Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/2097(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0445/2008

Testi mressqa :

A6-0445/2008

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 18/12/2008 - 6.24
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2008)0639

Testi adottati
PDF 410kWORD 149k
Il-Ħamis, 18 ta' Diċembru 2008 - Strasburgu
Perspettivi ta' żvilupp dwar il-ħolqien tal-paċi u ta' nazzjon wara l-kunflitti
P6_TA(2008)0639A6-0445/2008

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar perspettivi ta' żvilupp għat-tisħiħ tal-paċi u l-bini tan-nazzjon f'sitwazzjonijiet ta' wara konflitti (2008/2097(INI))

Il-Parlament Ewropew,

-   wara li kkunsidra r-Regolamenti ta" The Hague tal-1907, l-erba' Konvenzjonijiet ta' Ġinevra mill-1949 u l-Protokolli Addizzjonali I u II tagħhom tal-1977,

-   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

-   wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem kollha tan-Nazzjonijiet Uniti u l-protokolli fakultattivi tagħhom,

-   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966 u ż-żewġ protokolli fakultattivi tagħhom,

-   wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1945u b'mod speċifiku l-Artikoli 1 u 25 u, fil-Kapitoli VII, l-Artikoli 39 u 41 tagħha,

-   wara lil kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-1950 u l-ħames protokolli tagħha,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti tat-8 Settembru 2000 li tistabbilixxi l-Għanijiet ta' Żvilupp għall-Millennju bħala kriterji stabbiliti b'mod konġunt mill-komunità internazzjonali għall-eliminazzjoni tal-faqar,

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti 60/1 tal-24 ta' Ottubru 2005 dwar ir-Riżultat tas-Samit Dinji tal-2005, u b'mod partikulari l-paragrafi 138-140 tagħha dwar ir-responsabilità għall-protezzjoni tal-popolazzjonijiet mill-ġenoċidji, id-delitti tal-gwerra, it-tindif etniku u d-delitti kontra l-umanità,

-   wara li kkunsidra l-interventi għall-paċi jew biex tiġi stabbilita l-paċi tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kongo (1962), in-Namibia (1988), l-El Salvador (1992), il-Lambodia (1992), is-Somalia (1992), il-Jugożlavja - is-Serbja, il-Kroazja, il-Bosnija u l-Ħerzegovina (1992 - 2002), il-Ħaiti (1994), l-Islavonja tal-Lvant (1995 - 1998), il-Kosovo (1999), is-Sierra Leone (1999), it-Timor tal-Lvant (1999), il-missjoni għall-Iraq (2003) immexxija mill-Istati Uniti u r-Renju Unit u l-missjoni għall-Afganistan mmexxija min-NATO ISAF (2001),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, fuq naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra, iffirmata f'Kotonou fit-23 ta' Ġunju 2000(1), kif emendata l-aħħar permezz tad-Deċiżjoni Nru 1/2006 tal-Kunsill tal-Ministri bejn l-Afrika, l-Karibew u l-Paċifiku u l-Unjoni Ewropea(2) ('il-Ftehima ta' Kotonou'),

-   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri f'laqgħa fil-Kunsill, tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni dwar Politika ta' Żvilupp tal-Unjoni Ewropea: 'Il-Kunsens Ewropew', iffirmata fl-20 ta' Diċembru 2005(3), b'mod speċjali għall-kwistjonijiet trażversali mniżżla fis-sezzjoni fil-parti II, taqsima 3.3: demokrazija, il-governanza tajba, id-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tat-tfal u l-popli indiġeni, l-ambjent sostenibbli, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ġlieda kontra l-HIV/AIDS,

-   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri f'laqgħa fil-Kunsill, tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni: 'Il-Kunsens Ewropew dwar l-għajnuna umanitarja'(4),

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument finanzjarju ta" koperazzjoni għall-iżvilupp(5) (Strument ta" Koperazzjoni għall-Iżvilupp),

–   wara li kkunsidra s-Sħubija Strateġika bejn l-Afrika u l-Unjoni Ewropea: Strateġija Konġunta bejn l-Afrika u l-Unjoni Ewropea adottata fis-Samit bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika f'Diċembru 2007,

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni dwar il-Balkani tal-Punent tad-19 ta" Novembru 2007,

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni dwar il-linji gwida tal-Unjoni Ewropea dwar it-tfal f'konflitti armati tas-16 ta' Ġunju 2008,

-   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni dwar il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-mainstreaming tas-sessi fil-ġestjoni tal-kriżi tat-13 ta' Novembru 2006,

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-Afrika tal-21 u tat-22 ta" Novembru 2005,

–   wara li kkunsidra l-Qafas ta' Politika tal-Unjoni Afrikana dwar ir-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp ta" Wara l-Kunflitt, approvat mill-Istati Membri tal-Unjoni Afrikana fis-Samit ta" Banjul tal-25 ta' Ġunju sat-2 ta' Lulju 2006,

–   wara li kkunsidra l-għaxar prinċipji għal ingaġġ internazzjonali tajjeb fi stati fraġli u sitwazzjonijiet appoġġjati mill-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp, il-Kumitat ta" Ġħajnuna għall-Iżvilupp, il-Grupp ta" Stati Fraġli u kif approvat fil-Laqgħa ta' Livell Għoli tal-Kumitat ta" Ġħajnuna għall-Iżvilupp tat-3-4 ta" April 2007 f'Pariġi;

–   wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp, il-Kumitat ta" Għajnuna għall-Iżvilupp, Riforma u Governanza tar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà,

-   wara li kkunsidra l-Istrateġija tas-Sigurtà Ewropea approvata mill-Kunsill Ewropew fi Brussell fit-12 ta' Diċembru 2003,

-   wara li kkunsidra t-tifsira ta" "Ġustizzja Tranżitorja" inkluża fir-rapport tal-2004 tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-istat tad-dritt u l-ġustizzja tranżitorja f'soċjetajiet f'konflitt u dawk ta" wara l-konflitt(6),

-   wara li kkunsidra l-faċilità tal-iffinanzjar ta" 12-il miljun EUR stabbiliti mill-Kummissjoni fl-Istrument Ewropew għall-Istabilità biex jagħti għajnuna lill-tribunali u inizjattivi ta' ġustizzja tranżitorja ad-hoc madwar id-dinja,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta" Ottubru 2007 bl-isem "Lejn reazzjoni tal-UE għal sitwazzjonijiet ta" fraġilità – l-involviment f'ambjenti diffiċli għall-iżvilupp sostenibbli, l-istabilità u l-paċi" (COM(2007)0643),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta" Novembru 2007 dwar ir-reazzjoni għal sitwazzjonijiet ta" fraġilità f'pajjiżi li qed jiżviluppaw(7),

-   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Prevenzjoni ta' Kunflitti (COM(2001)0211) u l-Programm tal-Unjoni Ewropea għall-prevenzjoni ta" Kunflitti Vjolenti adottati fil-Kunsill Ewropew f'Goteborg fil-15 u s-16 ta'Ġunju 2001,

-   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea lin-NU dwar "L-istat tad-dritt u l-ġustizzja tranżitorja f'soċjetajiet f'konflitt u dawk ta" wara l-konflitt" tas-6 ta" Ottubru 2004,

–   wara li kkunsidra l-Kunċett tal-Unjoni Ewropea għall-appoġġ għad-Diżarmament, id-Dimobilizzazzjoni u r-Riintegrazzjoni (DDR) approvat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewopea fil-11 ta" Diċembru 2006,

-   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' April 2001 bl-isem "Ir-Rabta bejn l-Għajnuna, ir-Riabilitazzjoni u l-Iżvilupp-Evalwazzjoni" (COM(2001)0153),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2007 dwar is-sitwazzjoni attwali tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika(8),

-   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari konġunta bejn l-Afrika, l-Karibew u l-Paċifiku u l-Unjoni Ewropea Nru 3937/07 u r-rapport ta" Lulju 2007 li sar mill-Kumitat Politiku tiegħu għall-governanza tajba, it-trasparenza u l-kontabilità f'relazzjoni mal-isfruttar tar-riżorsi naturali fil-Pajjiżi tal-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku(9),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà (UNSCR 1325) u dwar il-Vjolenza Sesswali kontra Persuni Ċivili waqt Kunflitti (UNSCR 1820),

–   wara li kkunsidra l-"Punti Prinċipali tal-Istrateġija Konġunta bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika" kif approvati mit-8 Laqgħa Ministerjali tat-Trojka bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika tal-15 ta' Mejju 2007 fi Brussell,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 177 sa 181 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra r-Regola 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0445/2008),

A.   billi nofs il-pajjiż li joħorġu minn konflitt jerġgħu jsibu ruħhom f'konflitt fi żmien ħames snin, u 340 miljun tal-popolazzjoni l-aktar fqira tad-dinja huma stmati li jgħixu f'pajjiżi ta" sitwazzjoni ta' fraġilità, hekk li t-tmiem tal-ġlied ma jwassalx awtomatikament għal stabilità soda dejjiema u żvilupp sostenibbli,

B.   billi l-Għanijiet tal-Iżvilupp tal-Millennju stabbilixxew l-għanijiet koerenti u ddefiniti bl-iskadenzi għall-eradikazzjoni tal-faqar fuq firxa twila taż-żmien; billi sal-2010, nofs l-ifqar persuni tad-dinja jistgħu jsibu ruħhom jgħixu f'pajjiżi li qed jesperjenzaw, jew qegħdin f'riskju ta" konflitti vjolenti(10),

C.   billi l-bini ta" pajjiżi stabbli u li jdumu fit-tul jeħtieġ il-ħolqien ta" servizz ċivili bbażat fuq il-mertu u r-responsabilità mingħajr xkiel politiku u korruzzjoni,

D.   billi settur tas-sigurtà professjonali li jkun trasparenti u responsabbli huwa fundamentali għall-ħolqien tal-kundizzjoniiet biex jisseddqu l-paċi u l-iżvilupp,

E.   billi r-Riforma fis-Settur tas-Sigurtà għadha tikkonċentra fuq il-provvediment ta" servizz pubbliku effettiv u leġittimu li huwa trasparenti, responsabbli għall-awtorità ċivili, u li jwieġeb għall-bżonnijiet tal-pubbliku,

F.   billi l-proliferazzjoni ta' armamenti żgħar u armi ħfief tħeġġeġ l-konflitt u l-kriminalità; billi fl-2006 persuni ċivili kienu jammontaw għal tliet kwarti tad-diżgrazzji aċċidentali rreġistrati minħabba splussivi tal-art(11),

G.   billi l-konflitti vjolenti, apparti li għandhom impatt traġiku fuq l-iżvilupp u d-drittijiet tal-bniedem, jiskoraġġixxu l-investituri barranin, inaqqsu t-tkabbir b'mod sostanzjali, jiskoraġġixxu l-investiment fis-servizzi ekonomiċi u bażiċi (skont rapport riċenti(12), il-konflitti bl-armi qed juru li naqqsu l-kunċett tal-ekonomija Afrikana bi 15%); filwaqt li s-settur tas-saħħa privat jista" eventwalment jipprovdi l-bażi għad-dħul sostenibbli għall-gvern leġittimu,

H.   billi l-istabilità fuq firxa twila ta" żmien tista" tintlaħaq biss permezz ta" involviment inklussiv fl-interventi għall-paċi, ir-rikonċiljazzjoni nazzjonali u l-bini ta' nazzjon tal-partijiet kollha interessati, li jinkludu n-nisa u l-minoranzi,

I.   billi l-kummissjonijiet għall-verità u r-rikonċiljazzjoni jistgħu jagħtu daqqa t'id lil soċjetajiet li qed jiffaċċjaw il-konsegwenzi tal-abbuż tal-massa, jgħinu biex id-djalogu bejn il-komunitajiet u dawk li qabel kienu f'konflitt kontrihom ikun iffaċilitat, u jikkontribwixxi għall-miżuri tal-ġustizzja, tal-kumpens u tar-riformi li jnaqqsu ċ-ċans ta" konflitt ġejjieni,

J.   billi l-qafas istituzzjonali li jħalli s-soċjetà ċivili tiżviluppa ġej mil-libertà tal-assoċjazzjoni u espressjoni u tal-iżvilupp ta' midja ħielsa mħarsa mil-liġi,

K.   billi stat sostenibbli li jiffunzjona tajjeb jirrikjedi wkoll soċjetà ċivili b'saħħitha biex tipproteġi n-nies mill-abbuż tal-poter, u stampa ħielsa tagħmel pressjoni kontra azzjonijiet ta" eżekuttiv potenti,

L.   billi l-istati f'sitwazzjonijiet ta" fraġilità għandhom ikunu inkoraġġuti biex jagħtu lok għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi biex joperaw b'mod ħieles mil-liġijiet tar-reġistrazzjoni burokratika mhux meħtieġa u l-proċessi li jfixklu l-iżvilupp ta" soċjetà ċivili tabilħaqq effettiva,

M.   billi l-medja tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw jilqgħu 260 żjara mid-donaturi kull sena u fis-sena 2006, madwar il-pajjiżi kollha li qed jiżviluppaw, id-donaturi għamlu 70 000 tranżizzjoni ta" għajnuna u d-daqs medju tal-proġett kien ta' biss 1,7 miljun Dollaru Amerikan,

N.   billi r-reviżjoni bejn il-pari tal-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku u l-Kumitat għall-Għajnuna tal-Iżvilupp 2007 dwar il-Politika tal-UE tal-Koperazzjoni għall-Iżvilupp tistqarr li l-UE għandha tagħmel "użu aktar sistematiku ta' analiżi ta' konflitti bħala parti minn programmi u proġetti fil-livell tal-pajjiżi" sabiex "jitjieb l-impatt tagħhom u jiġi żgurat li "ma jagħmlux ħsara",

O.   billi l-Kummissjoni, bħala segwitu għall-Komunikazzjoni dwar ir-reazzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-sitwazzjonijiet ta' fraġilità u għall-Konklużjonijiet sussegwenti tal-Kunsill u r-riżoluzzjoni tal-Parlament, għandha tħejji Plan ta' Implimentazzjoni fl-2009 li jikkunsidra l-esperjenza u l-informazzjoni miksuba permezz tal-"każijiet sperimentali" u bħala mezz li jevalwa l-effiċjenza tal-istrumenti differenti tal-UE bl-iskop li jtejjeb aktar il-qasam tas-sigurtà u tal-iżvilupp tagħhom,

P.   billi, apparti l-ħatra ta" sitt pajjiżi sperimentali (il-Burundi, il-Guinea-Bissau, Haiti, is-Sierra Leone, it-Timor tal-Lvant u l-Jemen), id-diskussjonijiet illanċjati bejn il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u s-soċjetà ċivili bħala parti mis-segwitu tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija dwar ir-reazzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-sitwazzjonijiet ta" fraġilità ma għamlux possibbli l-implimentazzjoni ta" miżuri speċifiċi,

Q.   billi l-impriżi Ewropej huma preżenti u għandhom interess fiz-zoni ta" konflitt,

1.  Jappoġġja "ir-Responsabilità għall-Protezzjoni" kif iddikjarat min-Nazzjonijiet Uniti sabiex tiġi rinforzata minflok imdgħajfa s-sovranità tal-istat u jenfasizza li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha għandhom iqisu lilhom infushom marbuta miegħu; jenfasizza li "r-Responsabiltà għall-Protezzjoni" għandha tiġi kkunsidrata bħala mezz ta" promozzjoni tas-sigurtà umana; billi jenfasizza li r-responsabilità primarja għall-prevenzjoni tal-ġenoċidji, id-delitti tal-gwerra, it-tindif etniku u d-delitti kontra l-umanità fir-rigward ta" popolazzjoni hija tal-istat innifsu, isaħħaħ ir-responsabilità ta" kull gvern lejn il-protezzjoni taċ-ċittadini tiegħu; iqis, madankollu, li meta l-gvernijiet mhumiex kapaċi jew ma jurux rieda li jipprovdu din il-protezzjoni r-responsabilità li tittieħed azzjoni xierqa ssir ir-responsabilità kollettiva tal-komunità internazzjonali iktar wiesgħa; jinnota wkoll li din l-azzjoni għandha tkun preventiva apparti reattiva, u għandha tinvolvi l-użu ta' pressjoni b'qawwa militari biss bħala l-aħħar mezz assolut; jirrikonoxxi dan t'hawn fuq bħala applikazzjoni ġdida u importanti tal-prinċipju tas-sigurtà umana;

2.  Jesiġi l-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni, miktuba fir-rapport tal-2000 lill-Assemblea Ġenerali, tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti li sa dak iż-żmien kien Kofi Annan: "is-sovranità tal-istat timplika responsabilità u r-responsabilità primarja għall-protezzjoni tal-poplu tiegħu hija tal-istat innifsu; fejn popolazzjoni qed issofri ħsara kbira b'riżultat ta" gwerra interna, tixwixa, jew falliment tal-istat, u l-istat ikkonċentrat mhuwiex dispost jew ma jistax iwaqqafha jew jevitaha, il-prinċipju tan-nuqqas ta" intervent iċedi għall-pressjoni tar-Responsabilità għall-Protezzjoni internazzjonali";

3.  Jemmen li hemm żewġ fażijiet fil-bini tal-paċi u l-bini tal-istat: il-fażi ta" stabbilizzazzjoni fejn l-enfasi hija fuq is-sigurtà, il-liġi u l-ordni u d-dispożizzjoni ta" servizzi bażiċi; u t-tieni fażi ta" bini tal-istat li tiffoka fuq il-governanza u l-istituzzjonijiet li jieħdu ħsiebha; bil-kundizzjoni li:

   a) it-tieni fażi ma għandhiex issir qabel mal-pajjiż jiġi stabbilizzat, minħabba li l-ħolqien ta" istituzzjonijiet qabel l-istabbilizzazzjoni jirrifletti n-natura tal-konflitt u mhux dak li għandu bżonn il-pajjiż għall-paċi stabbli u dejjiema,
   b) fil-fażi tal-bini tal-istat huwa importanti li jintlaħaq kompromess għall-konformità tan-normi u dak mistenni miċ-ċittadini tan-nazzjon ikkonċernat u mhux għall-ideali tal-parteċipanti,
   c) hekk kif il-fażi ta' bini tal-istat tavvanza, l-parteċipanti jkollhom jgħaddu l-istituzzjonijiet individuali lill-awtoritajiet domestiċi; huwa possibbli f'dan l-istadju t-tfixkil potenzjali tal-progress u dan għandu jiġi aċċettat sakemm dan ma jkunx ta" problema fundamentali għall-progress aħħari tal-pajjiż;

4.  Jenfasizza l-importanza li jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-konflitti fid-djalogi politiċi tal-UE mal-pajjiżi terzi u fil-programmi tal-iżvilupp ta" koperazzjoni sabiex jiġu żviluppati mekkaniżmi biex jiġu pprovduti sinjali ta' twissija bikrija billi jiġu mħarsa l-elementi li jbassru jew l-indikaturi possibbli ta' vjolenza ċivili bħad-diviżjoni storika, il-motivi ta' lmenti etniċi u tat-tribù, il-konflitti tar-reliġjonijiet, l-inġustizzja u l-faqar; jenfasizza, f'dan il-kuntest b'mod partikulari l-bżonn li jiġu allokati fondi ġodda għall-adozzjoni u l-ħarsien tal-ambjent bħala mezz li bih tiġi impeduta ż-żieda ta' konflitti relatati mal-klima u l-ambjent;

5.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-prevenzjoni tal-konflitt bħala kwistjoni traversali fil-koperazzjoni tal-iżvilupp u biex jiġu integrati s-sensittività u l-analiżi tal-konflitt f'politiki eżistenti u ġodda, fil-Karti ta" Strateġija tal-Pajjiż u Reġjonali, u fl-istrumenti finanzjarji relevanti kollha għall-koperazzjoni esterna;

6.  Ifakkar li l-paċi mhix biss in-nuqqas ta' gwerra, u li hemmx paċi mingħajr ġustizzja u li, barra minn dan, it-tmiem tal-ostilitajiet mhux neċessarjament iwassal għas-sigurtà tal-irġiel u tan-nisa; ifakkar ukoll fl-irwol importanti tan-nisa fil-prevenzjoni u fir-riżoluzzjoni tal-konflitti u fil-bini tal-paċi, u jenfasizza l-importanza tal-parteċipazzjoni ugwali u tal-involviment sħiħ tagħhom fl-isforzi kollha għaż-żamma u l-promozzjoni tal-paċi u tas-sigurtà;

7.  Jemmen bil-qawwa li jrid isir kull sforz biex jiġu żgurati standards minimi ta" servizzi bażiċi għal dawk il-popolazzjonijiet milquta minn konflitt, b'mod partikulari fir-rigward tal-aċċess għall-ikel, l-ilma nadif u l-iġjene, il-mediċini, il-kura tas-saħħa (li tinkludi s-saħħa riproduttiva) u s-sikurezza personali; fiż-żmien immedjat it-tħassib dwar is-sostenibilità għandhom jiġu subordinati biex jiġu provduti merkanzija u servizzi bażiċi;

8.  Jemmen li f'sitwazzjonijiet ta" wara l-konflitt għandu jkun hemm koordinazzjoni bejn il-bini tal-paċi, l-għajnuna umanitarja u l-attivitajiet ta" żvilupp, skont il-qafas strateġiku "Ir-Rabta bejn l-Għajnuna, ir-Riabilitazzjoni u l-Iżvilupp" u biex tiġi assigurata l-koerenza fir-rabta bejn is-sigurtà u l-iżvilupp;

9.  Iqis li huwa meħtieġ li titqies id-dimensjoni tas-sessi fir-rigward ta' refuġjati u persuni spustjati internament, anke fit-tfassil tal-kampijiet tar-refuġjati;

10.  Jenfasizza l-bżonn tat-titjib fil-Koordinazzjoni Ċivili-Militari; huwa tal-opinjoni li f'sitwazzjonijiet ta' wara l-konflitti t-tranżizzjoni minn sigurtà militari għal sigurtà ċivili trid issir fl-aqsar żmien prattiku u li l-forzi internazzjonali għandhom jiġu ssupplimentati u mibdula ma" forza ta" pulizija ċivili nazzjonali u reġjonali, imħarrġa b'mod professjonali, li jassiguraw li prijorità għolja qed tiġi mogħtija lill-applikazzjoni li jittrattaw bl-istess mod ir-regola tal-liġi u l-proċeduri amministrattivi lill-gruppi kollha involuti fil-konflitt;

11.  Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm bilanċ bejn il-komponenti ċivili u militari tal-għajnuna għall-iżvilupp sabiex jiġi garantit it-tħaddim tal-infrastruttura bażika u tas-servizzi tal-gvern mingħajr ma jitwarrbu l-ħtiġijiet tar-rikostruzzjoni, tar-riabilitazzjoni u tat-tnedija mill-ġdid tal-proċessi demokratiċi u ekonomiċi;

12.  Jitlob għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, billi jiġi promoss it-taħriġ tad-drittijiet tal-bniedem għall-armata u l-pulizija (li jinkludi l-kampanji għad-drittijiet umani u ċivili għall-partijiet affettwati tal-popolazzjoni); it-taħriġ tal-impjegati fil-kulleġġi fuq l-istandards internazzjonali tan-normi u l-pulizija militari; il-ħolqien ta" kodiċi ta" kondotta għall-persunal tas-sigurtà, li jiddiskrivu l-oqsma tar-responsabilità bejn il-pulizija u l-armata, il-ħolqien ta" uffiċċji għall-ombudsmen u l-Kummissjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll taħriġ dwar id-drittijiet tal-bniedem għall-awtoritajiet distrettwali u l-persuni fis-servizzi ċivili;

13.  Jenfasizza l-ħtieġa importanti biex jitkompla l-iżvilupp tal-kapaċità militari tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Ewropea sabiex l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jkunu jistgħu jagħtu kontribut aħjar għall-istabilizzazzjoni u l-iżvilupp tas-soċjetajiet ta' wara l-konflitti;

14.  Iqis li hu ta' importanza kbira li l-kawżi tal-instabilità u l-problemi tas-soċjetajiet ta' wara l-konflitti jingħelbu b'taħlita ta' miżuri ċivili u militari; jirrimarka li mingħajr il-garanziji tas-sigurtà tal-forzi għaż-żamma tal-paċi fuq l-art, il-kundizzjoni ewlenija essenzjali għall-istabilità f'soċjetajiet mifnija bil-konflitti (jiġifieri s-sigurtà tal-individwi u tal-propjetà tagħhom) ma tkunx tista' titwettaq b'mod ġenerali;

15.  Jenfasizza l-importanza tal-proċessi tar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà u d-Diżarmament, id-Demobilizzazzjoni u r-Riintegrazzjoni bħala fatturi prinċipali biex tiġi assigurata l-paċi dejjiema u l-iżvilupp sostenibbli; jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iħaffu l-implimentazzjoni fuq il-bażi tal-Qafas tal-Politika tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà u l-Kunċett tal-Unjoni Ewropea għall-appoġġ tad-Diżarmament, id-Demobilizzazzjoni u r-Riintegrazzjoni, bil-għan li tiżdied ir-relevanza, il-koerenza u l-effiċjenza tal-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea f'dawn l-oqsma; jitlob għal aktar iffinanzjar Komunitarju għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà u d-Diżarmament, id-Demobilizzazzjoni u r-Riintegrazzjoni, b'enfasi speċjali fuq dawk il-pajjiżi fejn l-Unjoni Ewropea diġà għamlet użu mill-missjonijiet tal-Perspettiva Ewropea dwar l-Iżvilupp Spazjali; jitlob li jkun hemm kull attività tar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà u d-Diżarmament, id-Demobilizzazzjoni u r-Riintegrazzjoni ffinanzjati fil-livell komunitarju li għandha l-għan li tappoġġja l-ħidmiet tal-Perspettiva Ewropea dwar l-Iżvilupp Spazjali matul konflitt, jew f'sitwazzjoni ta" wara l-konflitt, biex jiġu kkunsidrati f'aqsar żmien possibbli fil-passi tal-ippjanar tal-ħidmiet, fosthom fil-fażi tat-tiftix għall-fatti jew matul l-iżvilupp tal-Kunċetti tal-Ġestjoni tal-Kriżi/il-Kunċett tal-Operazzjonijiet;

16.  Jenfasizza li r-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà tista" tkun għodda effettiva biex issaħħaħ id-diplomazija u tiddefendi filwaqt li tnaqqas it-theddid għas-sigurtà fuq perjodu twil ta" żmien billi tingħata għajnuna fil-bini ta" soċjetajiet stabbli, prosperi u paċifiċi; ir-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà għandha tinvolvi istituzzjonijiet li qed jerġgħu jiġu stabbiliti jew li qed jirriformaw u pożizzjonijiet ministerjali importanti li jżommu u jipprovdu superviżjoni għas-sikurezza u s-sigurtà tan-nazzjon ospitanti u l-poplu tiegħu;

17.  Jitlob lill-Unjoni Ewropea, biex meta tappoġġja r-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà ta' wara l-konflitti, tinkludi perspettiva tal-ġeneru billi tipprovdi taħriġ u kompetenza dwar il-ġeneru għall-kostituzzjoni, l-elezzjonijiet, il-pulizija u l-ġudikatura;

18.  Huwa tal-fehma li l-ex mexxejja kombattenti għandhom jirrinunzjaw għall-vjolenza qabel ma jiddaħħlu fi strutturi istituzzjonali formali li jinkoraġġixxu l-kondiviżjoni tal-poter, filwaqt li jiġi żgurat li l-pubbliku u l-partijiet kollha involuti pertinenti jinżammu attivament infurmati u involuti fid-dibattiti kollha li jikkonċernaw l-arranġamenti tal-kondiviżjoni tal-poter;

19.  Jenfasizza l-importanza li tiġi adottata perspettiva tal-ġeneru meta jiġu nnegozjati u implimentati l-ftehimiet tal-paċi, sabiex jiġi promoss il-ħarsien kostituzzjonali tad-drittijiet tan-nisa;

20.  Jistieden, minħabba l-fatt li l-maġġoranza tal-vittmi f'sitwazzjoni ta" konflitt jiġu maqtula b'armi żgħar u armamenti ħfief, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex ikun hemm segwitu urġenti fuq id-Deċiżjoni tal-20 ta" Mejju 2008 tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompetenza Komunitarja fil-ġlieda kontra iż-żieda tal-armi żgħar u armamenti ħfief(13) billi titħaffef l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea biex tiġġieled l-akkumulazzjoni u t-traffikar illeċitu ta' armi żgħar u armamenti ħfief u l-munizzjon tagħhom u billi tingħata spinta lill-ippjanar għall-iffinanzjar tal-Kummissjoni Ewropea, jiġifieri mill-Fondi ta" Żvilupp Ewropew u l-Istrument ta" Stabbiltà, biex jintefqu fuq programmi relatati ma" armi żgħar u armamenti ħfief fuq l-art; jitlob lill-istituzzjonijiet finanzjarji multilaterali u reġjonali jieħdu miżuri, fejn jaqbel, sabiex jistabbilixxu programmi tal-armi żgħar u armamenti ħfief fil-qafas tar-rikostruzzjoni u l-isforzi tar-riabilitazzjoni f'zoni ta" wara l-konflitt u fl-isforzi biex jiġu kkonsolidati kwistjonijiet ta" governanza, biex tiġi msaħħa l-leġiżlazzjoni u tiġi mtejba l-kapaċità operazzjonali tal-aġenziji li jinfurzaw il-liġi rigward l-armi żgħar u armamenti ħfief; jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex tkompli bil-promozzjoni tal-ħolqien tat-Trattat Internazzjonali dwar il-Kummerċ tal-Armi legalment vinkolanti fl-ambiti kollha bilaterali u multilaterali;

21.  Iqis li r-ritorn volontarju ta' refuġjati u popli spustjati internament għandu jkun prijorità għolja filwaqt li jiġi żgurat mod ta' għajxien vijabbli, b'mod partikulari billi jingħataw servizzi tas-saħħa u tal-edukazzjonali funzjonali (li jinkludu kampanji ta" qari u kitba għan-nisa) u l-opportunitajiet ta' xogħol, u dan għandu jsir permezz ta' djalogu bejn il-gruppi, l-edukazzjoni dwar il-paċi, l-akkompanjament internazzjonali, it-tnaqqis ta' preġudizzji u t-taħriġ dwar id-diversità, it-tlaqqigħ ta' komunitajiet li qabel kienu fi ġlied, il-proċessi biex jiġu ttrattati pretensjonijiet fir-rigward tal-artijiet u l-kura f'każijiet ta' trawma; sakemm il-profil etniku jew reliġjuż huwa kompatibbli, jikkunsidra li l-Persuni Spustjati Internament għandhom jiġu mifruxa minn naħa għal oħra tal-pajjiż u jerġgħu jibdew jgħixu fil-villaġġi jew il-bliet minn fejn ġew u mhux ikunu kkonċentrati fi gruppi kbar minħabba li dan jista" jwassal għall-konflitt u vjolenza;

22.  Jenfasizza l-ħtieġa li n-nisa jkomplu bl-edukazzjoni u t-taħriġ tagħhom wara li jkunu ntemmu l-konflitti; iqis, f'dan ir-rigward, li t-tkomplija tat-tagħlim għandha tkun promossa matul il-proċess tal-bini tal-istat;

23.  Jenfasizza bis-sħiħ il-bżonn li jiġu kkonsultati u appoġġjati l-organizzazzjonijiet lokali tan-nisa u n-netwerks internazzjonali tan-nisa għall-paċi; jirrakkomanda d-dispożizzjoni tal-appoġġ politiku u finanzjarju, it-taħriġ, il-bini tal-kapaċità u l-għajnuna teknika, li tinkludi n-negozjati tal-paċi u r-riżoluzzjonijiet mhux vjolenti tal-konflitt;

24.  Hu tal-opinjoni li l-Istati Membri għandhom obbligu morali li jagħtu kenn lir-refuġjati li jkunu qegħdin jaħarbu miz-zoni ta" konflitt; jemmen li dan l-obbligu jista" jitwettaq biss fuq il-bażi li l-piż jinqasam bejn l-Istati Membri; jemmen ukoll li l-Istati Membri għandhom jgħinu b'mod attiv lir-refuġjati li jixtiequ jerġgħu lura lejn il-pajjiżi tal-oriġini wara t-tmiem ta' konflitt vjolenti;

25.  Jafferma l-importanza vitali li l-politiki tal-migrazzjoni jkunu ġusti mal-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw; jinnota li l-migrazzjoni tista' ssir forza pożittiva fil-proċess tal-iżvilupp, l-aktar bil-flus li jibagħtu l-migranti li joqogħdu fl-Unjoni Ewropea, billi tnaqqas it-telf tal-aħjar imħuħ, billi tħaffef il-migrazzjoni ta' ritorn u billi tevita t-traffikar tal-bnedmin;

26.  Jenfasizza li trid tittieħed azzjoni li tippromwovi r-riunifikazzjoni u r-riintegrazzjoni tat-tfal milquta minn konflitti armati u sabiex jiġi żgurat l-aċċess għall-programmi edukattivi, it-taħriġ vokazzjonali u l-appoġġ psikoloġiku, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-bżonnijiet speċifiċi tat-tfajliet;

27.  Jitlob l-implimentazzjoni effettiva tal-proposta tal-Kummissjoni għad-Diżarmament, id-Demobilizzazzjoni u r-Riintegrazzjoni tal-ex kombattenti; jinkludi r-riintegrazzjoni tal-kombattenti fis-soċjetà ċivili bid-dispożizzjoni tal-ikel, it-tined, il-kutri, l-għajnuna medikali u l-ħwejjeġ pajżana; it-trasportazzjoni tal-ex suldati fil-komunità tal-oriġini tagħhom jew id-destinazzjoni tal-għażla tagħhom; programmi ta" appoġġ għall-uffiċjali politiċi jew militari, l-akkomodazzjoni mill-ġdid tal-ex suldati, u skemi ta" appoġġ tas-salarji; lezzjonijiet ta" edukazzjoni ċivika għall-ex suldati u programmi ta" riġenerazzjoni psikoloġika għall-ex kombattenti b'allokazzjoni speċifika ta" riżorsi addizzjonali għas-skemi ta" impjieg u programm ta" ħolqien tax-xogħol;

28.  Jirrimarka li l-programmi tad-Diżarmament, id-Demobilizzazzjoni u r-Riintegrazzjoni għandhom jinkludu dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ex kombattenti femminili;

29.  Jenfasizza li l-ġlieda kontra l-użu ta" suldati tfal kif ukoll kontra r-reklutaġġ ta" bniet fil-forzi armati u s-soġġezzjoni sussegwenti tagħhom għall-abbuż sesswali hija marbuta mal-isforzi favur it-titjib tal-ħajja ta" kuljum tan-nisa li jgħixu f'reġjuni fejn ikunu għaddejjin il-proċessi tal-bini ta" paċi u tan-nazzjonijiet wara tmiem il-konflitti;

30.  Huwa tal-opinjoni li l-programm tad-Diżarmament, id-Demobilizzazzjoni u r-Riintegrazzjoni għandu jimmira biex jikseb żviluppi soċjali u ekonomiċi, u jipprovdi programmi ta" assistenza finanzjarja bil-għan li jilħqu l-bżonnijiet immedjati;

31.  Jemmen li appartenenza lokali tal-proċess għal-bini ta" paċi hija essenzjali biex tiġi assigurata stabilità dejjiema;

32.  Jikkunsidra li d-donaturi internazzjonali għandhom iqisu ċ-ċirkustanzi reġjonali u lokali meta jfasslu politika ta' rikostruzzjoni għall-istabilità u d-demokrazija, li tibda mill-esperjenza miksuba bil-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku fis-soċjetajiet ta' wara l-konflitti;

33.  Jenfasizza li strateġija ta' rikonċiljazzjoni adattata jeħtiġilha tqis is-sehem tan-nisa fil-proċessi tat-tisħiħ tal-paċi; jenfasizza li l-programmi ta' rikonċiljazzjoni għandhom jinkorporaw iċ-ċirkustanzi partikulari tat-tfal li jintlaqtu mill-konflitti armati;

34.  Jemmen li l-leġittimità tal-istat tista" tinbena biss permezz ta" governanza tajba u effettiva; jenfasizza li l-istituzzjonijiet, il-proċessi elettorali, ir-reġistrazzjoni ta' votanti u r-reġistri elettorali, l-identifikazzjoni ta' votanti u l-mekkaniżmi għal kontra l-korruzzjoni jeħtieġ li jkunu trasparenti u responsabbli kemm jista' jkun għaliex dawn huma l-prerekwiżiti għad-difiża tal-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem, l-istituzzjonijiet demokratiċi u d-dinjità tal-popolazzjoni, kif ukoll għall-iżvilupp ekonomiku, l-investiment u l-kummerċ;

35.  Iqis fatturi bħal l-istat tad-dritt, munita stabbli, is-suq ħieles, is-servizz ċivili effiċjenti u kompetenti, l-indipendenza ġudizzjarja, u l-fergħat leġiżlattivi u l-eżekuttivi mingħajr korruzzjoni, huma l-mezzi li bihom l-individwi u l-komunitajiet, permezz tal-industrija u l-inizjattiva tagħhom, ikunu jistgħu verament iżidu l-prosperità tan-nazzjonijiet tagħhom;

36.  Jitlob għall-ħolqien ta" kumitati uniċi għall-investiment biex jinkoraġġixxi setturi ta" prijorità fejn l-Investiment Barrani Dirett jista" jiġi attirat, li joħloq impjiegi "l barra mis-setturi tradizzjonali agrikoli permezz tal-appoġġ tal-iżvilupp ta" kodiċi ta" investiment liberali u zoni industrijali mingħajr taxxa;

37.  Jitlob lill-Kummissjoni biex toħloq unità tat-tneħħija ta" regolamenti li tkun tista' tagħti pariri lill-pajjiżi emerġenti mill-konflitt dwar kif jibnu l-infrastruttura ekonomika tagħhom biex ineħħu l-kontrolli burokratiċi li jwaqqfu jew idewmu l-ħolqien ta" negozji żgħar, il-ftuħ ta" kontijiet bankarji, ir-reġistazzjoni tal-art u tal-kumpaniji; it-tnaqqis ta" kapitali investiti fi proġetti li fihom elementi kbar ta" riskji qed jiġu applikati fejn huwa possibbli u l-inċentivi tat-taxxa għall-ħolqien ta" intrapriżi għandu jiġi applikat b'mod partikulari permezz ta" programmi ta' appoġġ għall-baġit;

38.  Iqis li huwa kruċjali li jiġu involuti n-nisa f'attivitajiet ekonomiċi f'soċjetajiet ta' wara l-konflitt sabiex ikun hemm appoġġ għat-tisħiħ soċjo-ekonomiku u kummerċjali, u jenfasizza l-irwol pożittiv tal-mikrokreditu;

39.  Jemmen bis-sħiħ li l-appartenenza lokali tal-iżvilupp ta" koperazzjoni fl-Unjoni Ewropea jistgħu jiġu msaħħa permezz tal-involviment ta" parlamenti nazzjonali, li jinkludi azzjoni reċiproka u bini tal-kapaċità bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti ta" pajjiżi msieħba; li jinkludi s-sistemi ta" appoġġ tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni, il-kapaċitajiet teknoloġiċi għall-ħolqien ta" lista elettorali eżemplari, il-proviżjoni tal-karti tal-Identita meta r-reġistrazzjoni tat-twelid jew id-dokumenti ta" appoġġ taċ-ċittadinanza mhumiex disponibbli;

40.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' għajnuna għall-awtoritajiet lokali, billi jingħatalhom it-taħriġ adattat u l-possibilità li jaqsmu l-esperjenzi; ifakkar, f'dan ir-rigward, fl-impenn tal-Parlament għall-prinċipji u l-prattiki tad-demokrazija parlamentari;

41.  Jenfasizza li, meta jsiru l-elezzjonijiet f'pajjiż ta" wara l-konflitt, il-parteċipazzjoni tan-nisa għandha tiġi appoġġjata permezz ta' programmi speċifiċi u bi kwoti fil-livelli kollha;

42.  Jenfasizza l-importanza ta" monitoraġġ indipendenti tat-trasparenza u l-kontabiltà fl-użu tar-riżorsi, li jistgħu jkollhom irwol importanti fis-sitwazzjonijiet ta" wara l-konflitt jekk jerġgħu jiġu investiti fil-bini tal-istat; ukoll jenfasizza l-importanza li tiġi miġġieed kull tipi ta" ħela, frodi u korruzzjoni, permezz ta" mekkaniżmi adeġwati kontra l-korruzzjoni, bl-appoġġ viġilanti tas-soċjetà ċivili;

43.  Jenfasizza l-bżonn li l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni timxi l-quddiem, biex is-sorsi ta" finanzjamenti illeċiti jiġu impediti minflok ikomplu jħeġġu l-konflitt u jipperikulaw l-istabbilizzazzjoni tas-sitwazzjonijiet ta' wara l-konflitt, ladarba l-korruzzjoni jagħmlu l-istituzzjonijiet ineffikaċi, tkabbar il-marġinalizzazzjoni soċjali, jgħawweġ teħid tad-deċiżjonijiet u jfixkel id-dispożizzjoni tas-servizzi bażiċi;

44.  Jenfasizza li l-appoġġ għall-komunitajiet, il-familji, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet tan-nisa, l-organizzazzjonijiet tal-mikrokrediti u n-netwerks lokali huma prikundizzjonijiet għas-suċċess ta' kull politika għall-iżvilupp; u għaldaqstant jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħtu appoġġ politiku u finanzjarju lill-paċi lokali u l-atturi tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll matul iż-żminijiet tal-kriżi, b'mod partikulari permezz tal-Istrumenti għall-Istabilità tal-Unjoni Ewropea u l-komponent tar-reazzjoni għall-kriżi;

45.  Jenfasizza li, f'sitwazzjonijiet ta' wara l-konflitt, ir-reġistrazzjoni tat-titoli tal-art u r-reġolarizzazzjoni tal-appartenenza tal-art għandhom isiru skont il-ligi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, biex tiġi prevenuta l-approprjazzjoni ta" art illegali, ta" spiss b'detriment għall-ifqar jew l-aktar vulnerabbli, mill-gvernijiet, il-kumpaniji privati u l-elit tat-tmexxija, inklużi dawk li jirritornaw lejn pajjiżhom u l-Persuni Spostati Internament; jenfasizza barra minn hekk li l-isforzi għadhom isiru biex isaħħu l-qrati sabiex dawn ikunu jistgħu jinfurzaw aħjar il-liġi tal-proprjetà, b'mod speċjali f'pajjiżi fejn in-nisa għandhom stejtus legali mnaqqas;

46.  Itenni l-impenn tiegħu għall-ħarsien tad-drittijiet tan-nisa u t-tfal fis-sitwazzjonijiet ta' wara l-konflitti bl-għan aħħari li jittieħdu l-miżuri meħtieġa għall-emanċipazzjoni tan-nisa – ħtieġa indispensabbli biex jinkisbu l-paċi u l-istabilità dejjiema;

47.  Iqis li ħafna pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw għandhom l-aktar riżorsi naturali bażiċi biex jieħdu ħsieb tal-iżvilupp tagħhom iżda l-immaniġġjar fqir u l-prattiki korrotti relatati mar-riżorsi naturali bħaż-żejt, l-ilma, l-injam u d-djamanti jistgħu jergħġu jġibu lura l-pajjiż għaċ-ċiklu tal-konflitt; jiddeplora l-involviment ta" diversi parteċipanti (lokali, reġjonali, internazzjonali u transnazzjonali) fil-miżapproprijazzjoni u l-isfruttar ta' dawn ir-riżorsi; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jippromwovu u jappoġġjaw governanzja tajba tar-riżorsi naturali kollha kif ukoll biex jieħdu azzjoni kontra l-isfruttar u l-ittraffikar, b'mod speċjali fejn jikkontribwixxi għall-bidu, l-eskalazzjoni u l-kontinwazzjoni ta" konflitti armati;

48.  Jirrikonoxxi il-kisbiet tal-Proċess ta' Kimberley, l-Inizjattiva ta' Trasparenza tal-Industriji Estrattivi u l-Infurzar tal-Liġi, tat-Governanza u l-Kummerċ tal-Foresti u jitlob li dawn jissaħħu u jiġu implimentati u infurzat b'mod aktar aktar effettiv;

49.  Itenni l-konklużjonijiet tad-dokument dwar il-Bidla fil-Klima u s-Sigurtà Internazzjonali, ippreżentat fl-14 ta' Marzu 2008 lill-Kunsill Ewropew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea u lill-Kummissjoni(14), filwaqt li jwissi li l-bidla fil-klima qiegħda thedded li titfa' piż żejjed fuq l-istati u lir-reġjuni tad-dinja li huma diġà dgħajfa u b'tendenza ta' konflitti, filwaqt li jinħolqu flussi ta' immigrazzjoni ġodda u jintensifikaw ir-riskji tas-sigurtà għall-Unjoni Ewropea; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tqis il-kunsiderazzjonijiet tal-bidla fil-klima fl-isforzi tagħha għat-tisħiħ tal-paċi;

50.  Iqis li l-ġustizzja għall-vittmi ta' konflitti hija essenzjali u li l-qrati nazzjonali, sakemm is-sistema ġudizzjarja qed tiffunzjona, hija indipendenti u imparzjali, jinsabu f'pożizzjoni aħjar minn dik ta' tribunali internazzjonali ta' reati tal-gwerra sabiex jiżguraw l-appartenenza tal-proċessi ġudizzjarji nazzjonali u l-ikkastigar ta' dawk li jikkommettu reat; fil-proposti ta" dan il-qafas, fil-kuntesti ta' wara l-konflitt, biex issir magħrufa l-possibilità tat-traċċ tal-vjolazzjonijiet li saru matul il-konflitt;

51.  Jitlob għat-tisħiħ tas-sistemi ġudizzjarji billi jingħata taħriġ lill-imħalfin, il-prosekuturi ġenerali, isiru konferenzi dwar ir-riformi ġudizzjarji, ħatriet ġudizzjarji għas-sistemi indipendenti, ħlas tajjeb għall-persunal ġudizzjarju, id-dispożizzjoni tal-għodod għall-qrati, l-amministrazzjoni mtejba tal-qorti; iż-żamma tad-dokumentazzjoni, il-baġit u l-immaniġġjar tal-persunal u x-xiri tat-teknoloġija moderna li tinkludi kompjuters għas-segwitu tal-każijiet;

52.  Jitlob għall-għajnuna legali għall-gruppi vulnerabbli, il-minoranzi etniċi, il-bdiewa mingħajr art u gruppi oħra marġinalizzati, u t-taħriġ paralegali biex jiżdied l-aċċess għas-sistema ġudizzjarja li hija provduta minn Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi bl-esperjenza;

53.  Iqis li hija kruċjali li tintemm il-kummissjoni bl-impunità ta' delitti ta' vjolenza bbażata fuq il-ġeneri u li dawn id-delitti, fejn hu possibbli, jiġu esklużi mid-dispożizzjonijiet tal-amnestija, u li jiġi żgurat li l-vittmi kollha, b'mod partikulari n-nisa u t-tfajliet, ikollhom protezzjoni ugwali f'għajnejn il-liġi u aċċess ugwali għall-ġustizzja; minħabba s-sitwazzjoni ta" żvantaġġ li n-nisa u t-tfal f'ħafna soċjetajiet għandhom sabiex ikollhom aċċess għall-ġustizzja, jikkunsidra li għandhom isiru arranġamenti speċjali meta jkun neċessarju;

54.  Jenfasizza l-bżonn li n-nisa li jkunu sofrew vjolenza sesswali jingħataw aċċess sħiħ għas-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva u għall-programmi ta" sensibilizzazzjoni li jappoġġjaw dawk in-nisa li jkollhom jiġġieldu kontra l-istigma li jiffaċċjaw;

55.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni tar-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1820, b'mod partikulari r-rikonoxximent tagħha li l-vjolenza sesswali hija theddida għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali;

56.  Jenfasizza l-importanza li jiġu kkunsidrati l-bżonnijiet speċjali tat-tfal, u b'mod partikulari tat-tfajliet, b'sitwazzjonijiet ta" wara l-konflitt, b'mod partikulari fir-rigward tal-edukazzjoni;

57.  Ifaħħar l-interazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Qorti Kriminali Internazzjonali; jenfasizza li l-appoġġ tal-UE huwa essenzjali għall-infurzar tal-mandat tal-Qorti Kriminali Internazzjonali; jemmen li huwa vitali li l-istati kollha jiffirmaw u jirratifikaw l-Istatut tar-Roma sabiex is-sistema tal-Qorti Kriminali Internazzjonali tkun aktar funzjonali, koerenti u konsistenti; iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tal-Unjoni Afrikan sabiex jindirizzaw b'mod immedjat l-implimentazzjoni konsistenti tal-mandati kollha ta' arrest li toħroġ il-Qorti Kriminali Internazzjonali fis-sitwazzjionijiet kollha ta' konflitt;

58.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex ikomplu l-ġlieda kontra l-impunità bħala l-aktar mezz effettiv għall-prevenzjoni ta' abbużi futuri tad-drittijiet tal-bniedem billi jappoġġaw l-operat ta' tribunali internazzjonali stabbiliti;

59.  59 Jenfasizza li l-paċi sostenibbli hija f'ħafna modi dipendenti minn involviment ibbażat fuq il-komunità u l-appartenenza tal-proċess tal-paċi - proċess li jkun leġittimu u jkollu suċċess biss jekk in-nisa jkunu involuti b'mod ugwali fil-funzjoni soċjali importanti u l-irwrol vitali tagħhom fil-produzzjoni tal-ikel u l-benessri tal-familja b'mod partikulari f'pajjiżi li qed jiżviluppaw; jitlob, filwaqt li jżomm f'moħħu li n-nisa u t-tfal jagħmlu mat-80% tar-refuġjati, jitlob għall-appoġġ partikulari biex tiġi provduta lin-nisa u lill-irġiel biex jiġu rikonoxxuti li għandhom rwol vitali fil-promozzjoni tal-paċi u l-istabilità, u jenfasizza li l-irwol tal-komunità internazzjonali fl-appoġġ tan-netwerk tas-soċjetà ċivili li jgħaqqad inizjattivi lokali, nazzjonali u internazzjonali huwa kruċjali għall-proċess tal-paċi;

60.  Jitlob għat-twaqqif ta' Kummissjoni għaż-żamma tal-Paċi li tinkludi membri awtorevoli tal-partijiet kontendenti sabiex tiġi antiċipata l-vjolenza fuq skala kbira;

61.  Jemmen li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili relevanti jistgħu jintużaw bħala għajnuna għad-djalogu bejn il-gruppi f'konflitt meta msawwar fuq taħriġ fir-riżoluzzjoni ta' konflitti mhux vjolenti u fl-edukazzjoni dwar il-paċi; jappoġġja l-ħolqien ta" opportunitajiet għad-djalogu billi jiġu organizzati konferenzi nazzjonali, diskussjonijiet madwar mejda bejn il-partijiet ikkonċernati, laqgħat ta" kuntatt ma" gruppi żgħar fil-livell bażiku, taħriġ ta" medjazzjoni għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-komunità tal-anzjani lokali u l-mexxeja tal-istituzzjonijiet tradizzjonali;

62.  Jitlob lill-Istati Membri biex isegwu proġetti ta" żvilupp biex jaħtru sieħeb mexxej bejniethom biex jifforma mekkaniżmi ta" rappurtaġġ (anke jekk il-fondi għal dan il-proġett jiġi minn Stat Membru differenti) biex jintlaħaq koordinazzjoni tad-donatur u koerenza; li jinkludi t-twaqqif ta" standards tal-kontabilità għall-ħtiġijiet tal-iżvelar fir-rigward tal-parlamenti nazzjonali, l-awtoritajiet lokali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali;

63.  Iqis li għandha tittieħed azzjoni biex titrawwem preżenza u parteċipazzjoni femminili akbar fil-mezzi tax-xandir u fil-fora pubbliċi kollha li permezz tagħhom in-nisa jkunu jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom;

64.  Ifakkar li r-reġistrazzjoni tat-twelid huwa dritt tal-bniedem u dritt ċivili fundamentali, jenfasiza li r-reġistrazzjoni tat-twelid hija ta' importanza kruċjali b'mod partikulari waqt konflitt armat kif ukoll wara l-konflitt għaliex din tgħin biex tipproteġi lit-tfal minn ksur tad-drittijiet tagħhom; din trid titqies bħala kwistjoni ta' żvilupp ċentrali;

65.  Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm approċċ li jagħti attenzjoni lill-konflitti matul iċ-ċiklu kollu tal-ippjanar, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta" programmi tal-iżvilupp, sabiex jiżdiedu l-impatti pożittivi u jitnaqqsu l-impatti negattivi tagħhom fuq id-dinamika tal-konflitt; jenfasizza l-importanza li l-analizi dwar il-konflitt isir b'mod sistematiku u li jiġu magħrufa l-fatturi prinċipali li jwasslu għall-konflitti; iqis li l-introduzzjoni ta' standards indikattivi jkunu għodda utli għall-evalwazzjoni tal-impatt ta' azzjonijiet ta' koperazzjoni għall-iżvilupp;

66.  Jitlob għal zona ta" konflitt fl-istati tal-viċinat biex ikunu involuti b'mod attiv fil-pjan tal-iżvilupp u r-rikostruzzjoni ta" wara l-konflitt, flimkien mal-komunità internazzjonali;

67.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw strateġija reġjonali ħalli jinsab tarf tas-sitwazzjoni f'pajjiżi partikulari;

68.  Għandu l-intenzjoni li jkompli jieħu sehem attiv fix-xogħol organizzat mill-Kummissjoni bħala parti mis-segwitu tal-komunikazzjoni msemmija hawn fuq dwar ir-reazzjoni tas-sitwazzjonijiet ta' fraġilità; jiġbed l-attenzjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-fatt li issa huwa urġenti li dan ix-xogħol, li kien miexi bil-mod wisq, jista' jwassal għat-teħid ta" azzjonijiet konkreti malajr f'oqsma fundamentali bħalma huma s-saħħa u l-edukazzjoni, u jitlob lill-Kummissjoni biex iżomm lill-Parlament Ewropew infurmat tajjeb dwar il-passi li jittieħdu fir-rigward tal-konklużjonijiet tal-każijiet ta' studji tal-pajjiżi u b'mod partikulari f'termini tal-użu ta' dawn is-sejbiet għall-identifikazzoni u l-pjan ta' azzjonijiet sussegwenti;

69.  Iqis li huwa bżonjuż għad-delegazzjonijiet kollha tal-KE f'pajjiżi terzi li jinkludu punt fokali dwar is-sessi b'mandat, il-ħiliet u r-riżorsi adegwati;

70.  Jenfasizza l-bżonn urġenti għall-popolazzjonijiet f'pajjiżi li saru fraġli biex jaraw żviluppi pożittivi fis-sitwazzjoni tagħhom u fis-sitwazzjoni ta" pajjiżhom, u jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex ma jittraskurax il-viżibilità tal-azzjonijiet li saru fuq l-art;

71.  Jappoġġja l-Programm tal-Unjoni Ewropea dwar il-Prevenzjoni tal-Kunflitti Vjolenti kif ukoll il-miżuri tas-sigurtà u l-iżvilupp maħsuba fil-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-2009, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tagħti l-ogħla prijorità lill-implimentazzjoni ta' miżuri marbuta mat-tisħiħ tal-paċi;

72.  Jenfasizza l-importanza tal-bini tal-kapaċità tal-staff tal-KE biex jiġi implimentat programmar dwar is-sensittività tal-konflitt permezz ta" ġwida speċjalizzata, b'mod partikulari billi jiġu żviluppati, għall-istaff ikkonċernat, linji gwida qosra u magħmula apposta dwar sensittività għall-konflitti li jkunu msejsa fuq Sistemi ta' Evalwazzjoni tal-Paċi u l-Impatt tal-Konflitti u l-Pakkett ta' Riżorsi għas-Sensittività għall-Konflitti;

73.  Iqis li, sabiex tiġi indirizzata b'mod effettiv l-isfida tat-tranżizzjoni ta' wara l-konflitt, l-intervenzjonijiet għandhom ikunu f'waqthom, flessibbli, u prevedibbli;

74.  Jenfasizza fuq il-fatt li l-missjonijiet kollha tal-UE (inklużi l-gruppi ta' medjazzjoni u n-negozjati, l-pulizija u l-forzi għaż-żamma tal-paċi eċċ.) għandhom jinkludu konsulenti dwar is-sessi, taħriġ għall-integrazzjoni bejn is-sessi u mill-inqas 40% tan-nisa fil-livelli kollha, inklużi fl-iktar livelli għoljin;

75.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel riċerka dwar l-integrazzjoni tas-sessi fil-missjonijiet esterni tal-UE;

76.  Jirrimarka l-bżonn għall-integrazzjoni ta' perspettiva dwar is-sessi fir-riċerka għall-paċi, fil-prevenzjoni u s-soluzzjoni tal-konflitti, fl-operazzjonijiet għaż-żamma tal-paċi, fir-riabilitazzjoni u r-rikostruzzjoni ta' wara l-konflitti, fl-istrumenti finanzjarji, fid-Dokumenti ta" Strateġija għall-Pajjiż/għar-Reġjun u fl-ippjanar tal-interventi esterni kollha;

77.  Jappoġġja lill-uffiċċju tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE bħala l-għodda ewlenija tal-UE li tgħin fil-medjazzjoni ta' soluzzjonijiet politiċi u biex issaħħaħ l-istabilità politika dejjiema fis-soċjetajiet ta' wara l-konflitti;

78.  Jinkoraġġixxi lill-UE biex tiżviluppa l-aħjar prattiki għal kwistjonijiet li jeħtieġu koperazzjoni wiesgħa fost il-parteċipanti politiċi, militari, umanitarji u tal-iżvilupp fl-oqsma tal-prevenzjoni tal-konflitti, fil-medjazzjoni, fiż-żamma tal-paċi, fl-osservanza tad-drittijiet tal-bniedem, fl-istat tad-dritt, fl-għajnuna umanitarja u fir-rikostruzzjoni u l-iżvilupp fit-tul;

79.  Jitlob għall-iżvilupp ta' Pjan ta' Azzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar l-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1325 u jitlob lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ lill-pajjiżi msieħba u lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea biex jiżviluppaw Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali; jissuġġerixxi reviżjoni tal-linji gwida tal-Unjoni Ewropea dwar id-difiża tad-drittijiet tal-bniedem sabiex jiżgura l-konformità sħiħa mal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti UNSCR 1325 u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1820;

80.  Jenfasizza li l-Kummissjoni għandha l-obbligu li tappoġġja l-isforzi ta' pajjiżi msieħba biex jiġu żviluppati l-kapaċitajiet għar-responsabilità domestika demokratika (il-kontroll parlamentari u l-kapaċitajiet ta' verifika) meta l-assistenza Komunitarja tingħata permezz ta' appoġġ baġitarju; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex twettaq dan l-obbligu b'mod aktar robust u konsistenti; jenfasizza li l-emanċipazzjoni ta" entitajiet tal-kontroll parlamentari u istituzzjonijiet ta" verifika huma fattur prinċipali għall-ksib ta" impatt sostenibbli tal-appoġġ baġitarju tal-Unjoni Ewropea; jitlob għall-iżvilupp ta" soċjetà ċivili ta" mekkaniżmi ta" monitoraġġ u ta" ħarsien ġenerali, sabiex jingħataw l-awtorità biex jimmonitorjaw l-użu u l-impatt tal-appoġġ baġitarju tal-Unjoni Ewropea;

81.  Jitlob lill-banek tal-investiment, inkluż il-Bank Ewropew għall-Investiment, biex jiżguraw li s-self u l-investimeti tagħhom f'pajjiżi ta' wara l-konflitt, b'mod speċjali f'pajjiżi li huma sinjuri fir-riżorsi, ikunu konformi mad-drittijiet tal-bniedem u mal-istandards tal-ambjent u biex ma jżidux it-tensjoni;

82.  Ifaħħar il-ħidma tal-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tisħiħ tal-Paċi li għadha kemm twaqqfet; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa ta' koperazzjoni ma" sieħba internazzjonali, l-aktar man-Nazzjonijiet Uniti, fil-kwistjonijiet marbuta mal-għajnuna; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jassiguraw li s-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti għandha r-riżorsi meħtieġa u li hija responsabbli għall-appoġġ li tipprovdi għall-proċessi bejn il-pajjiżi li jinvolvu l-Kummissjoni tal-Bini ta' Paċi tan-Nazzjonijiet Uniti u entitajiet oħra tan-Nazzjonijiet Uniti;

83.  Jenfasizza li l-għajnuna għall-iżvilupp hija element importanti ħafna fit-tisħiħ tal-paċi u fil-prevenzjoni tal-konflitt fi stati fraġli, iżda għajnuna għall-iżvilupp u l-għajnuna lejn riżoluzzjoni tal-konflitt ma għandhomx jinkludu kwalunkwe riżorsi militari jew komponenti;

84.  Jirrakkomanda l-infurzar tal-kodiċi ta' kondotta għall-istaff tan-NU li jkun qed jaqdi dmiru f'żoni ta' wara konflitt u jitlob għal tolleranza zero tal-vjolenza sesswali li tkun saret mill-istaff għaż-żamma tal-paċi jew mill-istaff tal-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi;

85.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-pajjiżi kandidati għas-sħubija, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tisħiħ tal-Paċi, lill-Kummissjoni tal-AU u l-Kunsill Eżekuttiv tal-AU, lill-Parlament Pan-Afrikan u lill ACP-EU JPA.

(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(2) ĠU L 247, 9.9.2006, p. 22.
(3) ĠU C 46, 24.2.2006, p. 1.
(4) ĠU C 25, 30.01.2008, p. 1.
(5) ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.
(6) (S/2004/616).
(7) ĠU C 282 E, 6.11.2008, p. 460.
(8) ĠU C 263 E, 16.10.2008, p. 633.
(9) ĠU C 254, 26.10.2007, p. 17..
(10) Kalkolu tad-Dipartiment għall-Iżvilupp Internazzjonali bbażat fuq stimi tal-Bank Dinji fil-Prospetti Ekonomiċi Globali 2006: Implikazzjonijiet Ekonomiċi ta' Rimessi u Migrazzjoni, Bank Dinji, Washington 14.11.2005.
(11) Rapport tal-Monitoraġġ tal-Isplussivi 2007: Lejn dinja ħielsa minn splussivi.
(12) Dinja iktar sigura, Oxfam, Rapport IANSA Ottubru 2007 - Il-Biljuni Nieqsin ta' l-Afrika.
(13) Każ C-91/05, Kummissjoni v. Kunsill.
(14) S113/08.

Avviż legali - Politika tal-privatezza