Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' Qafas Ewropew ta' Referenza ta' Assigurazzjoni tal-Kwalità għal Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali (COM(2008)0179 – C6-0163/2008 – 2008/0069(COD))
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0179),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikoli 149(4) and 150(4) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0163/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0438/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni Nru 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Qafas Ewropew ta' Referenza għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, Rakkomandazzjoni 2009/C 155/01 tat-18 ta' Ġunju 2009.)