Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/0018(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0441/2008

Testi mressqa :

A6-0441/2008

Dibattiti :

PV 15/12/2008 - 16
CRE 15/12/2008 - 16

Votazzjonijiet :

PV 18/12/2008 - 6.11
CRE 18/12/2008 - 6.11
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0626

Testi adottati
PDF 294kWORD 62k
Il-Ħamis, 18 ta' Diċembru 2008 - Strasburgu
Is-Sikurezza tal-ġugarelli ***I
P6_TA(2008)0626A6-0441/2008
RETTIFIKI
Riżoluzzjoni
 Test
 Anness

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (COM(2008)0009 – C6-0039/2008 – 2008/0018(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0009),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0039/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel kif ukoll tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0441/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli
P6_TC1-COD(2008)0018

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2009/48/KE.)


ANNESS

Dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-monitoraġġ ta' aspetti ta' sikurezza (l-Artikolu 48)

Wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva riveduta dwar is-Sikurezza tal-Ġugarelli, il-Kummissjoni se ssegwi mill-qrib l-iżviluppi kollha marbuta mal-implimentazzjoni tagħha biex tivvaluta jekk tipprovdix livell adegwat ta" sikurezza fil-ġugarelli, speċjalment fir-rigward tal-applikazzjoni tal-proċeduri ta' valutazzjoni ta' konformità kif stipulat fil-Kapitlu IV.

Id-Direttiva riveduta dwar is-Sikurezza tal-Ġugarelli tistipula l-obbligi tal-Istati Membri li jagħmlu rapport dwar is-sitwazzjoni tas-sikurezza tal-ġugarelli, l-effettività tad-Direttiva u s-sorveljanza tas-suq imwettqa mill-Istati Membri.

Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni se tkun ibbażata inter alia fuq ir-rapporti tal-Istati Membri li għandhom jiġu ppreżentati tliet snin wara d-data ta' applikazzjoni tad-Direttiva b'enfasi partikolari fuq is-sorveljanza tas-suq fl-Unjoni Ewropeja u l-konfini esterni tagħha.

Il-Kummissjoni terġa' tirrapporta lill-Parlament Ewropew mhux iktar tard minn sena wara li jkunu ġew ippreżentati r-rapporti tal-Istati Membri.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-rekwiżiti li jikkonċernaw ġugarelli li huma ddisinjati biex jagħmlu l-ħsejjes (l-Anness II. I. 10)

Il-Kummissjoni se tinkariga lis-CEN biex jistabbilixxi standard rivedut li jillimita l-valuri massimi kemm tal-ħoss ta' impuls kif ukoll tal-ħoss kontinwu li jagħmlu l-ġugarelli sabiex jiġu protetti b'mod adegwat it-tfal mir-riskju ta' problemi fis-smigħ. Dan hu bbażat fuq ir-rekwiżit essenzjali ġdid ta' sikurezza għal ġugarelli mfassla biex jagħmlu l-ħsejjes skont id-Direttiva dwar is-Sikurezza tal-Ġugarelli,

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-klassifikazzjoni ta' kotba

Meħuda inkonsiderazzjoni d-diffikultajiet marbuta mat-testijiet rilevanti meħtieġa fl-istandards armonizzati tal-ġugarelli EN 71:1 għall-kotba magħmula minn kartun u karti, il-Kummissjoni se tinkariga lis-CEN biex jistabbilixxi standard rivedut li jkopri l-ittestjar adegwat għall-kotba tat-tfal.

Avviż legali - Politika tal-privatezza