Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/2317(ACI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0474/2008

Testi mressqa :

A6-0474/2008

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 18/12/2008 - 6.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0619

Testi adottati
PDF 358kWORD 41k
Il-Ħamis, 18 ta' Diċembru 2008 - Strasburgu
Il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea
P6_TA(2008)0619A6-0474/2008
Riżoluzzjoni
 Anness

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, skont il-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2008)0732 – C6-0393/2008 – 2008/2317(ACI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0732 – C6-0393/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(1), u b'mod partikulari l-punti 26 tagħha,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta" Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(2),

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008 dwar il-Fond ta' Solidarjetà,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0474/2008),

1.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-18 ta' Diċembru 2008

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, skont il-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(1), u b'mod partikulari l-punt 26 tagħha,

wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta" Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta" Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(2),

wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)  L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il-"Fond") biex turi s-solidarjetà tagħha mal-popolazzjoni ta" reġjuni milquta minn katastrofi.

(2)  Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta" Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sal-ammont annwali massimu ta" EUR 1 biljun.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li jippermettu l-mobilizzazzjoni tal-Fond.

(4)  Ċipru ppreżenta talba għall-mobilizzazzjoni tal-Fond, fir-rigward ta' diżastru kkawżat minn nixfa.

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta" EUR 7 605 445 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' ħlas.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Strażburgu, 18 ta' Diċembru 2008.

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

Avviż legali - Politika tal-privatezza