Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/0082(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0480/2008

Testi mressqa :

A6-0480/2008

Dibattiti :

PV 16/12/2008 - 20
CRE 16/12/2008 - 20

Votazzjonijiet :

PV 18/12/2008 - 6.14

Testi adottati :

P6_TA(2008)0629

Testi adottati
PDF 281kWORD 35k
Il-Ħamis, 18 ta' Diċembru 2008 - Strasburgu
Sistemi ta" settlement ta" pagamenti u titoli u arranġamenti finanzjarji kollaterali ***I
P6_TA(2008)0629A6-0480/2008
Riżoluzzjoni
 Test

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar il-finalità ta" settlement fis-sistemi ta" settlement ta" pagamenti u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu. (COM(2008)0213 – C6-0181/2008 – 2008/0082(COD))

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0213),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE, skond liema l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0181/2008),

–   wara li kkunsidra r-Regola 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0480/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/26/KE dwar finalità ta" settlement fis-sistemi ta" settlement ta" pagamenti u titoli u d-Direttiva 2002/47/KE dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali rigward sistemi konnessi u talbiet għal kreditu
P6_TC1-COD(2008)0082

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2009/44/KE.)

Avviż legali - Politika tal-privatezza