Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni ta" l-użu ta" l-enerġija minn sorsi rinnovabbli (COM(2008)0019 – C6-0046/2008 – 2008/0016(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0019),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2), 175(1) u 95 tat-Trattat KE, skond liema l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C6-0046/2008),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 u 35 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta" l-Ikel, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A6-0369/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma din ir-riżoluzzjoni;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni ta" l-użu ta" l-enerġija minn sorsi rinnovabbli li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2009/28/KE.)
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li għall-finijiet ta' din id-Direttiva, it-terminu "skart industrijali u muniċipali" jista' jinkludi skart imsejjaħ "skart kummerċjali".
Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni rigward l-Artikolu 23(8), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż:
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li r-referenza għal mira ta' 20 % fl-Artikolu 23(8), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż; ma hijiex se tiġi interpretata b'mod differenti għall-Artikolu 3(1) tad-Direttiva.
Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni rigward l-Artikolu 23(8)(c), (9) u (10):
Il-Kummissjoni tagħraf li ċerti Stati Membri, saħansitra fl-2005, diġa kienu kisbu sehem għoli ta' enerġija rinnovabbli fil-livell nazzjonali. Matul ittfassil tar-rapporti msemmija fl-Artikoli 23(8)(c), (9) u (10), il-Kummissjoni, bħala parti mill-valutazzjoni tagħha tal-aqwa bażi għall-effikaċja tal-infiq, ser tqis kif xieraq l-ispejjeż marġinali taż-żidiet fis-sehem ta' enerġiji rinnovabbli, u tinkludi, kif xieraq, soluzzjonijiet adegwati wkoll għa Stati Membri fi kwalunkwe proposta li titressaq skont l-Artikolu msemmi hawn fuq tad-Direttiva.
Il-Kummissjoni se tfittex li tavvanza l-iżvilupp tal-linji gwida msemmija fl-Anness VII tad-Direttiva sal-2011 u se tikkoopera mal-Istati Membri biex tiżviluppa d-data u l-metodoloġiji meħtieġa sabiex jiġi stmat u mmonitorjat il-kontribut tal-pompi tas-sħana sabiex jintlaħqu l-għanijiet tad-Direttiva.
Il-linji gwida ser jipprovdu għal korrezzjonijiet għall-valuri tal-Fattur ta' Prestazzjoni Staġjonali (SPF) li jintużaw għall-valutazzjoni tal-inklużjoni tal-pompi tas-sħana li ma jitħaddmux bl-elettriku sabiex jitqies il-fatt li l-ħtiġijiet primarji tal-enerġija ta' pompi tas-sħana bħal dawn mhumiex affettwati mill-effiċjenza tas-sistema tal-ġenerazzjoni tal-enerġija. Fit-tħejjija ta' dawn il-linji gwida l-Kummissjoni se tevalwa wkoll il-fattibbilta tal-provvediment għal metodoloġija li skontha l-valur tal-SPF li jintuża għall-valutazzjoni tal-inklużjoni ta' kwalunkwe pompa tas-sħana partikolari jkun ibbażat fuq il-kondizzjonijiet klimatiċi medji tal-UE.