Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li tiffaċilita l-infurzar transkonfinali fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq (COM(2008)0151 – C6-0149/2008 – 2008/0062(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0151),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 71(1)(c) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0149/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0371/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tiffaċilita l-infurzar transkonfinali fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 71(1)(c) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni║,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data(3),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat tal-KE(4),
Billi:
(1) L-Unjoni Ewropea qiegħda tapplika politika għat-titjib tas-sikurezza fit-toroq, bil-għan li jitnaqqsu l-imwiet, il-korrimenti u l-ħsarat materjali. L-infurzar konsistenti tas-sanzjonijiet għal reati tat-traffiku tat-triq li huma magħrufa li jipperikolaw b'mod konsiderevoli s-sikurezza fit-toroq huwa strument essenzjali biex jintlaħaq dan il-għan.
(2) Madankollu, minħabba nuqqas ta" mekkaniżmi xierqa, is-sanzjonijiet f'sura ta" pieni finanzjarji għal ċerti reati tat-traffiku sikwit ma jiġux infurzati fejn ir-reat ikun sar b'vettura li tkun reġistrata fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru fejn iseħħ ir-reat.
(3) Sabiex tittejjeb is-sikurezza fit-toroq ma" l-Unjoni Ewropea kollha, u biex jiġi żgurat it-trattament indaqs bejn il-persuni residenti u mhux residenti li jwettqu reat, l-infurzar għandu jiġi ffaċilitat irrispettivament mill-Istat Membru fejn tkun irreġistrata l-vettura li biha jsir ir-reat. Għal dan il-għan, jeħtieġ li tiġi implimentata sistema ta" skambju transkonfinali ta" informazzjoni.
(4) Sistema bħal din tkun ta" siwi partikolari fejn jidħlu r-reati tat-traffiku rreġistrati minn tagħmir awtomatiku fejn ma jistax jiġi identifikat minnufih min ikun ikkommetta r-reat, bħall-eċċess ta" veloċità jew il-qbiż tad-dawl l-aħmar. Is-sistema tkun utli wkoll billi tippermetti s-segwiment ta" reati fejn tkun meħtieġa l-verifika tad-dettalji tar-reġistrazzjoni tal-vettura, fil-każ fejn il-vettura tkun ġiet imwaqqfa. Dan jgħodd speċjalment għas-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb.
(5) Is-sistema għandha tkopri u tittratta t-tipi ta" reat tat-traffiku skond is-serjetà tagħhom u l-periklu li joħolqu għas-sikurezza fit-toroq, u għandha tkopri r-reati klassifikati bħala reati tat-traffiku fil-leġiżlazzjoni ta" kull Stat Membru. Għaldaqstant, jixraq li ssir dispożizzjoni fir-rigward ta" l-eċċess ta" veloċità, is-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb, in-nuqqas ta" użu taċ-ċinturin tas-sikurezza, u l-qbiż tad-dawl l-aħmar. Il-Kummissjoni ser tkompli ssewgi l-iżviluppi madwar l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta" reati oħra tat-traffiku b'implikazzjonijiet serji għas-sikurezza fit-toroq. Wara l-preżentazzjoni ta' rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva sentejn wara li tkun daħlet fis-seħħ, il-Kummissjoni għandha, fejn ikun xieraq, tipproponi reviżjoni tad-Direttiva dwar il-possibilità li jitwessa' l-ambitu tagħha biex tinkludi xi kategoriji oħra ta' infrazzjonijiet tat-traffiku tat-triq.
(6)Bl-iskop li tiggarantixxi grad biżżejjed ta' sikurezza fit-toroq u tiżgura li l-pieni finanzjarji applikabbli jkunu proporzjonati, il-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb li tidħol f'taħditiet mal-Istati Membri dwar id-dħul ta' pieni finanzjarji fissi armonizzati għal infrazzjonijiet tat-traffiku tat-triq u għandha wkoll tħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prassi bejn l-Istati Membri.
(7) Sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza tas-sistema ta" infurzar, din għandha tkopri l-fażijiet kollha mid-detezzjoni tar-reat sat-trażmissjoni tan-notifika tar-reat, abbażi ta" formola standard, lid-detenetur taċ-ċertifikat ta" reġistrazzjoni tal-vettura kkonċernata. Malli tittieħed deċiżjoni finali, tista' tapplika d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta" rikonoxximent reċiproku ta" penalitajiet finanzjarji(5)tal-24 ta' Frar 2005. Fejn dik id-Deċiżjoni Qafas ma tistax tiġi applikata, per eżempju minħabba li d-deċiżjonijiet ta' sanzjoni ma jkunux jaqgħu fl-ambitu tal-liġi kriminali, xorta waħda l-effettività tas-sanzjonijiet għandha tkun żgurata permezz ta' miżuri oħrajn ta' infurzar tas-sanzjonijiet. Għandu jiddaħħal standard minimu għan-notifiki tar-reati, li jkun jinkludi l-formola ta' tweġiba u billi jintużaw metodi aktar kompatibbli ta' kif jintbagħtu sabiex l-infurzar transkonfinali jsir aktar ta'min joqgħod fuqu u aktar effettiv.
(8) Barra minn hekk, l-iskambju transkonfinali ta" informazzjoni għandu jsir b'mod rapidu permezz ta" mezzi elettroniċi. Għal dan il-fini, huwa mixtieq illi jsiru netwerks elettroniċi komunitarji sikuri li jippermettu li l-iskambju ta' tagħrif isir f'kundizzjonijiet sikuri u li jiżguraw il-kunfidenzjalità tad-data mibgħuta.
(9) Billi d-data marbuta ma" l-identifikazzjoni ta" min jagħmel reat hija data personali, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-konformità mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta" l-24 ta" Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta" individwi fir-rigward ta" l-ipproċessar ta" data personali(6) u dwar il-moviment liberu ta" dik id-data. Skont dan, meta min jagħmel reat jiġi nnotifikat bir-reat huwa għandu jkun imgħarraf dwar jeddijietu għall-aċċess, ir-rettifika u t-tħassir tad-data u tal-perjodu legali massimu li matulu tista' tinżamm id-data.
(10)Barra mix-xorta temporanja tal-ħżin tagħha, id-data miġbura skont din id-Direttiva m'għandhiex, f'ebda ċirkustanza, tintuża għal skopijiet li jmorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jiġu persegwiti reati ta' sikurezza tat-triq. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għalhekk għandhom jiżguraw illi l-ipproċessar tad-data personali u t-treġija tan-network elettroniku Komunitarju għandhom jipprevjenu li d-data miġbura tintuża għal skopijiet oħra għajr dawk speċifikatament marbutin mas-sikurezza fit-toroq.
(11)Għal dak li għandu x'jaqsam mal-kontrolli tas-sikurezza fit-toroq, l-Istati Membri għandhom jarmonizzaw il-metodi tagħhom sabiex il-prassi tagħhom tkun komparabbli fil-livell tal-UE. Għalhekk għandhom jiġu żviluppati standards minimi għall-prassi ta' kontroll f'kull Stat Membru.
(12)It-tagħmir tekniku għas-sikurezza fit-toroq għandu wkoll jiġi armonizzat fil-ġejjieni biex tiġi żgurata l-konverġenza tal-miżuri ta' kontroll bejn l-Istati Membri. Armonizzazzjoni teknika ta' dan it-tip għandha tkun proposta mill-Kummissjoni matul ir-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 14.
(13)Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jgħarrfu liċ-ċittadini tal-UE u jqanqlulhom l-għarfien dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Tagħrif xieraq dwar il-konsegwenzi ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli tas-sikurezza fit-toroq jista' ikollu effett ta' deterrent fuq it-twettiq ta' reati tat-traffiku tat-triq.
(14)Fil-ġejjieni il-Kummissjoni għandha tiffoka fuq il-faċilitazzjoni tal-infurzar transkonfinali ta' infrazzjonijiet tat-traffiku tat-triq, l-aktar ta' dawk marbutin ma' inċidenti serji tat-traffiku.
(15) Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta" din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta" l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni(7).
(16) B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat biex tadotta miżuri fir-rigward ta" l-adattament ta" l-Anness. Billi dawk il-miżuri huma ta" ambitu ġenerali u tfasslu sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta" din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
(17) Billi l-għan ta" din id-Direttiva, jiġifieri l-iffaċilitar ta" l-infurzar transkonfinali fir-rigward ta" ċerti reati tat-traffiku, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, u għaldaqstant, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jista" jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista" tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-KE. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stipulat fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan,
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Is-suġġett u l-ambitu
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi sistema li tiffaċilita l-infurzar transkonfinali tas-sanzjonijiet għar-reati tat-traffiku li ġejjin:
a)
l-eċċess ta" veloċità;
b)
is-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb;
c)
in-nuqqas ta" użu taċ-ċinturin tas-sikurezza;
d)
il-qbiż tad-dawl l-aħmar tat-traffiku.
2. Din id-Direttiva tapplika biss safejn is-sanzjoni li għandha tiġi imposta għar-reat ikkonċernat hija jew tinkludi penali finanzjarja.
Artikolu 2
Tifsiriet
Għall-finijiet ta" din id-Direttiva, għandhom japplikaw it-tifsiriet li ġejjin:
(b) "Stat tar-reat" tfisser l-Istat Membru fejn sar ir-reat;
(c) "Stat tar-residenza" tfisser l-Istat Membri fejn hija rreġistrata l-vettura li biha sar ir-reat;
d)
"awtorità kompetenti" tfisser punt wieħed ta' kuntatt f'kull Stat Membru li jkun responsabbli għall-iffaċilitar tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva;
e)
"awtorità ċentrali" tfisser l-awtorità responsabbli mill-iżgurar tal-ħarsien tad-data f'kull Stat Membru;
f)
"deċiżjoni amministrattiva aħħarija" tfisser kull deċiżjoni aħħarija li tkun teħtieġ li titħallas piena finanzjarja, għajr deċiżjoni li tkun tidħol fid-definizzjoni tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214/JHA;
g)
"eċċess ta' veloċità" tfisser il-qbiż tal-limiti ta" veloċità fis-seħħ fl-Istat tar-reat għat-tip ta" triq jew għat-tip ta" vettura kkonċernati;
h)
"sewqan taħt l-effett tax-xorb" tfisser is-sewqan b'livell ta" alkoħol fid-demm ogħla mil-livell massimu fis-seħħ fl-Istat tar-reat;
i)
"nuqqas ta" użu taċ-ċinturin tas-sikurezza" tfisser in-nuqqas ta" konformità ma" l-obbligu li jintlibes iċ-ċinturin tas-sikurezza jew li tintuża sistema għat-trażżin tat-tfal f'każijiet fejn l-użu ta" dan it-tagħmir huwa obbligatorju skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/671/KEE(8) jew il-liġi nażżjonali fl-Istat tar-reat;
j)
"il-qbiż tad-dawl l-aħmar tat-traffiku" tfisser ir-reat fejn is-sewwieq jaqbeż id-dawl l-aħmar tat-traffiku, kif iddefinit fil-liġi ta" l-Istat tar-reat.
Artikolu 3
Linji gwida għas-sikurezza fit-toroq fl-UE kollha
1.Bl-iskop li titwettaq politika ta' sikurezza fit-toroq li timmira lejn livell għoli ta' ħarsien għall-utenti kollha tat-toroq fl-Unjoni Ewropea u li tqis id-differenzi kbar bejn iċ-ċirkostanzi fl-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri għandhom jaġixxu, bla ħsara għal politika u liġijiet aktar restrittivi, biex jipprovdu ġabra minima ta' linji gwida għas-sikurezza fit-toroq fl-ambitu ta' din id-Direttiva. Sabiex jinkiseb dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida għall-Ewropa kollha dwar is-sikurezza fit-toroq skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2). Il-linji gwida għandhom jikkonformaw mal-prinċipji bażiċi stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2.Għal dak li għandu x'jaqsam mal-veloċità, l-użu ta' tagħmir ta' verifika awtomatika fl-awtostradi, toroq sekondarji, u toroq urbani, għandu jkun imħeġġeġ b'mod partikolari f'dawk il-partijiet tan-netwerk tat-toroq fejn l-għadd ta' inċidenti kkawżati mill-veloċità għolja huwa akbar mill-medja.
Ir-rakkomandazzjonijiet adottati għall-iskopijiet ta' dawn il-linji gwida għandhom ifittxu illi jiżguraw li l-għadd ta' verifiki tal-veloċità li jużaw tagħmir elettroniku jiżdied bi 30% fl-Istati Membri fejn l-għadd ta' mwiet fit-toroq huwa ogħla mill-medja tal-UE u t-tnaqqis fil-għadd ta' mwiet fit-toroq mill-2001 lil hawn huwa anqas mill-medja tal-UE. Għandu jiġi żgurat li jkun hemm kopertura ġeografika tajba tat-territorju ta' kull Stat Membru.
3.Għal dak li għandu x'jaqsam mas-sewqan fi stat ta' sakra, l-Istati Membri għandhom, bħala prijorità, iwettqu testijiet b'mod każwali fil-postijiet fejn, u fil-ħinijiet li fihom, ikun hemm ta' sikwit nuqqas ta' tħaris tal-liġi li jżid ir-riskju tal-inċidenti.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi mill-anqas 30% tas-sewwieqa jiġu ttestjati kull sena.
4.Għal dak li għandu x'jaqsam mal-użu taċ-ċinturini ta' sikurezza, għandhom isiru operazzjonijiet intensivi ta' verifika ta' mhux inqas minn sitt ġimgħat fis-sena mill-Istati Membri fejn anqas minn 70% tal-utenti tat-triq jilbsu ċ-ċinturini tas-sikurezza, l-aktar fil-postijiet fejn u fil-ħinijiet li fihom ta' sikwit ikun hemm nuqqas ta' tħaris tal-liġi.
5.Għal dak li għandu x'jaqsam man-nuqqas ta' waqfien meta d-dawl ikun aħmar, għandu jintuża t-tagħmir ta' verifika awtomatiku l-aktar fejn ikun hemm slaleb it-toroq li fihom ir-regoli jinkisru ta' spiss u jseħħ għadd ta' inċidenti ogħla mill-medja minħabba sewqan fuq dawl aħmar.
6.Il-linji gwida għandhom jirrikkmandaw illi l-Istati Membri jiskambjaw prassi tajba; b'mod partikolari, għandhom jistiednu lill-Istati Membri jkunu l-aktar "il quddiem fil-qasam tal-verifika awtomatika ħalli jipprovdi assistenza teknika lil dawk l-Istati Membri li jitolbuha.
Proċeduri għall-iskambju ta" informazzjoni bejn l-Istati Membri
1. Fejn reat ikun sar fi Stat Membru b'vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor, u l-każ ma jiġix sanzjonat u mitmum minnufih permezz ta" awtorità responsabbli għat-trattament tar-reat fl-Istat tar-reat, l-awtorità kompetenti f'dak l-Istat għandha tibgħat in-numru ta" reġistrazzjoni tal-vettura u l-informazzjoni rigward il-post u d-data tar-reat lill-awtorità kompetenti fl-Istati Membri l-oħra, jew fl-Istat tar-residenza fejn dan jista" jiġi identifikat. L-awtorità kompetenti fl-Istat tar-reat għandha tagħmel dan fl-istess ċirkustanzi u kundizzjonijiet li fihom tittratta r-reat ikkonċernat meta jsir b'vettura rreġistrata fl-istess Stat tar-reat.
2. L-awtorità kompetenti fl-Istat tar-residenza għandha tibgħat minnufih l-informazzjoni li ġejja biss lill-awtorità kompetenti fl-Istat tar-reat:
a)
il-marka u l-mudell tal-vettura bin-numru ta" reġistrazzjoni kkonċernat;
b)
fejn id-detenetur taċ-ċertifikat ta" reġistrazzjoni tal-vettura kkonċernata huwa persuna naturali, l-isem, l-indirizz, u d-data u l-post tat-twelid;
c)
fejn id-detenetur taċ-ċertifikat ta" reġistrazzjoni tal-vettura kkonċernata huwa persuna legali, l-isem u l-indirizz.
3. L-iskambju ta' tagħrif għal dak li għandu x'jaqsam mal-ipproċessar tad-data personali u l-moviment liberu tad-data b'rabta ma' dan għandu jseħħ f'konformità mad-Direttiva 95/46/KE. L-awtoritajiet kompetenti ta" l-Istati Membri l-oħra ma għandhomx jaħżnu t-tagħrif mibgħut mill-Istat tar-reat. Dan it-tagħrif għandu jintbagħat biss għall-iskopijiet ta'din id-Direttiva u, meta jingħalqu l-proċedimenti, id-data kollha għandha titħassar b'mod li jista' jiġi vverifikat.
Artikolu 5
L-użu ta" netwerk elettroniku
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-iskambju ta" informazzjoni deskritta fl-Artikolu 4 jsir b'mezz elettroniku. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li netwerk elettroniku tal-Komunità msejjes fuq regoli komuni jitwaqqaf sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-data msemmija fl-Artikolu 15(1).
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli komuni dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 sad-data msemmija fl-Artikolu 15(1), skond il-proċedura regolatorja bi iskrutinjumsemmija fl-Artikolu 13(2).
B'mod partikolari, dawn ir-regoli komuni għandhom jinkludu dispożizzjonijiet rigward:
a)
il-format tad-dejta li tiġi skambjata;
b)
il-proċedura tekniċi għall-iskambju elettroniku tad-data fost l-Istati Membri li jagħtu garanzija ta' sikurezza u kunfidenzjalità tad-data trażmessa;
c)
ir-regoli dwar is-sigurtà u l-ħarsien tad-data personali biex ikun evitat li d-data tintuża għal skopijiet oħra għajr dawk li għalihom kienet maħsuba.
Artikolu 6
In-notifika ta" reat
1. Malli tirċievi l-informazzjoni deskritta fl-Artikolu 4(2), l-awtorità fl-Istat tar-reat li hija responsabbli għat-trattament tar-reati koperti minn din id-Direttiva għandha tibgħat notifika tar-reat lid-detentur. In-notifika għandha ssegwi l-mudell mogħti fl-Anness.
2. In-notifika tar-reat għandha, bħala minimu, ikollha s-suġġett tan-notifika, l-isem tal-awtorità responsabbli mill-infurzar tal-pieni finanzjarji, l-isem tal-awtorità kompetenti mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, u deskrizzjoni tad-dettalji relevanti tar-reat in kwistjoni. Għandha tispeċifika l-ammont tal-piena finanzjarja, l-eħfef proċeduri ta' ħlas, id-data sa meta irid isir il-pagament, il-possibilitajiet ta' kontestazzjoni tal-bażigħall-ħruġ tan-notifika tar-reat u ta' appell kontra deċiżjoni li timponi piena finanzjarja, u l-proċedura li għandha tiġi segwita f'każ ta' tilwima jew appell.
3.Kull piena finanzjarja imposta skont din id-Direttiva għandha tkun non-diskriminatorja f'sens ta' nazzjonalità u għandha tkun imposta skont il-liġi tal-Istat tar-reat.
4.In-notifika tar-reat għandha tgħarraf lid-detentur illi hu mitlub minnu li jimla l-formola ta' risposta fi żmien speċifikat jekk ma jkunx beħsiebu jħallas il-piena finanzjarja. Għandha wkoll tgħarraf lid-detentur illi kull rifjut ta' ħlas għandu jiġi kkomunikat lill-awtorità tal-Istat tar-residenza tiegħu li tkun kompetenti għall-infurzar tad-deċiżjoni.
5.In-notifika ta' reat għandha tinnotifika lid-detentur illi d-data personali tiegħu se tkun ittrattata skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE u għandha tindikalu jeddijietu għal dak li għandu x'jaqsam mal-aċċess, il-korrezzjoni u t-tħassir, kif imsemmi fl-Artikolu 11 ta' din id-Direttiva.
6.Jekk kemm-il darba d-detentur ma kienx is-sewwieq fil-mument tat-twettiq tar-reat, id-detentur għandu jagħti d-dettalji tal-identità tas-sewwieq skont il-liġi tal-Istat tar-residenza. Dan ma għandux jgħodd fejn ikun hemm ftehim bejn żewġ Stati Membri jew aktar maħsub biex jittratta l-problemi li joħorġu mill-implimentazzjoni ta' dan l-artikolu.
7. In-notifika ta" reat għandha tiġi kkomunikata lid-detentur fl-ilsien jew fl-ilsna uffiċjali ta" l-Istat tar-residenza, kif speċifikat minn dan l-Istat.
8. Il-Kummissjoni tista" tadatta l-mudell għan-notifika ta" reat biex tqis u tkopri l-iżviluppi tekniċi li jkunu saru. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi tekniċi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2).
9.Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva ma għandha tingħata l-ebda piena finanzjarja għal reat kommess qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
Artikolu 7
Persegwiment ta' infrazzjonijiet tat- traffiku tat-triq
1.Kulfejn il-piena finanzjarja ma tkunx tħallset u l-proċeduri pertinenti li għandhom jiġu segwiti fil- każ ta' tilwima jew appell ikunu ġew eżawriti, id-Deċiżjoni ta' Qafas 2005/214/JHA għandha tapplika għal dak li għandu x'jaqsam mal-pieni finanzjarji imsemmijin fl-Artikolu 1 ta' dik id-Deċiżjoni Qafas.
2.Fil-każijiet ta' nuqqas ta' ħlas kif imsemmiji fil-paragrafu 1, imma għal dak li għandu x'jaqsam mal-pieni finanzjarji li ma jidħlux fl-ambitu ta' dik id-Deċiżjoni Qafas, l-awtorità kompetenti tal-Istat tar-reat għandha tittrażmetti d-deċiżjoni aħħarija lill-awtorità kompetenti tal-Istat tar-residenza sabiex tiġi infurzata l-piena fianzjarja.
Artikolu 8
Għarfien u infurzar ta' pieni finanzjarji
1.L-awtorità kompetenti tal-Istat tar-residenza għandha, mingħajr ħtieġa ta' ebda formalità oħra, tagħraf deċiżjoni amministrattiva aħħarija li timponi piena finanzjarja u li tkun ġiet trażmessa lilha skont l-Artikolu 7(2) u, mingħajr dewmien, għandha tieħu kull pass meħtieġ biex tinfurzaha, ħlief fejn tiddeċiedi li tinvoka wieħed mill-kriterji li ġejjin għan-nuqqas ta' għarfien jew għan-nuqqas ta' infurzar:
a)
il-liġi tal-Istat tar-residenza tipprovdi għal immunità li tagħmel l-infurzar tad-deċiżjoni impossibbli;
b)
il-persuna kkonċernata ma tkunx ġiet mgħarrfa bil-jedd tagħha għall-appell u l-iskadenza biex isir tali appell.
2.L-infurzar ta' deċiżjoni li timponi l-piena finanzjarja mill-awtorità kompetenti tal-Istat tar-residenza għandha tkun irregolata mil-liġi tal-Istat tar-residenza bl-istess mod bħalma hi piena finanzjarja fl-Istat tar-residenza.
3.L-awtorità kompetenti tal-Istat tar-reat għandha tgħarraf minnufih lill-awtorità kompetenti tal-Istat tar-residenza dwar kull deċiżjoni jew miżura li xxekkel l-l-infurzar tad-deċiżjoni. L-awtorità kompetenti tal-Istat tar-residenza għandha twaqqaf l-infurzar tad-deċiżjoni malli tiġi mgħarrfa b'dik id-deċiżjoni jew miżura mill-Istat tar-reat.
Artikolu 9
It-tagħrif trażmess mill-Istat tar-residenza
L-awtorità kompetenti tal-Istat tar-residenza għandha minnufih tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat tar-reat bi kwalunkwe mezz bil-kitba dwar dan li ġej:
kull deċiżjoni li tittieħed biex ma tiġix infurzata deċiżjoni oħra flimkien mar-raġunijiet li jiġġustifikaw tali deċiżjoni;
c)
l-infurzar tad-deċiżjoni malli tkun tlestiet;
Artikolu 10
Awtoritajiet ċentrali
1. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità ċentrali biex tgħin fl-applikazzjoni ta" din id-Direttiva.
2. Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni, sa sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta" din id-Direttiva, l-isem u l-indirizz ta" l-awtoritajiet ċentrali maħturin skond dan l-Artikolu.
3. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-informazzjoni deskritta fil-paragrafu 2 lill-Istati Membri l-oħra.
Artikolu 11
Id-dritt ta" aċċess, korrezzjoni u tħassir
1. Bla ħsara għad-drittijiet tas-suġġetti ta" dejta taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali skond l-Artikolu 12(a) tad-Direttiva 95/46/KE, kull persuna għandu jkollha d-dritt li tirċievi notifika tad-dejta personali tagħha rreġistrata fl-Istat tar-residenza li tkun ġiet trażmessa lill-Istat Membru li talabha.
2. Bla ħsara għall-konformità mar-rekwiżiti proċedurali tal-mekkaniżmi ta" appell u rikors ta" l-Istat Membru kkonċernat, kull persuna kkonċernata għandu jkollha d-dritt li tikseb il-korrezzjoni ta" kull dejta personali impreċiża, jew it-tħassir immedjat ta" kull dejta li tkun ġiet irreġistrata b'mod illegali.
3. Is-suġġetti ta" dejta jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 2 quddiem l-awtorità ċentrali ta" l-Istat tar-residenza tagħha.
Artikolu 12
Tagħrif għas-sewwieqa fl-Unjoni Ewropea
1.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-azzjoni xierqa biex jipprovdu lill-utenti tat-toroq bit-tagħrif meħtieġ dwar il-miżuri li jimplimentaw din id-Direttiva. Dan it-tagħrif jista' jingħadda permezz, fost organizzazzjonijiet oħrajn, tal-entitajiet tas-sikurezza fit-toroq, ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi attivi fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq jew ta' klabbs tal-karozzi.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi r-regoli dwar il-limiti tal-veloċità jkunu jidhru fuq sinjali mqegħdin f'kull awtostrada li taqsam il-fruntieri tagħhom.
2.Fis-sit web tagħha il-Kummissjoni għandha tqiegħed ġabra fil-qosor tar-regoli fis-seħħ fl-Istati Membri fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
KAPITOLU III
IL-PROĊEDURA TAL-KUMITAT
Artikolu 13
Il-Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat dwar l-infurzar fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b'referenza għad-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 8 tagħha.
Artikolu 14
Reviżjoni u rappurtaġġ
1.Sa ...(9), il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva mill-Istati Membri u dwar l-effettività tagħha f'dak li huwa l-għan li jitnaqqas l-għadd ta' mwiet fit-toroq tal-UE.
2.Abbażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tqis kif l-ambitu ta' din id-Direttiva jista' jitwessa' biex ikopri infrazzjonijiet oħrajn tat-traffiku tat-triq.
3.Fl-istess rapport il-Kummissjoni għandha tressaq proposti dwar l-armonizzazzjoni tat-tagħmir ta' verifika abbażi ta' kriterji u proċeduri ta' verifika komunitarji tas-sikurezza fit-toroq.
4.Fir-rapport il-Kummissjoni għandha tivverifika wkoll kif l-Istati Membri jkunu, fuq bażi volontarja, implimentaw il-linji gwida għall-UE kollha dwar is-sikurezza fit-toroq msemmijin fl-Artikolu 3 u għandha tqis jekk dawk ir-rakkomandazzjonijiet li jkunu f'dawk il-linji gwida għandhomx isiru tassattivi. Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta li temenda din id-Direttiva.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 15
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma" din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn tnax-il xahar wara li tkun daħlet fis-seħħ. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta" dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta" korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.
Artikolu 16
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 17
Indirizzi
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Id-Direttiva tal-Kunsill 91/671/KEE tas-16 ta" Diċembru 1991 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-użu mandatorju taċ-ċinturini tas-sigurtà f'vetturi ta' inqas minn 3.5 tunnellati (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 26)║.
* Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva
ANNESS
FORMOLA għan-notifika ta" reat
imsemmija fl-Artikolu 6
[PAĠNA TA" QUDDIEM]
[Isem, indirizz u numru tat-telefown ta" l-awtorità li tibgħat il-formola] [Isem u indirizz tad-destinatarju]
notifika
ta" reat tat-traffiku imwettaq fi .......... [isem l-Istat Membru fejn sar ir-reat]
[it-test ta" hawn fuq jidher fuq din il-paġna ta" quddiem fl-ilsna kollha uffiċjali ta" l-UE]
Paġna 2
Fi [data ...... ], reat tat-traffiku bil-vettura bin-numru ta" reġistrazzjoni .............., marka .........., mudell ............ ġie rreġistrat minn .................[isem l-awtorità responsabbli].
Inti mniżżel/mniżżla bħala d-detentur taċ-ċertifikat ta" reġistrazzjoni tal-vettura hawn fuq imsemmija.
Id-dettalji relevanti tar-reat jingħataw fil-paġna 3 ta" dan id-dokument.
L-ammont tal-penali finanzjarja għal dan ir-reat huwa ta" EUR/munita nazzjonali ..........
L-iskadenza għall-ħlas ta" din il-penali hija ........................
Jekk ma tħallasx din il-penali finanzjarja, inti obbligat(a) li timla l-formola ta' tweġiba mehmuża (paġna 4) u tibgħatha fl-indirizz muri. Din il-formola ta' tweġiba għandha tkun trażmessa mill-[awtorità kompetenti tal-Istat tar-reat] lill-[awtorità kompetenti tal-Istat tar-residenza] biex tiġi nfurzata d-deċiżjoni tas-sanzjoni.
TAGĦRIF
Dan il-każ se jiġi eżaminat mill-awtorità kompetenti fl-Istat fejn seħħ ir-reat.
Jekk ma jingħatax segwitu għal dan il-każ, inti tiġi mgħarraf sa 60 jum minn meta tiġi rċevuta l-formola ta' tweġiba.
Jekk jingħata segwitu għal dan il-każ, tapplika l-proċedura li ġejja:
[dan l-ispazju għandu jimtela mill-Istat fejn sar ir-reat - għandu jindika l-proċedura li jkun imiss, flimkien ma" dettalji dwar il-possibbiltà u l-proċedura ta' appell kontra d-deċiżjoni li jingħata segwitu għall-każ. Dawn id-dettalji għandhom jinkludu f'kull każ: l-isem u l-indirizz ta" l-awtorità responsabbli għat-trattament tal-każ; l-iskadenza għall-ħlas; l-isem u l-indirizz ta" l-organu ta" appell ikkonċernat; l-iskadenza għall-appell].