" prodotti mediċinali veterinarji f'oġġetti ta" l-ikel li joriġinaw mill-annimali(5), introduċa proċeduri Komunitarji sabiex tkun evalwata s-sigurtà ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi skond ir-rekwiżiti tas-sigurtà fl-ikel għall-bniedem. Is-sustanza farmakoloġikament attiva tista' tintuża biss fl-annimali li jipproduċu l-ikel jekk tkun evalwata b'mod favorevoli. Il-limiti massimi ta' residwi huma stabbiliti għal din is-sustanza jekk dan ikun meqjus bħala neċessarju għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

(6)  Id-Direttiva 2001/82/KE ║ tistipula li l-prodotti mediċinali veterinarji jistgħu biss jiġu awtorizzati jew użati fl-annimali li jipproduċu l-ikel jekk is-sustanzi farmakoloġikament attivi li jinsabu fihom ikunu ġew evalwati bħala ta' ebda periklu skond ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90. Barra minn hekk, hi fiha regoli dwar id-dokumentazzjoni ta' l-użu, it-tfassil mill-ġdid ('użu bla tikketta'), il-preskrizzjoni u d-distribuzzjoni tal-prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għall-użu fl-annimali li jipproduċu l-ikel.

(7)  Fid-dawl tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Mejju 2001(6) dwar id-disponibilità ta' prodotti mediċinali veterinarji, il-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni li saret fl-2004 u l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni ta' l-esperjenza miksuba, irriżulta neċessarju li jiġu mmodifikati l-proċeduri għall-iffissar tal-limiti massimi ta' residwi filwaqt li tinżamm is-sistema globali għall-iffissar ta' dawn il-limiti.

(8)  Il-limiti massimi ta' residwi huma l-punti ta' referenza għall-iffissar, skond id-Direttiva 2001/82/KE, tal-perjodi ta' rtirar fl-awtorizzazzjonijiet tat-tqegħid fis-suq għal prodotti mediċinali veterinarji li għandhom jintużaw fl-annimali li jipproduċu l-ikel kif ukoll għall-kontroll ta' residwi fl-ikel li joriġina mill-annimali fl-Istati Membri u fil-postijiet ta" spezzjoni fuq il-fruntiera.

(9)  Id-Direttiva tal-Kunsill 96/22/KE tad-29 ta' April 1996 li tikkonċerna l-projbizzjoni ta" l-użu fl-istockfarming ta" ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika u tyrostatika u ta" beta-agonists u ║(7), tipprojbixxi l-użu ta' ċerti sustanzi għal għanijiet speċifiċi fl-annimali li jipproduċu l-ikel. Dan ir-regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe leġiżlazzjoni Komunitarja li tipprojbixxi l-użu ta' ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika f'annimali li jipproduċu l-ikel.

(10)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 ║ tat-8 ta' Frar 1993 li jistabbilixxi l-proċeduri komunitarji għal aġenti kontaminanti fl-ikel(8), jistabbilixxi regoli speċifiċi għal sustanzi li ma jirriżultawx minn amministrazzjoni intenzjonata. Dawk is-sustanzi m'għandhomx ikunu suġġetti għal-leġiżlazzjoni dwar il-limiti massimi ta' residwi.

(11)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jippreskrivi l-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel u li jippreskrivi l-proċeduri f'affarijiet ta' sigurtà fl-ikel(9), jippreskrivi l-qafas għal-leġiżlazzjoni ta' l-ikel fil-livell Komunitarju u jipprovdi għal definizzjonijiet f'dak il-qasam. Huwa xieraq li dawk id-definizzjonijiet għandhom japplikaw għall-finijiet tal-leġiżlazzjoni dwar il-limiti massimi ta' residwi.

(12)  Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta" April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali li jsiru biex tiġi żgurata l-verifika ta' konformità mal-liġi ta' l-għalf u ta' l-ikel, ir-regoli tas-saħħa ta' l-annimali u tal-benessri ta l-annimali(10), jistabbilixxi regoli ġenerali għall-kontroll ta' l-ikel fil-Komunità Ewropea u jipprovdi għal definizzjonijiet f'dak il-qasam. Huwa xieraq li dawk id-definizzjonijiet għandhom japplikaw għall-finijiet tal-leġiżlazzjoni dwar il-limiti massimi ta' residwi. Għandha tingħata prijorità biex jiġi individwat l-użu ta' sustanzi pprojbiti u parti mill-kampjuni għandha tintgħażel skond il-prinċipji ta' l-analiżi tar-riskju.

(13)  L-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u għall-użu veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini(11), jafda lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, il-kompitu li tagħti konsulenza dwar il-limiti massimi għal residwi ta' prodotti mediċinali veterinarji li jistgħu jiġu aċċettati fl-ikel ta' oriġini mill-annimali.

(14)  Il-limiti massimi ta' residwi għandhom jiġu stabbiliti għal sustanzi farmakoloġikament attivi, użati jew maħsuba għall-użu fi prodotti mediċinali veterinarji mqiegħda fis-suq fil-Komunità.

(15)  Mill-konsultazzjoni pubblika u mill-fatt li numru żgħir biss ta' prodotti mediċinali veterinarji għal annimali li jipproduċu l-ikel ġie awtorizzat fl-aħħar snin, jidher li l-obbligu li tikkonforma mar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 kien ifisser li dawn il-prodotti mediċinali kienu anqas disponibbli fil-pront.

(16)  Sabiex ikunu żgurati s-saħħa u l-benessri ta' l-annimali, jeħtieġ li l-prodotti mediċinali jkunu disponibbli biex jittrattaw kondizzjonijiet speċifiċi ta' mard. Barra minn hekk, in-nuqqas ta' disponibbiltà ta' prodotti mediċinali veterinarji xierqa għal trattament speċifiku għal speċi partikolari jista' jikkontribwixxi għall-użu ħażin jew għall-użu illegali ta' sustanzi.

(17)  Is-sistema stabbilita mir-Regolament (KEE) Nru 2377/90 għandha għalhekk tiġi mmodifikata bl-għan li tiżdied id-disponibbiltà ta' prodotti mediċinali veterinarji għal annimali li jipproduċu l-ikel. Sabiex jintlaħaq dak l-għan, għandu jkun hemm dispożizzjoni sabiex l-Aġenzija tkun tista' tqis b'mod sistematiku l-użu ta' limitu massimu ta' residwu stabbilit għal speċi waħda jew oġġett ta' l-ikel għal speċi oħra jew oġġett ta' l-ikel ieħor. F'dan ir-rigward, għandu jitqies kemm huma adegwati l-fatturi ta" sikurezza inerenti fis-sistema sabiex ikun żgurat li ma jkunx ipperikolat il-benesseri ta" l-annimali.

(18)  Huwa magħruf li l-evalwazzjoni xjentifika tar-riskju waħidha ma tistax, f'xi każijiet, tipprovdi t-tagħrif kollu li fuqu d-deċiżjoni ta' l-immaniġġjar tar-riskju għandha tkun ibbażata, u li fatturi oħra rilevanti għall-kwistjoni taħt konsiderazzjoni għandhom jitqiesu b'mod leġittimu, inklużi l-aspetti teknoloġiċi tal-produzzjoni ta' l-ikel u l-possibbiltà ta' kontrolli; għalhekk l-Aġenzija għandha tipprovdi opinjoni dwar l-evalwazzjoni xjentifika tar-riskju u rakkomandazzjonijiet għall-immaniġġjar tar-riskju għal residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi.

(19)  Hemm bżonn ta' regoli dettaljati dwar il-format u l-kontenut ta' l-applikazzjonijiet għall-iffissar ta' limiti massimi ta' residwi u dwar il-prinċipiji metodoloġiċi ta' l-evalwazzjoni tar-riskju u r-rakkomandazzjonijiet għall-immaniġġjar tar-riskju, sabiex il-qafas globali ta' limiti massimi ta' residwu jaħdem mingħajr xkiel.

(20)  Minbarra l-mediċini veterinarji, prodotti oħra li m'humiex suġġetti għal leġiżlazzjoni speċifika dwar ir-residwi, bħad-diżinfettanti, jintużaw fit-trobbija ta' l-annimali. Barra minn hekk, il-prodotti mediċinali veterinarji li m'għandhomx awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq fil-Komunità jistgħu jiġu awtorizzati f'pajjiżi barra mill-Komunità. Dan jista' jkun minħabba li f'reġjuni oħra hemm prevalenza ta' mard u ta' speċi fil-mira differenti jew minħabba li l-kumpaniji għażlu li ma jqiegħdux il-prodott fis-suq fil-Komunità. Il-fatt li prodott m'huwiex awtorizzat fil-Komunità mhux bilfors jindika li l'użu tiegħu huwa perikoluż. Il-Kummissjoni għandha titħalla tistabbilixxi limitu massimu ta' residwu għall-ikel, għal sustanzi farmakoloġikament attivi ta' dawn il-prodotti, wara l-opinjoni mogħtija mill-Aġenzija skond il-prinċipji stabbiliti għal sustanzi farmakoloġikament attivi maħsuba għall-użu fi prodotti mediċinali veterinarji.

(21)  Il-Komunità tikkontribwixxi fil-kuntest tal-Codex Alimentarius għall-iżvilupp ta' standards internazzjonali fuq il-limiti massimi ta' residwu, filwaqt li tiżgura li l-livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem adottat fil-Komunità jinżamm. Għalhekk il-Komunità għandha tieħu f'idejha, mingħajr evalwazzjoni oħra tar-riskju, dawk il-limiti massimi ta' residwu fil-Codex li hi appoġġat matul il-laqgħa rilevanti organizzata mill-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius. Il-konsistenza bejn l-istandards internazzjonali u l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar il-limiti ta' residwu fl-ikel permezz ta' hekk se tissaħħaħ aktar.

(22)  L-oġġetti ta' l-ikel huma suġġetti għal kontrolli ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi skond ir-Regolament (KE) Nru 882/2004. Anke jekk il-limiti ta' residwu m'humiex stabbiliti għal dawn is-sustanzi skond dan ir-Regolament, jistgħu jifformaw residwi ta' dawn is-sustanzi minħabba t-tniġġis ta' l-ambjent jew l-okkorrenza ta' metabolit naturali fl-annimal. Il-metodi tal-laboratorju għandhom il-ħila li jsibu dawn ir-residwi f'livelli aktar baxxi. Dawn ir-residwi kkawżaw prattiċi ta' kontroll differenti fl-Istati Membri.

(23)  Għalhekk huwa xieraq li l-Komunità tipprovdi għal proċeduri sabiex ikunu stabbiliti punti ta' referenza għal azzjoni ta' kontroll f'konċentrazzjonijiet tar-residwi li għalihom ▌ l-analiżi fil-laboratorju hija teknikament possibbli sabiex ikunu ffaċilitati l-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjonijiet, mingħajr ma jiġi pperikolat il-livell tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fil-Komunità. Madankollu, l-iffissar ta' punti ta' referenza għal azzjoni ta' kontroll m'għandu bl-ebda mod iservi bħala pretest biex jiġi skużat l-użu illegali ta' sustanzi mhux awtorizzati għat-trattament ta' l-annimali li jipproduċu l-ikel. Għalhekk, kwalunkwe residwu ta' dawn is-sustanzi fl-ikel għandu jitqies bħala mhux mixtieq.

(24)  Il-leġiżlazzjoni dwar il-limiti massimi ta' residwu għandha tiġi ssimplifikata billi jitqiegħdu flimkien f'regolament tal-Kummissjoni wieħed id-deċiżjonijiet kollha li jikklassifikaw is-sustanzi farmakoloġikament attivi fir-rigward tar-residwi, u billijiġu stabbiliti punti ta' referenza għall-azzjoni.

(25)  Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni(12).

(26)  B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta regoli dwar il-kondizzjonijiet għall-estrapolazzjoni u dwar l-iffissar ta' punti ta' referenza għall-azzjoni. Peress li dawk il-miżuri għandhom kamp ta' applikazjzoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, ║ billi jissupplimentawh ║b'elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(27)  Billi l-għanijiet ta' dan ir-Regolament ║, jiġifieri l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem kif ukoll tas-saħħa ta' l-annimali, u li tkun żgurata d-disponibbiltà ta' prodotti mediċinali veterinarji, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta' l-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(28)  Għal raġunijiet ta' ċarezza, huwa għalhekk meħtieġ li r-Regolament (KEE) Nru 2377/90 jiġi ssostitwit b'regolament ġdid.

(29)  Għandu jkun previst perjodu ta' tranżizzjoni sabiex jippermetti lill-Kummissjoni tħejji u tadotta regolament li jkun fih id-deċiżjonijiet applikabbli kollha skond ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90 u d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni għal dan ir-regolament ġdid,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Is-suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni

1.  Bil-għan li tiġi żgurata s-sikurezza ta' l-ikel, dan ir-Regolament jippreskrivi regoli u proċeduri sabiex jistabbilixxi dawn li ġejjin:

   a) il-konċentrazzjoni massima ta' residwu ta' sustanza farmakoloġikament attiva li tista' tkun permessa fl-ikel ta' oriġini mill-annimali ("il-limitu massimu ta' residwu");
   b) il-livell ▌ta' residwu ta' sustanza farmakoloġikament attiva, stabbilit għal raġunijiet ta' kontroll fil-każ ta' ċerti sustanzi li għalihom ma ġiex stipulat limitu ta' residwu massimu skond dan ir-Regolament ("il-punti ta' referenza għall-azzjoni").

2.  Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal dawn li ġejjin:

   a) il-prinċipji attivi ta' oriġini bijoloġika intiża li tipproduċi immunità attiva jew passiva jew biex jiġi djanjostikat stat ta' immunità, użat fi prodotti mediċinali veterinarji immunoloġiċi;
   b) is-sustanzi li jidħlufl-ambitu tar-Regolament (KEE) Nru 315/93;

3.   Dan ir-regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe leġiżlazzjoni Komunitarja li tipprojbixxi l-użu ta' ċerti sustanzi li jkollhom azzjoni ormonika f'annimali li jipproduċu l-ikel kif stipulat bid-Direttiva 96/22/KE.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Barra mid-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/82/KE, l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 u l-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għal finijiet ta' dan ir-Regolament:

   a) "ir-residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi" jfissru s-sustanzi kollha farmakoloġikament attivi, espressi f'mg/kg jew μg/kg fuq bażi ta" piż frisk, kemm jekk ikunu sustanzi attivi, eċipjenti jew prodotti ta" degradazzjoni, u l-metaboliti tagħhom li jibqgħu fl-ikel miksub minn annimali;
   b) "l-annimali li jipproduċu l-ikel":ifissru annimali mrobbija, imkabbra, miżmuma, maqtula jew miġbura speċifikament bl-iskop li jipproduċu l-ikel.

TITOLU II

LIMITI MASSIMI TA" RESIDWU

KAPITOLU 1 L-EVALWAZZJONI TAR-RISKJU U L-IMMANIĠĠJAR TAR-RISKJU

Sezzjoni 1

Is-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsuba għall-użu fi prodotti mediċinali veterinarji

Artikolu 3

Applikazzjoni għal opinjoni ta' l-Aġenzija

1.  Kwalunkwe sustanza farmakoloġikament attiva maħsuba għall-użu fi prodotti mediċinali veterinarji għall-amministrazzjoni fuq annimali li jipproduċu l-ikel għandha tkun suġġetta għal opinjoni ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini ("l-Aġenzija") dwar il-limitu massimu ta' residwu, ifformulat mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju ('il-Kumitat').

2.  Għal dak l-għan, id-detentur ta' awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq għal prodott mediċinali veterinarju li fih tintuża din is-sustanza, min qed japplika jew għandu l-intenzjoni li japplika għal din l-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq, għandu jippreżenta applikazzjoni lill-Aġenzija.

Artikolu 4

L-opinjoni ta' l-Aġenzija

1.  L-opinjoni ta' l-Aġenzija għandha tikkonsisti f'evalwazzjoni xjentifika tar-riskju u f'rakkomandazzjonijiet għall-immaniġġjar tar-riskju.

2.  L-evalwazzjoni xjentifika tar-riskju u r-rakkomandazzjonijiet għall-immaniġġjar tar-riskju se jkollhom l-għan li jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem, filwaqt li jiżguraw ukoll li s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa ta' l-annimal u l-benessri ta' l-annimal ma jkunux affettwati b'mod negattiv minħabba n-nuqqas ta' disponibbiltà ta' prodotti mediċinali veterinarji xierqa. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom iqisu kwalunkwe sejba xjentifika relevanti ta' l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ikel, permezz ta' ittri ta' koperazzjoni.

Artikolu 5

L-estrapolazzjoni

Bl-għan li jiżgura d-disponibbiltà ta' prodotti mediċinali veterinarji awtorizzati għall-kondizzjonijiet li jaffettwaw l-ispeċi li jipproduċu l-ikel, il-Kumitat, waqt it-twettiq ta' l-evalwazzjonijiet xjentifiċi tar-riskju u t-tħejjija ta" rakkomandazzjonijiet għall-immaniġġjar tar-riskju, għandu jikkunsidra l-użu ta' limiti massimi ta' residwu stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva li tinsab f'oġġett ta' l-ikel partikolari għal oġġett ta' l-ikel ieħor imnissel mill-istess speċi, jew f'waħda jew aktar speċi għal speċi oħra.

Artikolu 6

L-evalwazzjoni xjentifika tar-riskju

1.  L-evalwazzjoni xjentifika tar-riskju għandha tqis il-metaboliżmu u t-tnaqqis ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fi speċi ta' annimali rilevanti u t-tip ta' residwi, u l-ammont tagħhom, li jistgħu jiġu inġeriti mill-bnedmin tul ħajjithom mingħajr ebda riskju apprezzabbli għas-saħħa espressi f'termini ta' Doża Aċċettabbli ta" Kuljum (DAK). Jistgħu jintużaw metodi alternattivi għad-DAK, jekk dawn ġew stabbiliti mill-Kummissjoni kif previst fl-Artikolu 12(1).

2.  L-evalwazzjoni xjentifika tar-riskju għandha tikkonċerna dan li ġej:

   a) it-tip u l-ammont ta' residwu li m'humiex meqjusa ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem;
   b) ir-riskju ta' effetti mikrobijoloġiċi u farmakoloġiċi tossikoloġiċi fil-bnedmin;
   c) ir-residwi li jifformaw fl-ikel li joriġina mill-pjanti jew li ġejjin mill-ambjent.

3.  Jekk il-metaboliżmu u t-tnaqqis tas-sustanzi ma jistgħux jiġu evalwati u l-użu tas-sustanza huwa maħsub li jippromwovi s-saħħa u l-benessri ta' l-annimal, l-evalwazzjoni xjentifika tar-riskju tista' tqis id-data ta' monitoraġġ jew id-data ta' espożizzjoni.

Artikolu 7

Ir-rakkomandazzjonijiet għall-immaniġġjar tar-riskju

1.  Ir-rakkomandazzjonijiet għall-immaniġġjar tar-riskju għandhom ikunu bbażati fuq l-evalwazzjoni xjentifika tar-riskju skond l-Artikolu 6 u għandhom jikkonsistu f'evalwazzjoni ta' dawn li ġejjin:

   a) id-disponibbiltà ta' sustanzi alternattivi għat-trattament ta' l-ispeċi rilevanti jew il-ħtieġa tas-sustanza evalwata sabiex tkun evitata tbatija mhux meħtieġa lill-annimali jew tkun żgurata s-sigurtà ta' dawk li jittrattawhom;
   b) fatturi leġittimi oħra bħall-aspetti teknoloġiċi tal-produzzjoni ta' l-ikel u ta' l-għalf ta' l-annimali, il-possibbiltà ta' kontrolli, il-kondizzjonijiet ta' l-użu u l-applikazzjoni tas-sustanzi fi prodotti mediċinali veterinarji, il-konformità ma' prattika veterinarja tajba u l-probabbiltà ta' użu ħażin jew użu illegali; l-użu ħażin jinkludi l-użu profilattiku ta' prodotti mediċinali veterinarji meta l-mard ikun jista' jiġi kkontrollat permezz ta' bidliet proporzjonati u raġonevoli tal-kundizzjonijiet li fihom jinżammu l-annimali;
   c) jekk għandux jiġi stabbilit limitu massimu ta' residwu jew limitu massimu provviżorju ta' residwu għal sustanza farmakoloġikament attiva fi prodotti mediċinali veterinarji, ▌ il-livell ta' dak il-limitu massimu ta' residwu u, fejn xieraq, kwalunkwe kondizzjoni jew restrizzjoni għall-użu tas-sustanza kkonċernata;
   d) jekk hux possibbli li jiġi stabbilit limitu massimu ta' residwu meta d-data pprovduta ma tippermettix l-identifikazzjoni ta' limitu sigur, jew meta ma tistax tintlaħaq l-ebda konklużjoni aħħarija dwar is-saħħa tal-bniedem fir-rigward ta' residwi ta' sustanza, minħabba n-nuqqas ta' tagħrif xjentifiku.

2.  Il-prodotti mediċinali veterinarji li m'għandhomx limitu ta' residwu massimu għall-equidae, li m'humiex inklużi fl-Anness IV tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 jew fl-Artikolu 13(2) ta' dan ir-Regolament, u li jintużaw "bla tikketta", kif definit fl-Artikolu 1(16) tad-Direttiva 2001/82/KE, u skond "id-dispożizzjonijiet kaskata" ta' l-Artikoli 10 u 11 fid-Direttiva 2001/82/KE u li ma jiġux injettati fil-muskoli jew taħt il-ġilda, għandu jkollhom perjodu ta' rtirar nominali ta' sitt xhur.

3.  L-użu ta' farmaċewtiċi li jkun fihom ingredjenti farmakoloġikament attivi li m'humiex elenkati fil-lista ta' sustanzi essenzjali għat-trattament ta' aquidae imsemmija fl-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2001/82/KE u li ma jiġux mogħtija fil-muskoli jew taħt il-ġilda, għandu jkollhom perjodu ta' rtirar nominali ta' sitt xhur.

Artikolu 8

Applikazzjonijet u proċeduri

1.  L-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 għandha tikkonforma mal-format u l-kontenut stabbiliti mill-Kummissjoni kif stipulat fl-Artikolu (12(1) u għandha tkun akkumpanjata mill-ħlas pagabbli lill-Aġenzija.

2.  L-Aġenzija għandha tiżgura li l-opinjoni tal-Kumitat tkun mogħtija fi żmien 210 ijiem wara li tirċievi applikazzjoni valida skond l-Artikolu 3 u l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Dan il-limitu ta' żmien għandu jkun sospiż meta l-Aġenzija titlob il-preżentazzjoni ta' tagħrif supplementari dwar is-sustanza partikolari f'perjodu ta" żmien speċifikat, u għandu japplika mill-ġdid meta t-tagħrif supplementari mitlub ikun ġie pprovdut.

3.  L-Aġenzija għandha tressaq l-opinjoni msemmija fl-Artikolu 4 lill-applikant. Fi żmien 15-il jum wara li tasal l-opinjoni, l-applikant jista' jipprovdi avviż bil-miktub lill-Aġenzija li jixtieq jitlob eżami mill-ġdid ta' l-opinjoni. F'dak il-każ l-applikant għandu jressaq ir-raġunijiet dettaljati għat-talba tiegħu lill-Aġenzija fi żmien 60 jum minn mindu tkun waslet l-opinjoni.

Fi żmien 60 jum mill-wasla tar-raġunijiet għat-talba, il-Kumitat għandu jqis jekk l-opinjoni għandhiex tiġi rriveduta. Ir-raġunijiet għall-konklużjoni li ntlaħqet dwar it-talba għandhom jiġu annessi ma' l-opinjoni aħħarija msemmija fil-paragrafu 4.

4.  Fi żmien 15-il jum mill-adozzjoni ta' l-opinjoni aħħarija, l-Aġenzija għandha tressaqha kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-applikant, filwaqt li tistqarr ir-raġunijiet għall-konklużjonijiet tagħha.

5.  F'każijiet speċifiċi fejn tkun meħtieġa awtorizzazzjoni urġenti biex tiżgura l-protezzjoni tal-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u s-saħħa u l-benesseri ta' l-annimali, il-Kummissjoni tista' skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3), tistabbilixxi residwu massimu proviżorju għal perjodu mhux itwal minn ħames snin.

Sezzjoni 2

Is-sustanzi farmakoloġikament attivi mhux maħsuba għall-użu fi prodotti mediċinali veterinarji

Artikolu 9

L-opinjoni ta' l-Aġenzija mitluba mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri

1.  ▌Il-Kummissjoni jew l-Istati Membri jew parti terza b'interessi leġittimi, jistgħu jressqu lill-Aġenzija t-talbiet għal opinjoni dwar il-limiti massimi ta' residwu għal sustanzi farmakoloġikament attivi f'kwalunkwe waħda miċ-ċirkustanzi li ġejjin:

   a) is-sustanza kkonċernata tkun awtorizzata għall-użu fi prodott mediċinali veterinarju f'pajjiż terz u ma tkun ġiet ippreżentata l-ebda applikazzjoni fir-rigward ta' din is-sustanza skond l-Artikolu 3, jew
   b) is-sustanza kkonċernata tkun inkluża fi prodott mediċinali maħsub biex jintuża skond l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/82/KE u ma tkunx ġiet ippreżentata l-ebda applikazzjoni għal din is-sustanza skond l-Artikolu 3, jew
   c) is-sustanza kkonċernata tkun inkluża fi prodott bijoċidali użat fit-trobbija ta' l-annimali u għandu jiġi ffissat limitu ta' residwu massimu skond l-Artikolu 10(2)(ii)(b) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13), jew
   d) is-sustanza kkonċernata tkun tista' tintuża biex l-annimali jiġu ttrattati b'mod effettiv, fil-każ ta' speċi minuri jew użu minuri, fejn tkun għadha ma teżisti l-ebda mediċina speċifika.

2.  Fiċ-ċirkustanzi tal-paragrafu 1(d), fejn huma kkonċernati speċi jew użu minuri, it-talba tista' tiġi mgħoddija lill-Aġenzija minn parti jew organizzazzjoni interessata.

3.  L-Artikoli 4 sa 7 għandhom japplikaw.

4.  L-applikazzjonijiet għal opinjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu konformi mal-format u l-kontenut stabbiliti mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 12(1).

5.  L-Aġenzija għandha tiżgura li l-opinjoni tal-Kumitat tkun mogħtija fi żmien 210 ijiem mill-wasla tat-talba tal-Kummissjoni. Dan il-limitu ta' żmien għandu jkun sospiż meta l-Aġenzija titlob il-preżentazzjoni ta' tagħrif supplementari dwar is-sustanza partikolari f'perjodu ta" żmien speċifikat, u dan iż-żmien japplika mill-ġdid meta t-tagħrif supplementari mitlub ikun ġie pprovdut.

6.  Fi żmien 15-il jum mill-adozzjoni ta' l-opinjoni aħħarija, l-Aġenzija għandha tressaqha lill-Kummissjoni u, kif jista' jkun il-każ, lill-Istat Membru jew lill-parti li tkun għamlet it-talba, filwaqt li tistqarr ir-raġunijiet għall-konklużjonijiet tagħha.

Sezzjoni 3

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 10

Eżami mill-ġdid ta' l-opinjoni

Meta l-Kummissjoni, kwalunkwe persuna li tkun ippreżentat applikazzjoni għal opinjoni skond l-Artikolu 3, jew Stat Membru skond l-Artikolu 9, bħala riżultat ta' tagħrif ġdid, tqis li eżami mill-ġdid ta' l-opinjoni huwa meħtieġ sabiex tkun protetta s-saħħa tal-bniedem u ta' l-annimal, hi tista' titlob lill-Aġenzija toħroġ opinjoni ġdida dwar is-sustanzi fil-kwistjoni.

Dik it-talba għandha tkun akkumpanjata minn tagħrif li jispjega l-kwistjoni li għandha tiġi indirizzata. L-Artikolu 8(2) sa (4) jew l-Artikolu 9(5) u (6) rispettivament għandhom japplikaw għall-opinjoni l-ġdida.

Artikolu 11

Pubblikazzjoni ta' opinjonijiet

L-Aġenzija għandha tippubblika l-opinjonijiet imsemmija fl-Artikoli 4, 9 u 10, wara li tħassar kwalunkwe tagħrif kummerċjali ta' natura kunfidenzjali.

Artikolu 12

Miżuri ta" Implimentazzjoni

1.  ▌Il-Kummissjoni, b'konsultazzjoni ma' l-Aġenzija, għandha tadotta regoli dwar:

   a) il-forma li fiha għandhom jiġu ppreżentati l-applikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u t-talbiet imsemmija fl-Artikolu 9, u l-kontenut ta' dawn l-applikazzjonijiet;
   b) il-prinċipji metodoloġiċi ta' l-evalwazzjoni tar-riskju u tar-rakkomandazzjonijiet għall-immaniġġjar tar-riskju msemmija fl-Artikoli 6 u 7, inklużi r-rekwiżiti tekniċi skond l-istandards miftiehma internazzjonalment.

Ir-regoli msemmija fil-punt (a) għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 23(2) u, fil-każ tal-punt (b), skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).

2.  Il-Kummissjoni, b'konsultazzjoni ma' l-Aġenzija u mal-partijiet interessati, għandha tadotta regoli dwar l-użu ta' livell massimu ta' residwu ta' oġġett ta' l-ikel partikolari għal oġġett ta' l-ikel ieħor ta' l-istess speċi, jew ta' waħda jew aktar speċi għal speċi oħra msemmija fl-Artikolu 5. Dawn ir-regoli għandhom jispeċifikaw kif u taħt liema ċirkostanzi d-data xjentifika dwar ir-residwi f'oġġett ta' l-ikel partikolari jew f'waħda jew aktar speċi jistgħu jintużaw biex jistabbilixxu limitu massimu ta' residwu f'oġġetti ta' l-ikel oħra, jew fi speċi oħra.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).

KAPITOLU II KLASSIFIKAZZJONI

Artikolu 13

Klassifikazzjoni ta' sustanzi farmakoloġikament attivi

1.  Il-Kummissjoni għandha tikklassifika s-sustanzi farmakoloġikament attivi skond l-opinjoni ta' l-Aġenzija dwar il-limitu massimu ta' residwu skond l-Artikoli 4, 9 jew 10.

2.  Il-klassifikazzjoni għandha tinkludi lista ta' sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassijiet terapewtiċi li għalihom jappartienu. Il-klassifikazzjoni għandha tinkludi wkoll l-iffissar, għal kull waħda minn dawn is-sustanzi, ta' waħda minn dawn l-għażliet li ġejjin:

   a) limitu massimu ta' residwu;
   b) limitu massimu provviżorju ta' residwu;
   c) in-nuqqas ta' limitu massimu ta' residwu;
   d) projbizzjoni fuq il-preżenza ta' sustanza jew residwi ta' sustanza fi prodott li joriġina mill-annimali.

3.  Se jkun stabbilit limitu massimu ta' residwu fejn jidher li huwa meħtieġ għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem:

   a) b'konformità ma' l-opinjoni ta' l-Aġenzija skond l-Artikoli 4, 9 jew 10; jew
   b) wara vot mid-Delegazzjoni tal-Kummissjoni fil-Codex Alimentarius favur l-istabbiliment ta' limitu massimu ta' residwu għal sustanza farmakoloġikament attiva maħsuba għall-użu fi prodott mediċinali veterinarju , sakemm id-data xjentifika li tkun ġiet ikkunsidrata tkun saret disponibbli għad-delegazzjoni tal-Komunità fil-Codex Alimentarius qabel il-votazzjoni fil-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius. F' dan il-każ ▌m'hijiex meħtieġa evalwazzjoni addizzjonali mill-Aġenzija.

4.  Jista' jiġi stabbilit limitu massimu provviżorju ta' residwu għal sustanza farmakoloġikament attiva f'każijiet fejn id-data xjentifika m'hijiex kompluta, sakemm ma jkun hemm l-ebda raġuni għalfejn wieħed jissoponi li r-residwi tas-sustanza kkonċernata fil-livell propost jippreżentaw riskju għas-saħħa tal-bniedem.

Il-limitu massimu provviżorju ta' residwu se japplika għal perjodu ta' żmien stabbilit, li m'għandux jaqbeż il-ħames snin. Dak il-perjodu jista' jiġi estiż darba għal perjodu li ma jaqbiżx is-sentejn fejn jintwera li din l-estensjoni tkun tippermetti t-tlestija ta' l-istudji xjentifiċi li għadhom għaddejja.

5.  L-ebda limitu massimu ta' residwu m' għandu jiġi stabbilit meta, b'konformità ma' opinjoni skond l-Artikoli 4, 9 jew 10, ma jkunx meħtieġ għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.

6.  Il-preżenza ta' sustanza jew residwi ta' din is-sustanza fi prodott li joriġina mill-annimali għandha tkun ipprojbita, b'konformità ma' opinjoni skond l-Artikoli 4, 9 jew 10, fiż-żewġ ċirkostanzi li ġejjin:

   a) fejn kwalunkwe preżenza ta' sustanza farmakoloġikament attiva jew ir-residwi ta' din is-sustanza f'ikel li joriġina mill-annimali tkun ta' riskju għas-saħħa tal-bniedem;
   b) fejn ma tista' tintlaħaq l-ebda konklużjoni aħħarija dwar l-effett ta' residwi ta' sustanza fuq is-saħħa tal-bniedem.

7.  Fejn jidher li huwa meħtieġ għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, il-klassifikazzjoni għandha tinkludi l-kondizzjonijiet u r-restrizzjonijiet għall-użu jew għall-applikazzjoni ta' sustanza farmakoloġikament attiva użata fi prodotti mediċinali veterinarji li hija suġġetta għal limitu massimu ta' residwu, jew li għaliha ma ġie stabbilit l-ebda limitu massimu ta' residwu.

Artikolu 14

Proċedura mgħaġġla għal opinjoni ta' l-Aġenzija

1.  F'każijiet speċifiċi fejn ikun hemm bżonn li prodott mediċinali veterinarju jew prodott bijoloġiku jiġi awtorizzat b'urġenza minħabba raġunijiet relatati mal-protezzjoni tas-saħħa pubblika jew mal-protezzjoni tas-saħħa jew tal-benessri ta' l-annimali, il-Kummissjoni, kwalunkwe persuna li tkun talbet opinjoni skond l-Artikolu 3 jew Stat Membru jista' jitlob lill-aġenzija biex twettaq proċedura mgħaġġla għall-evalwazzjoni tal-limitu ta' residwu massimu ta' sustanza farmakoloġikament attiva li tkun tinsab f'dawn il-prodotti.

2.  Il-format u l-kontenut ta' l-applikazzjoni għandhom jiġu speċifikati mill-Kummissjoni skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(1).

3.  Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 8(2) u 9(5), l-Aġenzija għandha tiżgura li l-Kumitat ikun kapaċi li joħroġ l-opinjoni tiegħu fi żmien 150 jum wara l-wasla ta' l-applikazzjoni.

Artikolu 15

Proċedura normali

1.  Għall-għan tal-klassifikazzjoni prevista fl-Artikolu 13, il-Kummissjoni għandha tħejji abbozz tar-Regolament fi żmien 30 jum minn mindu tasal l-opinjoni ta' l-Aġenzija msemmija fl-Artikoli 4, 9(1) jew 10. Il-Kummissjoni għandha tħejji wkoll abozz ta' Regolament fi żmien 30 jum mill-wasla tar-riżultat tal-vot mid-Delegazzjoni tal-Kummisjoni fil-Codex Alimentarius mill-Komunità favur l-iffissar ta' limitu ta' residwu massimu ▌kif imsemmi fl-Artikolu 13(3).

Fejn l-abbozz tar-Regolament m'huwiex skond l-opinjoni ta' l-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha tipprovdi spjegazzjoni dettaljata tar-raġunijiet għad-differenzi.

2.  Ir-Regolament imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni skond, u fi żmien 90 jum wara t-tmiem tal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).

3.  Fil-każ tal-proċedura mgħaġġla msemmija fl-Artikolu 14, il-Kummissjoni għandha tadotta r-Regolament imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fi żmien 15-il jum tat-tmiem tal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 23(2).

Artikolu 16

Metodi analitiċi

L-Aġenzija għandha tikkonsulta l-laboratorji ta' referenza tal-Komunità għall–analiżi fil-laboratorju ta' residwi magħżula mill-Kummissjoni skond ir-Regolament (KE) Nru 882/2004, dwar metodi analitiċi xierqa għal ġbir ta' kampjuni b'mod armonizzat sabiex ikunu osservati r-residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi li għalihom ġew iddeterminati limiti massimi ta' residwu skond l-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament. L-Aġenzija għandha tipprovdi informazzjoni dwar dawn il-metodi lil-laboratorji ta' referenza tal-Komunità u lil-laboratorji ta' referenza nazzjonali magħżula skond ir-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Artikolu 17

Ċirkolazzjoni ta' l-oġġetti ta' l-ikel

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu jew jimpedixxu l-importazzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' ikel ta' oriġini mill-annimali li jkun fih residwi li jirriżultaw mill-amministrazzjoni illegali ta' sustanzi farmakoloġikament attivi li ma jkunux suġġetti għal klassifikazzjoni b'konformità ma' l-Artikolu 13(2) (a), (b) jew (c).

B'konformità ma' dan, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta' ikel li jkun fih residwi li jirriżultaw minn amministrazzjoni illegali ta' sustanzi li l-użu tagħhom huwa pprojbit fl-Unjoni Ewropea għandhom ikunu pprojbiti fl-interess tas-saħħa pubblika.

TITOLU III

PUNTI TA' REFERENZA GĦALL-AZZJONI

Artikolu 18

Stabbiliment u reviżjoni

1.  Fejn huwa xieraq sabiex ikun żgurat it-tħaddim tal-kontrolli ta' ikel ta' oriġini mill-annimali importati jew imqiegħda fis-suq, skond ir-Regolament (KE) Nru 882/2004, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi punti ta' referenza għal azzjoni marbuta ma' residwi minn sustanzi farmakoloġikament attivi li m'humiex suġġetti għal klassifikazzjoni skond l-Artikolu 13(2)(a), (b) jew (c).

Il-prinċipji ta' l-evalwazzjoni tar-riskju skond l-Artikoli 4 sa 8 għandhom jiġu applikati sabiex jiġi garantit livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa.

Dawk il-miżuri, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).

2.  Il-punti ta' referenza għall-azzjoni għandhom jiġu rriveduti regolarment fid-dawl ta' kwalunkwe data ġdida rigward il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-katina ta' l-ikel.

Il-prodotti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali u li jkun fihom sustanzi farmakoloġikament attivi li għalihom ma jkun ġie stabbilit l-ebda limitu ta' residwu massimu ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq.

Artikolu 19

Metodi biex ikunu stabbiliti punti ta' referenza għall-azzjoni

1.  Il-punti ta' referenza għall-azzjoni għandhom ikunu bbażati fuq il-kontenut ta' analyte f'kampjun, li jista' jiġi osservat u kkonfermat minn laboratorji ta' kontroll ta' referenza magħżula skond ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 b'metodu analitiku vvalidat skond ir-rekwiżiti tal-Komunità. F'dan, il-Kummissjoni se tkun ikkonsultata mil-laboratorji ta' referenza rilevanti tal-Komunità dwar l-eżekuzzjoni tal-metodi analitiċi.

2.  Il-Kummissjoni tista' tressaq talba lill-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel għal evalwazzjoni tar-riskju dwar jekk il-punti ta' referenza għall-azzjoni humiex adegwati għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. F'dawk il-każijiet l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel għandha tiżgura li l-opinjoni tkun mogħtija lill-Kummissjoni fi żmien 210 ijiem mill-wasla tat-talba.

3.  L-evalwazzjoni tar-riskju għandha tqis ir-regoli, inklużi l-metodi xjentifiċi, li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni b'konsultazzjoni ma' l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel.

Dawk ir-regoli, imfassla sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jissupplimentawh, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).

Artikolu 20

Il-kontribuzzjoni tal-Komunità għall-miżuri ta' appoġġ għal punti ta' referenza għall-azzjoni

Jekk l-applikazzjoni ta' dan it-Titolu teħtieġ li l-Komunità tiffinanzja l-miżuri bħala appoġġ għall-iffissar u t-tħaddim tal-punti ta' referenza, l-Artikolu 66(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 għandu japplika.

Artikolu 21

It-tqegħid fis-suq

Jekk jinqabżu l-limiti ta' residwu massimu jew il-kwantitajiet ta' referenza skond dan ir-Regolament, il-prodott m'għandux jitqiegħed fis-suq bħala prodott ta' l-ikel, jew jiġi ttrasformat fi prodotti ta' l-ikel jew jitħallat ma' prodotti ta' l-ikel.

Artikolu 22

L-implimentazzjoni ta' punti ta' referenza għall-azzjoni

1.   Fejn jitwettqu kontrolli fuq ikel li joriġina mill-annimali u r-riżultati tat-testijiet analitiċi jikkonfermaw il-preżenza ta' sustanza farmakoloġikament attiva li ma tkunx suġġetta għal klassifikazzjoni skond l-Artikolu 13(2)(a), (b) jew (c) fuq livell ugwali jew ogħla mill-punt ta' referenza għall-azzjoni tagħha, il-lott relevanti għandu jitqies bħala mhux konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità.

2.   Fejn ir-riżultati tat-testijiet analitiċi mwettqa fuq ikel li joriġina mill-annimali jkunu taħt il-punti ta' referenza għall-azzjoni, għandu jkun awtorizzat id-dħul tal-prodott fil-katina ta' l-ikel. L-awtorità kompetenti għandha żżomm rekord tas-sejbiet fil-każ ta' rikorrenza. Fejn ir-riżultati ta' analiżi analitiċi fuq prodotti mill-istess oriġini juru xejra rikorrenti li tkun tindika problema potenzjali, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali. Il-Kummissjoni għandha tressaq il-kwistjoni għall-attenzjoni ta' l-awtorità kompetenti tal-pajjiż jew tal-pajjiżi ta' oriġini u għandha tippreżenta proposti konkreti.

3.   Għandhom jiġu adottati regoli dettaljati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3).

TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 23

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji.

2.  Kull fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahar.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 24

Il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali.

2.  Kull fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahar.

3.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 25

Klassifikazzjoni ta' sustanzi farmakoloġikament attivi skond ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90

Sa...(14) ║il-Kummissjoni għandha tadotta, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 23(3), Regolament li fih is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward ta' limiti massimi ta' residwi skond l-Annessi I sa IV tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90.

Artikolu 26

Rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill

Il-Kummissjoni għandha, sa ...(15) tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu, b'mod partikulari, jirrevedi l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan ir-rapport għandu, jekk ikun xieraq, ikun akkumpanjat bi proposti relevanti.

Artikolu 27

Revoka

1.  Ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90 huwa rrevokat.

2.  L-Annessi I sa IV tar-Regolament irrevokat għandhom ikomplu japplikaw sakemm jidħol fis-seħħ ir-Regolament imsemmi fl-Artikolu 25. L-Anness V tar-Regolament irrevokat għandu jkompli japplika sakemm jidħlu fis-seħħ il-miżuri msemmija fl-Artikolu 12(1).

3.  Ir-referenzi għar-Regolament irrevokat għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għar-Regolament imsemmi fl-Artikolu 25.

Artikolu 28

║Dħul fis-Seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 10, 15.1.2008, p. 51.
(2) ĠU C ...
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008.
(4) ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1.
(5) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 1. ║
(6) ĠU C 27 E, 31.1.2002, p. 80.
(7) ĠU L 125, 23.5.1996, p. 3. ║
(8) ĠU L 37, 13. 2.1993, p. 1. ║
(9) ĠU L 31, 1. 2.2002, p. 1. ║
(10) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1.
(11) ĠU L 136, 30.04.2006, p. 1. ║
(12) ĠU L 184, 17. 7.1999, p. 23. ║
(13)1 ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.
(14)* 90 jum mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament..
(15)** Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.


Il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2010) ***I
PDF 323kWORD 42k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2010) (COM(2007)0797 – C6-0469/2007 – 2007/0278(COD))
P6_TA(2008)0286A6-0173/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0797),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 137(2) tat-Trattat tal-KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0469/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0173/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jieħu nota ta' l-istqarrija tal-Kummissjoni annessa magħha;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa" tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tbiddilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' Ġunju 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru .../2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (2010)

P6_TC1-COD(2007)0278


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Deċiżjoni Nru 1098/2008/KE.)

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tagħti l-ogħla importanza għall-faċilitazzjoni u l-appoġġ ta' parteċipazzjoni wiesgħa fil-livelli kollha fl-attivitajiet marbuta mas-Sena Ewropea għall-Ġlieda Kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali 2010 bħala mezz prattiku biex jiġi żgurat li l-impatt tagħha jkun pożittiv u dejjiemi.

B'konformità mad-Deċiżjoni dwar is-Sena Ewropea, il-Kummissjoni se tfassal linji gwida komuni fid-Dokument ta' Qafas Strateġiku (SFD) li se jistabbilixxi l-prijoritajiet ewlenin għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet relatati mas-Sena Ewropea, inklużi standards minimi f'termini ta' parteċipazzjoni f'entitajiet u azzjonijiet nazzjonali (ara l-Anness, Parti II, punt 2 tad-Deċiżjoni).

L-SFD huwa indirizzat lill-Entitajiet ta' Implimentazzjoni Nazzjonali (NIBs) responsabbli għad-definizzjoni tal-programmi nazzjonali għas-Sena Ewropea u biex jintgħażlu azzjonijiet individwali li jridu jiġu proposti għall-finanzjament Komunitarju, u lill-atturi l-oħra kkonċernati.

F'dak il-kuntest, il-Kummissjoni se tenfasizza l-importanza tal-faċilitazzjoni tal-aċċess mill-NGOs kollha, inklużi organizzazzjonijiet żgħar u ta' daqs medju. Sabiex jiġi żgurat l-aktar aċċess wiesa' possibbli, l-NIBs jistgħu jiddeċiedu li ma jitolbu l-ebda kofinanzjament u minflok jiffinanzjaw kompletament ċerti azzjonijiet.


L-adozzjoni mis-Slovakkja tal-munita unika fl-1 ta' Jannar 2009 *
PDF 215kWORD 50k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni mis-Slovakkja tal-munita unika fl-1 ta' Jannar 2009 (COM(2008)0249 – C6-0198/2008 – 2008/0092(CNS))
P6_TA(2008)0287A6-0231/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0249),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni ta' l-2008 (COM(2008)0248) dwar il-konverġenza tas-Slovakkja u r-rapport tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ta' Mejju 2008 dwar il-konverġenza,

–   wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tabroga d-Deċiżjoni 2005/182/KE dwar l-eżistenza ta' żbilanċ eċċessiv fis-Slovakkja (SEC(2008)0572),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Lulju 2007 dwar ir-rapport annwali għall-2007 dwar iz-zona ta' l-euro(1),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-20 ta' Ġunju 2007 dwar it-titjib tal-proċess ta' konsultazzjoni tal-Parlament Ewropew fil-proċeduri ta' tkabbir ulterjuri taz-zona euro(2),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta" l-1 ta" Ġunju 2006 dwar it-tkabbir taz-zona ta" l-euro(3),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/223/KE tal-21 ta' Marzu 2003 dwar l-emenda ta' l-Artikolu 10(2) ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew(4),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2003 dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew għal proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar emenda ta' l-Artikolu 10(2) ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew(5),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 122(2) tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0198/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0231/2008),

A.   billi s-Slovakkja kkonformat mal-kriterji ta' Maastricht skond l-Artikolu 121 tat-Trattat KE u l-Protokoll dwar il-kriterji ta' konverġenza msemmi fih,

B.   billi d-delegazzjoni mill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tiegħu żaret is-Slovakkja biex tevalwa kemm dak il-pajjiż huwa lest biex jidħol fiz-zona ta' l-euro, li kienet l-ewwel darba li saret tali żjara,

C.   billi, għaxar snin wara li kienet stabbilita l-Unjoni Ekonomika u Monetarja, l-esperjenza wriet li l-inċentivi biex issir riforma strutturali jonqsu wara li pajjiż ikun issieħeb maz-zona ta' l-euro, u li l-kwistjoni tas-sostenibilità żdiedet fl-importanza,

D.   billi l-President tal-Kunsill ta' l-Ecofin kiteb ittra lill-Kunsill, li ltaqa' fil-livell tal-Kapijiet ta' l-Istat jew tal-gvernijiet, fejn ippreżenta l-miżuri u l-impenji politiċi li ġew adottati mill-Gvern Slovakk biex tiġi żgurata s-sostenibilità tal-konverġenza,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Huwa favur l-adozzjoni ta' l-euro mis-Slovakkja fl-1 ta' Jannar 2009;

3.  Jinnota li l-Artikolu 121 tat-Trattat KE jiddefinixxi l-kisba ta' livell għoli ta' konverġenza sostenibbli permezz ta' referenza għal kemm kull Stat Membru jkun issodisfa l-kriterji li ġejjin: il-kisba ta' livell għoli ta' stabbilità fil-prezzijiet; is-sostenibilità tal-pożizzjoni finanzjarja tal-gvern; l-osservanza tal-marġini normali ta' varjazzjoni previsti mill-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju; kemm iddum il-konverġenza miksuba mill-Istat Membru u r-riflessjoni tal-parteċipazzjoni tiegħu fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju tas-Sistema Monetarja Ewropea fil-livelli ta' rati ta' l-imgħax fuq perjodu twil ta' żmien;

4.  Jinnota li r-Rapport dwar il-Konverġenza tal-BĊE għall-2008 jidentifika riskji rigward is-sostenibilità tar-rata baxxa ta' inflazzjoni miksuba u jħeġġeġ sabiex jittieħdu l-passi meħtieġa biex tkun evitata l-inflazzjoni;

5.  Huwa mħasseb dwar id-diskrepanzi bejn ir-Rapporti dwar il-Konverġenza tal-Kummissjoni u tal-BĊE rigward is-sostenibilità ta' l-inflazzjoni;

6.  Jirrakkomanda li l-Gvern Slovakk iwaqqaf osservatorju biex jimmonitorja l-prezz ta' ċertu numru ta' prodotti bażiċi kull ġimgħa sabiex jikkumbatti l-perċezzjonijiet ħżiena dwar iż-żidiet fil-prezzijiet;

7.  Jistieden lill-Gvern tas-Slovakkja biex jiżgura li jkomplu r-riformi strutturali meħtieġa fis-swieq tax-xogħol, tas-servizzi u tal-prodotti, waqt li jiżgura, b'mod partikulari, iktar mobbiltà fix-xogħol u investiment fil-kapital uman; jistieden lill-Gvern Slovakk biex jiżgura li jkun hemm il-kompetizzjoni, b'mod partikulari f'oqsma sensittivi bħall-enerġija;

8.  Jistieden lill-Gvern Slovakk biex jiżġura, bil-koperazzjoni tal-Bank Ċentrali Slovakk, ambjent stabbli b'inflazzjoni baxxa, li jista' jinkiseb permezz ta' aktar konsolidazzjoni fiskali, u politika fiskali stretta biżżejjed bl-għan li jibbilanċja l-baġit f'perjodu ta' żmien medju; jistieden lill-imsieħba soċjali fis-Slovakkja biex iżommu ż-żidiet fil-pagi konformi mat-tkabbir fil-produttività fil-futur prevedibbli;

9.  Jitlob lill-Eurogroup biex itejjeb il-koordinazzjoni u biex jissorvelja l-implimentazzjoni effettiva ta' l-impenji politiċi li ġew adottati mill-istati membri taz-zona ta' l-Euro għas-sostenibilità tal-konverġenza;

10.  Jenfasizza li l-politiki fiskali fl-Istati Membri li jipparteċipaw fiz-zona ta' l-euro jridu jkunu konsistenti mal-prinċipji ta' governanza tajba fi kwistjonijiet fiskali;

11.  Itenni l-fehma tiegħu, li jemmen fiha bis-sħiħ, li l-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jadottaw il-pożizzjoni li proċedura ta' żbilanċ eċċessiv li tikkonċerna Stat Membru trid tkun ingħalqet qabel ma tkun evalwata l-konformità mal-kriterji ta' Maastricht kif stabbilit fl-Artikolu 2 tal-Protokoll dwar il-kriterji ta' konverġenza; jiddispjaċih li, għal darb'oħra, il-Kummissjoni naqset milli tapplika korrettament it-Trattat KE f'dan ir-rigward;

12.  Jemmen li l-miżuri kollha rilevanti adottati mill-Istati Membri li japplikaw għal sħubija fiz-zona ta' l-Euro, wara l-pubblikazzjoni tar-rapporti ta' konverġenza tal-Kummissjoni u tal-Bank Ċentrali Ewropew, għandhom jiġu kkunsidrati mill-Kunsill fuq il-bażi tar-riżoluzzjoni rilevanti tal-Parlament u għandhom jiġu integrati fil-proċess ta' sorveljanza;

13.  Jistieden lill-Istati Membri biex iħallu lill-Kummissjoni tevalwa l-konformità mal-kriterji ta' Maastricht fuq il-bażi ta' data definita, attwali, affidabbli, u ta' kwalità għolja;

14.  Huwa mħasseb minħabba li m'hemmx wisq appoġġ għall-euro fost iċ-ċittadini Slovakki; jistieden lill-awtoritajiet Slovakki, għalhekk, biex iżidu l-intensità tal-kampanja ta' informazzjoni pubblika bl-għan li tispjega l-benefiċċji tal-munita unika u biex jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jimminimizzaw żidiet fil-prezzijiet tul il-perjodu tal-bidla;

15.  Jinnota l-isforzi li saru min-naħat kollha biex itejbu l-kundizzjonijiet li fihom il-Parlament jeżerċita d-dritt ta' konsultazzjoni tiegħu skond l-Artikoli 121 u 122 tat-Trattat KE f'termini ta' informazzjoni u kemm din tingħata fil-ħin u jilqa' l-inizjattiva tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji li jorganizza żjara ta' studju fis-Slovakkja biex hu stess jagħmel evalwazzjoni tas-sitwazzjoni;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-BĊE biex iqisu l-aspetti kollha meta jirrakkomandaw ir-rata tal-kambju finali għall-koruna Slovakka;

17.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

18.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

19.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Eurogrupp u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri.

(1) Testi Adottati, P6_TA(2007)0348.
(2) ĠU C 146 E, 12.6.2008, p.251.
(3) ĠU C 298 E, 8.12.2006, p. 249.
(4) ĠU L 83, 1.4.2003, p. 66.
(5) ĠU C 61 E, 10.3.2004, p. 374.


L-impatt tal-politiki ta' koeżjoni fuq l-integrazzjoni ta' komunitajiet u gruppi vulnerabbli
PDF 229kWORD 71k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-impatt tal-politiki ta' koeżjoni fuq l-integrazzjoni ta' komunitajiet u gruppi vulnerabbli (2007/2191(INI))
P6_TA(2008)0288A6-0212/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 87(3), 137 u 158 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistipula dispożizzjonijiet ġenerali għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, għall-Fond Soċjali Ewropew u għall-Fond ta' Koeżjoni(1),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Lulju 2005 msemmija l-Politika ta' Koeżjoni b'Appoġġ għat-Tkabbir u għall-Impjiegi: Linji Gwida Strateġiċi tal-Komunità, 2007-2013 (COM(2005)0299),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta" Frar 2005 dwar l-Aġenda Soċjali (COM(2005)0033)

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/702/KE tas-6 ta' Ottubru 2006 dwar il-linji gwida strateġiċi tal-Komunità dwar il-koeżjoni,(2)

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Mejju 2005 msemmija t-Tielet rapport ta' progress dwar il-koeżjoni: Lejn sħubija ġdida għat-tkabbir, l-impjiegi u l-koeżjoni (COM(2005)0192),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Ġunju 2006 msemmija l-Istrateġija tat-Tkabbir u ta' l-Impjiegi u r-Riforma tal-Politika ta' Koeżjoni Ewropea: Ir-raba' rapport ta' progress dwar il-koeżjoni (COM(2006)0281),

–   wara li kkunsidra l-Aġenda Territorjali ta' l-UE, il-Karta ta' Liepzig dwar l-Ibliet Sostenibbli Ewropej, u l-Ewwel Programm ta' Azzjoni għall-implimentazzjoni ta' l-Aġenda Territorjali ta' l-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-preparazzjoni tal-'Green Paper' dwar il-Koeżjoni Territorjali mill-Kummissjoni,

–   wara li kkunsidra r-rapport min-Netwerk Ewropew għal Osservatorju għall-Ippjanar Spazjali (ESPON) imsemmi Futuri Territorjali – Xenarji spazjali għall-Ewropa, u dak tal-Parlament Ewropew imsemmi Disparitajiet Reġjonali u Koeżjoni: Liema Strateġiji għall-Futur?

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 13 u 141 tat-Trattat KE, li jesiġu li l-Istati Membri jiżguraw opportunitajiet ugwali għaċ-ċittadini kollha,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-31 ta' Jannar 2008 dwar strateġija Ewropea dwar ir-Roma(3),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali (A6-0212/2008),

A.   billi wieħed mill-għanijiet tal-Komunità, kif stipulat fl-Artikolu 158 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, huwa li jitħeġġeġ żvilupp ekonomiku u soċjali armonjuż fi ħdan il-Komunità kollha u biex jitnaqqsu d-disparitajiet soċjoekonomiċi bejn reġjuni individwali,

B.   billi disparitajiet jistgħu jinqalgħu fi ħdan reġjun kif ukoll bejn ir-reġjuni,

C.   billi l-iskop bażiku tal-politika għall-koeżjoni huwa li jindirizza d-disparitajiet soċjali, ekonomiċi u territorjali li jeżistu bejn ir-reġjuni l-aktar sinjuri u l-ifqar reġjunijiet, u billi l-ambitu tagħha m'għandux għalhekk jirreduċi ruħu f'appoġġ għal objettivi ta' strateġiji oħrajn li jista' jkun ta' ostakolu għall-koeżijoni soċjali u territorjali,

D.   billi s'issa l-politika ta' koeżjoni tat kontribut effettiv biex tgħin l-ifqar reġjuni ħalli jnaqqsu d-distakk f'dak li hu żvilupp soċjoekonomiku,

E.   billi pajjiżi sħaħ għadhom jaffrontaw sfidi konsiderevoli għall-iżvilupp tagħhom u jidher li ma tantx hemm possibiltà li sseħħ konverġenza fil-qafas attwali 2007-2013,

F.   billi f'xi Stati Membri l-iżvilupp ekonomiku huwa konċentrat madwar bliet kapitali reġjunali u nazzjonali u ċentri urbani kbar, hekk li jħalli zoni oħrajn bħal zoni rurali, periferali, ta" gżejjer u muntanjużi, bi żvilupp soċjoekonomiku mhux uniformi u jaggrava l-vulnerabiltà għall-komunitajiet soċjali u gruppi f'dawn iz-zoni,

G.   billi t-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea jelenka l-koeżjoni territorjali bħala wieħed mill-objettivi ta' l-UE u jipprovdi għal kompetenza maqsuma bejn l-Unjoni u l-Istati Membri f'din iz-zona,

H.   billi l-kunċett ta" "komunità vulnerabbli" huwa vast wisq u m'hemmx kriterji cari li jistgħu jiddefinixxu dan il-kunċett,

I.   billi ħafna territorji għadhom isofru mill-effetti ħżiena ta' l-iżolament u mill-iżvantaġġi ġeografiċi tagħhom u huma neqsin mill-infrastruttura meħtieġa li tippermetti opportunitajiet ta' żvilupp reali biex jintlaħaq il-livell medju ta' żvilupp ta' l-UE,

J.   billi titjib fl-infrastruttura tat-trasport u fl-aċċess għat-trasport jgħinu biex jagħmlu reġjuni iżolati aktar aċċessibbli, filwaqt li jnaqqsu l-esklużjoni ta' komunitajiet u gruppi li jgħixu b'dawn iz-zoni mbiegħda, u billi titjib fis-servizzi ġenerali, b'mod partikulari fl-edukazzjoni, itejjeb il-ħajja ta' gruppi u komunitajiet vulnerabbli,

K.   billi l-ifqar territorji huma neqsin mir-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex jipprovdu l-kontribuzzjoni individwali tagħhom għall-iffinanzjar tal-Komunità li huma eliġibbli għalih u billi barra minn hekk dawn it-territorji ħafna drabi huma neqsin mill-kapaċità amministrattiva u r-riżorsi umani biex jagħmlu użu tajjeb mill-iffinanzjar mogħti lilhom,

L.   billi minħabba l-impatt qawwi territorjali tal-politika għall-iżvilupp rurali jeħtieġ li din tiġi koordinata aħjar mal-politika reġjonali sabiex jitrawmu sinerġiji u kumplimentarjetajiet bejn dawn iż-żewġ politkli, u li jitkejlu l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta" l-integrazzjoni mill-ġdid ta" dawn il-politiki,

M.   billi hemm nuqqas ta' dejta statistika mikroreġjonali disponibbli u komparabbli għal dawk ir-reġjuni ta" l-UE fejn jgħixu komunitajiet u gruppi vulnerabbli,

N.   billi l-faqar u l-esklużjoni għandhom karatteristiċi territorjali qawwija,

O.   billi ħafna mit-territorji mikroreġjonali l-anqas favoriti qed jaffaċċjaw problemi kumplessi multidimensjonali relatati mal-lokazzjoni periferali tagħhom, man-nuqqas ta' infrastruttura loġistika, man-nuqqas ta' zvilupp soċjoekonomiku, mal-proċessi tad-diżindustrijalizzazzjoni, mal-livelli baxxi ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ, man-nuqqas ta' kapaċità amministrattiva, man-nuqqas ta' impjieg generazzjonali, ma' l-akkomodazzjoni u l-kundizzjonijiet ta' għajxien li qed jiddeterjoraw, ma' l-aċċess dgħajjef għas-servizzi ta' interess ġenerali, man-nuqqas ta" kundizzjonijiet għal żvilupp u progress teknoloġiku u mal-konċentrazzjoni tal-minoranzi segregati u l-gruppi vulnerabbli,

P.   billi politika ta' koeżjoni teħtieġ baġit proporzjonali għall-objettivi u l-istrumenti effiċjenti tagħha li jippermettu li r-reġjuni jegħlbu d-disparitajiet ta' żvilupp u biex jaffaċċjaw l-isfidi territorjali, inklużi l-bidla demografika, il-konċentrazzjoni urbana, il-movimenti migratorji, il-globalizzazzjoni, il-bidla fil-klima u l-provvista ta' l-enerġija;

1.  Jenfasizza li l-konċentrazzjoni territorjali ta' komunitajiet u gruppi vulnerabbli u l-esklużjoni soċjali li taffettwa l-aktar reġjuni sottożviluppati hija sfida li dejjem qed tikber għall-koeżjoni ta' l-UE; barra minn hekk, jenfasizza li dan il-fenomenu ma jinsabx biss b'mod interreġjonali f'zoni żviluppati iżda jinsab ukoll b'mod intraregjonali, sa ċertu punt, kemm f'zoni żviluppati u kemm f'dawk li għadhom qegħdin jigu żviluppati u jeħtieġ li tingħatalu attenzjoni partikolari minħabba li komunitajiet u gruppi vulnerabbli bħal dawn għandhom it-tendenza li jintilfu fi stampa iżjed ġenerali u favorevoli;

2.  Jitlob lill-Istati Membri sabiex jiddeterminaw il-kriterji li jiddefinixxu komunitajiet u gruppi vulnerabbli sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati aħjar il-problemi li dawn jiffiċċjaw u sabiex ikunu faċilitati miżuri speċifiċi u sistematiċi;

3.  Huwa ta" l-opinjoni li tkun idea tajba jekk wieħed jittratta d-dimensjoni territorjali ta" l-esklużjoni soċjali fil-kuntest tal-politika tal-koeżjoni territorjali;

4.  Jenfasizza f'dan ir-rigward li azzjonijiet orizzontali mhumiex biżżejjed biex jingħelbu l-problemi ta' l-esklużjoni territorjali u għalhekk jirrakkomanda li l-Istati Membri japplikaw strateġija olistika ta' l-iżvilupp territorjali li tpoġġi fil-prattika l-approċċ integrat bejn is-setturi u tiffoka fuq il-potenzjal tat-territorji kollha ta" l-UE;

5.  Jinnota l-bżonn li jiġu indirizzati permezz ta' approċċ integrat in-nuqqasijiet f'dawk li huma opportunitajiet ugwali u l-possibiltà ta" konċentrazzjoni tal-kunflitti soċjali f'zoni sottożviluppati;

6.  Jinnota, f'dan ir-rigward, li jista" jkun hemm gruppi vulnerabbli fir-reġjuni kollha, anki f'dawk li huma l-iżjed sinjuri, u li approċċ integrat għandu jikkunsidra dawn il-gruppi;

7.  Jinnota li l-faqar u l-esklużjoni ma jaffettwawx biss liz-zoni urbani iżda wkoll liz-zoni rurali, avolja dawn jistgħu jassumu forom speċifiċi f'dawn iz-zoni, b'mod partikulari minħabba l-fatt li fiz-zoni rurali l-esklużjoni soċjali hija magħquda ma' esklużjoni territorjali, u billi l-esklużjoni ta' dawk iz-zoni minn żvilupp ekonomiku jfisser li huma affettwati l-gruppi soċjali kollha li jgħixu hemm;

8.  Jenfasizza l-importanza, fi ħdan il-qafas ta' approċċ integrat, li tingħata prijorità lill-iżvilupp ta' ambjent b'saħħtu fil-livelli tal-Komunità u ta' l-Istati Membri u fil-livell reġjunali sabiex jintlaħqu l-iskopijiet tal-politika għall-koeżjoni, bħalma huma l-ġlieda kontra l-faqar, is-saħħa taċ-ċittadini u kwalità aħjar ta' ħajja fir-reġjuni kollha, li huma skopijiet kruċjali għall-iżvilupp tul medda twila ta' żmien u għall-koeżjoni territorjali soċjali u ekonomika fl-UE;

9.  Jenfasizza l-importanza li jiġu involuti l-awtoritajiet reġjonali u lokali kif ukoll l-imsieħba ekonomiċi u soċjali u l-NGOs relevanti fl-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' l-istrateġiji integrati ta' l-iżvilupp u l-importanza li jiġu appoġġjati l-inizjattivi minn isfel għal fuq (bottom-up);

10.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jallokaw riżorsi għall-ibliet żviluppati u t-territorji iżolati, inklużi zoni rurali, b'mod li jkunu adattati għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, u biex jiġu stabbiliti programmi fit-tul mfassla apposta għal komunitajiet u gruppi vulnerabbli speċifiċi bil-parteċipazzjoni ta' l-awtoritajiet lokali, l-imsieħba soċjali u ekonomiċi rilevanti u r-rappreżentanti tal-gruppi fil-mira li jipparteċipaw fil-proċess għat-teħid tad-deċiżjonijiet u fl-implimentazzjoni ta' programmi bħal dawn sabiex jiġu indirizzati bl-aħjar mod il-bżonnijiet tagħhom u jwasslu għal soluzzjonijiet ġenwini biex tingħeleb l-esklużjoni u l-konsegwenzi tagħha;

11.  Jitlob biex titkompla l-attività ta' produzzjoni li tiġġenera dħul finanzjarju, fejn għal dan l-iskop għandu jkun hemm aktar enfasi fuq biedja tal-familji u biedja ta' daqs żgħir u medju, u l-CAP għandha tiġi reveduta biex tkun aktar ġusta, kif ukoll sabiex jitkomplew ukoll l-attivitajiet intraprenditorjali mhux agrikoli li jipprovdu prodotti u servizzi indispensabbli biex ma jitilqux in-nies u biex jiġu milqugħa wkoll nies ġodda;

12.  Jenfasizza l-importanza ta' attivitajiet ekonomiċi u agrikoli u dawk mhux agrikoli - bħalma huma l-ipproċessar u l-promozzjoni diretta tal-prodotti agrikoli, it-turiżmu, is-servizzi, l-impriżi żgħar u medji - fiz-zoni rurali, għall-impjieg u għall-prevenzjoni tal-faqar u sabiex jitwaqqaf l-esodu rurali; għalhekk jitlob li jkun hemm faċilitajiet aħjar għal aktar taħriġ professjonali fiz-zoni rurali sabiex ikun hemm appoġġ għall-iżvilupp ta' l-impriżi;

13.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu aktar użu mis-sinerġiji u l-kumplimentarjetajiet ta' l-istrumenti finanzjarji varji disponibbli bħalma huma l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni, il-programm ta" azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali sabiex jiżdied il-valur miżjud tagħhom;

14.  Jitlob lill-Kummissjoni biex fil-qafas tal-'Green Paper' li ħierġa dwar il-Koeżjoni Territorjali tippreżenta kemm objettiv, kif ukoll definizzjoni ċara, tal-koezjoni territorjali, il-kriterji li jiddeterminawha u l-istrumenti tagħha, kif ukoll il-mezzi disponibbli biex jintlaħqu l-miri territorjali;

15.  Jitob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu disponibbli dejta statistika komparabbli dwar il-mikroreġjuni, b'attenzjoni partikulari għall-Indiċi ta" l-Iżvilupp tal-Bniedem stabbilit mill-Ġnus Magħquda, sabiex tiġi indirizzata b'miżuri xierqa s-sitwazzjoni f'zoni fejn jgħixu l-komunitajiet u gruppi l-aktar vulnerabbli u l-problemi li huma jiffaċċjaw;

16.  Jistieden f'dan ir-rigward lill-Kummissjoni sabiex teżamina bir-reqqa kemm għandhom jintużaw indikaturi kwantifikabbli ġodda ta" żvilupp, flimkien mal-PDG per capita, bħal ngħidu aħna indikaturi soċjali, sabiex jidentifikaw kemm l-aktar komunitajiet u gruppi vulnernabbli u l-lokazzjoni tagħhom juru disparitajiet, kemm bejn ir-reġjuni kif ukoll fihom infushom, sabiex jiġu evalwati l-implimentazzjoni u l-effiċjenza tal-politika u biex jintużaw bħala gwida għall-ippjanar ta' l-iżvilupp;

17.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex teżamina fil-qafas tal-"Green Paper" dwar il-koeżjoni territorjali jekk il-livell NUTS 4 huwiex adegwat sabiex titkompla politika distinta biex jintlaħaq l-għan tal-koeżjoni territorjali;

18.  Jisħaq fuq il-bżonn li jiġu indirizzati x-xejriet demografiċi ta' iżjed konċentrazzjoni urbana u esodu rurali u l-impatt territorjali tagħhom; għalhekk, jitlob lill-Istati Membri biex ifasslu strateġiji biex jerġgħu jagħtu l-ħajja lit-territorji vulnerabbli billi jiżviluppaw infrastrutturi, jitrawmu opportunitajiet ta' żvilupp reali f'konformità mal-potenzjal ekonomiku speċifiku tagħhom, jipprovdu servizzi ta' interess ġenerali permezz ta" amministrazzjonijiet lokali msaħħa, jiddeċentralizzaw is-settur pubbliku, joffru taħriġ u opportunitajiet ta' xogħol xierqa, itejbu l-akkomodazzjoni u l-kundizzjoniet ta' għajxein u jżidu l-attrazzjoni ta' dawn iz-zoni għall-investituri; jikkunsidra li fl-istess ħin hemm bżonn li l-bliet jiġu appoġġjati fl-isforzi tagħhom sabiex tinstab soluzzjoni għad-diffikultajiet urbani;

19.  Iqis li għalkemm l-esodu rurali fl-imgħoddi aġixxa bħala valv ta' sikurezza għall-bdiewa esklużi mill-attività oriġinali tagħhom, dan m'għadux il-każ illum minħabba li n-nuqqas ta' impjiegi qiegħed jeffettwa b'mod serju lil dawk li m'għandhomx sengħa u għalhekk l-unitajiet industrijali stabbiliti fiz-zoni rurali huma fost l-ewwel vittmi tal-ħidma ta' rikostruzzjoni u rilokazzjoni, li għandha l-effett li tnaqqas l-ambitu ta' attivitajiet varji li fuqhom kienu jiddependu l-bdiewa żgħar meta jkunu f'diffikulta sabiex jissupplimentaw id-dħul finanzjarju tagħhom mill-biedja, biex b'hekk jitfaqqru aktar malajr;

20.  Jisħaq li wara l-2013 mhux biss għandhom jinżammu l-politiki strutturali, imma wkoll għandha tintuża r-reviżjoni baġitarja bħala opportunità biex jiġi żgurat li r-riżorsi meħtieġa jsiru disponibbli sabiex jiggarantixxu l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali bejn ir-reġjuni u l-pajjiżi ta' l-UE fil-futur;

21.  Jirrakkomanda li l-miżuri politici li jittieħdu sabiex tinstab soluzzjoni għall-esklużjoni soċjali u sabiex ikunu attivati komunitajiet u gruppi vulnerabbli, għandhom jinkludu l-element ta" volontarjetà;

22.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta speċifika bil-għan li tindirizza b'mod konkret il-problemi li jaffrontaw komunitajiet u gruppi vulnerabbli, li jinkludu l-esklużjoni soċjali;

23.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri-

(1) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.
(2) ĠU L 291, 21.10.2006, p. 11.
(3) Testi Adottati, P6_TA(2008)0035.


Il-koerenza tal-politika għall-iżvilupp u l-effetti li qiegħda tħalli l-esplojtazzjoni mill-UE ta" ċerti riżorsi bijoloġiċi naturali fuq l-iżvilupp fl-Afrika tal-Punent
PDF 346kWORD 96k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-koerenza tal-politika għall-iżvilupp u l-effetti li qiegħda tħalli l-esplojtazzjoni mill-UE ta" ċerti riżorsi bijoloġiċi naturali fuq l-iżvilupp fl-Afrika tal-Punent (2007/2183(INI))
P6_TA(2008)0289A6-0137/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 178 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni Konġunta ta' l-2005 tal-Kunsill u r-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-Politika ta' l-Unjoni Ewropea ta' l-Iżvilupp:"Il-Kunsens Ewropew"(1),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima ta' sħubija bejn il-membri tal-Gruppi ta' l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000(2), kif emendat bil-ftehim li jemenda l-Ftehima ta' Sħubija ffirmata fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005(3),

–   wara li kkunsidra l-Istrateġija Konġunta bejn l-UE u l-Afrika,

–   wara li kkunsidra l-ewwel rapport tal-Kummissjoni li joħroġ kull sentejn "Rapport ta" l-UE dwar il-Koerenza tal-Politika għall-Iżvilupp" (COM(2007)0545), u l-Karta tax-Xogħol ta" l-Istaff tal-Kummissjoni li takkumpanjah (SEC(2007)1202),

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-21 u t-22 ta" Diċembru 2004, ta" l-24 ta" Mejju 2005, ta" l-10 ta" Marzu 2006, tal-11 ta" April 2006, tas-17 ta" Ottubru 2006, tal-5 ta" Diċembru 2006, tal-15 ta" Diċembru 2006, tad-19 u ta" l-20 ta" Novembru 2007,

–   wara li kkunsidra l-Karta tax-Xogħol ta" l-Istaff tal-Kummissjoni dwar il-Koerenza tal-Politika għall-Iżvilupp (PCD), Programm ta" Ħidma 2006-2007 (SEC(2006)0335,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti tat-8 ta" Settembru 2000,

–   wara li kkunsidra l-Kunsens ta" Monterrey dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp tat-22 ta" Marzu 2002,

–   wara li kkunsidra l-istudju ta" evalwazzjoni dwar "Il-Mekkaniżmi ta" l-Istituzzjonijiet u ta" l-Istati Membri ta" l-UE għall-Promozzjoni ta" Koerenza tal-Politika għall-Iżvilupp" ippubblikat f" Mejju 2007 li sar miċ-Ċentru Ewropew għall-Immanniġġar tal-Politika dwar l-Iżvilupp, PARTICIP GmbH, u l-Istitut Complutense ta" l-Istudji Internazzjonali,

–   wara li kkunsidra l-Programm ta" Koerenza ta" l-UE tal-Fondazzjoni Evert Vermeer u tal-Confederazzjoni Ewropea ta' NGOs għall-għajnuna u l-iżvilupp,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu "Il-Bini ta" Alleanza Globali għall-Bidla fil-Klima bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi fqar li qegħdin jiżviluppaw li huma l-iktar vulnerabbli għall-bidla fil-klima" (COM(2007)0540),

–   wara li kkunsidra r-riżultat tat-13-il sessjoni tal-Konferenza tal-Partijiet Involuti (COP13) fil-Konvenzjoni ta" Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima (UNFCCC) u l-laqgħa tal-partijiet involuti fil-Protokoll ta" Kyoto li saret f'Bali, l-Indoneżja mit-3 sa l-14 ta" Diċembru 2007,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta" Mejju 2007 dwar il-waqfien tat-telf tal-bijodiversità sa l-2010(4),

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal pjan ta" azzjoni ta" l-UE dwar l-Infurzar tal-Liġi, it-Tmexxija u l-Kummerċ tal-Foresti (FLEGT) tal-21 ta" Mejju 2003 (COM (2003) 0251), li kienet approvata mill-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Biedja u s-Sajd tat-13 ta" Ottubru 2003, u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2173/2005 ta" l-20 ta" Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta" skema ta" liċenzji FLEGT għall-importazzjonijiet ta" l-injam fil-Komunità Ewropea(5),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta" Lulju 2005 dwar il-fatt li titħaffef l-implimentazzjoni tal-pjan ta" azzjoni FLEGT ta" l-UE(6),

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta" l-Ambjent ta" l-20 ta" Frar 2007 dwar l-għanijiet ta" l-UE sabiex tkompli tiġi żviluppata s-sistema tal-klima internazzjonali wara l-2012, li "tenfasizza li huma meħtieġa politiki u azzjonijiet konkreti sabiex jitwaqqfu u jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-dijossidu karboniku li jitnisslu mit-tneħħija tal-foresti f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw fi ħdan l-għoxrin jew it-tletin sena li ġejjin",

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Qafas Integrat għal Ftehimiet ta" Sħubija b'rabta ma" l-Industrija tas-Sajd ma" Pajjiżi Terzi" tat-23 ta' Diċembru 2002 (COM(2002)0637),

–   wara li kkunsidra l-Kodiċi tal-Kondotta ta" l-Organizzazzjoni ta" l-Ikel u l-Argrikoltura (FAO) għal Industrija tas-Sajd Responsabbli ta" l-1995 u l-Pjan ta" Azzjoni Internazzjonali ta" l-FAO għall-Immaniġġjar tal-Kapaċità tas-Sajd ta" l-1999,

–   wara li kkunsidra l-istudju ta" l-FAO ta" l-2005 li sar minn John Kurien u li jġib l-isem ta" "Kummerċ Responsabbli tal-Ħut u Sigurtà ta" l-Ikel",

–   wara li kkunsidra l-istudju tas-16 ta' Lulju 2007 li sar għall-Parlament Ewropew dwar "Koerenza tal-Politika għall-Iżvilupp u l-Effetti tal-Politiki ta" l-UE dwar l-Industrija tas-Sajd fuq l-Iżvilupp fl-Afrika tal-Punent",

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta" Ottubru 2001 dwar l-Industrija tas-Sajd u t-Tnaqqis tal-Faqar(7),

–   wara li kkunsidra l-istudju "L´émigration irrégulière vers l´Union européenne au départ des côtes sénégalaises" li sar minn Juliette Hallaire f'Settembru 2007, u li ġie ppubblikat mill-Organizzazzjoni Internazzjonali ta" l-Emigrazzjoni,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0137/2008),

A.   billi d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti tistieden lill-Istati kollha sabiex tkun żgurata l-koerenza tal-politika għall-iżvilupp,

B.   billi l-UE hija impenjata sewwa li tiżgura l-PCD f'konformità ma" l-Artikolu 178 tat-Trattat KE, li jistipula li "l-Komunità għandha tqis il-miri tal-politika Komunitarja fl-isfera tal-koperazzjoni fl-iżvilupp f'kull politika li timplimenta u li tista' taffettwa lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw",

C.   billi l-paragrafu 35 tal-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp imsemmi hawn fuq jistipula li "l-UE hija marbuta b'mod sħiħ li tieħu miżuri sabiex tavvanza l-Koerenza tal-Politika għall-Iżvilupp f'għadd ta" oqsma", u li "huwa importanti li politiki li m'humiex marbutin ma" l-iżvilupp jgħinu fl-iżvilupp ta" l-isforzi tal-pajjiżi sabiex jiksbu l-MDGs (l-Għanijiet ta" Żvilupp tal-Millennju)",

D.   billi r-rapport tal-Kummissjoni dwar il-fondi tal-PCD li joħroġ kull sentejn, imsemmi hawn fuq, sab, fost affarijiet oħra, li:

   - il-kunċett tal-PCD għadu ma ġiex integrat biżżejjed fil-proċessi ta" teħid ta" deċiżjonijiet,
   - l-UE – minkejja l-isforzi li tagħmel – xorta waħda għadha fi stadju bikri ta" l-iżvilupp ta" kunċett effettiv tal-PCD,
   - l-ostaklu ewlieni għal koerenza msaħħa tal-politika huma l-prijoritajiet politiċi u l-konflitti ta' interess fost l-Istati Membri u bejn il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw,
   - għad hemm nuqqas ta" kuxjenza u għarfien dwar il-PCD u ħtieġa li jkun żgurat impenn politiku kontinwu ta" livell għoli,
   - minħabba li l-industrija tas-sajd hija settur ekonomiku importanti fil-pajjiżi bil-kosta, din jista" jkollha rwol importanti sabiex tiżgura s-sigurtà ta" l-ikel,

E.   billi l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta'l-24 ta' Mejju 2005 jikkomprendu l-impenn li tiġi mtejba il-PCD ta' l-UE, b'mod partikulari fi tnax-il qasam politiku prijoritarju, inklużi l-kummerċ, is-sajd, l-ambjent, il-bidla fil-klima, il-migrazzjoni u l-impjieg,

F.   billi l-iktar żewġ riżorsi bijoloġiċi naturali importanti li jiġu esplojtjati mill-UE fl-Afrika tal-Punent huma l-ħut u l-injam minħabba li, skond id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kummerċ, iktar minn 80% tal-ħut u ta" l-injam li jiġu esportati mill-ECOWAS (il-Komunità Ekonomika ta" l-Istati ta" l-Afrika tal-Puntent), jiġu esportati lejn l-UE,

G.   billi n-NU tiddefinixxi l-Afrika tal-Punent bħala r-reġjun l-aktar fil-punent ta" l-Afrika u li jikkomprendi s-16-il pajjiż li ġej: il-Benin, il-Burkina Faso, il-Kap Verde, il-Kosta ta" l-Avorju, il-Gambja, il-Gana, il-Ginea, il-Ginea-Bissaw, il-Liberja, il-Mali, il-Mawritanja, in-Niġer, in-Niġerja, is-Senegal, Sierra Leone, it-Togo (jiġifieri il-Komunità Ekonomika ta' l-Istati Afrikani tal-Punent (ECOWAS) u l-Mawritanja),(8) u billi, barra minn hekk, il-Kamerun spiss jitqies bħala parti mill-Afrika tal-Punent,

Koerenza tal-Politika għall-Iżvilupp (PCD)

1.  Jilqa" b'sodisfazzjon l-attenzjoni u l-impenn miżjudin b'rabta mal-PCD mill-Kummissjoni, mill-Kunsill u mill-Istati Membri, kif jidher mit-12-il impenn tal-PCD, mir-rapportar li jsir kull sentejn u minn bosta mekkaniżmi oħrajn ġodda;

2.  Jisħaq l-importanza tal-koerenza politika bħala waħda mill-kontribuzzjonijiet ta" l-UE għat-twettiq ta" l-Għanijiet tal-Millenju għall-Iżvilupp;

3.  Jenfasizza l-fatt li r-rieda u l-impenn politiku li jiġu meqjusa l-interessi tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-oqsma tal-politika kollha li jistgħu jaffettwawhom hija kruċjali sabiex tinkiseb koerenza tal-politika aħjar;

4.  Jiġbed l-attenzjoni għall-interkonnessjonijiet b'saħħithom li hemm bejn il-politiki ta" l-UE għall-iżvilupp u s-sajd u l-politiki għall-iżvilupp u n-negozju ta" l-injam, u jisħaq li miżuri li jittieħdu fl-oqsma tal-politika tas-sajd u ta" l-injam fl-UE għandhom impatt qawwi fuq l-iżvilupp sostenibbli lokali;

5.  Ifakkar li l-COP13, hawn fuq imsemmija, irrikonoxxiet il-kontribut sinifikanti tat-tneħħija tal-foresti fuq l-emissjonijiet totali ta" gassijiet b'effett ta" serra u għalhekk għall-bidla fil-klima, u enfasizzat il-ħtieġa li pajjiżi li qed jiżviluppaw ikunu appoġġjati fl-isforzi tagħhom għall-preservazzjoni u l-immaniġġjar sostenibbli tal-foresti tagħhom; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri sabiex jikkontribwixxu finanzjarjament b'mod sostanzjali lejn inizzjattivi internazzjonali għall-preservazzjoni, l-użu sostenibbli u l-immaniġġjar tal-foresti fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u b'mod partikulari fl-appoġġ għall-pajjiżi Afrikani;

L-injam

6.  Huwa mħasseb dwar il-fatt li t-tneħħija tal-foresti tropikali hija waħda mill-kawżi li tqanqal il-bidla fil-klima, hija responsabbli minn madwar 20 % ta" l-emissjonijiet totali ta" gassijiet b'effett ta" serra kkawżati mill-bnedmin fis-sena, u qiegħda teqred il-mod ta" għajxien ta" miljuni ta" komunitajiet lokali u indiġeni;

7.  Huwa mħasseb li importazzjonijiet irħas ta' injam u ta' prodotti forestali illegali, flimkien man-nuqqas ta' konformità minn xi parteċipanti fl-industrija bi standards soċjali u ambjentali bażiċi, jiddistabilizza s-swieq internazzjonali u jnaqqas id-dħul mit-taxxi tal-pajjiżi produtturi;

8.  Huwa mħasseb li, skond id-dejta tall-FAO, inqas minn 7% taz-zona globali forestali hija ekotikkettata u li inqas minn 5% tal-foresti tropikali huma ġestiti b'mod sostenibbli;

9.  Jilqa' bi pjaċir il-fatt li fl-Afrika tal-Punent, il-Kummissjoni hija impenjata f'negozjati uffiċċjali mal-Gana u mal-Kamerun u f'diskussjonijiet preliminari mal-Liberja, bl-għan li jiġu ffirmati Ftehimiet ta' Sħubija Volontarja (Voluntary Partnership Agreements - VPA) sabiex tiġi kkontrollata l-legalità tal-prodotti ta" l-injam esportati direttament lejn l-Unjoni Ewropea;

10.  Jenfasizza li l-iskemi kollha tal-preservazzjoni tal-foresti, inkluża l-Faċilità ta" Sħubija għall-Karbonju fil-Foresti (FCPF) u l-FLEGT, iridu jħarsu d-drittijiet tradizzjonali u tad-drawwa tal-komunitajiet indiġeni u lokali fl-użu tal-foresti tagħhom bi qbil mad-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex twieġeb b'mod favorevoli għal talbiet għall-finanzjament ta" inizjattivi sostenibbli għall-immaniġġjar ta" foresti fil-qafas ta" programmar ta" l-għajnuna u ta" Karti Strateġiċi Nazzjonali;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta komunikazzjoni li tiddetermina l-approċċ, l-involviment u l-appoġġ ta" l-UE għal mekkaniżmi ta" finanzjament kurrenti u tal-ġejjieni għall-promozzjoni tal-protezzjoni tal-foresti u għat-tnaqqis ta" l-emissjonijiet li jitnisslu mit-tneħħija tal-foresti, inkluż skond il-UNFCCC (il-Konvenzjoni ta" Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima)/il-Protokoll ta" Kyoto u l-FCPF; din il-komunikazzjoni għandha tagħti tifsira ġenerika ta" l-impenn ta" l-UE li tipprovdi fondi sabiex tgħin lill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw jipproteġu l-foresti tagħhom, jiffinanzjaw żoni ta" foresti protetti u jippromwovu alternattivi ekonomiċi għall-qerda tal-foresti;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri ta" l-UE sabiex iħaffu l-implimentazzjoni tal-pjan ta" azzjoni ta" l-UE u tar-Regolament ta" l-UE, immirati lejn il-fatt li jingħeleb il-qtugħ tas-siġar b'mod illegali u l-kummerċ relatat miegħu u lejn it-tisħiħ tal-konsum ta" prodotti sostenibbli ta" l-injam li jiġu manifatturati u lejn iż-żieda sinifikanti ta" l-għadd ta" pajjiżi msieħba;

14.  B'mod partikolari, jistieden lill-Kummissjoni sabiex tipproponi matul dan il-perjodu legiżlattiv, proposta leġiżlattiva komprensiva li tipprevieni t-tqegħid fis-suq ta" l-injam u ta" prodotti ta" l-injam li jitnisslu minn sorsi illegali u distruttivi;

15.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri ta" l-UE u lill-Kummissjoni sabiex iħeffu l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta" politika ta" ksib pubbliku ambjentali f'livell ta' l-UE, nazzjonali u lokali, li tiffavorixxi x-xiri ta" prodotti ta" l-injam bl-ekotikketta, l-iktar dawk ċertifikati skond l-istandard tal-Kunsill Dispensier tal-Foresti (Forest Stewardship Council);

Il-ħut

16.  Jenfasizza l-livell għoli ta" dipendenza tal-pajjiżi fl-Afrika tal-Punent fuq l-industrija tas-sajd bħala sors ta" impjieg, ta" sigurtà ta" l-ikel, ta" proteini, ta" dħul tal-gvern u ta" kambju barrani li ntwera minn studju tal-każ kurrenti li ġie ppubblikat mill-Organizzazzjoni Internazzjonali ta" l-Emigrazzjoni (IOM) filwaqt li jissuġġerixxi li waħda mill-iktar kawżi importanti ta" l-emigrazzjoni mis-Senegal hija t-tnaqqis ta" l-industriji tas-sajd lokali;

17.  Josserva b'sodisfazzjon, u jinkoraġġixxi, il-progress li sar f'dan il-qasam, iżda jkompli juri t-tħassib tiegħu dwar il-pass kajman u n-nuqqas ta" ħerqa ta' xi pajjiż taz-zona fir-rigward tal-ħarsien tar-riżorsi tagħhom stess; jiddispjaċih li minkejja l-isforzi li għamlet l-UE fil-qafas tal-ftehimiet ta' sħubija, is-sostenibilità tar-riżorsi bijoloġiċi naturali, inklużi dawk tas-sajd, u l-benefiċċji ta" esplojtazzjoni sostenibbli mhux talli għadhom humiex prijorità għall-pajjiżi msemmija, iżda li sikwit jibqgħu subordinati għal interessi politiċi u ekonomiċi oħra;

18.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, għalhekk, sabiex tinvestiga l-kwistjoni u r-rabta ċara bejn il-livelli ta" migrazzjoni ta" immigranti mill-pajjiżi ta" l-Afrika tal-Punent lejn l-UE u t-tnaqqis kbir ta" stokkijiet ta" ħut "il barra mill-kosti ta" l-Afrika tal-Punent;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-pajjiżi ta" l-Afrika tal-Punent sabiex irażżnu s-sajd illegali, u sabiex jimmonitorjaw u jikkontrollaw l-istokkijet tal-ħut biex b'hekk jitwaqqaf it-tnaqqis qawwi fl-istokkijiet tal-ħut fl-ibħra ta' l-Afrika tal-Punent;

20.  Jikkunsidra li r-riżorsi ta" l-industrija tas-sajd fl-Afrika tal-Punent jirrappreżentaw potenzjal sinifikanti għall-iżvilupp lokali u kontribuzzjoni għas-sigurtà ta" l-ikel; josserva bi tħassib li skond l-evalwazzjonijiet xjentifiċi l-aktar riċenti mill-Kumitat tas-Sajd fl-Atlantiku għal-Lvant Ċentrali (Fishery Committee for the Eastern Central Atlantic - CECAF) mill-2006, ħafna mill-istokkijiet fl-Afrika tal-Punent huma sfruttati b'mod eċċessiv u mill-inqas wieħed minnhom huwa fil-periklu ta" estinzjoni;

21.  Jikkunsidra li evalwazzjoni tal-firxa ta" koerenza bejn il-politika ta" żvilupp tal-Komunità u l-politika tagħha ta" l-industrija tas-sajd tinvolvi bosta aspetti lilhinn mill-ftehimiet bilaterali ta" sħubija b'rabta ma" l-industrija tas-sajd li ġew iffirmati flimkien ma" bosta pajjiżi terzi fl-Afrika tal-Punent; il-politiki tal-Kommunità huma importanti b'mod indaqs fir-rigward ta:

   - l-immonitorjar, il-kontroll u s-sorveljanza ta" l-ilmijiet barra mill-Afrika tal-Punent u l-kontribuzzjonijiet ta" l-UE għall-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrapportat u mhux irregolat;
   - appoġġ għar-riċerka xjentifika dwar l-istokkijiet tal-ħut u l-istruttura ta" l-ekosistema;
   - l-esportazzjoni u t-tibdil fil-bandiera ta" bastimenti ta" l-UE lejn l-Afrika tal-Punent;
   - l-istandards fitosanitarji għall-importazzjoni tal-ħut u ostakli oħra għall-kummerċ mhux tat-tariffi;
   - il-politika tas-suq ta" l-UE u t-tip u l-kwantità ta" ħut impurtat mill-Afrika tal-Punent;

22.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex, fid-dawl tal-Ftehima ta" Sħubija Ekonomika (Economic Partnership Agreement - EPA) mal-pajjiżi ta" l-Afrika tal-Punent, li għadu ma ntlaħaqx ftehim sħiħ dwarha u li għadha mhix iffirmata, sabiex tkompli skond l-aġenda tal-PCD meta tinnegozja ftehimiet għall-injam u għall-ħut bħala parti mill-proċess ta" l-EPA;

23.  Iħeġġeġ għal darb'oħra lill-Kummissjoni sabiex taġixxi fuq l-għan aħħari ta" l-EPAs, li hu li titmexxa 'l quddiem l-integrazzjoni reġjonali u tissaħħaħ il-pożizzjoni ekonomika tal-pajjiżi ACP, u f'dan il-kuntest jenfasizza b'mod partikulari l-pożizzjoni tal-pajjiżi ta" l-Afrika tal-Punent;

24.  Iqis li l-politika tas-sajd ta" l-UE, inklużi r-relazzjonijiet tagħha ma" l-Afrika tal-Punent, għandha tirrispetta l-Kodiċi tal-Kondotta fuq imsemmi ta" l-Organizzazzjoni ta" l-Ikel u l-Argrikoltura (FAO) għal Industrija tas-Sajd Responsabbli ta" l-1995;

25.  Juri s-sodisfazzjon tiegħu li seba" pajjiżi ta" l-Afrika tal-Punent iffirmaw Ftehimiet ta" Sajd ma" l-UE skond il-formula l-ġdida tal-Ftehimiet ta" Assoċjazzjoni, li fihom barra mill-objettiv inizjali ta" ħarsien ta" l-interessi tal-flotta ta' l-UE, ġew inklużi klawżoli li permezz tagħhom il-pajjiż terz għandu joħloq pjanijiet sabiex jiggarantixxi esplojtazzjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd tiegħu;

26.  Jikkunsidra li l-influss ta" l-imgħoddi tal-kapaċità tas-sajd f'reġjun li għandu sistemi komparattivament dgħajfa għall-immaniġġjar ta" l-industrija tas-sajd u mezzi insuffiċjenti sabiex jistħarreġ u jikkontrolla l-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd, ikkontribwixxa għall-istejtus problematiku tar-riżorsi ta" l-industrija tas-sajd fir-reġjun; u, għaldaqstant, jilqa" b'sodisfazzjon it-tmiem fl-2005 tas-sussidji għat-trasferiment tal-kapaċitajiet tas-sajd mill-UE għall-Afrika tal-Punent;

27.  Jinnota li meta l-UE tnaqqas l-attivitajiet tagħha fl-ibħra ta" l-Afrika tal-Punent, posthom jista" jittieħed minn flotot minn pajjiżi oħrajn, li jista" jkun li ma jirrispettawx l-istess prinċipji ta" sostenibiltà;

28.  Jifhem li, b'mod partikulari fil-qasam tar-riżorsi tas-sajd, jeħtieġ jissaħħu, b'mod prijoritarju, l-aspetti li ġejjin:

   l-evalwazzjoni perjodika tar-riżorsi tas-sajd permezz ta" kampanji ta" riċerka magħmula minn bastimenti oċeanografiċi, minn riċerkaturi mill-UE u dawk tal-pajjiż terz konċernat, tar-riżorsi tas-sajd disponibbli f'kull waħda miż-żoni ekonomiċi esklussivi tal-pajjiżi li magħhom diġà hemm Ftehimiet tas-Sajd;
   it-titjib ta" l-infrastrutturi fuq l-art, kemm dawk portwarji kif ukoll dawk ta" forniment u tat-trasport, bil-għan li jiffaċilitaw id-dħul tal-bastimenti ta' l-UE kif ukoll ta" dawk ta" pajjiżi oħra għal tiswijiet, żbarkar, trasbord, eċċ., li joħloq qligħ addizzjonali lill-pajjiżi terzi;
   l-adattament tan-normi ta" l-iġjene u l-indafa, minħabba li l-parti l-kbira ta" dwar il-pajjiżi għandhom nuqqasijiet kbar f'dan il-qasam. li f'xi każi jżommhom milli jgawdu mill-aċċess preferenzjali li jista" jkollhom l-esportazzjonijiet tagħhom lejn is-suq ta' l-UE;
   is-servizzi ta" kontroll u ta" superviżjoni, minħabba li dawn il-pajjiżi m'għandhomx ir-riżorsi tekniċi u umani meħtieġa sabiex jagħmlu dan, billi jinħolqu ċentri ta" kontroll, taħriġ ta" l-ispetturi jew l-akkwist ta" bastimenti ta' sorveljanza u mezzi ta' l-ajru;
   il-ħolqien ta" qafas ġuridiku li jiggarantixxi l-ħarsien ta" l-investimenti attwali u potenzjali ta' l-UE derivati b'mod ewlieni mill-ħolqien ta" Kumpaniji Mħallta, li bħalissa jsibu wisq x'iwaqqafhom milli jinvestu fil-pajjiż terz ikkonċernat, minħabba, prinċipalment, it-telf ta" kontroll fuq l-impriżi u n-nuqqas ta" sigurtà ġuridika prattikament fil-pajjiżi kollha taz-zona;
   l-introduzzjoni ta" pjanijiet ta" mmaniġġjar tas-sajd li jirregolaw l-attivitajiet tas-setturi lokali, filwaqt li jillimitaw il-prattika ġenerali, u bijoloġikament insostenibbli, ta" l-aċċess ħieles;

29.  Jistieden lill-UE sabiex tissepara l-livell ta" ħlas għal ftehimiet mil-livell ta" opportunitajiet tas-sajd li jiġu konċessi kawża tagħhom, minħabba li dan jista" jirriżulta f'nuqqas ta" inċentiv għall-pajjiż terz sabiex inaqqas l-aċċess għall-istokkijiet meta dawn jonqsu jew jista" jwassal għal tnaqqis f'daqqa u sinifikanti fid-dħul għall-gvern tal-pajjiż terz;

30.  Jistieden lill-UE sabiex tattwa l-azzjonijiet li ġejjin biex l-attivitajiet tas-sajd fl-Afrika tal-Punent isiru sostenibbli u koerenti mal-politika ta" żvilupp tal-Komunità, kemm jekk jiġu attwati skond it-termini ta" ftehim ta" sħubija kif ukoll skond it-termini ta" ftehim privat:

   - issir evalwazzjoni ta" min wieħed joqgħod fuqha dwar l-abbundanza ta" stokkijiet tal-ħut rilevanti qabel ma jinbdew ħidmiet tas-sajd u f'intervalli regolari minn hemm "il quddiem;
   - f'każ li jonqsu l-istokkijiet tal-ħut ta" l-Afrika, bastimenti ta" l-UE u oħrajn barranin ikollhom jieħdu l-ewwel passi sabiex inaqqsu l-ammont ta" ħut li jinqabad;
   - jinħolqu programmi għal tul ta" żmien sabiex isiru evalwazzjonijiet xjentifiċi kemm ta" l-istejtus u tat-tendenzi fl-abbundanza ta" l-istokkijiet tal-ħut u tar-relazzjonijiet ekoloġiċi tagħhom, kif ukoll ta" l-impatt tas-sajd fuqhom; u appoġġ għall-kapaċitajiet ta' riċerka ta' l-Afrika tal-Punent;
   - jipprovdu rappurtaġġ pubbliku preċiż, ta" min wieħed joqgħod fuqu u fil-ħin dwar il-qabdiet u l-attivitajiet tal-bastimenti ta" l-UE li joperaw f'pajjiżi terzi;
   - tkun ipprovduta għajnuna għall-iżvilupp ta" laboratorji ta" referenza sabiex dawn ikunu jistgħu jissodisfaw b'mod iktar faċli r-rekwiżiti fitosanitarji għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea;
   - ikun stabbilit, flimkien ma" l-imsieħba ta" l-Unjoni Ewropea mill-Afrika tal-Punent, programm sabiex jingħeleb is-sajd illegali, li ma jiġix rapportat u li m'huwiex regolat inkluż pjan ta" sorveljanza reġjonali fuq l-istess binarji tal-ftehim li ġie konkluż mal-Kummissjoni ta" l-Oċean Indjan; u jkunu appoġġjati l-kapaċitajiet ta" l-Afrika tal-Punent għal kontroll u sorveljanza effettivi ta" l-attivitajiet tas-sajd kemm minn bastimenti nazzjonali kif ukoll minn bastimenti barranin;
   - jiġu kkonsultati l-komunitajiet lokali dwar it-termini tal-ftehimiet;
   - jittieħdu miżuri sabiex jiġi aċċertat li sajjieda u flotot lokali jkollhom aċċess prijoritarju għall-istokkijiet tal-ħut;
   - jiġu mwaqqfa programmi fuq medda twila ta" żmien li jkabbru l-valur miżjud għall-industriji ta' l-ipproċessar lokali billi jkun permess li ħut maqbud lokalment ikun ipproċessat lokalment u sussegwentament esportat lejn l-UE;
   - ir-riforma u l-aġġustament tas-sistema attwali tar-Regoli ta" l-Oriġini sabiex ikunu riflessi ċ-ċirkustanzi u r-realtajiet lokali;

31.  Jirrikonoxxi li, minkejja li l-kontribut finanzjarju tal-Ftehimiet tas-Sajd sar jammonta għal parti sostanzjali tal-baġits totali ta" xi pajjiżi terzi, li magħhom jiżdiedu l-investimenti tas-sidien tal-bastimenti u l-koperazzjoni, inkluża dik finanzjarja, ta" l-Istati Membri b'mod bilaterali, il-koperazzjoni għall-iżvilupp sostenibbli ma tistax tiġi biss mill-Politika tas-Sajd Komuni, u li jeħtieġ tiġi assoċjata mal-bqija tal-politiki Komunitarji, b'mod partikulari dik tal-koperazzjoni għall-iżvilupp, sabiex jinkisbu kundizzjonijiet politiċi u soċjo-ekonomiċi li jippermettu lil dawn il-pajjiżi li jagħmlu sforzi amministrattivi u finanzjarji sabiex igawdu l-potenzjal tar-riżorsi bijoloġiċi naturali tagħhom b'mod sħiħ u sostenibbli;

32.  Iħeġġeġ koordinazzjoni aħjar bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fil-proġetti tagħhom ta" koperazzjoni fl-iżvilupp, inkluż meta jistabbilixxu prijoritajiet u għanijiet;

33.  Jikkundanna l-fatt li l-Evalwazzjoni ta' l-Impatt ta' Sostenibilità (Sustainability Impact Assessment - SIA) tal-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-ACP ta' Mejju 2007 li kienet inkarigata mill-Kummissjoni ma rnexxiliex tinvestiga s-setturi tal-forestrija u fil-fatt kemm biss tmiss fuq il-kwistjonijiet ta' l-industrija tas-sajd;

34.  Jitlob lill-Kummissjoni biex

   - ġeneralment twettaq aktar u aktar Evalwazzjonijiet ta" l-Impatt ta" Sostenibilità (SIAs) dettaljati;
   - tintegra kwistjonijiet ta" PCD aktar fil-fond fl-SIAs;
   - tikkummissjona żewġ SIAs għall-EPA fl-Afrika tal-Punent li jagħtu attenzjoni speċjali lill-PCD fis-setturi tal-ħut u ta" l-injam, inkluż evalwazzjoni ta" l-impatt fuq il-komunitajiet lokali u indiġeni;

35.  Jikkonkludi li l-proċess ta" l-FLEGT u l-Ftehimiet riformati ta" Sħubija b'rabta ma" l-Industrija tas-Sajd tal-ġenerazzjoni l-ġdida, sa mill-2003 jippreżentaw punti ta" tluq importanti għal politiki favur l-iżvilupp; madankollu, jenfasizza l-fatt li l-politiki tas-sajd u ta" l-injam ta" l-UE f'dak li għandu x'jaqsam ma" l-Afrika tal-Punent jeħtieġ li jitwessgħu u jissaħħu sabiex ikun hemm PCD reali;

o
o   o

36.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jibgħat din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri, lis-Segretarjati ta" l-AKP (l-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku parteċipanti fil-Konvenzjoni ta" Lomé), lill-ECOWAS, lill-Unjoni Afrikana, lill-Organizzazzjoni tal-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD), lill-Kummissjoni Sub-Reġjonali tas-Sajd u lill-Kumitat tas-Sajd fl-Atlantiku għal-Lvant Ċentrali, lill-gvernijiet tal-pajjiżi kollha ta" l-ECOWAS kif ukoll lill-Mawritanja u lill-Kamerun.

(1) ĠU C 46, 24.2.2006, p. 1.
(2) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3. Ftehim kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 1/2006 tal-Kunsill tal-Ministri ACP-KE (ĠU L 247, 9.9.2006, p.22).
(3) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27.
(4) ĠU C 102E, 24.4.2008, p. 117.
(5) ĠU L 347. 30.12.2005, p. 1.
(6) ĠU C 157E, 6.7.2006, p. 482.
(7) ĠU C 112 E, 9.5.2002, p. 353.
(8) Ir-reġjun tan-NU jinkludi wkoll il-gżira ta' Saint Helena, territorju Britanniku barra l-pajjiż fin-nofsinhar ta' l-Oċean Atlantiku, li mhijiex koperta b'din ir-riżoluzzjoni.

Avviż legali - Politika tal-privatezza