Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 8 ta' Lulju 2008 - Strasburgu
L-istabbiliment ta' Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija: dispożizzjonijiet ġenerali ***I
 Skemi diretti ta" appoġġ fi ħdan il-PAK *
 Ħtiġiet minimi ta' sigurtà u saħħa għall-użu ta' tagħmir għax-xogħol (it-tieni direttiva individwali skond l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE (verżjoni kodifikata) ***I
 Konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi (adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju) ***I
 Is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud *
 Protokoll dwar il-Valutazzjoni Strateġika Ambjentali għall-Konvenzjoni ta' l-Espoo ta' l-UN/ECE ta" l-1991 dwar il-Valutazzjoni ta' l-Impatt Ambjentali f'Kuntest Transkonfinali *
 L-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehima bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Żvizzera ma" l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta" l-acquis ta" Schengen *
 L-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi għall-ħatra ta" l-Istat responsabbli mill-eżaminazzjoni ta" talba għal ażil imressqa fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera *
 Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, l-Iżvizzera u Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżaminar ta' talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru, l-Iżvizzera jew Liechtenstein *
 Numerar tal-viża *
 Il-konklużjoni ta' Ftehima li ġġedded il-Ftehima KE/Indja dwar il-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika *
 Talba għat-tneħħija ta' l-immunità ta' Witold Tomczak
 Id-difiża tal-prerogattivi tal-Parlament Ewropew quddiem il-qrati nazzjonali
 L-approvazzjoni tal-Kummissjoni (Emenda tar-Regoli ta' Proċedura)
 Proċedura ta" awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi, l-enżimi u l-aromatizzanti ta" l-ikel ***II
 Addittivi ta" l-ikel ***II
 Aromatizzanti u ċerti ingredjenti ta" l-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti ***II
 Enżimi ta' l-ikel ***II
 Emendar tad-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi l-attivitajiet ta' l-avjazzjoni fi ħdan l-iskema għall-iskambju ta" kwoti ta' l-emissjonijiet ta" gassijiet b'effett ta' serra ġewwa l-Komunità ***II
 Ix-xogħol tal-Plenarja u r-rapporti ta' inizjattiva
 Baġit 2009: L-ewwel riflessjonijiet dwar l-APB ta' l-2009 u l-mandat għall-konċiljazzjoni
 L-impatt ambjentali tas-sistema tal-pajpijiet tal-gass ippjanata fil-Baħar Baltiku
 Stabilizzar ta' l-Afganistan: sfidi għall-UE u l-komunità internazzjonali

L-istabbiliment ta' Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija: dispożizzjonijiet ġenerali ***I
PDF 197kWORD 31k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1638/2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għall-istabbiliment ta' Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (COM(2008)0308 – C6-0200/2008 – 2008/0095(COD))
P6_TA(2008)0315A6-0271/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM (2008)0308),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 179 u 181a tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0200/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0271/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Skemi diretti ta" appoġġ fi ħdan il-PAK *
PDF 197kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li temenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta" appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li tistabbilixxi ċerti skemi ta" appoġġ għall-bdiewa (COM(2008)0247 – C6-0208/2008 – 2008/0088(CNS))
P6_TA(2008)0316A6-0270/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0247),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu/i ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0208/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 u l-Artikolu 43(1) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp rurali (A6-0270/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill, biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Ħtiġiet minimi ta' sigurtà u saħħa għall-użu ta' tagħmir għax-xogħol (it-tieni direttiva individwali skond l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE (verżjoni kodifikata) ***I
PDF 202kWORD 39k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 dwar il-proposta mmodifikata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tirrigwarda l-ħtiġiet minimi tas-sigurtà u s-saħħa fl-użu tat-tagħmir tax-xogħol mill-ħaddiema fuq ix-xogħol (it-tieni Direttiva individwali fit-tifsira ta' l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (verżjoni kkodifikata) (COM(2008)0111 – C6-0127/2008 – 2006/0214(COD))
P6_TA(2008)0317A6-0290/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta mmodifikata tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0111),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 137(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0127/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0290/2008),

A.   billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi (adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju) ***I
PDF 198kWORD 30k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE dwar il-konservazzjoni ta' l-għasafar selvaġġi, fir-rigward tas-setgħat ta" implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (COM(2008)0105 – C6-0088/2008 – 2008/0038(COD))
P6_TA(2008)0318A6-0259/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0105),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0088/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0259/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud *
PDF 488kWORD 89k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-VAT 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (COM(2007)0677 – C6-0433/2007 – 2007/0238(CNS))
P6_TA(2008)0319A6-0232/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0677),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tat-Trattat KE, skond liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0433/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0232/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Premessa 2
(2)  Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet marbuta ma' l-importazzjoni u l-post fejn huma taxxabbli l-konsenji tal-gass naturali u ta' l-elettriku, l-iskema speċjali li tirriżulta mid-Direttiva tal-Kunsill 2003/92/KE tas-7 ta' Ottubru 2003 li temenda d-Direttiva 77/388/KEE rigward ir-regoli dwar il-post tal-provvista tal-gass u l-elettriku ma tapplikax għall-importazzjonijiet u għall-konsenji tal-gass naturali, imwettqa permezz ta' sistemi ta' pajpijiet tal-gass li mhumiex parti min-netwerk tad-distribuzzjoni, b'mod partikolari għas-sistemi tal-pajpijiet tal-gass tan-netwerk tat-trasport li permezz tagħhom jitwettqu kważi l-operazzjonijiet kollha transkonfinali tal-gass. Għalhekk huwa xieraq li jiġu inklużi fl-ambitu ta' l-iskema speċjali l-konsenji u l-importazzjonijiet ta' gass naturali li jsiru permezz tas-sistemi kollha fissi tat-trasport tal-gass.
(2)  Ir-regoli attwali jassiguraw diġà, għall-gass naturali u għall-elettriku, li l-VAT jitħallas fil-post fejn fil-fatt dawn jiġu kkunsmati mix-xerrej. Dawk ir-regoli jevitaw kull tagħwiġ tal-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri. Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet marbuta ma' l-importazzjoni u l-post fejn huma taxxabbli l-konsenji tal-gass naturali u ta' l-elettriku, l-iskema speċjali li tirriżulta mid-Direttiva tal-Kunsill 2003/92/KE tas-7 ta' Ottubru 2003 li temenda d-Direttiva 77/388/KEE rigward ir-regoli dwar il-post tal-provvista tal-gass u l-elettriku ma tapplikax għall-importazzjonijiet u għall-konsenji tal-gass naturali, imwettqa permezz ta' sistemi ta' pajpijiet tal-gass li mhumiex parti min-netwerk tad-distribuzzjoni, b'mod partikolari għas-sistemi tal-pajpijiet tal-gass tan-netwerk tat-trasport li permezz tagħhom jitwettqu kważi l-operazzjonijiet kollha transkonfinali tal-gass. L-ambitu ta' l-iskema speċjali hija limitata bla bżonn, ma taqbilx mar-realtà ekonomika u għalhekk huwa xieraq li jiġu inklużi l-konsenji u l-importazzjonijiet ta' gass naturali li jsiru permezz tas-sistemi kollha fissi tat-trasport tal-gass. Hemm bżonn ta' aktar ċarezza, barra minn hekk, sabiex jiġu żgurati l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni konsistenti tad-Direttiva 2006/112/KE fil-Komunità kollha, bi qbil mad-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali1, li jispjegaw xi jfissru t-trażmissjoni u d-distribuzzjoni ta' gass bil-pajpijiet.
__________
1 ĠU L 176, 15.7.2003, p. 57.
Emenda 2
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Premessa 3
(3)  Din l-iskema speċjali attwalment m'għadhiex applikabbli għall-importazzjonijiet u għall-konsenji tal-gass naturali li jsiru permezz tal-bastimenti li jittrasportaw il-gass naturali meta dan il-gass huwa, f'dak li jirrigwarda l-karatteristiċi tiegħu, identiku għal dak impurtat jew ikkonsenjat permezz ta' sistemi tal-pajpijiet u li huwa maħsub, wara l-gassifikazzjoni mill-ġdid tiegħu, biex jiġi ttrasportat fis-sistemi tal-pajpijiet tal-gass. Għalhekk huwa xieraq li jiġu inklużi fl-ambitu ta' l-iskema speċjali l-konsenji u l-importazzjonijiet ta' gass naturali li jseħħu permezz tal-bastimenti li jittrasportaw il-gass naturali.
(3)  Din l-iskema speċjali attwalment lanqas tapplika għall-importazzjonijiet u għall-konsenji tal-gass naturali li jsiru permezz tal-bastimenti li jittrasportaw il-gass naturali, minkejja l-fatt li dan il-gass huwa, f'dak li jirrigwarda l-karatteristiċi tiegħu, identiku għal dak impurtat jew ikkonsenjat permezz ta' sistemi tal-pajpijiet u huwa maħsub, wara l-gassifikazzjoni mill-ġdid tiegħu, biex jiġi ttrasportat fis-sistemi tal-pajpijiet tal-gass. Għalhekk huwa xieraq li jiġu inklużi fl-ambitu ta' l-iskema speċjali l-konsenji u l-importazzjonijiet ta' gass naturali li jseħħu permezz tal-bastimenti li jittrasportaw il-gass naturali bejn sistema ta' pajpijiet u oħra.
Emenda 3
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Premessa 4
(4)  L-ewwel netwerks tas-sħana u tal-kesħa transkonfinali diġà ddaħħlu fis-servizz. Il-problemi li jirrigwardaw il-konsenja jew l-importazzjoni tas-sħana jew tal-kesħa, huma fuq l-istess binarju bħal dawk tal-konsenja jew l-importazzjoni tal-gass naturali jew ta' l-elettriku. Ir-regoli attwali jassiguraw diġà, għall-gass naturali u għall-elettriku, li l-VAT titħallas fil-post fejn fil-fatt dawn jiġu kkunsmati mix-xerrej. Huma jevitaw għalhekk kull tagħwiġ tal-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri. Huwa għalhekk xieraq li għas-sħana u l-kesħa jiġi applikat l-istess reġim bħal dak li japplika għall-gass naturali u għall-elettriku.
(4)  L-ewwel netwerks tas-sħana u tal-kesħa transkonfinali diġà ddaħħlu fis-servizz. Il-problemi li jinqalgħu fir-rigward tal-konsenja jew l-importazzjoni tas-sħana jew tal-kesħa, huma fuq l-istess binarju bħal dawk tal-konsenja jew l-importazzjoni tal-gass naturali jew ta' l-elettriku. Huwa għalhekk xieraq li għas-sħana u l-kesħa jiġi applikat l-istess reġim bħal dak li japplika għall-gass naturali u għall-elettriku.
Emenda 4
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Premessa 6
(6)  L-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni riċenti tal-proċedura attwalment fis-seħħ, li biha l-Kummissjoni hija inkarigata biex tiddeċiedi jekk jeżistix riskju ta' tagħwiġ għall-kompetizzjoni minħabba l-applikazzjoni ta' livell imnaqqas ta' VAT għall-gass naturali, għall-elettriku u għat-tisħin urban, uriet li dan il-mekkaniżmu għadda żmienu u issa huwa żejjed. Fil-fatt, ir-regoli għad-determinar tal-post fejn tkun applikabbli l-VAT jassiguraw li l-VAT titħallas fil-post fejn il-gass naturali, l-elettriku, is-sħana u l-kesħa fil-fatt jiġu kkunsmati mix-xerrej. Dawn ir-regoli għalhekk jevitaw kull tagħwiġ tal-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri. Madankollu, minħabba n-natura sensittiva ferm ta' dan is-settur, huwa importanti li l-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra jkunu infurmati sewwa dwar l-introduzzjoni effettiva ta' kwalunkwe taxxa mnaqqsa minn Stat Membru ieħor. B'konsegwenza, hija meħtieġa proċedura ta' konsultazzjoni minn qabel mal-Kumitat tal-VAT.
(6)  L-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni riċenti tal-proċedura stipulata fl-Artikolu 102 tad-Direttiva 2006/112/KE, li biha l-Kummissjoni hija inkarigata biex tiddeċiedi jekk jeżistix riskju ta' tagħwiġ għall-kompetizzjoni minħabba l-applikazzjoni ta' livell imnaqqas ta' VAT għall-gass naturali, l-elettriku u t-tisħin urban uriet li dan il-mekkaniżmu għadda żmienu u issa huwa żejjed. Fil-fatt, ir-regoli għad-determinar tal-post fejn tkun applikabbli l-VAT jassiguraw li l-VAT titħallas fil-post fejn il-gass naturali, l-elettriku, is-sħana u l-kesħa fil-fatt jiġu kkunsmati mix-xerrej, li tagħmel ir-rata tal-VAT newtrali. Dawn ir-regoli għalhekk jevitaw kull tagħwiġ tal-kompetizzjoni bejn l-Istati Membri. Madankollu, minħabba n-natura sensittiva ferm ta' dan is-settur, huwa importanti li l-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra jkunu infurmati sewwa dwar l-introduzzjoni effettiva ta' kwalunkwe taxxa mnaqqsa minn Stat Membru ieħor. B'konsegwenza, hija meħtieġa proċedura ta' konsultazzjoni minn qabel mal-Kumitat tal-VAT.
Emenda 5
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Premessa 7
(7)  L-impriżi komuni u strutturi oħra maħluqa fil-kuntest ta' l-Artikolu 171 tat-Trattat tal-KE huma inkarigati li jdaħħlu fis-seħħ il-politiki Komunitarji. Sabiex jiġi evitat l-impatt ta' tassazzjoni li tkun ta' vantaġġ għall-Istati Membru fejn tkun dovuta t-taxxa, imma li tkun ta' detriment għall-Istati Membri l-oħra u għall-Komunitajiet Ewropej, huwa meħtieġ li l-impriżi komuni maħluqa mill-Komunitajiet, li għandhom personalità ġuridika u li effettivament jirċievu sussidji fil-baġit ġenerali tagħhom fil-kuntest tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Gunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej, ikunu eżentati mill-VAT fuq ix-xiri li jagħmlu.
(7)  L-impriżi komuni u strutturi oħra maħluqa fil-kuntest ta' l-Artikolu 171 tat-Trattat tal-KE huma inkarigati li jdaħħlu fis-seħħ il-politiki Komunitarji. Sabiex jiġi evitat l-impatt ta' tassazzjoni li tkun ta' vantaġġ għall-Istat Membru fejn tkun dovuta t-taxxa, imma li tkun ta' detriment għall-Istati Membri l-oħra u għall-Komunitajiet Ewropej, huwa meħtieġ li l-impriżi komuni maħluqa mill-Komunitajiet, li għandhom personalità ġuridika u li effettivament jirċievu sussidji fil-baġit ġenerali tagħhom fil-kuntest tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, ikunu eżentati mill-VAT fuq ix-xiri li jagħmlu, sakemm dawn ma jeżerċitawx attività ekonomika skond it-tifsira tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2006/112/KE.
Emenda 6
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Premessa 10
(10)  F'dan il-kuntest, huwa xieraq li din ir-regola tkun applikata għall-proprjetà immobbli li tiġi kkonsenjata lill-persuna taxxabbli u għas-servizzi kbar ipprovduti lilha fir-rigward ta' din il-proprjetà. Fil-fatt, dawn is-sitwazzjonijiet jirrappreżentaw l-aktar każijiet sinifikanti, b'kunsiderazzjoni għall-valur u għat-tul tal-ħajja ekonomika ta' din il-proprjetà, u min-naħa l-oħra għall-fatt li l-użu mħallat ta' dan it-tip ta' oġġetti huwa prattika komuni.
(10)  F'dan il-kuntest, huwa xieraq li din ir-regola tkun applikata għall-proprjetà immobbli li tiġi kkonsenjata lill-persuna taxxabbli u għas-servizzi kbar ipprovduti lilha fir-rigward ta' din il-proprjetà, li minħabba l-valur ekonomiku tagħhom, jistgħu jiġu assimilati ma' l-akkwist tal-proprjetà immobbli. Fil-fatt, dawn is-sitwazzjonijiet jirrappreżentaw l-aktar każijiet sinifikanti, b'kunsiderazzjoni għall-valur u għat-tul tal-ħajja ekonomika ta' din il-proprjetà, u min-naħa l-oħra għall-fatt li l-użu mħallat ta' dan it-tip ta' oġġetti huwa prattika komuni. Bil-maqlub, tiswijiet jew titjib minuri li jkunu ta' sinifikat ekonomiku limitat għandhom ikunu esklużi mill-ambitu ta' din id-Direttiva.
Emenda 7
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3 a (ġdid)
Direttiva 2006/112/KE
Titolu V – Kapitolu 1 – Taqsima 4 – titolu
(3a)  Fit-Titolu V, Kapitolu 1, Taqsima 4, it-titolu għandu jinbidel b'dan li ġej:
"Il-provvista ta" oġġetti permezz ta' netwerks ta' trażmissjoni jew ta' distribuzzjoni".
Emenda 8
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 4
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 38 – paragrafu 1
1.  Fil-każ ta' konsenji ta' gass naturali permezz ta' sistema ta' pajpijiet ta' distribuzzjoni tal-gass naturali, ta' l-elettriku, is-sħana jew il-kesħa permezz tan-netwerks tas-sħana jew tal-kesħa, lil negozjant taxxabbli, il-post tal-konsenja jitqies bħala l-post fejn in-negozjant taxxabbli jkun stabbilixxa n-negozju tiegħu jew għandu stabbiliment fiss minn fejn jissupplixxi l-prodott, jew, fl-assenza ta' tali post ta' negozju jew stabbiliment fiss, il-post fejn hu għandu l-indirizz permanenti jew fejn is-soltu joqgħod.
1.  Fil-każ ta' konsenji ta' gass naturali permezz ta' sistema ta' pajpijiet jew permezz ta' bastiment għad-distribuzzjoni tal-gass naturali bejn pajp tal-gass u ieħor, ta' l-elettriku, jew tas-sħana jew tal-kesħa permezz tan-netwerks tas-sħana jew tal-kesħa, lil negozjant taxxabbli, il-post tal-konsenja jitqies bħala l-post fejn in-negozjant taxxabbli jkun stabbilixxa n-negozju tiegħu jew għandu stabbiliment fiss li l-prodotti qed jiġu forniti għalih, jew, fl-assenza ta' tali post ta' negozju jew stabbiliment fiss, il-post fejn hu għandu l-indirizz permanenti jew fejn is-soltu joqgħod.
Emenda 9
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 4
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 39 – paragrafu 1
Fil-każ ta' provvisti ta' gass naturali permezz ta' sistema ta' distribuzzjoni tal-gass naturali, jew ta' provvisti ta' l-elettriku, tas-sħana jew tal-kesħa, mhux koperti bl-Artikolu 38, il-post ta' din il-provvista għandu jitqies bħala l-post fejn ix-xerrej effettivament juża u jikkonsmahom.
Fil-każ ta' provvisti ta' gass naturali permezz ta' sistema ta' pajpijiet jew permezz ta' bastiment għad-distribuzzjoni tal-gass naturali bejn pajp tal-gass u ieħor, jew ta' provvisti ta' l-elettriku, tas-sħana jew tal-kesħa, mhux koperti bl-Artikolu 38, il-post ta' din il-provvista għandu jitqies bħala l-post fejn ix-xerrej effettivament jużahom u jikkonsmahom.
Emenda 10
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 11
Direttiva 2006/112/KE
Artikolu 168 a – paragrafu 1
Fil-każ tax-xiri, tal-bini, tar-renovazzjoni jew tat-trasformazzjoni sostanzjali ta' proprjetà immobbli, l-eżerċizzju inizjali għad-dritt tat-tnaqqis, li jirriżulta mill-mument li fih it-taxxa ssir applikabbli, huwa limitat għall-proporzjon ta' l-użu tiegħu effettiv għall-operazzjonijiet li jwasslu għad-dritt tat-tnaqqis.
Fil-każ tax-xiri, tal-bini, tar-renovazzjoni jew tat-trasformazzjoni sostanzjali ta' proprjetà immobbli, l-eżerċizzju inizjali tad-dritt tat-tnaqqis, li jirriżulta mill-mument li fih it-taxxa ssir applikabbli, huwa limitat għall-proporzjon ta' l-użu effettiv tal-proprjetà għat-tranżazzjonijiet li jwasslu għad-dritt tat-tnaqqis. Tiswijiet jew titjib minuri għandhom jiġu esklużi mill-ambitu ta' din id-dispożizzjoni.

Protokoll dwar il-Valutazzjoni Strateġika Ambjentali għall-Konvenzjoni ta' l-Espoo ta' l-UN/ECE ta" l-1991 dwar il-Valutazzjoni ta' l-Impatt Ambjentali f'Kuntest Transkonfinali *
PDF 200kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 dwar il-propsta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll dwar il-Valutazzjoni Strateġika Ambjentali għall-Konvenzjoni ta' l-Espoo ta' l-UN/ECE ta' l-1991 dwar il-Valutazzjoni ta' l-Impatt Ambjentali f'Kuntest Transkonfinali (COM(2008)0132 – C6-0161/2008 – 2008/0052(CNS))
P6_TA(2008)0320A6-0221/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2008)0132),

–   wara li kkunsidra l-Protokoll dwar il-Valutazzjoni Strateġika Ambjentali għall-Konvenzjoni ta' l-Espoo ta' l-UN/ECE ta" l-1991 dwar il-Valutazzjoni ta' l-Impatt Ambjentali f'Kuntest Transkonfinali,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 175(1) u l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0161/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0221/2008),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa.


L-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehima bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Żvizzera ma" l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta" l-acquis ta" Schengen *
PDF 211kWORD 42k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehima bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Żvizzera ma" l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta" l-acquis ta" Schengen (COM(2006)0752 – C6-0089/2008 – 2006/0251(CNS))
P6_TA(2008)0321A6-0246/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2006)0752),

–   wara li kkunsidra l-protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Żvizzera ma" l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta" l-acquis ta" Schengen,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62, l-Artikolu 63, l-ewwel paragrafu punti (3)(a) u (b), l-Artikoli 66 u 95, u l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu tat-trattat KE li dwarhom il-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0089/2008),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–   wara li kkunisdra l-Artikoli 83(7) u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0246/2008),

1.  Japprova l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill kif emendata u japprova l-konklużjoni tal-protokoll;

2.  Jirriżerva d-dritt li jiddefendi l-prerogattivi tiegħu kif konferiti mit-Trattat;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jibgħat din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet ta' l-Istati Membri u lill-gvern u l-parlament tal-Prinċipalità ta' Liechtenstein.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill
Ċitazzjoni 1
-  Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 63 punt 3 a) u b), 66 u 95 flimkien mat-tieni sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300 (3) tiegħu,
-  Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 63 punt 3 a) u b), 66 u 95 flimkien mat-tieni sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 300 (3) tiegħu,
Emenda 2
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill
Ċitazzjoni 3
-  Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
-  Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

L-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi għall-ħatra ta" l-Istat responsabbli mill-eżaminazzjoni ta" talba għal ażil imressqa fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera *
PDF 211kWORD 42k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta" Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi għall-ħatra ta" l-Istat responsabbli mill-eżaminazzjoni ta" talba għal ażil imressqa fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera (COM(2006)0754 – C6-0090/2008 – 2006/0252(CNS))
P6_TA(2008)0322A6-0247/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2006)0754),

–   wara li kkunsidra l-protokoll bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi għall-ħatra ta" l-Istat responsabbli mill-eżaminazzjoni ta" talba għal ażil imressqa fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 63(1)(a) u 300(2), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 300(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0090/2008),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi leġali proposta,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6–0247/2008),

1.  Japprova l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill kif emendata u japprova l-konklużjoni tal-protokoll;

2.  Jirriserva d-dritt li jiddefendi l-prerogattivi tiegħu kif konferiti mit-Trattat;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri kif ukoll lill-gvern u l-parlament tal-Prinċipalità tal-Liechtenstein.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill
Ċitazzjoni 1
-  Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 63 (1)(a) tiegħu, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel sub-paragrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu u l-ewwel sub-paragrafu ta' l-Artikolu 300 (3) tiegħu,
-  Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 63 (1)(a) tiegħu, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel sub-paragrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu u t-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 300 (3) tiegħu,
Emenda 2
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill
Ċitazzjoni 3
-  Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
-  Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, l-Iżvizzera u Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżaminar ta' talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru, l-Iżvizzera jew Liechtenstein *
PDF 210kWORD 43k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar ta" Protokoll bejn il-Komunità Ewropea, l-Iżvizzera u Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżaminar ta' talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru, l-Iżvizzera jew Liechtenstein (COM(2006)0753 – C6-0091/2008 – 2006/0257(CNS))
P6_TA(2008)0323A6-0261/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2006)0753),

–   wara li kkunsidra l-protokoll bejn il-Komunità Ewropea, l-Iżvizzera u Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżaminar ta' talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru, l-Iżvizzera jew Liechtenstein

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 63(1)(a) u 300(2), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema artikolu l-Kunsill ġie kkonsultat mill-Parlament (C6-0091/2008),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0261/2008),

1.  Japprova l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill kif emendata u japprova l-konklużjoni tal-protokoll;

2.  Jirriserva d-dritt li jiddefendi l-prerogattivi tiegħu kif konferiti lilu mit-Trattat;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri, lill-gvern u l-parlamenti tal-Konfederazzjoni Żvizzera u lill-gvern u l-parlament tal-Prinċipalitá ta' Liechtenstein.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill
Ċitazzjoni 1
-  Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 63(1)(a) tiegħu, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,
-  Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 63 (1)(a) tiegħu, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel sub-paragrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu u t-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 300 (3) tiegħu,
Emenda 2
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill
Ċitazzjoni 3
-  Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
-  Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Numerar tal-viża *
PDF 198kWORD 30k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1683/95 li jistabbilixxi format uniformi għall-viża (COM(2008)0188 – C6-0187/2008 – 2008/0074(CNS))
P6_TA(2008)0324A6-0268/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni (COM(2008)0188),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62(2)(b)(iii) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0187/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsdira r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0268/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Il-konklużjoni ta' Ftehima li ġġedded il-Ftehima KE/Indja dwar il-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika *
PDF 300kWORD 56k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta Ftehima li ġġedded il-Ftehima dwar il-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika ta' l-Indja (16681/2007 – COM(2007)0576 - C6-0073/2008 – 2007/0207(CNS))
P6_TA(2008)0325A6-0254/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2007)0576),

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta" deċiżjoni tal-Kunsill (16681/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 170(2) u 300(2), l-ewwel subparagrafu tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu tat-Trattat KE, skond liema Trattat il-Kunsill ikkonsulta l-Parlament (C6-0073/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 u 83(7) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0254/2008),

1.  Japprova l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kunsill kif emendata u japprova l-konklużjoni tal-ftehima;

2.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati membri u lill-Gvern tar-Repubblika ta" l-Indja.

Test propost mill-Kunsill   Emenda
Emenda 1
Abbozz ta' deċiżjoni
Premessa 3 a (ġdida)
(3a)  Il-Ftehima hija element ewlieni biex jintlaħqu l-miri tas-sħubija strateġika bejn l-UE u l-Indja ta" l-2004 u għal kisba ta" miri politiċi aktar wiesgħa.
Emenda 2
Abbozz ta' deċiżjoni
Premessa 3 b (ġdida)
(3b)  Il-Kumitat ta' Tmexxija S & T KE-Indja huwa responsabbli għall-koordinazzjoni effiċjenti u l-iffaċilitar ta" l-attivitajiet ta" koperazzjoni skond il-Ftehima. Huwa mixtieq li l-kumitat jiltaqa" annwalment biex jirrevedi l-programm ta' ħidma u li r-regoli ta" proċedura tiegħu jkunu bbażati fuq il-prinċipji tat-trasparenza u tar-responsabilità.
Emenda 3
Abbozz ta' deċiżjoni
Premessa 3 c (ġdida)
(3c)  Objettivi ta" prijorità għall-attivitajiet ta' riċerka konġunta li se jitwettqu skond il-Ftehima għandhom jipproduċu informazzjoni li titqabbel u biex itejbu l-korp ta' dejta.
Emenda 4
Abbozz ta' deċiżjoni
Premessa 3 d (ġdida)
(3d)  Fl-implimentazzjoni tal-Ftehima, għandu jsir sforz konġunt miż-żewġ partijiet biex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-Komunità u ta" l-Indja fil-programmi ta" riċerka ta" xulxin u biex jiżdied n-numru ta' skambji ta' riċerkaturi bejn il-Komunità u l-Indja u biex tittejjeb il-mobilità tar-riċerkaturi b'mod ġenerali.
Emenda 5
Abbozz ta' deċiżjoni
Premessa 3 e (ġdida)
(3e)  Fl-implimentazzjoni tal-Ftehima, għandha tingħata prijorità lil politiki ta" l-enerġija u ta" l-ambjent u għall-iżvilupp metħieġ ta" teknoloġiji innovattivi ta" enerġija. Għandhom jitwettqu sforzi u inizjattivi konġunti, perżempju bil-ħsieb li jkunu żviluppati l-qabda u l-ħażna ekonomiċi tal-karbonju u teknoloġiji li jerġgħu jiġġeddu, li huma fl-interess taż-żewġ imsieħba.
Emenda 6
Abbozz ta' deċiżjoni
Premessa 3 f (ġdida)
(3f)  Fl-implimentazzjoni tal-Ftehima, għandha titpoġġa enfasi speċjali fuq il-prinċipju ta" reċiproċità.
Emenda 7
Abbozz ta' deċiżjoni
Premessa 3 g (ġdida)
(3g)  Huwa mixtieq li titwettaq analiżi fuq perjodu ta" żmien medju ta" l-implimentazzjoni tal-Ftehima.

Talba għat-tneħħija ta' l-immunità ta' Witold Tomczak
PDF 281kWORD 36k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 dwar it-talba għat-tneħħija ta' l-immunità ta' Witold Tomczak (2008/2078(IMM))
P6_TA(2008)0326A6-0277/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija ta' l-immunità ta" Witold Tomczak b'rabta mal-proċeduri kriminali li saru mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Distrettwali ta" Varsavja (Warszawa Śródmieście Północ), il-Polonja, talba li saret fl-14 ta' Diċembru 2007, tressqet mill-Prosekutur Ġenerali Pollakk fil-31 ta' Jannar 2008, u tħabbret fis-seduta plenarja fl-10 ta' Marzu 2008,

–   wara li sema' lil Witold Tomczak fit-28 ta' Mejju 2008 bi qbil ma' l-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, tat-8 ta' April 1965, kif ukoll l-Artikolu 6(2) ta' l-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, ta' l-20 ta' Settembru 1976,

–   wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta' Mejju 1964 u ta' l-10 ta' Lulju 1986(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 105 tal-Kostituzzjoni Pollakka,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 6(2) u 7 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0277/2008),

A.   billi Witold Tomczak kien elett fis-Sejm Pollakk (il-kamra inferjuri tal-Parlament Pollakk) fil-21 ta" Settembru 1997 u fit-23 ta" Settembru 2001; billi sar Osservatur wara li kien iffirmat it-Trattat ta" Adeżjoni fis-16 ta" April 2003; billi kien Membru tal-Parlament Ewropew mill-1 ta" Mejju 2004 sad-19 ta" Lulju 2004; billi huwa kien elett fil-Parlament Eweropew fit-13 ta" Ġunju 2004 u t-terminu tiegħu fil-kariga fil-Parlament Pollakk skada fis-16 ta" Ġunju 2004,

B.   billi Witold Tomczak huwa akkużat li għamel il-ħsara, b'valur ta" 39 669 PLN (madwar 11 500 EUR) lil skultura intitolata "Id-Disa" Siegħa" – li turi lill-Papa Ġwanni Pawlu II mgħaffeġ taħt meteorita – fil-Gallerija Zachęta f'Varsavja fil-21 ta" Diċembru 2000 u li għalhekk kiser l-Artikolu 288(1) tal-Kodiċi Kriminali Pollakk(2),

C.   billi l-Uffiċċju tal-Prosekutur Distrettwali ta" Varsavja ġabar evidenza kontra Witold Tomczak, iżda li dan ta" l-aħħar irrifjuta li jwieġeb mistoqsijiet dwar il-każ fil-Gallerija Zachęta,

D.   billi Witold Tomczak jiddikjara li bl-azzjoni tiegħu lejn l-istatwa pprova jiddefendi s-sentimenti reliġjużi tiegħu u ta" nies oħra, kif ukoll jipproteġi d-dinjità tal-Papa; billi jikkontesta l-ammont ta" ħsara li ntqal li għamel u f'kull kuż iqis li l-għan ta" l-imġiba tiegħu kien li jipproteġi valur ogħla – dak ta" l-unur tal-Papa f'għajnejn il-Kattoliċi Pollakki,

E.   billi, fuq il-bażi ta" l-informazzjoni miksuba, Witold Tomczak m'huwiex protett mill-immunità parlamentari fir-rigward ta" kull allegazzjoni li tressqet quddiem il-President tal-Parlament Ewropew,

1.  Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Witold Tomczak;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli, lill-awtorità xierqa tar-Repubblika tal-Polonja.

(1) Kawża 101/63 Wagner v. Fohrmann u Krier [1964] ECR 195 u Kawża 149/85 Wybot v. Faure u Oħrajn [1986] ECR 2391.
(2) Id-dispożizzjonijiet ta" dak l-Artikolu jgħidu li: "Kulmin jeqred, jagħmel il-ħsara jew irendi inutli l-proprjetà ta" persuna oħra għandu jingħata sentenza ta" ħabs li tvarja minn 3 xhur sa 5 snin." (Oriġinal Pollakk: "Kto cudzą rzecz niszczy, uszkadza lub czyni niezdatną do użytku, podlega karze pozbawienia wolności od 3 miesięcy do lat 5)."


Id-difiża tal-prerogattivi tal-Parlament Ewropew quddiem il-qrati nazzjonali
PDF 209kWORD 43k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 dwar id-difiża tal-prerogattivi tal-Parlament Ewropew quddiem il-qrati nazzjonali (2007/2205(INI))
P6_TA(2008)0327A6-0222/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A6-0222/2008),

A.   billi l-Parlament Ewropew m'għandux personalità legali; billi, bħala riżultat ta' dan, il-Parlament Ewropew spiss jiġi mxekkel milli jħares il-prerogattivi tiegħu quddiem il-qrati nazzjonali minħabba problemi li huma partikulari għan-natura speċifika tiegħu,

B.   billi l-Parlament jirrispetta d-dritt ta" inizjattiva tal-Kummissjoni iżda jirriserva d-dritt tiegħu skond l-Artikolu 192 tat-Trattat KE li jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq proposti leġiżlattivi,

C.   billi, f'dan ir-rigward, il-Parlament Ewropew għandu għad-dispożizzjoni tiegħu firxa ta" rimedji skond it-Trattat li jiżguraw li l-prerogattivi msemmija hawn fuq jitħarsu quddiem l-istituzzjonijiet l-oħra tal-Komunità, bħal azzjonijiet għan-nuqqas ta" aġir (Artikolu 232 tat-Trattat KE) u azzjonijiet għall-annullament ta" l-atti Komunitarji (Artikolu 230 tat-Trattat KE),

D.   billi, skond il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, Stat Membru jrid jieħu r-responsabilità jekk jonqos milli jissodisfa l-obbligi tiegħu skond it-Trattati, hi liema hi l-aġenzija ta" dak l-Istat li l-aġir jew in-nuqqas ta" aġir tagħha wassal għal dan in-nuqqas, anke fil-każ ta" istituzzjoni li hija indipendenti mill-aspett kostituzzjonali(1),

E.   billi, madankollu, il-Parlament Ewropew m'għandux strumenti diretti bħal dawn għad-difiża tal-prerogattivi tiegħu quddiem il-qrati nazzjonali, fuq kollox f'każ fejn sentenza nazzjonali tmur kontrihom, ladarba ma jistax jipparteċipa fi proċedimenti ġudizzjarji nazzjonali u lanqas m'għandu rikors dirett għall-Qorti tal-Ġustizzja bix jiddefendi d-deċiżjonijiet tiegħu,

F.   billi l-Parlament Ewropew ma jistax jiftaħ, lanqas bħala extrema ratio , proċedura ta' ksur (skond l-Artikolu 226 tat-Trattat KE) kontra Stat Membru, minħabba li din hija setgħa esklussiva għall-Kummissjoni,

G.   billi n-nuqqas ta" strumenti xierqa biex bihom jiddefendi d-deċiżjonijiet tiegħu jista" fil-fatt ixekkel l-effettività tal-Parlament Ewropew bħala entità politika u leġiżlattiva,

H.   billi l-prinċipji ta' koperazzjoni leali bejn l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea u dawk ta' l-amministrazzjoni tajba jirrikjedu li l-attività ta' l-organi Komunitarji titmexxa skond regoli ta' trasparenza u ta' l-intelliġibilità sabiex jiġu ċċarati r-raġunijiet għal ċertu aġir, jew nuqqas ta' aġir,

I.   billi, biex jinstab rimedju għall-problemi msemmija hawn fuq, huwa opportun li jissaħħu l-mezzi tal-ħarsien tal-prerogattivi parlamentari, mhux permezz ta' modifika tat-Trattat KE, iżda billi jkunu estrapolati mill-esperjenza tal-parlamenti nazzjonali rimedji xierqa għall-bżonnijiet speċifiċi tal-Parlament Ewropew,

J.   billi r-riżultati ta' studju li sar għal dan il-għan fuq kampjun wiesa' ta' Stati Membri juru biċ-ċar li l-parti l-kbira tas-sistemi legali nazzjonali jagħtu lill-parlament nazzjonali tagħhom rimedji legali intiżi biex jiggarantixxu mhux biss id-difiża ta' l-interessi tal-parlament bħala entità, iżda wkoll ta' kull membru individwali,

K.   billi l-Istati Membri huma suġġetti għall-prinċipju ta' koperazzjoni sinċiera u leali mħaddan fl-Artikolu 10 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u billi fid-dawl tal-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, dawk l-istess Stati Membri huma obbligati li 'jipprovdu sistema kompleta ta' rimedji u ta' proċeduri li jiggarantixxu li d-dritt għall-protezzjoni effettiva mill-qrati'(2),

L.   billi jkun opportun li jingħataw lill-Parlament Ewropew strumenti, jekk mhux identiċi, ta' lanqas simili, ta' ħarsien tal-prerogattivi tiegħu stess quddiem il-poter ġudizzjarju, kemm jekk dan ikun irrapreżentat mill-Qorti tal-Ġustizzja kemm jekk mill-qrati nazzjonali, b'analoġija ma' l-istrumenti ta' ħarsien li hemm dispożizzjoni għalihom fis-sistemi nazzjonali, għall-benefiċċju tal-parlamenti nazzjonali;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tqis ir-rikjesti mill-Parlament Ewropew biex tattiva l-proċedura ta' ksur kontra kwalunkwe Stat Membru akkużat bi ksur ta' prerogattivi parlamentari, u jitlob li jingħata dikjarazzjoni komprensiva ta' raġunijiet mill-Kummissarju kompetenti jekk il-Kulleġġ tal-Kummissarji jiddeċiedi li ma jiħux l-azzjoni mitluba;

2.  Jissuġġerixxi li l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja jkun immodifikat sabiex il-Parlament Ewropew jingħata d-dritt li jressaq l-osservazzjonijiet tiegħu quddiem il-Qorti fil-każijiet kollha fejn direttament jew indirettament, jintefa dubju fuq il-prerogattivi tiegħu, sabiex l-involviment tal-Parlament Ewropew, fejn dan ma jkunx formalment parti mill-proċedimenti, ma jitħalliex għad-diskrezjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja kif bħalissa hu previst fl-Artikolu 24(2) ta' l-Istatut;

3.  Jissuġġerixxi li jsir eżami fid-dettall dwar jekk il-mekkaniżmu legali stipulat fl-Artikolu 300(6) tat-Trattat KE jistax jiġi applikat għall-każijiet fejn il-prerogattivi tal-Parlament Ewropew jkunu mhedda serjament, sabiex il-Parlament ikun jista' jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja għal opinjoni dwar il-kompatibilità ta' att ta' liġi nazzjonali mal-liġi Komunitarja primarja, mingħajr preġudizzju għas-setgħa esklussiva tal-Kummissjoni li tiddeċiedi jekk tibdiex jew le proċedura ta' ksur kontra l-Istat Membru li seta' kkommetta vjolazzjoni;

4.  Jitlob lill-kumitat responsabbli biex jipprepara emenda għall-Artikolu 121 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament sabiex dan ikopri l-proċedimenti legali kollha quddiem kwalunkwe qorti u biex jipprovdi għall-proċedura simplifikata biex tintuża meta l-proċedimenti jitressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja bi proċedura aċċellerata jew t'urġenza;

5.  Iqis li huwa opportun li jinkoraġġixxi politika ta' koperazzjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-qrati nazzjonali, simili għal dik li diġà qed tagħti riżultati tajbin f'numru ta' Stati Membri, permezz ta' l-iżvilupp ta' proċeduri fil-qrati li jippermettu lill-Parlament Ewropew li jipparteċipa fi proċedimenti legali quddiem qrati nazzjonali li jirrigwardaw il-prerogattivi tiegħu;

6.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tipproponi miżuri leġiżlattivi xierqa sabiex tiżgura l-effettività sħiħa tad-difiża legali mill-Parlament tal-prerogattivi tiegħu;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri.

(1) Kawża 8/70 Il-Kummissjoni v. l-Italja ECR [1970] 961.
(2) Kawża C-50/00P, Unión de Pequenos Agricultores v. Kunsill ECR [2002] I-6677.


L-approvazzjoni tal-Kummissjoni (Emenda tar-Regoli ta' Proċedura)
PDF 392kWORD 69k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 dwar l-emenda tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew rigward l-approvazzjoni tal-Kummissjoni (2007/2128(REG))
P6_TA(2008)0328A6-0198/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-ittra mingħand il-President tiegħu ta' l-14 ta' Diċembru 2006,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-1 ta' Diċembru 2005 dwar il-linji gwida għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 201 u 202 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A6-0198/2008),

1.  Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.  Ifakkar li dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.

Test fis-seħħ   Emenda
Emenda 1
Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament
Artikolu 99 – paragrafu 2
2.  Il-Kumitat għandu jistieden lill-persuna nominata biex tagħmel stqarrija u twieġeb għall-mistoqsijiet.
2.  Il-Kumitat jew kumitati kompetenti għandhom jistiednu lill-Kummissarju nnominat biex jagħmel stqarrija u jwieġeb għall-mistoqsijiet. Is-seduti ta' smigħ għandhom ikunu organizzati b'tali mod li jippermetti li l-Kummissarji nnominati jagħtu lill-Parlament t-tagħrif kollu rilevanti. Id-dispożizzjonijiet dwar l-organizzazzjoni tas-seduti ta' smigħ għandhom ikunu stipulati f'anness għar-Regoli ta' Proċedura1.
1 Ara l-Anness XVI b.
Emenda 2
Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament
Artikolu 99 – paragrafu 6
6.  F'każ ta' bidla fil-portafoll matul iż-żmien tal-kariga tal-Kummissjoni, il-Kummissarji konċernati għandhom jiġu mistiedna jidhru quddiem il-kumitati responsabbli mill-oqsma ta' kompetenza rispettivi.
6.  F'każ ta' bdil sostanzjali fil-portafolli matul il-mandat tal-Kummissjoni, il-mili ta' post vakanti jew il-ħatra ta' Kummissarju ġdid wara l-adeżjoni ta' Stat Membru ġdid, il-Kummissarji konċernati għandhom jiġu mistiedna jidhru quddiem il-kumitati responsabbli mill-oqsma ta' kompetenza rispettivi, skond il-paragrafu 2.
Emenda 3
Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament
Anness XVI b (ġdid)
ANNESS XVI b
Linji gwida għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni
1.  Għandhom japplikaw il-prinċipji, il-kriterji u l-arranġamenti li ġejjin sabiex il-kulleġġ kollu tal-Kummissjoni jkun suġġett għall-vot ta' kunsens tal-Parlament:
(a)  Bażi għall-evalwazzjoni
Il-Parlament għandu jevalwa l-Kummissarji nnominati fuq il-bażi tal-kompetenza ġenerali, l-impenn Ewropew u l-indipendenza personali tagħhom. Għandu jevalwa l-għarfien tal-portafoll li għalih qed ikunu proposti u l-ħiliet ta' komunikazzjoni tagħhom.
Il-Parlament għandu joqgħod attent b'mod partikulari għall-bilanċ bejn is-sessi. Jista' jesprimi ruħu dwar l-allokazzjoni tar-responsabilitajiet tal-portafolli mill-President elett.
Il-Parlament jista' jfittex li jikseb kull tagħrif rilevanti biex jieħu deċiżjoni dwar il-kapaċità tal-Kummissarji nnominati. Huwa jistenna li t-tagħrif dwar l-interessi finanzjarji tagħhom ikun żevalat bis-sħiħ.
(b)  Seduti ta' smigħ
Kull Kummissarju nnominat għandu jkun mistieden jidher quddiem il-kumitat jew kumitati kompetenti għal seduta ta' smigħ waħda. Is-seduti ta' smigħ għandhom isiru fil-pubbliku.
Is-seduti ta' smigħ għandhom ikunu organizzati b'mod konġunt bejn il-Konferenza tal-Presidenti u l-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati. Għandhom isiru arranġamenti xierqa biex ikunu assoċjati l-kumitati rilevanti meta l-portafolli jkunu mħallta. Hemm tliet għażliet:
(i) jekk il-portafoll tal-Kummissarju nnominat jaqa' taħt il-mandat ta' kumitat wieħed, il-Kummissarju nnominat għandu jinstema' minn dak il-kumitat biss;
(ii) jekk il-portafoll tal-Kummissarju nnominat jaqa' bejn wieħed u ieħor b'mod indaqs taħt il-mandat ta' iktar minn kumitat wieħed, il-Kummissarju nnominat għandu jinstema' minn dawn il-kumitati flimkien; u
(iii) jekk il-portafoll tal-Kummissarju nnominat jaqa' primarjament taħt il-mandat ta' kumitat wieħed u sa ċertu punt biss taħt il-mandat ta' għall-inqas kumitat ieħor, il-Kummissarju nnominat għandu jinstema' mill-kumitat li għandu r-responsabilità ewlenija, u dan għandu jistieden lill-kumitat l-ieħor jew lill-kumitati l-oħra biex jattendu għas-seduta ta' smigħ.
Il-President elett tal-Kummissjoni għandu jkun ikkonsultat bis-sħiħ dwar l-arranġamenti.
Il-kumitati għandhom iressqu mistoqsijiet bil-miktub lill-Kummissarji nnominati kmieni biżżejjed qabel is-seduta. In-numru ta' mistoqsijiet sostantivi bil-miktub għandu jkun limitat għal ħamsa għal kull kumitat responsabbli.
Is-seduti ta' smigħ għandhom isiru f'ċirkostanzi, u skond kundizzjonjiet, li fihom il-Kummissarji nnominati jgawdu minn opportunità ugwali u ġusta biex jippreżentaw lilhom infushom u l-fehmiet tagħhom.
Il-Kummissarji nnominati għandhom ikunu mistiedna biex jagħmlu stqarrija tal-bidu bil-fomm ta' mhux aktar minn għoxrin minuta. It-tmexxija tas-seduti ta' smigħ għandha ssir bl-għan li jkun żviluppat djalogu politiku pluralistiku bejn il-Kummissarji nnominati u l-Membri. Qabel tmiem is-seduta ta' smigħ, il-Kummissarji nnominati għandu jkollhom l-opportunità li jagħmlu stqarrija qasira ta' l-għeluq.
(c)  Evalwazzjoni
Għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku reġistrazzjoni video tas-seduti ta' smigħ fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa.
Il-kumitati għandhom jiltaqgħu mingħajr dewmien wara s-seduta ta' smigħ biex jevalwaw il-Kummissarji nnominati individwali. Dawk il-laqgħat għandhom isiru in camera. Il-kumitati għandhom ikunu mistiedna biex jgħidu jekk, fil-fehma tagħom, il-Kummissarji nnominati humiex ikkwalifikati kemm biex ikunu membri tal-kulleġġ u biex iwettqu d-dmirijiet partikolari assenjati lilhom. Jekk il-kumitat ma jkunx jista' jilħaq konsensus dwar dawk iż-żewġ punti, il-president tiegħu, meta jkun falla kull tentattiv ieħor, għandu jressaq dawn iż-żewġ deċiżjonijiet għall-vot sigriet. L-istqarrijiet ta' evalwazzjoni tal-kumitati għandhom ikunu ppubblikati u ppreżentati f'laqgħa konġunta tal-Konferenza tal-Presidenti u l-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, li għandha ssir in camera. Wara skambju ta' fehmiet, il-Konferenza tal-Presidenti u l-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati għandhom jiddikjaraw is-seduti ta' smigħ magħluqa ħlief jekk jiddeċiedu li jkunu jridu aktar tagħrif.
Il-President elett tal-Kummissjoni għandu jippreżenta l-kulleġġ sħiħ tal-Kummissarji nnominati u l-programm tagħhom f'seduta tal-Parlament li għaliha għandu jkun mistieden jattendi l-Kunsill kollu. Wara l-preżentazzjoni għandu jsir dibattitu. Sabiex jingħalaq id-dibattitu, kwalunkwe grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru jistgħu jressqu mozzjoni għal riżoluzzjoni. Għandu japplika l-Artikolu 103(3), (4) u (5). Wara l-votazzjoni dwar il-mozzjoni għal riżoluzzjoni, il-Parlament għandu jivvota dwar jekk jagħtix jew le il-kunsens tiegħu għall-ħatra, bħala korp, tal-President elett u l-Kummissarji nnominati. Il-Parlament għandu jiddeċiedi b'maġġoranza tal-voti mitfugħa, permezz ta' sejħa ta' l-ismijiet. Huwa jista' jiddifferixxi l-votazzjoni għas-seduta li jkun imiss.
2.  L-arranġamenti li ġejjin għandhom japplikaw fil-każ ta' bdil fil-kompożizzjoni tal-kulleġġ tal-Kummissjoni jew ta' bdil sostanzjali tal-portafolli matul il-mandat tagħha:
(a)  Meta post vakanti maħluq minħabba riżenja, irtirar mandatorju jew mewt ikun irid jimtela, il-Parlament, malajr u b'mod effettiv, għandu jistieden lill-Kummissarju nnominat biex jieħu sehem f'seduta ta' smigħ bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk stipulati fil-paragrafu 1.
(b)  Fil-każ ta' l-adeżjoni ta' Stat Membru ġdid, il-Parlament għandu jistieden lill-Kummissarju nnominat biex jieħu sehem f'seduta ta' smigħ bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk stipulati fil-paragrafu 1.
(c)  Fil-każ ta' bdil sostanzjali tal-portafolli, il-Kummissarji milquta għandhom ikunu mistiedna jidhru quddiem il-kumitati kkonċernati qabel jieħdu r-responsabilitajiet il-ġodda tagħhom.
B'deroga mill-proċedura stabbilita fil-paragrafu 1(c), it-tielet subparagrafu, meta l-votazzjoni fil-plenarja tikkonċerna l-ħatra ta' Kummissarju wieħed, il-vot għandu jkun sigriet.

(1) ĠU C 285 E, 22.11.2006, p. 137.


Proċedura ta" awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi, l-enżimi u l-aromatizzanti ta" l-ikel ***II
PDF 286kWORD 35k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 dwar il-Pożizzjoni Komuni adottata mill-Kunsill bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura ta" awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi, l-enżimi u l-aromatizzanti ta" l-ikel (16673/2/2007 – C6-0138/2008 – 2006/0143(COD))
P6_TA(2008)0329A6-0179/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (16673/2/2007 – C6-0138/2008)(1),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2006)0423),

–   wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2007)0672),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0179/2008),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-8 ta' Lulju 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura ta" awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi, l-enżimi u l-aromatizzanti ta" l-ikel

P6_TC2-COD(2006)0143


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 1331/2008.)

(1) ĠU C 111E, 6.5.2008, p. 1.
(2) Testi Adottati, 10.7.2007, P6_TA(2007)0320.


Addittivi ta" l-ikel ***II
PDF 283kWORD 35k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill għall-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi ta" l-ikel (16675/2/2007 – C6-0141/2008 – 2006/0145(COD))
P6_TA(2008)0330A6-0180/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (16675/2/2007 – C6-0141/2008)(1),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0428),

–   wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2007)0673),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0180/2008),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-8 ta' Lulju 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru.../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-addittivi ta" l-ikel

P6_TC2-COD(2006)0145


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 1333/2008.)

(1) ĠU C 111 E, 6.5.2008, p. 10.
(2) Testi adottati, 10.7.2007, P6_TA(2007)0321.


Aromatizzanti u ċerti ingredjenti ta" l-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti ***II
PDF 287kWORD 36k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti ta" l-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1576/89, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1601/91, ir-Regolament (KE) Nru. 2232/96 u d-Direttiva 2000/13/KE (16677/3/2007 – C6-0139/2008 – 2006/0147(COD))
P6_TA(2008)0331A6-0177/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (16677/3/2007 – C6-0139/2008)(1),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0427),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0177/2008),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-8 ta' Lulju 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti ta" l-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolament (KE) Nru 2232/96 u r-Regolament (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE

P6_TC2-COD(2006)0147


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 1334/2008.)

(1) ĠU C 111 E, 6.5.2008, p. 46.
(2) Testi adottati, 10.7.2007, P6_TA(2007)0323.


Enżimi ta' l-ikel ***II
PDF 285kWORD 64k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar enżimi ta' l-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE u r-Regolament (KE) Nru 258/97 (16676/1/2007 – C6-0140/2008 – 2006/0144(COD))
P6_TA(2008)0332A6-0176/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (16676/1/2007 – C6-0140/2008)(1),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2006)0425),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0176/2008),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-8 ta' Lulju 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-enżimi ta" l-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE u r-Regolament (KE) Nru 258/97

P6_TC2-COD(2006)0144


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 1332/2008.)

(1) ĠU C 111 E, 6.5.2008, p. 32.
(2) Testi adottati, 10.7.2007, P6_TA(2007)0322.


Emendar tad-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi l-attivitajiet ta' l-avjazzjoni fi ħdan l-iskema għall-iskambju ta" kwoti ta' l-emissjonijiet ta" gassijiet b'effett ta' serra ġewwa l-Komunità ***II
PDF 288kWORD 39k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi l-attivitajiet ta' l-avjazzjoni fi ħdan l-iskema għall-iskambju ta" kwoti ta' l-emissjonijiet ta" gassijiet b'effett ta' serra ġewwa l-Komunità (5058/3/2008 – C6-0177/2008 – 2006/0304(COD))
P6_TA(2008)0333A6-0220/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (5058/3/2008 – C6-0177/2008)(1),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2006)0818),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0220/2008),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-8 ta' Lulju 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi l-attivitajiet ta' l-avjazzjoni fi ħdan l-iskema għall-iskambju ta" kwoti ta' l-emissjonijiet ta" gassijiet serra ġewwa l-Komunità

P6_TC2-COD(2006)0304


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2008/101/KE.)

(1) ĠU C 122 E, 20.5.2008, p. 19.
(2) Testi adottati, 13.11.2007, P6_TA(2007)0505.


Ix-xogħol tal-Plenarja u r-rapporti ta' inizjattiva
PDF 415kWORD 90k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 dwar emenda għar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament fid-dawl tal-proposti mill-Grupp ta' Ħidma għar-Riforma Parlamentari dwar il-ħidma tar-rapporti Plenarji u r-rapporti ta' inizjattiva (2007/2272(REG))
P6_TA(2008)0334A6-0197/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tal-Konferenza tal-Presidenti tal-25 ta' Ottubru u tat-12 ta' Diċembru 2007,

–   wara li kkunsidra l-ittri mibgħuta mill-President tiegħu tal-15 ta' Novembru 2007 u tal-31 ta' Jannar 2008,

–   wara li kkunsidra l-Ewwel Rapport Interim tal-Grupp ta' Ħidma għar-Riforma Parlamentari rigward 'Il-plenarja u l-kalendarju ta' l-attivitajiet' ippreżentat lill-Konferenza tal-Presidenti fis-6 ta' Settembru 2007 u l-konklużjonijiet tiegħu rigward ir-rapporti ta' inizjattiva,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 199 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 201 u 202 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A6–0197/2008),

1.  Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.  Jinnota li l-emendi se jidħlu fis-seħħ fl-ewwel jum tas-sessjoni parzjali li ġejja, barra l-punti 2 u 3 ta' l-Anness IIa l-ġdid, li se jidħlu fis-seħħ fl-ewwel jum tal-leġislatura parlamentari tiegħu li tibda f'Lulju 2008; jinnota li l-Artikolu 45(1a) għandu japplika bl-istess mod għar-rapporti awtorizzati qabel ma tidħol fis-seħħ din id-dispożizzjoni;

3.  Jiddeċiedi li l-Emenda 5 rigward l-Artikolu 39(2) fid-deċiżjoni tat-13 ta' Novembru 2007 dwar l-emenda għar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament fid-dawl ta' l-Istatut għall-Membri(1) se tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tas-sessjoni parzjali li ġejja;

4.  Jiddeċiedi, skond l-Artikolu 204(c), li jippubblika d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti dwar ir-Regoli u l-Prassi dwar rapporti fuq inizjattiva proprja kif mibdula mid-deċiżjonijiet tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2007 u ta' l-14 Frar 2008 bħala anness għar-Regoli tal-Proċedura; jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali biex jaġġorna dan l-anness skond deċiżjonijiet fil-ġejjieni mill-Konferenza tal-Presidenti dwar din il-kwistjoni;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.

Test Preżenti   Emenda
Emenda 1
Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament
Artikolu 38 a (ġdid)
Artikolu 38a
Id-drittijiet ta' inizjattiva mogħtija lill-Parlament mit-Trattati
F'każijiet fejn it-Trattati jagħtu dritt ta' inizjattiva lill-Parlament, il-kumitat responsabbli jista' jiddeċiedi li jfassal rapport fuq inizjattiva proprja
Ir-rapport għandu jinkludi:
a) mozzjoni għal riżoluzzjoni;
b) fejn hu xieraq, abbozz ta' deċiżjoni jew abbozz ta' proposta;
c) stqarrija spjegattiva li tinkludi, fejn ikun xieraq, dikjarazzjoni finanzjarja.
Fejn l-adozzjoni ta' att mill-Parlament jeħtieġ l-approvazzjoni jew il-kunsens tal-Kunsill u l-opinjoni jew il-kunsens tal-Kummissjoni, il-Parlament jista', wara l-votazzjoni għall-att propost, u fuq proposta tar-rapporteur, jiddeċiedi li jipposponi l-votazzjoni tal-mozzjoni għal riżoluzzjoni sakemm il-Kunsill jew il-Kummissjoni jkunu ddikjaraw il-pożizzjoni tagħhom.
Emenda 2
Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament
Artikolu 45 – paragrafu 1 a (ġdid)
1a.  Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet li jkunu f' rapporti fuq inizjattiva proprja għandhom jiġu eżaminati mill-Parlament skond il-proċedura bi preżentazzjoni qasira stipulata fl-Artikolu 131a. Emendi għal mozzjonijiet għal riżoluzzjoniijiet bħal dawn m'humiex ammissibbli biex jitqiesu fil-plenarja kemm-il darba ma jkunux imressqa mir-rapporteur biex jitqies tagħrif ġdid, imma mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet alternattivi jistgħu jitressqu skond l-Artikolu 151(4). Dan il-paragrafu m'għandux japplika fejn is-suġġett tar-rapport jikkwalifika għal dibattitu ta' prijorità fil-plenarja, fejn ir-rapport jitfassal skond id-dritt ta' inizjattiva msemmi fl-Artikoli 38a jew 39, jew fejn ir-rapport jista' jitqies bħala rapport strateġiku skond il-kriterji stipulati mill-Konferenza tal-Presidenti1.
______________
1Ara d-deċiżjoni relevanti tal-Konferenza tal-Presidenti, riprodotta fl-Anness[…] tar-Regoli ta' Proċedura
Emenda 3
Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament
Artikolu 45 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
2.  Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandhom japplikaw 'mutatis mutandis' f'każi fejn it-Trattati jagħtu d-dritt ta' inizjattiva lill-Parlament.
2.  Fejn is-suġġett tar-rapport jaqa' taħt id-dritt ta' inizjattiva msemmi fl-Artikolu 38a, l-awtorizzazzjoni tista' tinżamm biss fuq il-bażi li l-kundizzjonijiet stipulati fit-Trattati ma ġewx sodisfatti.
Emenda 4
Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament
Artikolu 45 – paragrafu 2 – subparagrafu 2
F'dawn il-każi, il-Konferenza tal-Presidenti għandha tieħu deċiżjoni fi żmien xahrejn.
2a.  Fil-każijiet imsemmija fl-artikolu 38a u l-Artikolu 39, il-Konferenza tal-Presidenti għandha tieħu deċiżjoni fi żmien xahrejn.
Emenda 5
Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament
Artikolu 110 – paragrafu 1
1.  Mistoqsijiet li jitolbu tweġiba bil-miktub lill-Kunsill jew lill-Kummissjoni jistgħu jsiru minn kull Membru. L-interpellanti jkunu esklussivament responsabbli esklussiva tal-kontenut tal-mistoqsija.
1.  Kull Membru jista' jagħmel mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub lill-Kunsill jew lill-Kummissjoni skond linji gwida stipulati f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura1. L-interpellanti jkunu esklussivament responsabbli esklussiva tal-kontenut tal-mistoqsija.
______________
1Ara l-Anness IIa.
Emenda 6
Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament
Artikolu 110 – paragrafu 2
2.  Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub lill-President li għandu jgħaddihom lill-istituzzjoni konċernata.
2.  Il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub lill-President li għandu jgħaddihom lill-istituzzjoni konċernata. Dubji dwar l-ammissibilità ta' mistoqsija għandha tittieħed deċiżjoni dwarhom mill-President. Id-deċiżjoni tiegħu għandha tkun innotifikata lill-persuna lil tagħmel il-mistoqsija.
Emenda 7
Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament
Artikolu 111 – paragrafu 1
1.  Kull Membru jista' jagħmel mistoqsijiet li jitolbu tweġiba bil-miktub lill-Bank Ċentrali Ewropew.
1.  Kull Membru jista' jagħmel mistoqsijiet li jitolbu tweġiba bil-miktub lill-Bank Ċentrali Ewropew skond linji gwida stipulati f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura1.
______________
1Ara l-Anness IIa.
Emenda 8
Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament
Artikolu 131 a (ġdid)
Artikolu 131a
Preżentazzjoni qasira
Fuq talba tar-rapporteur jew fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti, il-Parlament jista' wkoll jiddeċiedi li punt li ma jkunx jeħtieġ dibattitu sħiħ jiġi ttrattat permezz ta' preżentazzjoni qasira fil-plenarja mir-rapporteur. F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandu jkollha l-opportunità li tintervjeni u kwalunkwe Membru għandu jkollu d-dritt li jirreaġixxi billi jippreżenta stqarrija bil-miktub addizzjonali skond l-Artikolu 142(7).
Emenda 9
Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament
Artikolu 142 – paragrafu 5
5.  Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom, bħala regola, jingħataw l-attenzjoni fid-dibattitu dwar rapport preċiż wara l-preżentazzjoni tiegħu mir-rapporteur. Madankollu, f'dibattitu dwar xi proposta tal-Kummissjoni, il-President għandu jistieden lill-Kummissjoni sabiex titkellem l-ewwel biex tippreżenta l-proposta tagħha fil-qosor, u meta d-dibattitu jkun dwar test li joriġina mill-Kunsill, il-President jista' jistieden lill-Kunsill sabiex jitkellem l-ewwel, u f'kull każ ir-rapporteur għandu jieħu l-kelma wara. Il-Kummissjoni u l-Kunsill u r-rapporteur jistgħu jiġu mismugħa mill-ġdid, b'mod partikolari biex jirrispondu għad-dikjarazzjonijiet magħmula mill-Membri.
5.  Fid-dibattitu fuq xi rapport il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jinstemgħu, bħala regola, minnufih wara l-preżentazzjoni tiegħu mir-rapporteur. Il-Kummissjoni, il-Kunsill u r-rapporteur jistgħu jinstemgħu mill-ġdid, b'mod partikolari biex jirrispondu għall-istqarrijiet magħmula mill-Membri.
Emenda 10
Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament
Artikolu 151 – paragrafu 4
4.  Grupp politiku jista' jqiegħed fuq il-Mejda mozzjoni għal riżoluzzjoni li tkun tfittex li tissostitwixxi riżoluzzjoni għal mozzjoni mhux leġiżlattiva li tkun tinsab f'xi rapport ta' kumitat.
4.  Grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru jistgħu jressqu mozzjoni għal riżoluzzjoni alternattiva għal mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva li tkun f' xi rapport ta' kumitat.
F'każ bħal dan, il-grupp ma jistax iqiegħed fuq il-Mejda emendi għal mozzjoni għal riżoluzzjoni mill-kumitat responsabbli. Il-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-grupp ma tistax tkun itwal mill-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-kumitat. Fuq din għandu jittieħed vot uniku mingħajr emendi fil-Parlament.
F'każ bħal dan, il-grupp jew il-Membri kkonċernati ma jistgħux iressqu emendi għall-mozzjoni għal riżoluzzjoni mill-kumitat responsabbli. Il-mozzjoni għal riżoluzzjoni alternattiva ma tistax tkun itwal mill-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-kumitat. Fuq din għandu jittieħed vot wieħed fil-Parlament mingħajr emendi.
L-Artikolu 103(4) għandu japplika mutatis mutandis.
Emenda 11
Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament
Anness II a (ġdid)
ANNESS II a
Linji gwida għal mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub skond l-Artikoli 110 u 111
1.  Mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub għandhom:
- jaqgħu taħt il-kompetenza u r-responsabilità ta' l-istituzzjoni kkonċernata u jkunu ta' interess ġenerali;
- ikunu konċiżi u jkollhom interrogazzjoni li tinftiehem sew;
- ma jkunx fihom lingwaġġ offensiv;
- ma jkollhomx x'jaqsmu ma' kwistjonijiet strettament personali;
2.  Jekk mistoqsija ma tkunx konformi ma' dawn il-linji gwida, is-Segretarjat għandu jipprovdi lill-awtur b'parir dwar kif il-mistoqsija tista' titfassal sabiex tkun ammissibbli.
3.  Jekk tkun tressqet u twieġbet mistoqsija identika jew simili matul is-sitt xhur ta' qabel, is-Segretarjat għandu jibgħat kopja tal-mistoqsija u tat-tweġiba ta' qabel lill-awtur. Il-mistoqsija ripetuta m'għandhiex tiġi mgħoddija lill-istituzzjoni kkonċernata ħlief jekk l-awtur isemmi żviluppi ġodda sinifikanti jew ħlief jekk ikun qed ifittex aktar tagħrif.
4.  Jekk mistoqsija tfittex tagħrif fattwali jew statistika li diġà tkun disponibbli fil-librerija tal-Parlament, dan ta' l-aħħar għandu jinforma lill-Membru, li jista' jirtira l-mistoqsija.
5.  Mistoqsijiet dwar kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma xulxin jistgħu jitwieġbu flimkien.

(1) Testi adottati ta' dik id-data, P6_TA(2007)0500.


Baġit 2009: L-ewwel riflessjonijiet dwar l-APB ta' l-2009 u l-mandat għall-konċiljazzjoni
PDF 460kWORD 143k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 dwar il-baġit ta' l-2009: l-ewwel riflessjonijiet dwar l-Abbozz Preliminari tal-Baġit ta' l-2009 u l-mandat għall-konċiljazzjoni, Taqsima III - Kummissjoni (2008/2025(BUD))
P6_TA(2008)0335A6-0262/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Abbozz Preliminari tal-Baġit għas-sena finanzjarja 2009 li l-Kummissjoni adottat fis-6 ta' Mejju 2008,

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu ta' l-24 ta' April 2008 dwar l-Istrateġija tal-Politika Annwali għall-2009(2) tal-Kummissjoni u dwar il-qafas u l-prijoritajiet baġitarji għall-2009(3),

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Brussell tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2008,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, (A6-0262/2008),

A.   billi, fl-2009, it-Trattat ta' Lisbona li jemenda t-trattar dwar l-unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea (It-trattat ta' Lisbona), jekk jiġi rratifikat, fl-aħħar se jpoġġi lill-Parlament Ewropew fuq l-istess livell mal-Kunsill fil-qasam leġiżlattiv u baġitarju u jagħti kompetenzi ġodda lill-Unjoni Ewropea, li kollha se jkollhom impatt importanti fuq il-baġit ta' l-UE,

B.   billi l-proċedura baġitarja annwali fis-sħuħija tagħha se jkollha tgħaddi minn bidliet fundamentali bħala konsegwenza tad-dispożizzjonijiet tat-trattat il-ġdid, u billi d-differenza bejn l-ispiża obbligatorja u dik mhux obbligatorja kif ukoll ir-rata (massima) taż-żieda għall-ispiża mhux obbligatorja se titneħħa,

C.   billi fis-16 ta' April 2008 it-tliet istituzzjonijiet qablu f'dikjarazzjoni li, mill-aktar fis possibbli, iwettqu diskussjonijiet dwar l-arranġamenti meħtieġa dwar kwistjonijiet baġitarji relatati mat-Trattat ta' Lisbona, filwaqt li jitqies li l-2009 se ġġib magħha Parlament ġdid u Kummissjoni ġdida li jridu jkunu mħejjija bis-sħiħ għall-bidliet li se jġib miegħu it-Trattat il-ġdid, jekk dan jiġi rratifikat,

Abbozz Preliminari tal-Baġit 2009

1.  Jinnota li t-total għall-abbozz preliminari tal-baġit (PDB) għall-2009 huwa ta' EUR 134 394,9 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 116 736,4 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament, li jħalli marġni ta' EUR 2 638,1 miljun anqas mil-limitu f'impenji u ta' EUR 7 443,6 miljun f'pagamenti, bl-ispiża obbligatorja li tirrappreżenta 33% ta' l-impenji u 38% tal-pagamenti;

2.  Jirrimarka li l-impenji fil-PDB 2009 jikkorrispondu għal 1.04% tal-GNI, li hija żieda ġenerali ta' 3.1% meta mqabbla mal-baġit għall-2008, bl-ispiża obligatorja tiżdied b'4.7%, minħabba d-dħul gradwali ta' għajnuniet diretti għall-Istati Membri l-ġodda, u l-ispiża mhux obligatorja tiżdied bi 2.4%;

3.  Jinnota b'interess li l-pagamenti tal-PDB 2009 jikkorrispondu għal 0.9% tal-GNI, li huwa tnaqqis ta' 3.3% meta mqabbel mal-baġit għall-2008, bil-pagamenti għall-ispiża obligatorja jiżdiedu b'4.8% b'konformità ma' l-iżvilupp fl-impenji, filwaqt li dawk għall-ispiża mhux obligatorja naqsu b'7.6%;

4.  Jieħu nota tal-prijoritajiet tal-PDB kif mfassla mill-Kummissjoni:

   - L-appoġġ għal tkabbir sostenibbli u t-tħeġġiġ ta' klima ekonomika li fiha l-ħolqien ta' l-impjiegi jista' jimxi 'l quddiem; l-appoġġ għall-innnovazzjoni;
   - It-tkomplija tal-politika ta' koeżjoni sabiex jitnaqqsu l-inugwaljanzi bejn ir-reġjuni ta' l-Unjoni;
   - Il-ġlieda kontra l-bidla fil-klima u l-promozzjoni tar-riċerka f'enerġija nadifa u li tiġġedded; l-iżvilupp ta' politika ta' l-UE dwar l-enerġija kkaratterizzata mill-indipendenza u s-sigurtà;
   - L-iżvilupp ta' politika komuni ta' integrazzjoni u ħolqien ta' spazju komuni ta' ġustizzja;
   - L-appoġġ għall-proċess ta' paċi għal-Lvant Nofsani kif ukoll għall-istabilità fil-Kosovo u fir-reġjun wiesa' tal-Balkani;
   - Il-provvista ta' għajnuna f'ikel u t-tisħiħ ta' l-aspett ambjentali tal-koperazzjoni għall-iżvilupp;

5.  Ifakkar fil-prijoritajiet tal-Parlament Ewropew kif mistqarra fir-riżoluzzjoni hawnfuq imsemmija ta' l-24 ta' April 2008 dwar l-iStrateġija ta' Politika Annwali tal-Kummissjoni għall-2009,

Riflessjonijiet ġenerali

6.  Jesprimi l-konvinzjoni tiegħu li l-Unjoni Ewropea trid tkun mgħammra bil-livell ta' riżorsi meħtieġa sabiex timplimenta bis-sħiħ il-politiki u l-attivitajiet attwali tagħha u fl-istess ħin li jkollha biżżejjed flessibilità sabiex tilqa' l-isfidi ġodda ta' politika;

7.  Jinnota li l-ikbar porzjon tal-marġni globali ta' l-EUR 2 638 miljun fil-PDB, jiġifieri ammont ta' EUR 2 027 miljun, joħroġ mill-marġni ta' l-ispiża u l-pagamenti diretti relatati mas-suq taħt l-intestatura 2 (l-ewwel pilastru tal-CAP);

8.  Jinnota b'interess il-Konklużjonijiet fuq imsemmija tal-presidenza u l-implikazzjonijiet baġitarji li xi wħud minn dawn il-konklużjonijiet jistgħu jkollhom; iqis li dawn ir-rekwiżiti baġitarji jistgħu jiġu indirizzati biss billi jsir rikors għall-mezzi pprovduti f'IIA, b'mod partikulari l-Punti 21 u 23 tiegħu;

9.  Jirrimarka li, b'riżultat tal-marġnijiet żgħar ħafna taħt il-limiti massimi l-oħra tal-qafas finanzjarju pluriennali (MFF), l-aktar l-intestaturi 1a, 3b u 4, il-kapaċità ta' l-Unjoni li tirreaġixxi għall-bidliet fil-politika f'termini baġitarji hija ferm limitata; jenfasizza fl-istess ħin, il-possibilità għal rikors għad-dispożizzjonijiet ta' l-IIA biex jingħelbu n-nuqqasijiet finanzjarji;

10.  Iqis li hija responsabilità tiegħu, bħala l-awtorità baġitarja, li jiżgura li l-finanzi allokati għall-baġit ta' l-UE jintefqu b'mod li jużaw bl-aħjar mod ir-riżorsi limitati; għandu l-ħsieb li jaħdem favur baġit iktar ambizzjuż, ibbilanċjat u koerenti b'koperazzjoni mal-kumitati speċjalizzati, u b'konformità mat-talbiet tagħhom;

11.  Ma jarax dejjem rabta ċara bejn il-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni, kif deskritt fl-Istrateġija tal-Politika Annwali (APS) u l-PDB, u ż-żidiet fil-linji tal-baġit u l-oqsma politiċi korrispondenti; għadu mhuwiex sodisfatt bl-isforzi tal-Kummissjoni biex tinkludi l-prijoritajiet tal-Parlament fil-PDB. mhuwiex konvint, pereżempju, li l-prijorità tal-bidla fil-klima hija verament riflessa fil-baġit kif propost mill-Kummissjoni; jixtieq jirċievi informazzjoni iżjed preċiża rigward il-metodoloġija użata biex intlaħqet il-konklużjoni li iżjed minn 10%, jew EUR 14-il biljun, tal-baġit ta' l-UE jintnefqu fuq miri ambjentali; jitlob għal preżentazzjoni komprensiva tal-bidliet klimatiċi kollha relatati ma' l-ispiża fil-baġit, inklużi l-iżvilupp rurali u l-fondi strutturali, biex ikun kapaċi jevalwa l-korrelazzjoni bejn il-prijoritajiet politiċi u baġitarji; jirrimarka dwar il-ħtieġa li programmi attwali jiġu rriveduti waqt ir-reviżjoni ta' nofs iż-żmien sabiex l-objettivi tal-bidla fil-klima jiġu integrati aħjar u jkun hemm koerenza politika mtejba;

12.  Jixtieq li jniedi djalogu flimkien mal-Kunsill u mal-Kummissjoni dwar l-użu tal-mezzi previsti mill-IIA biex jissaħħaħ il-finanzjament għal miżuri li jiġġieldu l-bidla fil-klima bil-ħsieb li jkun hemm ftehima komprensiva wara l-2012 dwar il-bidla fil-klima;

13.  Jiddikjara l-interess tiegħu biex jikkopera mill-qrib mal-Kunsill u l-Kummissjoni biex jinstab ftehim effettiv, kemm jista' jkun malajr, dwar il-pakkett ta' l-enerġija u l-bidla fil-klima, inkluż li-Qbid u l-Ħażna tal-Karbonju (CCS); jinnota li l-UE għandha bżonn tkompli turi li t-tkabbir u l-iżvilupp ekonomiku jistgħu jingħaqdu ma' ekonomija b'karbonju baxx; ifakkar lill-Kunsill bil-konklużjonijiet tal-Presidenza imsemmi hawn fuq;

14.  Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar il-fatt li bħalissa l-marġnijiet disponibbli qed ikunu dejjem aktar ta' spiss riżultat ta' "bbaġittjar kreattiv" bħall-'backloading' ta' programmi plurijennali eżistenti, esklużi l-ħtiġijiet baġitarji li diġà huma magħrufa sewwa u mistennija, u manuvri oħra simili; iqis li dawn il-prattiki jiksru l-prinċipju ta' bbaġittjar sod u, għal darb'oħra, jitlob għal PDB li jkun riflessjoni onesta tal-ħtiġijiet baġitarji li jkunu ġejjin fis-sena ta' wara; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jikkooperaw bil-għan li jittieħdu d-deċiżjonijiet neċessarji biex jintlaħaq livell sodisfaċenti ta' l-approprjazzjonijiet għall-baġit ta' l-2009;

15.  Jenfasizza l-importanza taċ-ċarezza, konsistenza u trasparenza fil-preżentazzjoni tal-baġit ta' l-UE, li hija ħtieġa assoluta anke fir-rigward tal-ħtieġa li ċ-ċittadini Ewropej ikunu mgħarrfa dwar kif jintefqu l-flus ta' l-UE; huwa mħasseb dwar il-fatt li qed isir dejjem aktar diffiċli li ssir distinzjoni bejn l-ispiża operattiva u amministrattiva tal-Kummissjoni u li ammont diġà sostanzjali ta' spiża ta' natura amministrattiva, li jekk wieħed irid ikun realistiku għandha tkun iffinanzjata taħt l-intestatura 5, hija ffinanzjata minn allokazzjonijiet operazzjonali;

16.  Jiddeplora l-fatt li, fil-mument, m'hemm l-ebda indikazzjoni ċara tal-bidliet eżatti li saru fid-dokument dwar l-ipprogrammar finanzjarju li għadu kif ġie ppreżentat meta mqabbel ma' dak ta' qabel, lanqas dwar jekk jew kif qed jiġu kkompensati ż-żidiet f'sena partikolari jew kif qed jitwettqu l-'backloadings' u l-'frontloadings'; iqis li dan mhux konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Punt 46 tal-Ftehima Interistituzzjonali u jappella lill-Kummissjoni sabiex tissodisfa l-obbligu tagħha f'dan ir-rigward;

17.  Jenfasizza li huwa ta' importanza partikulari li jsir segwitu ta' l-effetti tal-'frontloading' u l-'backloading' tal-programmi plurijennali fuq il-baġit kollu sabiex ikun żgurat li jkun hemm programmar koerenti ta' l-impenji f'kemm idum l-MFF, filwaqt li jkunu rrispettati l-prijoritajiet tal-Parlament kif murija fl-IIA;

18.  Jinsab sorpriż dwar il-livell estremament baxx ta' l-approprjazzjonijiet tal-pagamenti (EUR 116 736 miljun) proposti mill-Kummissjoni fil-PDB tiegħu; jinnota li l-approprjazzjonijiet ta' l-impenn adottati fil-baġits ta' l-2007 u l-2008 kellhom total ta' EUR 126 500 miljun u EUR 129 100 miljun rispettivament;

19.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tkompli l-eżerċizzju tagħha mibdi fl-2007 u sabiex tindika biċ-ċar informazzjoni ulterjuri dwar il-politika tar-riżorsi umani, l-applikazzjoni ta' l-istrateġija dwar ir-rijorganizzazzjoni u l-livell ta' esternalizzazzjoni tax-xogħlijiet għall-2009; jitlob għal rapport ta' segwitu sat-30 ta' April 2009 inklużi l-konklużjonijiet li se tfassal il-Kummissjoni fir-rigward ta' l-organizzazzjoni interna tagħħa; jieħu nota tar-rapport ta' segwitu ta' l-2008 tal-Kummissjoni dwar "L-Ippjanar u l-aħjar użu tar-riżorsi umani tal-Kummissjoni biex jaqdu l-prijoritajiet ta' l-UE" li fih il-Kummissjoni tikkonferma l-impenn tagħha li ma titlobx postijiet ġodda sa l-2013, lil hinn mill-aħħar porzjon ta' postijiet relatati ma' tkabbir fl-2009;

20.  Jinnota li hemm żieda konsiderevoli fl-investigazzjonijiet esterni ta' OLAF fis-settur ta' l-għajnuna esterna u għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li OLAF ikollha r-riżorsi meħtieġa għad-dispożizzjoni tagħha; jitlob lill-Kunsill biex itejjeb il-kwalità tal-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-ġlieda ta' l-UE kontra l-frodi; jitlob lill-Kunsill biex jiżgura li jkun hemm segwitu xieraq għall-investigazzjonijiet ta' l-Istati Membri kontra l-frodi, inkluża proċedura biex ikun hemm irkupru;

Dwar is-subintestatura 1a

21.  Jinnota li l-impenji tal-PDB għall-Kompetittività għat-Tkabbir u għall-Impjiegi jammontaw għal EUR 11 690 miljun, li jħallu marġni ta' EUR 82 miljun; dan jirrappreżenta żieda ta' 5,5% meta mqabbel ma' l-2008; jinnota li l-pagamenti żiedu wkoll b'5.3% għal total ta' EUR 10 285,2 miljun;

22.  Jilqa' l-ħsieb tal-Kummissjoni li twettaq azzjonijiet importanti fil-qasam tal-ħolqien ta' impjiegi u ta' l-appoġġ għall-innovazzjoni, għall-impriżi ta' daqs żgħir u medju (SMEs) u għar-riċerka; jenfasizza li inizjattivi preżenti f'dan il-qasam, bħal ma hu l-Programm ta' Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) u inizjattivi oħra dwar l-SMEs, iridu jiġu implimentati u mmoniterjati kif suppost;

23.  Jilqa' l-prijorità li stabbiliet il-Kummissjoni għall-PDB favur il-promozzjoni tar-riċerka għal enerġija nadifa u effiċjenti u beħsiebu jiżgura li (minbarra s-Seba' Programm ta' Qafas) jkunu pprovduti r-riżorsi meħtieġa, għaliex l-effiċjenza ta' l-enerġija hija strateġija kruċjali biex tiffaċċja l-problema tal-bidla fil-klima;

24.  Jisħaq fuq l-importanza li jiġu provduti riżorsi baġitarji neċessarji għall-miżuri kollha li jiffaċilitaw il-promozzjoni u l-introduzzjoni ta' programmi ta' l-edukazzjoni fil-midja u teknoloġiji ġodda;

25.  Jiddeplora l-marġni limitat disponibbli fis-subintestatura 1a, li jagħti x'wieħed jifhem li se jkun impossibbli li jiġu ffinanzjati prijoritajiet ġodda permezz ta' rilokazzjoni mingħajr ma jiddgħajfu serjament programmi importanti eżistenti, u għaldaqstant jirrakkomanda finanzjament ulterjuri jekk għandhom jiġu stabbiliti prijoritajiet ġodda;

26.  Jemmen li, minħabba l-marġni limitat disponibbli fl-intestatura 1a, l-implimentazzjoni xierqa u l-evalwazzjoni ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji li għaddejjin bħalissa għandhom ikunu prijorità, iżda l-introduzzjoni ta' proġetti pilota ġodda u ta' azzjonijiet preparatorji ġodda għandhom ovvjament jibqgħu possibbli;

27.  Iqis l-Att dwar in-Negozji Żgħar li huwa ppjanat bħala strateġija importanti għall-appoġġ ta' l-SMEs; qed jistenna bil-ħerqa proposti preċiżi għall-iffinanzjar ta' din l-għodda strateġika ġdida; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu użu ikbar għal din ir-raġuni wkoll tar-riżorsi disponibbli permezz tal-Fondi Strutturali f'dan il-kuntest; jinnota li, ladarba l-SMEs huma partikolarment milquta minn arretrati, l-Unjoni Ewropea trid tevita l-arretrati billi ssib skema ta' moniterjar effiċjenti u trasparenti biex jiġi żgurat li l-pagamenti jsiru f'perjodu speċifikat;

Dwar is-subintestatura 1b

28.  Jinnota li l-impenji tal-PDB għall-Koeżjoni għat-Tkabbir u l-Impjiegi żdiedu bi 2.5% għal total ta' EUR 48 413,9 miljun, li jħallu biss marġni ta' EUR 14-il miljun għall-għajnuna teknika; jinnota li ż-żieda ġenerali ta' 2.5% hija riżultat taż-żieda sostanzjali fil-Fond ta' Koeżjoni (+14% meta mqabbel ma' l-2008) filwaqt li l-approprjazzjonijiet għall-Fondi Strutturali baqgħu fl-istess livell;

29.  Jiddeplora t-tnaqqis qawwi fil-pagamenti li, meta mqabbla ma' l-2008, naqqsu bi 13.9% għal EUR 34 914,1 miljun; ma jinsabx konvint, b'mod partikulari, bir-raġunijiet għar-reviżjoni 'l isfel tat-tbassiriet tal-livell ta' pagamenti, jiġifieri, -30% għall-objettiv ta' konverġenza ta' l-ERDF, -13% għall-objettiv tal-kompetittività reġjonali u impjieg, -85% għall-objettiv ta' koperazzjoni territorjali ta' l-ERDF u -50% fil-Fond ta' Koeżjoni għall-programmi l-ġodda 2007-2013;

30.  Huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tindika jekk dan it-tnaqqis qawwi huwa riżultat dirett, jew indirett, tal-Pjan ta' Azzjoni maħsub sabiex isaħħaħ il-kontroll u t-tmexxija maqsuma ta' azzjonijiet strutturali, speċjalment peress li jista' jfisser nuqqas ta' kontrolli inizjali fl-Istati Membri;

31.  Għandu l-ħsieb li jiżgura li r-riżorsi meħtieġa għall-politiki ta' koeżjoni jibqgħu ggarantiti sabiex ikunu jistgħu jiġu ffaċċjati l-isfidi attwali u tal-ġejjieni għall-prinċipju tas-solidarjetà fl-Unjoni Ewropea;

Dwar l-intestatura 2

32.  Jinnota li l-impenji għall-PDB għall-Preservazzjoni u l-Immaniġġjar tar-Riżorsi Naturali ġew stipulati għal EUR 57 525,7 miljun, li hija żieda ta' 3.5% meta mqabbla ma' l-2008, li tħalli marġni ta' EUR 2 113,3 miljun; il-pagamenti jiżdiedu b"3.0% sa EUR 54,834.9 miljun; il-parti ta' l-intestatura 2 maħsuba għall-ispiża relatata mas-suq u ma' l-għajnuniet diretti hija ta' EUR 42 860,3 miljun f'impenji u EUR 42 814,2 miljun f'pagamenti;

33.  Jenfasizza li, minkejja l-miżuri ambjentali tal-programm għall-Iżvilupp Rurali u l-istandards ambjentali li fuqhom hi msejsa s-sistema ta' kundizzjonalità għall-pagamenti diretti, 0.5% biss ta' l-approprjazzjonijiet skond l-intestatura 2a jintużaw għall-prijoritajiet ambjentali, filwaqt li l-maġġoranza kbira tal-fondi huma allokati għall-għajnuniet diretti u man-nefqa relatata mas-suq;

34.  Jilqa' b'sodisfazzjon iż-żieda ta' EUR 20,9 miljun għal-LIFE+, iżda jinnota b'ċertu dispjaċir li parti biss minn din iż-żieda hija għal attività intensifikata fil-qasam tal-bidla fil-klima; iqis li l-prijorità baġitarja orizzontali tal-ġlieda kontra l-bidla fil-klima mhix riflessa kif xieraq f'dawn il-figuri;

35.  Ifakkar li l-ewwel objettiv tal-Politika Agrikola Komuni hu li tiggarantixxi l-istabilizzazzjoni tas-suq, is-sigurtà tal-forniment tal-provvisti u ta' prezzijiet raġonevoli għall-konsumaturi; jitlob, għaldaqstant, lill-Kummissjoni biex fil-baġit tagħha għall-2009 tipprevedi l-mezzi neċessarji biex tissodisfa l-bżonnijiet ġodda li jirriżultaw mill-kriżi attwali ta" l-ikel, b'mod partikulari billi tiffaċilita l-aċċess għall-prodotti ta" l-ikel għall-popolazzjonijiet l-aktar imċaħħdin li huma l-aktar affettwati minn din il-kriżi;

36.  Jilqa' t-tendenza ġenerali 'l isfel fir-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli bħala riżultat tal-kundizzjonijiet favorevoli tas-suq u ta' l-iffrankar li dawn iġibu magħhom;

37.  Jinnota li l-impenji tal-PDB għall-iżvilupp rurali jibqgħu kważi stabbli b'EUR 13 401 miljun (inkluża l-modulazzjoni) f'impenji u EUR 10 926 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagamenti, li huwa tnaqqis ta' 4% meta mqabbel ma' l-2008;

38.  Iqis dawn il-figuri bħala elementi indikattivi fil-qafas tal-"Kontroll tas-Saħħa tal-PAK" ippreżentat mill-Kummissjoni fl-20 ta' Mejju 2008;

39.  Jiġbed l-attenzjoni għad-diffikultajiet kbar ta' l-implimentazzjoni tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-iżvilupp Rurali (EAFRD); jiddispjaċih li EUR 2,830 miljun ta' approprjazzjonijiet baqgħu ma ntefqux fl-2007, li EUR 1,361 miljun ġew trasferiti għas-sena 2008, u li EUR 1,469 miljun ġew riprogrammati għas-snin 2008-2013 taħt il-Punt 48 tal-Ftehima Interistituzzjonali (IIA); juri t-tħassib tiegħu dwar ir-riprogrammar ta' ammonti kbar bħal dawn li se jwassal għal dewmien sinifikanti għad-disponibilità ta' fondi fir-reġjuni rurali;

Dwar is-subintestatura 3a

40.  Jinnota li l-impenji tal-PDB għal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja jiżdiedu bi 15% għal EUR 839,1 miljun, li jirriżultaw f'marġni ta' EUR 32,9 miljun; il-pagamenti jiżdiedu b"11.7% sa EUR 596.7 miljun;

41.  Jirrimarka li din iż-żieda konsiderevoli mqabbla ma' l-2008 hija l-aktar riżultat taż-ż-żieda sostanzjali fil-kapitoli "Solidarjetà - Fruntieri esterni, politika dwar viżi u l-moviment ħieles tal-persuni" (+ EUR 44,4 miljun jew + 15.6%), "Flussi migratorji - Politiki komuni dwar l-immigrazzjoni u l-ażil" (+ EUR 43,3 miljun jew + 18,9%) u "Is-sigurtà u s-salvagwardja tal-libertajiet" (+ EUR 20,8 miljun jew + 27,1%);

42.  Jieħu nota taż-żieda ta' 36.3% f'approprjazzjonijiet ta' impenji fil-programm speċifiku "Prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontriha" u se jeżamina r-raġunijiet għaliha;

43.  Huwa mħasseb dwar il-finanzjament baxx għall-attività "Drittijiet fundamentali u ġustizzja" li se tiżdied biss b'0.2% f'impenji u fil-fatt se tonqos b'10% f'pagamenti meta mqabbla mal-baġit 2008;

44.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-PDB żżomm iż-żieda ta' l-approprjazzjonijiet ivvutati fl-2008 għall-Aġenzija għall-Immaniġġjar tal-Koperazzjoni Operazzjonali fuq il-Konfini Esterni (FRONTEX), iżda jinnota b'ċertu tħassib l-ibbilanċjar mill-ġdid tas-sussidju billi jiġu mċaqalqa EUR 5,7 miljun mill-ispiża operattiva għall-ispiża amministrattiva; jitlob li jkun hemm żieda fl-approprjazzjonijiet għall-FRONTEX għall-2009 sabiex tkun tista' żżomm l-impenji ta' missjonijiet permanenti mingħajr interruzzjonijiet, b'mod partikulari fuq il-fruntieri fin-Nofsinhar ta' l-Unjoni (Hera, Nautilus u Poseidon);

45.  Jenfasizza li l-patt Ewropew dwar il-politika għall-immigrazzjoni għandu jinkludi kwistjonijiet li jirrigwardaw l-immigrazzjoni illegali, l-immaniġġjar tal-migrazzjoni legali, l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u tisħiħ tal-protezzjoni tal-fruntieri, filwaqt li tingħata kunsiderazzjoni sħiħa għall-prinċipju tas-solidarjetà u għall-ogħla livell ta' protezzjoni tad-drittijiet fundamentali;

Dwar is-subintestatura 3b

46.  Jinnota li l-impenji tal-PDB għaċ-Ċittadinanza jammontaw għal EUR 628,7 miljun li hija żieda ta' 1.0% jekk l-approprjazzjonijiet għall-2008 jitqiesu netti mill-approprjazzjonijiet tal-Fond ta' Solidarjetà u tal-Faċilità ta' Tranżizzjoni għall-Bulgarija u r-Rumanija; il-marġni li jifdal huwa ta' EUR 22 miljun, il-pagamenti jiżdiedu b"0.7% għal EUR 669 miljun;

47.  Jiddispjaċih li l-marġni żgħir ta' EUR 22 miljun li jifdal taħt is-subintestatura jħalli spazju ferm limitat għal manuvrar ta' proġetti pilota u għall-azzjonijiet ta' tħejjija;

48.  Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li tiżdied l-effiċjenza u t-titjieb il-koordinazzjoni fl-interventi ta' protezzjoni ċivili ta' l-Unjoni, inter alia bl-iżvilupp ta' metidoloġiji komuni għall-protezzjoni ċivili bejn l-Istati Membri, l-iżvilupp ta' sistemi ta' twissija minn kmieni u ta' prevenzjoni, u titjib fil-faċilitàjiet tat-trasport ta' assistenza ta' protezzjoni ċivili sabiex ikun hemm preparazzjoni aħjar għall-protezzjoni taċ-ċittadini Ewropej;

49.  Jiddeplora l-fatt li ż-żieda proposta mill-Kummissjoni taħt din is-subintestatura, li tkopri politiki importanti b'impatt dirett fuq il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini Ewropej, hija ferm aktar baxxa miż-żieda medja ta' l-approprjazzjonijiet ta' impenji ta' 3.1%; jiddispjaċih, b'mod partikulari, li speċjalment dawk l-attivitajiet importanti għal 'Ewropa għaċ-ċittadin' irċevew iż-żieda l-aktar baxxa, jew saħansitra sofrew tnaqqis meta mqabbla ma' l-2008;

50.  Juri t-tħassib tiegħu dwar it-tnaqqis propost mill-Kummissjoni għal numru ta' linji baġitarji li taħthom l-attivitajiet ta' komunikazzjoni huma ffinanzjati, partikularment fil-kuntest tal-ħidmiet u ta' l-isfidi l-ġodda f'dan il-qasam li jridu jiġu ffaċċjati fl-2009 bħalma huma l-elezzjonijiet Ewropej jew il-possibilità tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona;

51.  Iqis li l-aspett ta' qofol tal-politika ta' komunikazzjoni u ta' informazzjoni huwa li ċ-ċittadini ta' l-UE jiġu mgħarrfa dwar l-azzjonijiet u l-programmi mwettqa mill-UE u t-titjib iġġenerat matul l-aħħar snin;

52.  Ifakkar li l-istituzzjonijiet kollha għandhom id-dritt li jimplimentaw il-politika tal-komunikazzjoni bħala parti mill-awtonomija istituzzjonali tagħhom, kif stabbilit mill-Artikolu 49 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Gunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej(4) (ir-Regolament Finanzjarju), fil-limiti ta" qafas komuni u b'ċerta grad ta" armonizzazzjoni fil-preżentazzjoni li għandha tippermetti l-iżvilupp ta" "trade mark ta' l-UE" li tintagħraf biex tintuża fil-miżuri tal-kommunikazzjoni kollha;

53.  Jagħraf il-ħtieġa ta" koordinazzjoni tal-politiki ta" komunikazzjoni differenti implimentati mill-istituzzjonijiet fi ħdan il-Grupp Interistituzzjonali dwar l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni; ifakkar li l-komunikazzjoni ilha prijorità importanti tal-Parlament; iqis li l-irwol ewlieni tal-Parlament f'dan il-proċess huwa vitali u jiggarantixxi l-kontinwità u l-effiċjenza tal-politika, b'mod partikulari fil-kuntest ta" l-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin; rigward dan jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li informazzjoni pprovduta liċ-ċittadini dwar id-drittijiet tagħhom li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-liġi ta' l-UE għandha titjib;

Dwar l-intestatura 4

54.  Jinnota li l-impenji għall-UE bħala Attur Globali jiżdiedu b"1.8% sa EUR 7 440,4 miljun b'marġini ta" EUR 243,6 miljun disponibbli; il-pagamenti jonqsu b"6.6% sa EUR 7 579,5 miljun;

55.  Josserva li din iż-żieda ta" 1.8% hija taħt iż-żieda ġenerali medja ta' 3.1% għall-baġit ġenerali ta' l-UE; iqis li dan huwa sinjal ta" tħassib ħafna peress li l-intestatura 4 hija tradizzjonalment waħda mill-oqsma li l-iktar ikunu diffiċli fil-baġit ta" l-Unjoni;

56.  Huwa mħasseb ħafna minħabba n-nuqqas ta" finanzjament fl-intestatura 4 u jikkundanna bil-qawwi l-approċċ vag ta" l-ibbaġittjar li għażlet il-Kummissjoni li ma jqis xejn il-ħtiġijiet realistiċi mistennija f'dan il-qasam; jinnota li, bħala konsegwenza, il-marġini kurrenti ta" EUR 243,6 miljun tidher figura arbitrarja mhux ħażin; jemmen li din il-problema tista" tiġi ttrattata biss permezz ta" reviżjoni komprensiva ta" l-MFF, li għandha twassal għal żidiet fil-limitu massimu ta" l-Intestatura 4 għall-perjodu 2009-2013;

57.  Jiġbed l-attenzjoni li, qabel il-preżentazzjoni tal-PBD, il-Parlament kien talab fir-riżoluzzjoni tiegħu ta" l-24 ta" April 2008 msemmija qabel stampa realistika tal-ħtiġijiet baġitarji kollha, speċjalment fl-intestatura 4 ta" l-MFF; ma jqisx li l-PDB, f'din l-intestatura, isegwi l-prinċipju ta' l-immaniġġjar finanzjarju sod;

58.  Għalhekk jinnota bi tħassib li l-Kummissjoni diġà qalet, f'dan l-istadju bikri tal-proċedura baġitarja, li huwa ċar li approprjazzjonijiet għall-Kosovo, għal-Lvant Nofsani, għall-għajnuna fl-ikel u għall-assistenza makro-finanzjarja ma jkunux biżżejjed biex jissodisfaw l-impenji eżistenti ta" l-UE madwar id-dinja, aħseb u ara l-bżonnijiet supplementari mistennija: il-PDB jipproponi, pereżempju, EUR 161 miljun f'impenji u EUR 100 miljun f'pagamenti għall-assistenza lill-Palestina u lill-proċess ta" Paċi, għalkemm l-ammonti vvutati għall-Baġit ta" l-2008 kienu EUR 300 miljun u EUR 200 miljun, rispettivament; u wara għadd ta' trasferimenti, l-approprjazzjonijiet ta' ħlas sal-lum laħqu EUR 350 miljun; fir-rigward tal-Kosovo, l-approprjazzjonijiet għall-missjoni EULEX waqgħu b"15.7% taħt il-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni (PBSK); iqis li dan mhux aċċettabbli u jitlob li jkun hemm approċċ ġdid għan-nefqa għall-Palestina u l-Kosovo; jemmen li minħabba d-deċiżjoni li jiżdied bil-kbir in-numru oriġinali ta' esperti li jaħdmu fil-Missjoni Tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPOL) fl-Afghanistan, nuqqasijiet finanzjarji diġà jistgħu jiġu antiċipati minn issa;

59.  Jerġa' jafferma l-appoġġ tiegħu għall-implimentazzjoni ta' Politika Ewropea għall-Viċinanzi li tkun approfondita u differenzjata; jenfasizza l-bżonn li l-Istrument Ewropew ta' Viċinanza u Sħubija (ENPI) jkun ipprovdut b'pakkett finanzjarju adegwat li jirrifletti l-impenn ta' l-UE fir-rigward tal-ġirien tagħha fil-Lvant ta' l-Ewropa u fin-Nofsinhar; jinnota ż-żieda żgħira fl-approprjazzjonijiet previsti għall-2009, u jenfasizza li l-inizjattiva riċenti "Il-Proċess ta' Berċellona: Unjoni għall-Mediterran" la għandha tfixkel l-isforzi biex jiġu stabbilit bilanċ bejn approprjazzjonijiet ta' impenji għal ġirien ta' Lvant u tan-Nofsinhar ta' l-Ewropa u lanqas m'għandha fl-ebda każ iżżid it-tensjonijiet baġitarji fl-ENPI

60.  Jiddeplora l-fatt li la soluzzjonijiet baġitarji u lanqas indikazzjonijiet għal dawn is-soluzzjonijiet ma ġew ippreżentati fl-iffinanzjar ta" dawn il-ħtiġijiet ulterjuri; għal darb'oħra jitlob b'urġenza għal kjarifika dwar il-ħtiġijiet totali fl-intestatura 4, inkluż il-kapitlu dwar is-CFSP;

61.  Jirrepeti l-konvinzjoni tiegħu li la l-Istrument ta' Flessibbiltà u lanqas ir-Riserva għall-Għajnuna ta" Emerġenza (EUR 244 miljun) ma għandhom ikunu żvijati jew użati ħażin sabiex jiffinanzjaw politiki u attivitajiet ta" l-UE li jkunu ilhom ippjanati, u huwa deċiż bis-saħħa, waqt il-proċedura baġitarja, li jiddefendi din il-linja;

62.  Jiġbed l-attenzjoni bi tħassib għall-kriżi dinjija ta' l-ikel li qed tikber u għall-effetti tal-bidla fil-klima u jenfasizza l-ħtieġa li l-UE tkun tista' tirrispetta l-impenji tagħha rigward il-provista ta' għajnuna ta' ikel u biex tirreaġixxi għad-diżastri f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw; Jinnota b'inkwiet serju li, fil-PDB 2009, l-għajnuna fl-ikel hija allokata biss żieda ta' EUR 6.8 miljun imqabbla ma" l-2008 (+3%) u li, digà fl-aħħar ta' April 2008, il-Kummissjoni talbet trasferiment ta' EUR 60 miljun biex tkopri spejjeż żejda fl-għajnuna fl-ikel fl-2008 (żieda ta' 26,88% f'approprjazzjonijiet ta' impenji); jitlob li jiġu pprovduti risorsi addizzjonali għal dan l-iskop fl-2009 bil-mezzi fiskali kollha disponibbli;

63.  Jilqa' b'sodisfazzjon iż-żieda fl-approprjazzjonijiet previsti għall-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent fil-komponent tal-bini ta' l-istituzzjonijiet ta' l-IPA, u b'mod partikolari l-ħsieb tal-Kummissjoni li żżid l-għoti ta' boroż ta' studju addizzjonali u li żżid il-finanzjament għad-djalogu fis-soċjetà ċivili; jitlob lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-Aġenda Soċjali għall-Balkani;

64.  Jenfasizza li l-fondi l-ġodda ta' l-Aid for Trade għandhom ikunu addizzjonali ma' l-għajnuna attwali għall-iżvilupp u li kull wegħda ġdida ta' l-Aid for Trade m'għandhiex twassal biex jintmessu xi riżorsi diġà destinati għal inizjattivi oħrajn ta' żvilupp, jtenni t-talba tal-Kummissjoni li tiġi pprovduta informazzjoni dwar l-oriġini ta' EUR 1 000 miljun mwiegħda;

65.  Jilqa' l-inizjattivi tal-Kummissjoni biex tniedi Alleanza Globali għall-Bidla fil-Klima u Fond Globali għall-Effiċjenza fl-Enerġija u l-Enerġija li Tiġġedded bħala passi importanti biex il-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikun appoġġjati fl-addattament għall-bidla fil-klima u t-tnaqqis tal-bidla fil-klima; madankollu jenfasizza li l-fondi allokati s'issa mhumiex xierqa; jappella sabiex ikun hemm iffinanzjar immedjat għal dawn l-inizjattivi fil-baġit ta' l-2009, barra mill-impenji maħsuba għall-iżivlupp; barra minn hekk, jenfasizza l-importanza li dawn l-inizjattivi jissaħħu billi jiġu assigurati aktar fondi fit-tul;

66.  Jinnota li l-Fond ta" Garanzija għas-self huwa inkluż fil-PDB 2009 b'ammont ta" EUR 92.46 miljun għall-kuntrarju ta" l-ipproggrammar finanzjarju oriġinali previst ta" EUR 200 miljun għall-proviżjoni tiegħu; jiġbed l-attenzjoni li parti importanti tal-marġini disponibbli fil-PDB ta" l-2009, i.e. EUR 107.54 miljun ta" EUR 243.6 miljun, huwa artifiċjali sakemm huwa r-riżultat ta" din il-manuvra; jenfasizza bi tħassib qawwi li huwa probabbli ħafna li dan l-"iffrankar" fl-ibbaġittjar tal-Fond ta" Garanzija fl-2009 jkun irid jiġi kkumpensat minn infiq ogħla fis-snin ta" wara, u b'hekk jibqgħu marġini dejjem iżgħar minn dawk programmati issa fl-intestatura 4.

67.  Jirrimarka li, ladarba l-organizzazzjoni istituzzjonali li tikkonċerna lir-Rappreżentant Għoli, il-President tal-Kunsill Ewropew u s-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna (EEAS) għadha mhix iddeterminata, l-approprjazzjonijiet baġitarji meħtieġa għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni gradwalment, hekk kif l-iskop u l-irwol ta' l-istruttura organizzattiva l-ġdida jkunu aktar ċari, Jenfasizza li la l-bidliet istituzzjonali u lanqas id-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar is-CSDP m'għandhom ikomplu jżidu l-pressjoni fuq il-livell attwali ta' l-approprjazzjonijiet ta' impenji taħt it-Titolu IV;

68.  Jenfasizza l-importanza politika ta' proġetti pilota u ta' azzjonijiet preparatorji adottati mill-awtorità baġitarja skond l-Intestatura 4; jitlob li dawn jiġu implimentati fiż-żmien meħtieġ u b'mod proattiv mill-Kummissjoni bl-użu sħiħ ta' l-impenji allokati;

Dwar l-intestatura 5

69.  Jinnota li n-Nefqa Amministrattiva globali proposta tiżdied b'5% meta mqabbla ma" l-2008 u issa tammonta għal total ta" EUR 7 647.9 miljun, meta mqabbla ma" EUR 7 281.5 miljun għall-2008, u li marġini iżgħar ħafna biss ta" EUR 129.1 miljun (li jikkorrispondi għal madwar 1.7% tal-volum ta" l-ispejjeż) tħallew taħt il-limitu tal-qafas finanzjarju;

70.  Filwaqt li jilqa" b'sodisfazzjon il-fatt li l-postijiet il-ġodda mitluba mill-Kummissjoni jikkonċernaw biss il-kwota finali mħabbra qabel ta" 250 għall-"UE-2", jinnota li ż-żieda proposta fin-nefqa amministrattiv għadha aktar għolja minn dik tal-medja tal-baġit kollu kemm hu; rikonoxxi li dan jista" jkun marbut l-aktar ma" l-indiċi ta" l-ispejjeż ta" salarji u ta" pensjonijiet, u sa ċertu punt mal-politika dwar il-bini, jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li jistgħu jkunu meħtieġa modifiki oħrajn tul is-sena finanzjarja 2009 jekk jidħol fis-seħħ it-Trattat ta' Lisbona; rigward dan, jimpenja ruħu li jeżamina bir-reqqa n-nefqa amministrattiva fil-kuntest interistituzzjonali sabiex jinvestiga l-bżonnijiet ta' l-istituzzjonijiet għall-2009 u lilhinn;

71.  Iqis li, minkejja ż-żieda fl-informazzjoni li titwassal, u l-konklużjonijiet preliminari tal-Kummissjoni li l-aġenziji eżekuttivi jtejbu l-kwalità tal-programmi ta" l-UE, diversi konsegwenzi finanzjarji/amministrattivi fl-intestatura 5 għad għandhom bżonn aktar kjarifika; pereżempju huwa mistagħġeb li l-ħolqien futur ta" l-ekwivalenti ta" 947 post ġdid fiż-żewġ aġenziji ta" riċerka (kif iddikkjarat fis-segwitu ta" l-ispezzjoni) iwassal biss għal-liberazzjoni ta" 117 post fid-dipartimenti tal-Kummissjoni fl-istess perjodu;

72.  Huwa mħasseb dwar il-fatt li, b'mod ġenerali, ix-xejriet ta" l-għoti ta" kuntratti "l barra mill-Kummissjoni, flimkien ma" l-aħħar bidliet fir-Regolamenti tal-Persunal, wasslu għal sitwazzjoni fejn numru li kull ma jmur qed jikber tal-persunal impjegat mill-UE la hu viżibbli fil-pjanijiet ta' stabbiliment ta' l-istituzzjonijiet kif adottati mill-awtorità baġitarja, u lanqas imħallsa skond l-intestatura 5 ta' l-MFF; jiddispjaċih ħafna ta" din in-nuqqas ta" trasparenza li tikkonċerna wkoll l-impjieg ta" esperti nazzjonali; jitlob għal diskussjoni pubblika u komprensiva fost il-partijiet interessati kollha dwar il-futur tal-governanza Ewropea;

73.  Jilqa" b'sodisfazzjon is-segwitu tar-rapport ta" spezzjoni tal-persunal ta" l-2007 li waslet reċentement bħala risposta għall-emendi baġitarji tiegħu fil-baġit ta" l-2008; għandu l-intenzjoni li janalizza dan id-dokument bir-reqqa bl-għan li jinħarġu konklużjonijiet baġitarji għall-2009;

74.  Isaqsi lill-Kummissjoni liem miżuri qed jittieħdu biex jintlaħaq l-għan li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi fl-UE b"25% sa l-2012, u biex tara jekk il-prinċipju taċ-ċentri li jservu għal kollox ("the principle of the one-stop-shop") jistax jintlaħaq fil-ġejjieni sabiex titnaqqas il-burokrazija;

75.  Għandu l-intenzjoni li jeżamina l-approprjazzjonijiet amministrattivi u t-talbiet għall-persunal ta' l-istituzzjonijiet l-oħra bl-għan li jiżdied il-qligħ fl-effiċjenza, inkluż l-istazzjonar mill-ġdid tal-persunal skond prijoritajiet identifikati fejn possibbli; jinnota li ż-żieda tal-medja proposta għall-istituzzjonijiet l-oħra tammonta għal 4.8%, li jogħla minn EUR 2 673.8 miljun għal EUR 2 803.2 miljun, kemm kemm taħt ir-rata taż-żieda proposta għall-Kummissjoni;

Dwar l-intestatura 6

76.  Jinnota li, fl-2009, l-aħħar sena ta" kumpens baġitarju għall-Bulgarija u għar-Rumanija, l-impenji u l-ħlasijiet huma stabbiliti għal EUR 209,1 miljun, li jirrappreżentaw żieda ta' 1.2% meta mqabbla ma' l-2008; dan iħalli marġini żgħir ta" EUR 0.9 miljun;

Dwar Proġetti Pilota u Azzjonijiet Preparatorji

77.  Jiddispjaċih li, bħala prinċipju ġenerali, il-PDB tal-Kummissjoni ma jinkludi l-ebda impenn għall-proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji, u għalhekk dawn iridu jkunu ffinanzjati mill-marġini ta' l-intestaturi rilevanti ta" l-MFF; jesprimi l-istagħġib tiegħu li hemm xi ftit eċċezzjonijiet għal din ir-regola ġenerali minħabba li hemm numru żgħir ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji, li l-Kummissjoni tidher interessata fihom, li diġà huma maħsuba fil-PDB b'approprjazzjonijiet ta' impenn;

78.  Ifakkar fl-obbligu tal-Kummissjoni, sond il-Punt 46a tal-IIA, biex tipprovdi, għall-azzjonijiet annwali, stimi pluriennali u l-marġini li tħallew taħt il-limiti awtorizzati;

79.  Jenfasizza li l-IIA tippermetti ammont totali għall-proġetti pilota sa EUR 40 miljun fi kwalunkwe sena baġitarja u ta" ammont totali ta" azzjonijiet preparatorji sa EUR 100 miljun li minnhom EUR 50 miljun jistgħu jkunu allokati għal azzjonijiet preparatorji ġodda;

80.  Jikkonferma d-determinazzjoni tiegħu, kif diġà stipulat fir-riżoluzzjoni msemmija qabel ta" l-24 ta" April 2008, li juża l-ammonti annwali kollha li jkunu provduti għall-proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji fil-IIA jekk in-numru u l-volum ta" dawn il-proġetti u azzjonijiet proposti jeħtieġu dan, minħabba li jikkunsidrahom għodda indispensabbli għall-Parlament li titwitta t-triq għal-politiki ġodda li huma fl-interess taċ-ċittadini Ewropej;

81.  Ifakkar li, għas-sena baġitarja 2008, il-Parlament adotta proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji għall-ammont ta" EUR 107.32 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn; is-subintestatura 1a kienet tkopri proġetti u azzjonijiet li jammontaw għal EUR 38 miljun, l-intestatura 2 għal EUR 25,15 miljun, is-subintestatura 3a għal EUR 3 miljun, is-sub-intestatura 3b għal EUR 9,5 miljun u l-intestatura 4 għal EUR 31,67 miljun;

82.  Jenfasizza li, kieku l-Parlament kellu jiddeċiedi favur livell simili ta' ffinanzjar għall-proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji fl-2009, kważi nofs il-marġini disponibbli fl-intestaturi 1a u 3b diġà jkunu ntużaw, għalkemm il-livell ta' nfiq ta' l-2008 fuq proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji lanqas biss laħqu l-ammonti massimi mogħtija mill-IIA;

83.  Jiddikkjara r-rieda tiegħu li jissottometti l-ewwel lista provviżorja ta" l-intenzjonijiet tiegħu lill-Kummissjoni qabel il-btajjel tas-sajf fir-rigward ta" proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji għall-proċedura tal-baġit ta" l-2009, bi qbil ma" l-Anness II, Taqsima D, tal-IIA, sabiex ikun faċilitat l-istabbiliment ta' pakkett finali bbilanċjat u koerenti; jiġbed l-attenzjoni li din il-lista ma tipprekludix il-preżentazzjoni ta" kwalunkwe proposta jew emenda oħra dwar proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji minn Membri tal-Parlament Ewropew individwali, kumitati speċjalizzati u gruppi politiċi fl-Ewwel Qari fil-ħarifa; jinsisti li, għal dan l-eżerċizzju, l-intestaturi u s-subintestaturi kollha tal-baġit għandhom ikollhom marġini suffiċjenti disponibbli;

84.  Jixtieq li flimkien mal-Kummissjoni u mal-Kunsill jara kif l-appell tiegħu għal rappreżentant Ewropew għad-drittijiet tan-nisa jingħata widen u jidħol fis-seħħ;

Dwar l-aġenziji

85.  Jinnota li l-allokazzjonijiet tal-PDB għall-aġenziji deċentralizzati jiżdiedu b"1.76% għal EUR 563.9 miljun f'impenji u jonqsu b'EUR 6 miljun f'pagamenti (-1%);

86.  Jiġbed l-attenzjoni li, minkejja din iż-żieda minima f'impenji jekk l-aġenziji kollha jitqiesu flimkien, is-subgrupp ta" l-aġenziji ta" l-intestatura 1a inqatgħu b"3.29% jew EUR 8,9 miljun meta mqabbel mal-baġit 2008, f'konformità mad-deċiżjoni meħuda mill-awtorità baġitarja fil-konċiljazzjoni ta" Novembru 2008 biex ikun implimentat tnaqqis lineari ta" EUR 50 miljun matul il-perjodu 2009 - 2013 sabiex ikun iffinanzjat Galileo;

87.  Jieħu nota tal-fatt li dan it-tnaqqis għall-aġenziji fl-intestatura 1a ma kienetx "lineari" kif ifformulata fil-konlużjonijiet tal-konċiljazzjoni; għandu l-intenzjoni li jevalwa fid-dettal il-grad u d-distribuzzjoni tat-tnaqqisiet baġitarji; itenni li huwa f'idejn l-awtorità baġitarja li tiddeċiedi dwar dawn il-proposti tal-Kummissjoni;

88.  Se jpoġġi enfasi partikulari fuq l-implimentazzjoni tal-baġit ta" l-aġenziji u se jeżamina bir-reqqa il-bilanċi favorevoli possibbli sabiex ikun assigurat li d-dħul assenjat jitqies fl-istabbiliment tal-baġits ta" l-aġenziji għall-2009;

89.  Jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni għadha ma ppreżentatx lill-awtorità baġitarja d-dettalji ta" kif hija tipproponi li tiffinanzja ż-żewġ aġenziji ġodda li bħalissa qed ikunu diskussi, li waħda minnhom hija diġà inkluża fil-PDB għall-2009 b'entrata p.m., u jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tindika biċ-ċar informazzjoni ulterjuri dwar din il-kwistjoni malajr kemm jista" jkun; wasal għall-konklużjoni li, fis-sitwazzjoni tal-marġini kurrenti, għall-finanzjament ta" entitajiet ġodda, li jwettqu parzjalment ħidmiet amministrattivi, għandhom ikunu eżaminati l-possibilitajiet kollha mogħtija mill-IIA; ifakkar li hemm bżonn ta" ftehim minn qabel ta" l-awtorità baġitarja dwar l-iffinanzjar ta" kwalunkwe aġenzija ġdida li jkun b'konformità mal-Punt 47 ta" l-IIA;

90.  Jenfasizza darb'oħra li l-livelli ta" finanzjament ta" l-aġenziji deċentralizzati kurrenti u futuri jaffettwaw direttament il-marġini disponibbli taħt l-intestaturi ta" l-MFF; jinnota li l-IIA tobbliga lill-Kummissjoni sabiex tivvaluta l-implikazzjonijiet baġitarji għall-intestatura ta" l-infiq ikkonċernat meta tkun qed tfassal proposta għall-ħolqien ta" aġenzija deċentralizzata ġdida; tipprova tiżgura li l-iffunzjonar ta" l-aġenziji deċentralizzati tagħti valur miżjud u tkattar l-interessi taċ-ċittadini ta" l-UE;

91.  Jilqa" b'sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li jkun stimulat djalogu interistituzzjonali dwar l-irwol ta" l-entitajiet kollha ddefiniti skond l-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju u l-post tagħhom fit-tmexxija Ewropea; itenni l-importanza li tkun żgurata fuq bażi sistematika, fuq livell interistituzzjonali, l-applikazzjoni tal-proċedura stipulata fil-Punt 47 tal-IIA;

Dwar l-aġenziji eżekuttivi u xejriet oħrajn ta" l-għoti ta" kuntratti "l barra

92.  Jinnota li kwalunkwe espansjoni ulterjuri ta" aġenziji eżekuttivi u entitajiet simili ad-hoc tkun iffinanzjata mill-pakkett finanzjarju rilevanti; jesprimi t-tħassib tiegħu, għalhekk, li kull espansjoni f'aġenziji eżekuttivi u entitajiet oħra se tnaqqas il-fondi għall-operat disponibbli fil-pakketti tal-programm u ċċaqlaq l-ħidmiet amministrattivi mill-intestatura 5 ta" l-MFF sabiex ikunu ffinanzjati skond l-intestaturi ta" l-operat;

93.  Hu mħasseb li l-ħolqien ta" aġenziji eżekuttivi u entitajiet oħra ad hoc jista" jwassal għal żieda mhux trasparenti fin-numru ta" uffiċjali ta" l-UE u ta" persunal kuntrattwali, b'mod speċjali jekk ma jitnaqqsux l-postijiet fid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni u/jew stazzjonati mill-ġdid kif xieraq; iħeġġeġ li jitħarsu l-Arranġamenti tax-Xogħol għat-Twaqqif ta" Aġenziji Eżekuttivi (Kodiċi ta" Kondotta rivedut), b'mod partikulari fir-rigward ta" l-iskrutinju parlamentari ta" l-iffinanzjar u l-provvediment tal-persunal għall-aġenziji;

Konklużjonijiet u mandat għall-Konċiljazzjoni

94.  Iqis il-punti li ġejjin huma ta" interess speċifiku għall-konċiljazzjoni tal-baġit li għandu jsir f'Lulju 2008:

   - livell adegwat ta" pagamenti;
   - konformità mal-prinċipju ta" bbaġitjar finanzjarju sod, b'mod partikulari fir-rigward ta" stampa realistika tal-ħtiġijiet fl-intestatura 4;
   - impenn mill-Kummissjoni sabiex tissotometti, f'dak li għandu x'jaqsam mal-Fond ta" Solidarjetà ta" l-UE u mal-Fond Ewropew ta" l-Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, il-baġits ta" emenda li għandhom il-mobilizzazzjoni ta' dawn il-fondi bħala l-uniku għan tagħhom, sabiex ikun evitat kwalunkwe dewmien fil-forniment ta' għajnuna finanzjarja;
   - risposta xierqa għall-ħtiġijiet ta" l-għajnuna fl-ikel u tas-sigurtà ta" l-ikel;
   - l-għoti ta' informazzjoni kwantifikata mill-Kunsill dwar l-implikazzjonijiet tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew imsemmi hawn fuq, skond id-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament Finanzjarju, b'mod partikulari fl-Artikolu 28 tiegħu; huwa lest biex jidħol f'neguzjati, inkluż li jsir rikors għall-mezzi kollha li jipprovdi l-IIA;
   - is-sitwazzjoni attwali ta' l-implimentazzjoni tal-Punt 44 tal-IIA u tal-punt 5(N) tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni lejn Qafas ta' Kontroll Intern Integrat (COM(2006)0009);
   - riżorsi suffiċjenti għal Ewropa taċ-ċittadini;
   - l-intenzjonijiet provviżorji ta" l-awtorità baġitarja fir-rigward ta" proġetti pilota u ta" azzjonijiet preparatorji;
   - ċarezza tal-preżentazzjoni tal-baġit, b'mod speċjali fir-rigward ta" l-infiq amministrattiv u r-riżorsi umani inkluż l-għoti "l barra ta" kuntratti ta" ħidmiet;
   - dispożizzjoni baġitarja adegwata biex ikun permess rispons għall-prijoritajiet ta" l-UE "il-kompetittività għat-tkabbir u għall-impjiegi", "il-ġlieda kontra l-bidla fil-klima b'konformità mal-Pjan ta' Azzjoni ta' Bali u l-promozzjoni ta" Ewropa sostenibbli" u "sabiex il-Politika Komuni dwar l-Immigrazzjoni issir realtà";
   - impenn mill-Kunsill sabiex tittejjeb l-istrateġija ta' informazzjoni ta' l-UE b'mod professjonali u b'koperazzjoni mill-qrib mal-Parlament u mal-Kummissjoni;

95.  Jiddeplora bil-qawwi d-drawwa tal-Kunsill li jagħmel tnaqqis ġenerali fl-ewwel qari tiegħu tal-baġit ta' l-UE mingħajr ma jingħataw l-ebda raġunijiet preċiżi; jistieden lill-Kunsill biex meta jadotta l-Abbozz tal-Baġit jeżamina kull element tal-baġit filwaqt li juża l-kriterji ta' effiċjenza, ekonomija u l-valur miżjud Ewropew; jiġbed l-attenzjoni li l-istabbiliment tal-baġit ta" l-UE huwa att politiku fundamentali li hu aktar milli sempliċiment eżerċizju ta" kontabilità, u jistenna lill-Kunsill jagħmel arranġamenti għal djalogu politiku ġenwin mal-Parlament waqt din il-proċedura baġitarja;

o
o   o

96.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. Ftehima kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni 2008/371/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 128, 16.5.2008, p. 8).
(2) Testi Adottati, P6_TA(2008)0174.
(3) Testi Adottati, P6_TA(2008)0175.
(4) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).


L-impatt ambjentali tas-sistema tal-pajpijiet tal-gass ippjanata fil-Baħar Baltiku
PDF 346kWORD 111k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 dwar l-impatt ambjentali tas-sistema tal-pajpijiet tal-gass ippjanata fil-Baħar Baltiku biex tgħaqqad ir-Russja mal-Ġermanja (Petizzjonijiet 0614/2007u 0952/2006) ((2007/2118(INI))
P6_TA(2008)0336A6-0225/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Petizzjoni 0614/2007, imressqa minn Radvile Morkunaite, u b'aktar minn 20,000 firma, il-Petizzjoni 0952/2006 mressqa minn Krzysztof Mączkowski u l-petizzjonijiet l-oħra mressqa lilu dwar il-kwistjoni koperta f'din ir-riżoluzzjoni,

–   wara li kkunsidra t-Trattat ta" Liżbona ffirmat mill-Istati Membri kollha fit-13 ta" Diċembru 2007,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni rigward l-Istrateġija Tematika dwar il-Protezzjoni u l-Konservazzjoni ta' l-Ambjent ta' l-Ibħra (COM(2005)0504),

–   wara li kkunsidra s-Sitt Programm ta" Azzjoni għall-Ambjent tal-Komunità Ewropea(1),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE tat-3 ta' Marzu 1997 li temenda d-Direttiva 85/337/KEE dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent(2), u d-Direttivi tal-Kunsill 92/43/KEE(3) u 79/409/KEE(4), żewġ direttivi li jiffurmaw il-pakkett leġiżlattiv Natura 2000,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-14 ta' Novembru 2006 dwar Strateġija Tematika dwar il-Protezzjoni u l-Konservazzjoni ta' l-Ambjent tal-Baħar(5),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Novembru 2006 dwar Strateġija tal-Baħar Baltiku għad-Dimensjoni tat-Tramuntana(6),

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni ta' l-Ambjent tal-Baħar taz-Zona tal-Baħar Baltiku (Konvenzjoni ta' Ħelsinki),

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Ħelsinki (HELCOM), u b'mod partikulari r-Rakkomandazzjoni 17/3 tat-12 ta' Marzu 1996 li tiddeskrivi l-obbligu li wieħed jagħmel evalwazzjoni ta' l-impatt fuq l-ambjent u li jikkonsulta ma' stati li jistgħu jsofru l-impatt negattiv tal-proġett propost,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-Istima ta' l-Impatt fuq l-Ambjent f'Kuntest li Jaqsam il-Fruntieri tal-25 ta' Frar 1991 (Konvenzjoni ta' Espoo),

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali tal-25 ta' Ġunju 1998 (Konvenzjoni ta' Århus),

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS),

–   wara li kkunsidra l-prinċipju ta' prekawzjoni, li huwa inkluż mill-każistika tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fost il-prinċipji ġenerali ta' l-acquis communautaire u li huwa wieħed mill-aspetti ta' l-iżvilupp sostenibbli skond il-liġi ta'l-UE u dik internazzjonali,

–   wara li kkunsidra l-prinċipju ta' governanza tajba, li jikkostitwixxi wieħed mill-prinċipji ġenerali tal-liġita' l-UE,

–   wara li kkunsidra l-attivitajiet ta' l-Intergrupp ta' l-Ewropa tal-Baltiku tal-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposti li ħarġu mis-smigħ pubbliku tad-29 ta' Jannar 2008,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 li tistabbilixxi linji gwida għal networks ta' l-enerġija trans-Ewropej(7), li tirrikonoxxi in-Nord Stream bħala proġett ta' interess Ewropew ,

–   wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni għall-Baħar Baltiku adottat fil-laqgħa tal-Ministri ta' l-Ambjent ta' l-Istati Baltiċi li saret fi Krakovja fil-15 ta' Novembru 2007,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 10 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jimponi fuq l-Istati Membri dover ta' lealtà lejn il-Komunità Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 192(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0225/2008),

A.   billi l-Baħar Baltiku huwa baċin li miegħu għandhom fruntiera xejn inqas minn tmien Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, u li 80% mill-linja tal-kosta tiegħu huwa territorju ta' l-Unjoni Ewropea, billi l-OAO Gazprom hi s-sid tal-maġġoranza ta" l-ishma tan-Nord Stream,

B.   billi t-tħassib għall-ambjent tal-Baħar Baltiku huwa wieħed mill-aktar objettivi importanti tad-Dimensjoni tat-Tramuntana ta' l-Unjoni, kif ikkonfermat ripetutament mill-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament,

C.   billi s-setturi tal-biedja u ta" l-industrija ta" l-Istati Membri li jmissu mal-Baħar Baltiku, flimkien mar-Russja huma l-aktar pajjiżi li jniġġsuh u li joħolqu l-akbar problemi għall-bilanċ ekoloġiku tiegħu,

D.   billi l-Unjoni Ewropea hija impenjata b'mod partikolari fil-ħarsien ta' l-ambjent, inkluż il-ħarsien ta' l-ambjent tal-baħar,

E.   billi fil-proċedimenti quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni kkonfermat ripetutament il-ħarsien ta' l-ambjent bħala wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-Komunità, u l-Qorti rrikonoxxiet il-kompetenza tal-Komunità fil-qasam tal-ħarsien u l-konservazzjoni ta' l-ambjent tal-baħar,

F.   billi attwalment jeżistu pjanijiet għall-kostruzzjoni ta" diversi proġetti infrastrutturali fil-Baħar Baltiku (in-Nord Stream, farms għall-enerġija mir-riħ, l-iScanled Baltic Pipe, is-sistema ta' pajpijiet tal-gass bejn il-Finlandja u l-Estonja, il-kejbils ta" l-elettriku bejn l-Iżvezja u l-Litwanja, it-terminals ta" l-LNG fi Świnoujścje, eċċ.),

G.   billi l-Ewropa jeħtieġ li ssib mezzi biex twieġeb għall-kwistjoni fundamentali dwar is-sigurtà tal-provvista ta' l-enerġija,

H.   billi l-kontribut dejjem jikber tal-gass naturali għall-bilanċ ta" l-enerġija fl-Ewropa kien, b'mod speċjali mill-1990 'l hawn, il-mezz ewlieni tat-tnaqqis fl-emissjonijiet tad-dijossidju tal-karbonju (CO2),

I.   billi l-prinċipju ta' prekawzjoni stipulat fl-Artikolu 174(2) tat-Trattat KE jitlob li l-partijiet interessati kollha jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex jevalwaw l-impatt ambjentali li jista" jkollhom deċiżjonijiet ġodda jew il-bidu ta" xogħlijiet, u li jieħdu azzjoni preventiva xierqa fejn hemm probabilità raġonevoli ta' theddida għall-ambjent,

J.   billi skond il-prinċipju li l-ħtiġijiet tal-protezzjoni ta" l-ambjent iridu jkunu integrati f'politiki speċifiċi għas-setturi, dawn il-ħtiġijiet għandhom jitqiesu kif jixraq fit-twettiq ta" l-attivitajiet kollha Komunitarji u fil-ħidma għall-ilħuq ta" l-għanijiet kollha tal-Komunità,

K.   billi l-Artikolu 194 tat-Trattat futur dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, kif imdaħħal mit-Trattat ta' Liżbona, jgħid b'mod espliċitu li l-politika enerġetika ta" l-UE għandha titwettaq fi spirtu ta" solidarjetà bejn l-Istati Membri u b'kunsiderazzjoni għall-ħtieġa tal-konservazzjoni u t-titjib ta" l-ambjent,

L.   billi l-vulnerabilità partikulari tal-Baħar Baltiku għat-theddid ambjentali kienet ikkonfermata mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, li rrikonoxxietu bħala 'zona estremament vulnerabbli',

M.   billi l-Baħar Baltiku llum huwa waħda mill-aktar zoni marittimi mniġġsa fid-dinja, u billi, b'mod partikulari, il-konċentrazzjoni tas-sustanzi perikolużi kemm fl-ilmijiet tiegħu u kemm fl-organiżmi ħajjin tiegħu għadha għolja sa livell mhux naturali,

N.   billi l-Baħar Baltiku huwa baħar ġewwwieni tipiku u mhux fond u, flimkien mal-Baħar l-Iswed, għandu l-itwal ċiklu ta' skambju ta' l-ilma ma' l-oċean globali, ta' madwar 30 sena,

O.   billi pajp għat-trażmissjoni tal-gass huwa stmat li jservi għal 50 sena u li l-ammont tax-xogħol li tinvolvi d-dekommissjoni tas-sistema tal-pajpijiet ikun simili fl-iskala għal dak ta" l-istallazzjoni ppjanata; billi dan l-aspett għandu jitqies fil-konfront taż-żmien meħtieġ biex il-flora u l-fawna terġa' lura kompletament għall-istat oriġinali tagħha meta wieħed jikkunsidra l-impatt ambjentali u ekonomiku tal-proġett,

P.   billi l-espożizzjoni għall-metalli tqal, sustanzi kontaminanti u sustanzi dannużi oħra joħloq riskji għas-saħħa u implikazzjoni għall-katina ta" l-ikel li jeħtieġ jiġu eżaminati,

Q.   billi numru ta' fatturi, inklużi l-perjodi twal ta' preservazzjoni ta' l-ilma, il-kolonna ta' l-ilma stratifikata, iz-zona fejn jinġabar l-ilma estensiva li hi industrijalizzata u l-intensifikazzjoni partikulari tal-biedja fiz-zona tal-Baħar Baltiku jagħmlu l-Baħar Baltiku partikolarment vulnerabbli f'termini ambjentali,

R.   billi x-xogħlijiet fil-kundizzjonijiet speċjali fil-Baħar Baltiku jistgħu jirriżultaw f'żieda f'salt fil-popolazzjoni ta" l-alki, li tista' toħloq riskju partikulari għall-Finlandja, l-Iżvezja u l-Ġermanja, u l-istati Baltiċi,

S.   billi fattur sinifikanti ieħor ta' riskju ambjentali hija l-eżistenza ta' madwar 80 000 tunnellata ta' munizzjon mormija f'qiegħ il-Baħar Baltiku wara t-Tieni Gwerra Dinjija, li fihom sustanzi tossiċi bħall-gass tal-mustarda, l-iprit tal-kubrit, l-iprit tan-nitroġenu, il-lewisit, Clark I, Clark II u l-adamsit, li jirrappreżentaw periklu kemm għall-ambjent tal-baħar Baltiku u kemm għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem,

T.   billi l-kontenituri tal-munizzjoni baqgħu jiġu mormija minn numru ta' stati mill-1945 sa lejn tmiem is-snin sittin,

U.   billi, barra minn hekk, il-kontenituri tal-munizzjon qegħdin f'kundizzjoni kritika, bil-korrużjoni tagħhom stmata li hi ta' 80%, u billi l-post eżatt fejn qegħdin mhux dejjem jista' jkun iddeterminat,

V.   billi, fl-istess ħin, il-Pjan ta' Azzjoni għall-Baħar Baltiku adottat fil-15 ta' Novembru 2007 fi Krakovja jirrikjedi li l-istati li għandhom fruntiera mal-Baħar Baltiku jiżguraw il-ħażna sikura ta' stokks qodma ta' sustanzi kimiċi u għodda li jkun fihom sustanzi perikolużi,

W.   b'kunsiderazzjoni għall-impatt potenzjali tas-sistema tal-pajpijiet tal-gass fuq l-ambjent tal-baħar tal-Baltiku u fuq l-istati li jmissu mal-Baltiku,

X.   wara li kkunsidra ż-żieda fit-traffiku f'termini ta" baħħara u tankers taż-żejt fil-Baħar Baltiku u r-riskju potenzjali ta' nirien fuq il-bastimenti, ir-riskju tat-telfien tal-kapaċità tal-bastimenti li jżommu f'wiċċ l-ilma u l-għarqien tagħhom minħabba ħsara fis-sistema ta' pajpijiet tal-gass waqt il-kostruzzjoni, l-istallazzjoni u l-operat tagħha, u l-impatt potenzjali uman, ekonomiku u ambjentali tagħha,

Y.   billi n-Nord Stream qed tippjana li tibni kurritur taħt l-ilma twil 1 200 km u wiesa' madwar 2 km, li b'hekk se jkun l-ikbar kostruzzjoni taħt il-baħar fid-dinja,

Z.   billi s-sajd, it-turiżmu u t-tbaħħir jistgħu jkunu affettwati ħażin mill-kostruzzjoni, l-istallazzjoni u l-operat tal-proġett, u dan probabbli se jkollu impatt negattiv fuq l-ekonomija tar-reġjuni tax-xatt,

AA.   billi l-Artikolu 123 tal-UNCLOS, li huwa parti integrali mill-acquis communautaire, jirrikjedi li l-istati li jmissu ma' ibħra parzjalment magħluqa jikkoperaw bejniethom fl-eżerċizzju tad-drittijiet u d-dmirijiet tagħhom u li jikkoordinaw l-implimentazzjoni tad-drittijiet u d-dmirijiet tagħhom rigward il-ħarsien u l-konservazzjoni ta' l-ambjent tal-baħar,

AB.   billi l-Artikolu 2(1) tal-Konvenzjoni ta' Espoo jitlob li l-istati kontraenti, individwalment jew flimkien, jieħdu l-miżuri xierqa u effettivi kollha biex jevitaw, inaqqsu u jikkontrollaw impatt ta' ħsara fuq l-ambjent transkonfinali sinifikanti mill-attivitajiet proposti,

AC.   billi skond l-Artikolu 5(a) tal-Konvenzjoni ta' Espoo, il-konsultazzjonijiet mal-partijiet esposti għall-effetti dannużi ta" proġetti transkonfinali jistgħu jkopru alternattivi possibbli għal proġett propost, inkluża l-possibilità li l-proġett jiġi abbandunat,

AD.   billi l-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni ta' Ħelsinki jitlob li l-Istati Kontraenti jieħdu l-miżuri kollha sabiex jevitaw it-tniġġis ta' l-ambjent tal-baħar fiz-zona tal-Baħar Baltiku li jirriżulta mill-esplorazzjoni jew l-isfruttament ta' qiegħ il-baħar jew minn kwalunkwe attività assoċjata,

AE.   billi r-rotta proposta għas-sistema tal-pajpijiet tal-gass tal-gass tat-Tramuntana ta' l-Ewropa se taqsam zoni li huma inklużi fil-programm Natura 2000 u li d-Direttiva 92/43/KEE tikklassifika bħala żoni speċjali ta" konservazzjoni,

AF.   billi l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 92/43/KEE jirrikjedi li l-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri xierqa biex jevitaw id-deterjorament tal-ħabitat naturali u l-ħabitat ta" l-ispeċi fiz-zoni speċjali ta" konservazzjoni,

AG.   billi l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43/KEE jirrikjedi li l-Istati Membri jagħmlu evalwazzjoni xierqa ta" l-implikazzjonijiet ta' kull pjan jew proġett li mhux marbut direttament ma" jew li mhux meħtieġ għat-tmexxija ta' sit ta' konservazzjoni iżda li x'aktarx se jkollu effett sinifikanti fuqu, in vista ta" l-għanjiet ta" konservazzjoni tas-sit,

AH.   billi skond l-Artikolu 6 (3) tad-Direttiva 92/43/KEE, fl-isfond tar-riżultati ta" l-evalwazzjoni ta" l-implikazzjonijiet għas-sit imsemmija hawn fuq, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jaqblu dwar il-pjan jew il-proġett biss wara li jkunu żguraw li dan ma jaffettwax ħażin l-integrità tas-sit ikkonċernat u, jekk ikun xieraq, wara li jkunu raw x'inhi l-opinjoni tal-pubbliku ġenerali,

AI.   billi s-sistema tal-pajpijiet tal-gass proposta se tkun l-itwal sistema tal-pajpijiet tal-gass taħt il-baħar b'żewġ tubi fid-dinja, minbarra li se tkun l-inqas waħda fil-fond, fatti li jagħmluha partikolarment vulnerabbli għall-ħsara potenzjali,

AJ.   billi d-Deċiżjoni 1364/2006/KE tinkludi s-sistema tal-pajpijiet tal-gass tat-Tramuntana ta' l-Ewropa fost il-proġetti ta' prijorità ta' interess Ewropew,

AK.   billi kull struttura ta' inġinerija fuq skala kbira mibnija fil-baħar trid, minħabba r-riskji assoċjati, tkun suġġetta għal analiżi partikolarment bir-reqqa u komprensiva u evalwazzjoni ta' l-impatt ambjentali kif preskritt mill-Konvenzjoni ta' Espoo, il-Konvenzjoni HELCOM u l-leġiżlazzjoni l-oħra kollha rilevanti Ewropea u nazzjonali,

AL.   billi wara l-Konvenzjoni ta' Espoo, kull proġett ta' dan it-tip għandu jkun preċedut minn analiżi ta' l-alternattivi għalih, li tkopri b'mod partikolari l-ispejjeż ta' implimentazzjoni u s-sikurezza ambjentali, f'dan il-każ analiżi ta' rotot fuq l-art għas-sistema tal-pajpijiet tal-gass,

AM.  billi partijiet mis-sistema ta' pajpijiet diġà ġew trasportati lejn il-belt ta' Kotka fil-Finlandja għall-ipproċessar,

AN.   billi l-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni ta' Århus jirrikjedi li kull stat kontraenti jiggarantixxi d-drittijiet ta' l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta' deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali,

AO.   billi r-rekwiżiti legali marbuta mat-tħejjija ta' evalwazzjoni ta' l-impatt ambjentali preċiża għandhom jieħdu kont tal-perikli msemmija hawn fuq,

AP.   billi, barra minn hekk, hija meħtieġa l-analiżi tat-theddida terroristika u l-kapaċità ta' azzjoni effettiva kontriha,

1.  Huwa tal-fehma li n-Nord Stream huwa proġett infrastrutturali b'dimensjoni politika u strateġika wiesgħa kemm għall-UE u kif ukoll għar-Russja; jifhem it-tħassib espress mill-Istati Membri ta' l-UE fir-rigward tal-bini u l-manutenzjoni tas-sistema ta' pajpijiet; jenfasizza li l-abilità ta' stati żgħar li jmissu mal-Baħar Baltiku li jipprovdu sigurtà fir-reġjun ta' dan il-baħar ma tistax titqies b'mod iżolat mill-abilità ta' l-UE li taġixxi bħala entità magħquda u li titkellem b'vuċi waħda dwar il-kwistjonijiet ta' l-enerġija, u jfakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Settembru 2007 dwar politika barranija Ewropea komuni għall-enerġija(8); jenfasizza li d-deċiżjoni 1364/2006/KE (li tinkorpora linji gwida għat-TEN-E) tirrikonoxxi n-Nord Stream bħala proġett ta' interess Ewropew li jista' jgħin biex jintlaħqu l-ħtiġijiet enerġetiċi ġejjiena ta" l-UE; jenfasizza li dan il-proġett u sistemi ta' pajpijiet tal-gass oħra kumplementari, bħall-Yamal II u l-Amber, għandhom ikunu ppjanati fl-ispirtu ta' politika barranija Ewropea komuni għall-enerġija u għandhom jikkunsidrau bis-sħiħ l-impatt tagħhom fuq l-ambjent u fuq is-sigurtà ta' l-Istati Membri ta' l-UE;

2.  Itenni l-opinjoni tiegħu li, filwaqt li tiġi kkunsidrata d-dipendenza dejjem tikber ta' l-UE fuq numru limitat ta' sorsi, fornituri u rotot ta' trasport ta' l-enerġija, huwa essenzjali li jiġu appoġġati inizjattivi mmirati lejn id-diversifikazzjoni tagħhom, kemm ġeografikament u kemm billi jkunu żviluppati alternattivi sostenibbli; jiġbed l-attenzjoni b'mod partikolari għall-bżonn ta' appoġġ għall-iżvilupp ta' l-infrastruttura tal-portijiet użati fl-immaniġġjar tal-fjuwils; ifakkar li n-Nord Stream huwa biss wieħed minn numru ikbar ta' proġetti ta' infrastruttura marbuta mal-gass, bħas-sistemi ta' pajpijiet u l-faċilitajiet ta" l-LNG, li se jkunu essenzjali biex ikunu sodisfatti l-ħtiġijiet tal-konsum tal-gass naturali tal-Komunità li, skond diversi studji, se jikbru b'mod sinifikanti tul is-snin li ġejjin u li fl-istess ħin se jippermettu li jkunu sostitwiti fjuwils fossili li jagħmlu iktar ħsara lill-ambjent; jikkunsidra li hu meħtieġ li jkun evalwat l-impatt fuq l-ambjent fuq perjodu ta' żmien twil mill-infrastruttura l-ġdida tal-gass, b'kunsiderazzjoni għall-importanza tal-garanzija ta' provvista stabbli tal-gass;

3.  Jappoġġa l-proposta, li hemm fir-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' Novembru 2006, li l-istrateġija futura rigward il-baħar ta' l-UE trid tirriżulta f'obbligazzjonijiet supranazzjonali li jorbtu li jistgħu jinvolvu impenji komuni f'pajjiżi terzi;

4.  Jenfasizza l-fatt li s-sigurtà ta' l-enerġija trid titqies bħala komponent essenzjali tas-sigurtà ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea, u li, konsegwentement, id-definizzjoni tas-sigurtà ta' l-enerġija m'għandhiex tkun limitata għan-nuqqas ta' produzzjoni interna fl-UE iżda għandha tqis ukoll l-aspetti ġeopolitiċi tad-dipendenza fuq l-importazzjonijiet u r-riskji potenzjali li din iġġib magħha ta' interruzzjonijiet motivati politikament; jemmen li t-Tielet Pakkett ta' l-Enerġija se jnaqqas id-dipendenza enerġetika ta' kull Stat Membru peress li ebda stat ma jista" jinqata" minn fornitur minn pajjiż terz f'suq ta' l-enerġija liberalizzat u integrat għalkollox;

5.  Iqis li minħabba l-isfida biex tiġi żgurata l-provvista ta' l-enerġija filwaqt li jkun irrispettat l-impenn għall-ħarsien ambjentali u l-iżvilupp sostenibbli, huwa importanti ħafna li tkun implimentata politika Ewropea koerenti u kkoordinata dwar il-provvista tal-gass naturali bbażata fuq evalwazzjoni bir-reqqa fil-livell Ewropew ta" l-aspetti ambjentali ta" soluzzjonijiet alternattivi kif ukoll fuq is-solidarjetà reċiproka bejn l-Istati Membri;

6.  Jiddispjaċih dwar l-irwol marġinali li għandha l-UE f'dan il-proġett, b'mod partikulari l-Kummissjoni; jirrimarka li involviment akbar ta' l-UE inaqqas l-inċertezza li tinħass minn ħafna Stati Membri dwar il-proġett Nord Stream;

7.  Jinnota l-oppożizzjoni espressa minn certi Stati Membri għall-proġett tas-sistema ta' pajpijiet ippjanat għaz-zona tal-Baħar Baltiku, li huwa patrimonju komuni ta' l-istati li jmissu mal-Baħar Baltiku, u mhux kwistjoni ta' relazzjonijiet bilaterali bejn l-istati; jikkunsidra, għaldaqstant, li l-proġett għandu jitwettaq b'koperazzjoni ma" kull wieħed mill-istati madwar il-Baħar Baltiku skond il-Konvenzjoni ta' Espoo, il-Konvenzjoni ta' Ħelsinki u strumenti legali pertinenti oħra; jenfasizza l-importanza li r-Russja tlesti r-ratifika tagħha tal-Konvenzjoni ta' Espoo;

8.  Jopponi, f'dan ir-rigward, it-twettiq ta' proġett fuq l-iskala proposta, mingħajr ma nkisbet qabel evalwazzjoni ta' l-impatt ambjentali pożittiva;

9.  Jesprimi l-konvinzjoni tiegħu li proġetti dwar l-enerġija li jinvolvu lill-Istati Membri ta' l-UE u lil pajjiżi terzi għandhom ikunu suġġett ta' interess Ewropew u ta' tħassib komuni għall-Unjoni Ewropea kollha u għaċ-ċittadini tagħha;

10.  Jirrikonoxxi li n-Nord Stream qiegħda twettaq l-evalwazzjoni ta' l-impatt ambjentali li għandha titressaq quddiem il-partijiet ta' l-oriġini kif definiti fil-Konvenzjoni ta' Espoo (ir-Russja, il-Finlandja, l-Iżvezja, id-Danimarka u l-Ġermanja) għall-approvazzjoni tagħhom; iħeġġeġ lill-kumpanija biex tressaq ir-riżultati ta' l-istudji u s-sett sħiħ tad-dejta tar-riċerka dwar is-sitwazzjoni ekoloġika tas-sit tal-proġett miġbura waqt l-istudji ambjentali, mhux biss quddiem dawk l-Istati, iżda wkoll quddiem il-HELCOM u l-Istati kollha ta' max-xtajta;

11.  Jenfasizza li s-soluzzjoni sostenibbli fuq perjodu ta' żmien twil tirrikjedi trasparenza totali għall-partijiet kollha matul il-fażijiet kemm ta' kostruzzjoni u kemm ta' operazzjoni, u li l-fiduċja f'dan il-proġett kbir se tikber jekk l-istati li jmissu mal-Baħar Baltiku jkunu jistgħu jimmonitorjaw ix-xogħol;

12.  Jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jimpenjaw ruħhom bis-sħiħ biex janalizzaw l-impatt ambjentali tal-kostruzzjoni tas-sistema tal-pajpijiet tal-gass tat-Tramuntana ta' l-Ewropa, b'mod partikolari f'sitwazzjonijiet li jinvolvu l-kunsiderazzjonijiet li jeħtieġu opinjoni tal-Kummissjoni, kif speċifikat fl-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 92/43/KEE;

13.  Jenfasizza li l-prinċipju tar-reċiproċità jrid ikun irrispettat għal kollox fir-rigward ta" l-investiment jekk l-interdipendenza bejn l-UE u r-Russja għandha tiżviluppa fi sħubija; jinnota li pajjiżi terzi jibbenefikaw ħafna mis-suq miftuħ ta" l-Ewropa, iżda jinnota wkoll li l-investituri Ewropej fir-Russja ma jingħatawx vantaġġi simili;

14.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni naqset li taċċetta l-proposta inkluża fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Novembru 2006 msemmija hawn fuq dwar il-preparazzjoni ta' evalwazzjonijiet ta' l-impatt fuq l-ambjent oġġettivi tal-proġetti proposti mill-Kummissjoni, waqt li jtenni s-sejħa tiegħu għall-preparazzjoni ta' evalwazzjoni bħal din minn korp indipendenti li għandu jinħatar billi jiġu kkunsidrati l-opinjonijiet ta" l-istati kollha ta' max-xtajta;

15.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iwettqu evalwazzjoni bir-reqqa dwar jekk l-implimentazzjoni tal-proġett hijiex konformi mal-liġi Komunitarja u internazzjonali;

16.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-iskeda tal-proġett adottata min-Nord Stream, li l-implimentazzjoni tagħha se timpedixxi analiżi bir-reqqa tar-riżultati ta' l-evalwazzjoni ta' l-impatt ambjentali minn stati interessati, organizzazzjonijiet mhux governattivi u esperti tal-HELCOM; jinnota li analiżi dettaljata tar-riżultati ta' l-evalwazzjoni ta' l-impatt ambjentali teħtieġ skeda ta' żmien xierqa;

17.  Jirrimarka li ħidma f'zona li tkopri sa 2 400 km² fil-Baħar Baltiku, li tirrikjedi l-użu ta' numru kbir ta' bastimenti u tagħmir ieħor, tista' tirrappreżenta theddida serja għall-bijodiversità u għan-numru ta' ħabitats, kif ukoll għas-sikurezza u l-operat bla xkiel tat-tbaħħir, fir-reġjun;

18.  Jistenna li l-indħil possibbli mis-sistema ta' pajpijiet f'qiegħ il-baħar matul il-fażi tal-bini tkun parti mill-evalwazzjoni ta' l-impatt ambjentali;;

19.  Jistieden lill-iżviluppatur biex fl-abbozz tar-rapport dwar l-Evalwazzjoni ta' l-Impatt Ambjentali jinkludi termini ta' referenza komprensivi billi jipprovdi deskrizzjoni ċara tal-kundizzjonijiet ambjentali attwali fis-sit u billi jipprovdi dejta dwar il-ġeomorfoloġija tas-sit f'forma tridimensjonali;

20.  Jesprimi tħassib kbir fir-rigward tar-rapporti li, qabel iqiegħed għall-użu s-sistema tal-pajpijiet tal-gass, l-investitur bi ħsiebu juża prodott kompost tossiku ħafna magħruf bħala aldeide glutarika; jistieden lill-investitur biex ma jużax din is-sustanza;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni biex twettaq studju ambjentali indipendenti u ta" min joqgħod fuqu li jeżamina l-emissjonijiet agrikoli u industrijali li qed iniġġsu l-Baħar Baltiku u biex tevalwa s-sitwazzjoni skond it-theddidiet ambjentali possibbli kkaġunati mis-sistema tal-pajpijiet tal-gass li attwalment għaddejja mill-Baħar Baltiku; barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa l-impatt addizzjonali fuq il-Baħar Baltiku kkaġunat mill-proġett Nord Stream;

22.  Jistieden lill-iżviluppatur biex jiżgura li l-kostruzzjoni u l-operazzjoni tas-sistema tal-pajpijiet tal-gass ma jipperikolawx il-ħafna speċijiet ta' ħut u għasafar kif ukoll l-eżistenza ta' popolazzjoni ta' foċeni li hija biss ta' 600, u li huma speċi unika għal dan ir-reġjun ġeografiku;

23.  Jikkunsidra li l-ħarsien ta" l-ambjent tal-Baħar Baltiku huwa parti mid-Dimensjoni tat-Tramuntana ta" l-UE u għandu jiġi kkunsidrat ukoll fil-qafas ta' l-Istrateġija tal-Baħar Baltiku fil-każijiet li fihom dan ikun xieraq;

24.  Jinnota li l-prosperità tar-reġjuni kostali u l-kompetittività ta" l-ekonomiji tagħhom huma suxxettibbli ħafna għal, u pperikolati ħafna minn, zoni kostali mħassra u d-deterjorament ta" l-ambjent tal-baħar; jiġbed l-attenzjoni li, minħabba l-fatt li r-reġjuni kostali huma affettwati ħafna minn attivitajiet u politiki marittimi, is-sostenibilità ambjentali fuq perjodu ta' żmien twil hija prekundizzjoni għall-ħarsien tal-prosperità ekonomika, soċjali u ambjentali tagħhom;

25.  Jinnota l-assenza ta' kwalunkwe strateġija li tindirizza n-nuqqas strutturali u t-theddid estern għas-sikurezza tas-sistema tal-pajpijiet tal-gass; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu definiti b'mod ċar l-aspetti kollha relatati mas-sikurezza u r-reazzjoni f'każ ta' l-emerġenza, inklużi r-riżorsi finanzjarji, il-partijiet ikkonċernati, l-irwoli u l-proċeduri;

26.  Jenfasizza li minħabba t-talba dejjem tikber għall-gass fl-UE, għandhom ikunu analizzati u promossi rotot alternattivi għas-sistema tal-pajpijiet tal-gass, b'mod li jitqiesu l-aspetti ambjentali u kemm dawk ekonomiċi, inkluża l-iskeda għal rotot bħal dawn; jinnota li hu possibbli jkun hemm rotot bħal dawn lejn il-fruntiera tar-Russja mill-art, u li jgħaddu biss minn Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea; jinnota li n-Nord Stream hija meħtieġa li tressaq evalwazzjoni ta' l-alternattivi għar-rotta magħżula fl-evalwazzjoni ta' l-impatt ambjentali;

27.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel analiżi bħal din fi djalogu mal-pajjiżi littorali interessati, l-investitur u l-HELCOM, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-opinjonijiet ta' l-NGOs;

28.  Jenfasizza li l-kwistjoni ta' kumpens ekonomiku għal kwalunkwe falliment jew ħsara, għandha tkun perfettament ċara qabel ikun biss jista' jinbeda x-xogħol; jirrimarka li ħsara kbira fis-sistema ta' pajpijiet tal-gass tista' twassal għal kumplikazzjonijiet għall-istati li għandhom fruntiera mal-Baħar Baltiku u tista' tkun devastanti għall-ambjent tal-baħar; jikkunsidra li n-Nord Stream għandha tieħu r-responsabilità sħiħa għall-kumpens;

29.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħmlu evalwazzjoni bir-reqqa ta' l-aspetti ekonomiċi, tal-baġit u dawk relatati mat-trasparenza fil-proġett tan-Nord Stream u tal-kumpaniji involuti fih;

30.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tinvestiga l-possibilitajiet li, fi ħdan is-sħubija tad-Dimensjoni tat-Tramuntana, min-Nordstream jiġi meħtieġ ir-rekwiżit li hu l-ekwivalenti ta' 'gwadann ta' ppjanar' b'rabta mal-possibilità ta' proġetti ta' riġenerazzjoni fil-fruntiera bejn il-Finlandja u r-Russja fejn huwa propost li s-sistema ta' pajpijiet tinbeda jew fil-kuntest ta' l-Istrateġija tal-Baħar Baltiku,

31.  Jinnota d-deċiżjonijiet li ġejjin li ttieħdu mill-korpi ta' l-Istati Membri:

   id-deċiżjoni tal-Gvern ta' l-Iżvezja tat-12 ta' Frar 2008 li titlob għal aktar dokumentazzjoni minn Nord Nord Stream AG biex tibni s-sistema ta' pajpijiet tal-gass minħabba nuqqasijiet proċedurali u sustantivi sinifikanti u, b'mod partikulari, in-nuqqas ta' analiżi ta' rotta alternattiva u tal-possibilità li jkun abbandunat il-bini tal-pajp tas-sistema ta' pajpijiet tal-gass;
   il-pożizzjoni tal-Parlament tal-Litwanja tas-27 ta' Marzu 2007, li tiġbed l-attenzjoni għall-bżonn li tkun sospiża l-implimentazzjoni ta' proġetti infrastrutturali fuq skala kbira fil-Baħar Baltiku sakemm titwettaq analiżi dettaljata ta' soluzzjonijiet alternattivi flimkien ma' evalwazzjonijiet ta' l-impatt ambjentali indipendenti u komprensivi;
   id-deċiżjoni tal-Gvern ta' l-Estonja tal-21 ta' Settembru 2007 li ma jagħtix permess li jsiru studji taħt il-baħar fiz-zona ekonomika esklussiva ta' l-Estonja, minħabba d-dubji dwar l-ambitu u l-kobor ta' dawn l-istudji;

32.  Jiddispjaċih li l-Green Paper 'Lejn Politika Marittima ta' l-Unjoni għall-ġejjieni' ma tindirizzax il-problema ta' proġetti fuq skala kbira bħas-sistemi ta' pajpijiet taħt il-baħar. Jiddispjaċih li fi strumenti legali u komunikazzjonijiet dwar l-istrateġiji rigward il-baħar li tibda hi, il-Kummissjoni normalment tinjora l-problema ta' sistemi ta' pajpijiet taħt il-baħar, li hija kruċjali mill-perspettivi kemm tal-ħarsien ta' l-ambjent kif ukoll tas-sigurtà ta' l-enerġija ta' l-UE;

33.  Jitlob li tkun ikkummissjunata evalwazzjoni ta' l-impatt ambjentali indipendenti, u li għandha tkun disponibbli għal konsultazzjoni approfondita ma' l-awtoritajiet relevanti u mal-pubbliku ġenerali ta' l-istati kollha ta' max-xtajta,

34.  Jiġbed l-attenzjoni lejn l-importanza li titwettaq strateġija ta' komunikazzjoni trasparenti dwar il-passi li jikkonċernaw ir-riżultati ta' l-evalwazzjoni ta' l-impatt ambjentali, u li dawn ir-riżultati jiġu komunikati b'mod attiv lill-Istati Membri kollha ta' l-UE, speċjalment lill-istati Baltiċi li jmissu mal-baħar;

35.  Itenni, għaldaqstant, is-sejħa li għamel fir-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-14 ta' Novembru 2006 msemmija hawn fuq għall-proposta ta' mekkaniżmu obbligatorju għan-negozjazzjoni bejn l-Istati Membri u l-insistenza tiegħu li l-Kunsill għandu jieħu azzjoni fil-livell internazzjonali biex ikunu żviluppati evalwazzjonijiet ta' l-impatt ambjentali obbligatorji fir-relazzjonijiet bejn l-UE u pajjiżi terzi;

36.  Jinnota li l-assenjar ta' rotta għas-sistema tal-pajpijiet tal-gass tat-Tramuntana ta' l-Ewropa għandu jilħaq l-objettivi strateġiċi u ekonomiċi stipulati fid-Deċiżjoni 1364/2006/KE filwaqt li jevita li ssir kwalunkwe ħsara ambjentali;

37.  Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw illi l-bini tas-sistema tal-pajpijiet Nord Stream tkun kompletament konformi mal-leġiżlazzjoni ta' l-UE dwar l-evalwazzjonijiet ta' l-impatt ambjentali u mal-konvenzjonijiet internazzjonali kollha;;

38.  Jitlob, b'mod partikulari, lill-Kummissjoni biex tiżgura l-konformità mad-dispożizzjonijiet tad-dokumenti msemmija hawn fuq, l-UNCLOS, il-Konvenzjoni ta' Ħelsinki, il-Konvenzjoni ta' Espoo, il-Konvenzjoni ta' Århus, id-Direttivi 85/337/KEE, 97/11/KE, 92/43/KEE u 79/409/KEE, kif ukoll l-Artikolu 10 tat-Trattat KE u l-prinċipju ta' prekawzjoni u l-prinċipju ta' l-iżvilupp sostenibbli, u biex tibda proċedimenti skond l-Artikolu 226 tat-Trattat KE f'każ ta' nuqqas ta' konformità ma' l-obbligi msemmija hawn fuq;

39.  Iqis, fid-dawl tal-qagħda politika u l-ambizzjonijiet ġeopolitiċi attwali tar-Russja, li hu ta' importanza kbira li r-Russja turi rieda tajba fir-rigward tal-koperazzjoni fil-politika għall-enerġija Ewropea; jenfasizza l-importanza li r-Russja tirratifika t-Trattat dwar il-Karta għall-Enerġija, u l-Protokoll tiegħu dwar it-Tranżitu, peress li din ir-ratifika se tnaqqas il-potenzjal għal kunflitt dwar proġetti bħal Nord Stream;

40.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex, fl-ambitu tal-kompetenza tagħha, tevalwa s-sitwazzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq riżultat tal-possibilità li titlesta s-sistema ta' pajpijiet tal-gass tan-Nord Stream, u jekk ikun meħtieġ, tieħu miżuri biex timpedixxi lill-Gazprom milli takkwista rwol dominanti fis-suq tal-gass ta' l-UE mingħajr ma tagħti garanzija reċiproka lill-kumpaniji ta' l-UE biex jidħlu fis-suq ta' l-enerġija Russu;

41.  Jissuġġerixxi li tkun stabbilita sistema ta' superviżjoni komuni tas-sistema ta' pajpijiet tal-gass, li tinkludi l-pajjiżi kollha tar-reġjun tal-Baħar Baltiku; jissuġġerixxi wkoll li l-obbligu għall-ħlas ta' kumpens għal ħsara ambjentali għandha jkun biss tan-Nord Stream;

42.  Jinnota n-nuqqas ta' strutturi istituzzjonali li jkunu jistgħu jirreaġixxu b'mod xieraq għall-kwistjonijiet tas-sigurtà ambjentali u ġeopolitika assoċjati ma' dan il-proġett; jissuġġerixxi, għaldaqstant, li l-Kummissjoni għandha toħloq kariga xierqa bir-responsabilità għall-proġetti attwali u futuri, li tkun taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà u l-Viċi-President tal-Kummissjoni;

43.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri.

(1) Id-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta" Lulju 2002 li tniżżel is-Sitt Programm ta" Azzjoni tal-Komunità Ambjentali (ĠU L 242, 10.9.2002, p.1).
(2) ĠU L 73, 14.3.1997, p. 5.
(3) ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.
(4) ĠU L 103, 25.4.1979, p. 1.
(5) ĠU C 314 E, 21.12.2006, p. 131.
(6) ĠU C 314 E, 21.12.2006, p. 330.
(7) ĠU L 262, 22.9.2006, p. 1.
(8) Testi adottati, P6_TA(2007)0413.


Stabilizzar ta' l-Afganistan: sfidi għall-UE u l-komunità internazzjonali
PDF 269kWORD 102k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2008 dwar l-Istabbilizzazzjoni ta" l-Afganistan: sfidi għall-UE u għall-komunità internazzjonali (2007/2208(INI))
P6_TA(2008)0337A6-0269/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-għadd ta' riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Afganistan u, l-aktar riċenti, ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Jannar 2006(1),

–   wara li kkunsidra l-Patt ta" l-Afganistan li ġie konkluż fil-Konferenza ta' Londra ta' l-1 ta' Frar 2006 u l-għarfien tal-Gvern Afgan u tal-komunità internazzjonali li s-suċċess tal-Ftehim jeħtieġ impenn politiku, ta' sigurtà u finanzjarju qawwi sabiex jintlaħqu l-punti ta' riferenza fl-iskadenzi ta' żmien miftehma, u jiddependi minn mekkaniżmu effettiv ta' koordinazzjoni u monitoraġġ,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni mill-Kapijiet ta" l-Istat u tal-Gvern tan-Nazzjonijiet li tat kontribut lill-ISAF fl-Afganistan, ippubblikata fis-summit tan-NATO f'Bukarest fit-3 ta" April 2008,

–   wara li kkunsidra r-rapporti tas-Segretarju Ġenerali tan-NU, ippreżentat fil-21 ta' Settembru 2007 u tas-6 ta' Marzu 2008, dwar 'Is-sitwazzjoni fl-Afganistan u l-implikazzjonijiet tagħha għall-paċi internazzjonali u s-sigurtà',

–   wara li kkunsidra r-riżultati tal-Konferenza Internazzjonali għall-Appoġġ ta' l-Afganistan li saret f'Pariġi fit-12 ta' Ġunju 2008,

–   wara li kkunsidra l-Istrateġija Nazzjonali dwar il-Kontroll tad-Droga tal-Gvern ta" l-Afganistan imnedija fil-Konferenza ta" Londramsemmija hawn fuq,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tal-25 ta" Ottubru 2007 dwar il-produzzjoni ta' l-oppju għal skopijiet mediċi fl-Afganistan(2),

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet relevanti kollha tal-Kunsill, u b'mod partikulari l-konklużjonijiet tal-GAERC ta" l-10 ta" Marzu 2008, tad-29 ta" April 2008 u tas-26-27 ta" Mejju 2008,

–   wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/369/CFSP tat-30 ta" Mejju 2007 dwar l-istabbiliment tal-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)(3) and l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/733/CFSP tat-13 ta" Novembru 2007 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2007/369/CFSP(4),

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008(5),

–   wara li kkunsidra l-Programm Indikattiv Nazzjonali tal-Kummissjoni, li ddedika 600 miljun Euro għar-Repubblika Islamika ta' l-Afganistan għas-snin ta' baġit 2007-2010,

–   wara li kkunsidra ż-żjara li għamlet id-delegazzjoni mill-ewwel kamra tal-Parlament Afgan (Wolesi Jirga) lill-Parlament Ewropew bejn is-26 u t-30 ta" Novembru 2007,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0269/2008),

A.   billi l-Afganistan jinsab f'salib it-toroq, kif jixhed il-fatt li żdiedu l-atti terroristiċi u l-insurġenza vjolenti, sitwazzjoni tas-sigurtà li qed tiddeterjora, produzzjoni ta" l-oppju li qed tiżdied u nuqqas ta" kuntentizza populari li qed jiżdied dwar il-korruzzjoni u n-nuqqasijiet tal-gvern; u billi minkejja l-isforzi tal-komunità internazzjonali u s-suċċess parzjali fir-rigward tar-rikostruzzjoni ċivili, il-kundizzjonijiet ta' għajxien tal-parti l-kbira tal-popolazzjoni Afgana ma tjibux; billi t-theddida attwali li qed jiffaċċja l-Afganistan tirrikjedi azzjoni fuq medda qasira ta" żmien iżda s-soluzzjonijiet fit-tul jistgħu jinkisbu biss bis-saħħa ta' titjib fil-governanza u l-ħolqien ta' stat aktar b'saħħtu,

B.   billi l-Istati Uniti – bl-appoġġ tar-Renju Unit – nidiet l-Operazzjoni "Enduring Freedom" fis-7 ta' Ottubru 2001; billi erba' Stat Membri oħra ta' l-UE – ir-Repubblika Ċeka, Franza, il-Polonja u r-Rumanija – huma fost il-forzi ta' koalizzjoni li qed jipparteċipaw fl-operazzjoni; billi apparti Ċipru u Malta, l-Istati Membri kollha ta' l-UE jikkontribwixxu b'total ta' truppi ta" aktar minn 21,500 ruħ lill-missjoni ISAF immexxija min-NATO; billi l-ewwel timijiet ta' rikostruzzjoni provinċjali (PRTs) bdew ħidmiethom tard fl-2001 u bħalissa hemm madwar 25 PRTs li qed joperaw madwar il-pajjiż kollu,

C.   billi hemm diskrepanza kbira bejn l-ammont ta' flus li qed tonfoq il-komunità internazzjonali fuq operazzjonijiet militari fuq naħa, u l-flus għar-rikostruzzjoni ċivili u l-għajnuna umanitarja fuq in-naħa l-oħra,

D.   billi aktar minn nofs l-abitanti ta" l-Afganistan illum qegħdin jgħixu taħt il-linja tal-povertà u l-ekonomija tal-pajjiż hija waħda mill-aktar dgħajfa fid-dinja, bil-qgħad jilħaq 40%,

E.   billi s-settur tas-saħħa ta" l-Afganistan beda jagħti l-ewwel riżultati promettenti, bħalma huma t-tnaqqis ta' 24% fir-rata ta' mortalità tat-tfal mill-waqgħa tat-Taliban, numru akbar ta' trabi li jibqgħu ħajjin wara l-ewwel sena tagħhom, u perċentwali aktar għoli ta' Afgani b'aċċess dirett għal-kura primarja tas-saħħa,

F.   billi s-sistema edukattiva Afgana qed turi l-ewwel sinjali ta' żviluppi pożittivi bħalma huwa n-numru li qed jikber ta' tfal u partikularment bniet, studenti u għalliema li reġgħu lura lejn l-iskejjel, ir-riabilitazzjoni ta' l-iskejjel primarji li qed issir u t-taħriġ għall-għalliema,

G.   billi għalkemm m'hemm l-ebda figuri uffiċjali dwar l-imwiet fost iċ-ċivili fl-Afganistan, ir-rapport tas-6 ta" Marzu 2008 tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar is-sitwazzjoni fl-Afganistan jindika li "fl-2007, il-livell ta" attività insurġenti u terroristika żdied sewwa meta mqabbel mas-sena ta" qabel. Fl-2007 ġiet reġistrata medja ta" 566 inċident fix-xahar, meta mqabbla ma" 425 fix-xahar fis-sena ta" qabel. Mit-8,000 mewt relatata mal-kunflitt fl-2007, aktar minn 1,500 kien persuni ċivili – l-ogħla figura ta" mwiet sa minn meta tneħħa t-Taliban fl-2001,

H.   billi l-Kostituzzjoni Afgana l-ġdida ma tiggarantixxix libertà reliġjuża sħiħa, minħabba li l-abbandun ta" l-Iżlam jibqa" reat punibbli,

I.   billi l-Bord Konġunt ta" Koordinazzjoni u Monitoraġġ għall-Afganistan li ltaqa" bejn il-5 u s-6 ta" Frar 2008 f'Tokjo beda jħejji konferenza internazzjonali biex janalizza l-progress fl-implimentazzjoni tal-Patt ta" l-Afganistan adottat mill-Konferenza ta" Londra msemmija hawn fuq ,

J.   billi l-Istħarriġ ta" Valutazzjoni Rapida tax-Xitwa ta" l-Opju ta" l-Afganistan ta" l-2008 (li sar mill-Uffiċċju għad-Drogi u l-Kriminalità tan-Nazzjonijiet Uniti (UNODC) jikkonferma t-tendenzi ta" l-istħarriġ ta" l-2007, skond liema in-numru ta" provinċji mingħajr oppju fit-tramuntana u ċ-ċentru jista" jiżdied iżda l-livell ta" kultivazzjoni fin-nofsinhar u fil-punent probabbli li tikber; billi r-rapport ta" l-2007 minn naħa jirrepeti l-fehma żbaljata li provinċji mingħajr ebda kultivazzjoni jew bi ftit kultivazzjoni ta" pepprin huma "ħielsa mill-oppju" iżda jagħmel enfasi min-naħa l-oħra fuq ir-rabta bejn in-nuqqas ta' sigurtà u l-produzzjoni ta' narkotiċi; billi l-għodod prinċipali ta' politika kontra n-narkotiċi huma l-qerda tal-kultivazzjoni, il-projbizzjoni (li hija aktar kumplessa mill-arrest tat-traffikanti), u l-żvilupp (għajxien alternattiv) segwiti flimkien,

K.   billi skond il-programm ta" detenzjoni sigrieta ta" l-Istati Uniti mijiet ta" priġunieri Afgani għadhom miżmuma f'diversi faċilitajiet detentivi, bħall-bażi militari ta" Bagram u Gwantanamo, bi ksur tal-liġi internazzjonali umanitarja u d-drittijiet tal-bniedem; billi l-priġunieri fil-kustodja Afgana għadhom qed jiffaċċjaw sistema ta" infurzar tal-liġi li m'għandhiex l-istandards minimi ta" l-istat tad-dritt u tar-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem,

1.  Hu tal-fehma li b'riżultat ta" l-aħħar 30 sena fil-ġrajja ta" l-Afganistan, li kienu kkaratterizzati mill-okkupazzjoni Sovjetika, il-ġlied bejn id-diversi fazzjonijiet ta" Mujahideen u r-ripressjoni tar-reġim tat-Taliban, il-pajjiż beda proċess ta" rikostruzzjoni importanti u kumplessa tas-soċjetà tiegħu u jeħtieġ ikompli jsaħħaħ l-istituzzjonijiet tiegħu u biex jipprovdi aħjar għall-ħtiġijiet bażiċi taċ-ċittadini tiegħu f'oqsma bħall-edukazzjoni, l-akkomodazzjoni, is-saħħa, in-nutriment u s-sikurezza pubblika; jilqa" b'sodisfazzjon l-isforzi u l-progress li sar mill-poplu Afgan u mill-istituzzjonijiet tal-pajjiż sa mill-2002 lejn l-istabbiliment ta" l-istat tad-dritt, id-demokrazija u l-proċess lejn l-istabilità;

2.  Hu konvint li l-pajjiż sar każ li jintuża bħala test għall-għajnuna internazzjonali għall-iżvilupp u l-koperazzjoni bilaterali u multilaterali; jenfasizza l-ħtieġa li l-komunità internazzjonali tkompli taħdem mal-Gvern Afgan u man-nies ta" l-Afganistan sabiex turi l-abilità tagħha li ġġib fit-tmiem iċ-ċirku vizzjuż tal-vjolenza u l-faqar u li tagħti lill-pajjiż il-prospett ta' paċi u żvilupp sostenibbli; jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jipproponu inizjattiva għal Kunsill internazzjonali li fih id-donaturi ewlenin, il-kontributuri militari u l-organizzazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti possibbilment immexxi mill-Missjoni ta" Assistenza tan-Nazzjonijiet Uniti fl-Afganistan u bbażat fuq il-kunċett tal-Kummissjoni għall-Bini tal-Paċi tan-Nazzjonijiet Uniti, jarmonizza l-isforzi differenti ta" rikostruzzjoni fl-Afganistan;

3.  Jiġbed l-attenzjoni għall-effetti dewwiema tal-gwerer li seħħew fil-pajjiż, il-miljuni ta" vittmi, persuni b'disabilità, refuġjati, persuni spostati u l-ispejjeż materjali li jirriżultaw mill-qerda ta" l-infrastruttura prinċipali kważi kollha kemm hi;

4.  Jikkundanna bil-qawwa l-attakk terrorista fuq l-ambaxxata Indjana f'Kabul fis-7 ta' Lulju 2008, li kkawżat aktar minn 40 mewt, inkluż 4 membri ta' l-istaff ta' l-ambaxxata; jesprimi l-kondoljanzi l-aktar profondi lill-qraba, lil dawk midruba u lill-gvernijiet Afgani u Indjani.

5.  Iqis li r-relazzjoni bejn l-Afganistan u l-Pakistan kienet is-sors ta" ħafna mill-instabilità fir-reġjun, u, għalhekk, jikkonkludi li l-istabilizzar tar-reġjun jeħtieġ politika komprensiva mmirata lejn dik ir-relazzjoni; jispera li, bil-gvern il-ġdid fil-Pakistan, it-titjib tar-relazzjoni bilaterali se jilħaq impetu ġdid; jemmen, madankollu, li mingħajr l-impenn u l-assistenza attivi tal-komunità internazzjonali ż-żewġ pajjiżi mhux se jkunu kapaċi jilliberaw ruħhom mir-relazzjoni bilaterali diffiċli tagħhom; jirrikonoxxi li s-sigurtà fl-Afganistan tiddependi ħafna mid-demokratizzazzjoni tal-Pakistan; iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali biex tnedi u tappoġġja miżuri li jnaqqsu t-tensjoni bejn l-Afganistan u l-Pakistan, inkluż programm għaż-żmien twil li jistabbilizza u jiżviluppa r-reġjun transkonfinali, li jkunu jinvolvu parteċipanti miż-żewġ naħat;

6.  Jilqa" b'sodisfazzjon l-isforzi u l-progress li sar mill-poplu Afgan u mill-istituzzjonijiet tal-pajjiż sa mill-2002 lejn l-istabbiliment ta" l-istat tad-dritt, tad-demokrazija u tat-tiftix għall-istabbiltà; u jikkunsidra dawn il-kisbiet bħala estremament importanti meta mqabbla mal-problemi strutturali ta" nuqqas ta" legalità u ta" nuqqas ta" rispett tad-dinjità tal-bniedem li kkaratterizzaw l-Afganistan taħt ir-reġim Sovjetiku u taħt dak tat-Taliban;

7.  Jikkunsidra b'mod partikolari li l-parteċipazzjoni massiva tal-popolazzjoni fil-fażijiet elettorali differenti tal-pajjiż tafferma l-volontà tan-nisa u ta" l-irġiel ta" l-Afganistan li jikkontribwixxu għall-istabbiliment ta" pajjiż ibbażat fuq il-prinċipji tad-demokrazija attiva u parteċipattiva; jenfasizza li dawn l-elezzjonijiet ikkostitwixxew referenza fil-kuntest reġjonali u fil-pajjiżi fi transizzjoni li jkunu għaddejjin minn kunflitti kbar bl-armi;

8.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-istituzzjonijiet Afgani jkomplu fil-ġlieda tagħhom kontra kull forma ta" korruzzjoni, li jimplimentaw linji politiċi effikaċji ta" titjib tal-kundizzjonijiet soċjali tal-popolazzjoni;

9.  Jinnota li fl-Afganistan, l-UE hija primarjament magħrufa bħala organizzazzjoni umanitarja, iżda jikkunsidra li hemm ukoll ħtieġa sabiex l-UE tidher bħala dik li għandha infuwenza politika aktar qawwija u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tipproponi strateġiji li permezz tagħhom, waqt li tqis is-sovranità naturali tal-poplu Afgan, l-UE tista" ssaħħaħ il-viżibilità tagħha billi tagħti s-setgħa lill-magna burokratika, politika u ċivili sakemm l-infrastruttura governattiva tasal fi żmien ta" aktar stabilità u permanenza;

10.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-komunità internazzjonali tikkoordina aħjar l-isforzi tagħha sabiex tipprovdi għajnuna ċivili effiċjenti u sostenibbli; għalhekk jitlob ukoll għal baġit ibbilanċjat li jalloka biżżejjed fondi għar-rikostruzzjoni ċivili u għall-assistenza umanitarja, minħabba li l-ħolqien tas-sigurtà u r-rispett għall-istat tad-dritt huma kwistjonijiet ta" importanza ewlenija;

11.  Jilqa' l-fatt li fil-Konferenza internazzjonali imsemmija hawn fuq tat-12 ta' Ġunju 2008 mhux biss kien hemm donaturi ta' USD 21 Biljun Amerikan imma saret reviżjoni tal-proċeduri meħtieġa sabiex l-għajnuna internazzjonali tkun orjentata b'mod aktar effettiv u preċiż lejn il-prijoritajiet biex tiġi evitata l-korruzzjoni;

12.  Jenfasizza li t-tisħiħ kbir tar-rieda u l-impenn politiku huwa neċessarju, u li dan għandu jiġi segwit mhux biss bir-rieda li jiġu pprovduti truppi addizzjonali għall-ġlied fl-aktar zoni diffiċi, mhux ristretti minn twissijiet nazzjonali, iżda wkoll minn sforzi urġenti u intensifikati ta' rikostruzzjoni ċivili, sabiex jiġu kkonsolidati l-kisbiet u terġa" tinkiseb il-fiduċja tal-poplu Afgan fuq bażi fit-tul u sostenibbli; b'mod partikulari jikkunsidra li l-Operazzjoni "Enduring Freedom" tista" titqies bħala kontroproduttiva jekk il-pressjoni militari fuq l-insurġenti ma tiġix kumplimentata bi proċess politiku li permezz tiegħu l-awtoritajiet Afgani jkunu jistgħu jilħqu lill-partijiet kollha tal-populazzjoni li jirrikonoxxu l-Kostituzzjoni u li jċedu l-armi tagħhom; f'dan ir-rigward, huwa jinnota wkoll li l-komunità umanitarja – li tinkludi n-NU u l-organiżżazzjonijiet non-governattivi –għandha bżonn ittejjeb il-koordinazzjoni, tevita inizjattivi ad hoc u tiżviluppa l-istat ta" tħejjija u l-ippjanar tal-kontingenzi;

13.  Jenfasizza li l-Unjoni Ewropea għandha tuża l-esperjenza u l-kompetenza tal-missjonijiet tagħha u ta" dawk ta" l-Istati Membri li diġà għandhom preżenza militari jew ċivili fit-territorju Afgan, fil-proċess ta" stabbilizzazzjoni u ta" rikostruzzjoni ta" l-Afganistan;

14.  Jappoġġja l-isforzi tan-NATO sabiex itejbu s-sigurtà tal-pajjiż, kif ukoll il-ġlieda kontra t-terroriżmu lokali u internazzjonali, u jikkunsidra li l-preżenza ta" dawn il-forzi hija indispensabbli sabiex ikun żgurat il-futur tal-pajjiż;

15.  Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri sabiex jappoġġaw l-isforzi sabiex jiġu miġġielda t-terroriżmu, l-estremiżmu reliġjuż, l-estremiżmu etniku, is-separatiżmu etniku u l-azzjonijiet kollha mmirati sabiex ifixklu l-integrità territorjali, l-unità ta" l-istat u s-sovranità nazzjonali ta" l-Afganistan;

16.  Jiġbed attenzjoni għall-idea li l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jappoġġaw lill-Afganistan fil-kostruzzjoni ta" l-istat tiegħu stess, b'istituzzjonijiet demokratiċi aktar b'saħħithom li huma kapaċi jassiguraw is-sovranità nazzjonali, l-unità ta" l-istat, l-integrità territorjali, l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli u l-prosperità tan-nies ta" l-Afganistan u jirrispettaw it-tradizzjonijiet storiċi, reliġjużi, spiritwali u kulturali tal-komunitajiet etniċi u reliġjużi kollha li jinsabu fit-territorju Afgan;

17.  Jinnota li l-bżonnijiet ta" żvilupp mill-ġdid huma importantifl-Afganistan kollu, iżda li d-distribuzzjoni ta" l-għajnuna u s-sigurtà huma problemi partikulari fiz-zona ddominata mill-Pashtun, u għalhekk, jitlob li jitħaffef il-pass ta" l-attivitajiet ta" rikostruzzjoni fin-nofsinhar ta" l-Afganistan;

18.  Jiġbed attenzjoni għall-fatt li l-UE għandha tħeġġeġ u tgħin lill-investituri Ewropej sabiex jinvolvu rwieħhom fir-rikostruzzjoni ta" l-Afganistan, sabiex ikunu preżenti fil-post u jiżviluppaw negozji hemmhekk;

19.  Jirrimarka li l-problemi ewlenin li qed jiffaċċja l-pajjiż huma l-istabbiliment mill-ġdid tas-sigurtà u l-istabbiliment ta" stat li jiffunzjona; jinnota li l-problemi ta' sigurtà fl-Afganistan huma aktar kumplessi minn sempliċi ġlieda kontra t-terroriżmu, u għaldaqstant jirrikjedu aktar minn soluzzjoni militari; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li s-sigurtà u l-istat tad-dritt huma interdipendenti, u li dan joħloq atmosfera tajba għall-iżvilupp uman, u li t-tisħiħ ta" l-istat tad-dritt hu meħtieġ sabiex ikun possibbli li ċ-ċittadini tal-pajjiż jagħmlu għażliet ekonomiċi u soċjali li jippermettulhom jgħixu ħajja ta" valur u ta" saħħa, meta jkun akkumpanjat minn miżuri maħsuba biex jerġa" jkun stabbilit stat li jiffunzjona sabiex jitħares l-istat tad-dritt, ikun żgurat l-aċċess għas-servizzi pubbliċi bażiċi u jkunu żgurati opportunitajiet indaqs għall-poplu;

20.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn mistqarr fil-Patt miftiehem dwar l-Afganistan "sabiex issir ħidma favur Afganistan stabbli u prosperu, bi tmexxija tajba u ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem għal kulħadd skond l-istat tad-dritt"; huwa ta' l-opinjoni li fin-nuqqas ta' prijoritajiet ċari jew ta' kalendarju ċar, il-Patt għandu jkollu linji gwida definiti dwar kif jistgħu jintlaħqu dawn l-objettivi ambizzjużi, u għaldaqstant jenfasizza l-ħtieġa li d-donaturi jiżguraw li l-programmi tagħhom ikunu adattati għal dan it-tip ta" prijoritajiet fil-livelli ċentrali u provinċjali, u li r-riżorsi allokati jintużaw b'mod xieraq u effettiv;

21.  Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li tkun żviluppata strateġija bilanċjata u sostenibbli għar-riforma tas-settur tas-sigurtà, strateġija li tipprovdi għal armata nazzjonali u forza tal-pulizija li jkunu professjonali; jenfasizza li s-sistema ġudizzjara Afgana hija fi bżonn estrem ta" investiment u li hemm bżonn urġenti li tingħata attenzjoni għaż-żieda fil-kapaċità u l-abbiltà tagħha;

22.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li minkejja xi kisbiet li saru s'issa, ir-riżultati ġenerali ta' l-isforzi għal riforma fil-pulizija matul l-aħħar ħames snin kien ta" diżappunt, u juru d-diffikultajiet serji li qegħda tiffaċċja l-komunità internazzjonali fil-post fejn jidħol it-twaqqif ta' istituzzjonijiet; iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali b'mod ġenerali, u l-missjoni tal-pulizija ta" l-UE b'mod partikolari, sabiex ikomplu bl-isforzi tagħhom biex jiżviluppaw il-forza tal-pulizija ta" l-Afganistan stess, ikkaratterizzata mir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt;

23.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-mandat tal-EUPOL jipprovdi għal kompiti li "jappoġġaw konnessjonijiet bejn il-pulizija u l-istat tad-dritt f'sens aktar wiesa" ", u għaldaqstant jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jikkoordinaw aħjar l-attivitajiet rispettivi tagħhom sabiex jassiguraw li l-politiki ta' l-UE huma aktar koerenti u effiċjenti; jikkunsidra li huwa daqstant importanti li l-UE iżżid ir-riżorsi maħsuba għall-EUPOL konsiderevolment, kemm f'dak li huma ħaddiema kif ukoll finanzi; jenfasizza l-fatt li riforma komprensiva tal-Ministeru ta" l-Intern hija indispensabbli u li din hija ħidma l-ewwel u qabel kollox politika, u problema teknika sa ċertu punt, fis-sens li mingħajrha, l-isforzi għar-riforma tal-pulizija ma jirnexxux, u għaldaqstant jagħti importanza kbira lil għan ieħor ta" l-EUROPOL, jiġifieri l-għan li "jagħmel monitoraġġ, iservi ta" gwida, jagħti pariri u jagħmel taħriġ fil-livell tal-Ministeru Afgan ta" l-Intern, ir-reġjuni u l-provinċji"; jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-programm ta" EUR 2.5 miljun taħt l-Istrument ta" Stabbilità(6) dwar il-miżuri sabiex issir riforma għall-ħatra ta" l-imħalfin u tal-prosekuturi, u jistenna li din l-iskema pilota sservi sabiex jiġi żviluppat programm ta" riforma fit-tul għas-settur tal-ġustizzja għall-2009;

24.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-missjoni tal-EUPOL għad trid tilħaq is-saħħa kollha tagħha minkejja li għaddiet sena minn meta tnediet fil-15 ta" Ġunju 2007, u jinnota li anke meta tkun qed taħdem b'mod sħiħ, din tikkonsisti biss f" persunal magħmul minn195 persuna li jissorveljaw deċiżjonijiet ta" livell għoli f'Kabul u fiċ-ċentri provinċjali; jikkunsidra li d-dikjarazzjoni riċenti tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Afgan li mill-anqas 700 ħarrieġ ieħor huma meħtieġa b'mod urġenti fil-pajjiż, u tal-kontribut li dan in-nuqqas għamel għas-sitwazzjoni li fiha r-rati ta" mortalità huma ferm ogħla għall-pulizija milli għall-armata; jindika li l-gvern Ġermaniż offra li jżid il-kontribut tiegħu stess minn 60 għal 120 ħarrieġ jekk isiru impenni simili minn pajjiżi oħra ta" l-UE; jitlob li jkun hemm aktar koordinazzjoni ta" l-isforzi ta" l-UE u ta" l-Istati Uniti għat-taħriġ tal-pulizija ċivili ta" l-Afganistan;

25.  Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jimpenjaw irwieħhom, fil-kuntest tal-programm ta" għajnuna għall-Afganistan, biex jirrifurmaw is-sistema legali, bil-għan li jagħmlu s-sistema ġudizzjarja Afgana professjonali permezz ta" l-istituzzjonijiet ewlenin tiegħu, jikkonċentraw fuq il-Qorti Suprema, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku u l-Ministeru tal-Ġustizzja, bil-għan li jiġu salvagwardjati d-drittijiet tal-parti tad-difiża, billi tkun provduta l-għajnuna legali meħtieġa lil gruppi vulnerabbli, u jkunu garantiti d-drittijiet tad-difiża; jitlob li l-konformità mar-riżoluzzjoni ta' l-Assemblea Ġenerali tan-NU 62/149 tat-18 ta' Diċembru 2007 dwar moratorju fuq l-użu tal-piena kapitali bħala waħda mill-prijoritajiet ta" l-isforzi Ewropej għal riforma fis-sistema tal-ġustizzja fl-Afganistan;

26.  Jemmen bil-qawwa li l-PRTs għandhom jikkonċentraw fuq objettivi speċifiċi li jikkonċernaw is-sigurtà, it-taħriġ u l-ħidma mal-pulizija u mal-militar Afgani, u l-appoġġ għall-konsolidazzjoni tal-pożizzjoni tal-gvern ċentrali f'zoni mhux sikuri; jenfasizza l-ħtieġa li jerġa" jkun definit is-sehem tal-PRTs, b'mod partikulri rigward il-kooordinazzjoni u l-iskambju ta" l-aħjar prattiki bejniethom; hu konvint li minkejja li s-sigurtà u l-iżvilupp huma interdipendenti fl-Afganistan, hemm linja ċara bejn l-azzjoni militarji u umanitarja li jeħtieġ tinżamm, u li l-professjonisti tas-sigurtà u l-iżvilupp għandhom għaldaqstant jagħmlu l-aħjar użu mill-elementi b'saħħithom u mill-għarfien professjonali tagħhom; jemmen li n-numru ta" Afgani li jaħdmu fil-PRTs għandu jiżdied u li l-proprjetà lokali għandha tiġi mtejba kemm jista" jkun;

27.  Jappoġġa bil-qawwa l-fehma li hemm ħtieġa urġenti li tkun żviluppata u msaħħa s-soċjetà ċivili li qed titwieled fl-Afganistan, u li se jinħtieġu ħafna żmien u sforzi sabiex b'mod gradwali tiżviluppa kuxjenza ġenerali dwar l-importanza tad-drittijiet tal-binedem, id-demokrazija u l-libertajiet fundamentali, u b'mod partikulari l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-edukazzjoni u l-ħarsien tal-minoranzi; jenfasizza li soċjetà ċivili b'saħħitha tista" tiżviluppa biss f'ambjent politiku li huwa karatterizzat minn istituzzjonijiet stabbli u effiċjenti u minn partiti politiċi organizzati sew; jikkunsidra li sabiex tingħeleb il-kultura ta' vjolenza li tiddomina s-soċjetà Afgana, il-komunità internazzjonali tad-donaturi għandha tagħti l-appoġġ finanzjarju u tekniku lill-proġetti lokali maħsuba għar-rikonċiljazzjoni; jikkunsidra li l-Unjoni Ewropea għandu jkollha rwol dejjem aktar importanti fl-appoġġ għas-soċjetà ċivili Afgana; jenfasizza l-ħtieġa li l-Parlament u s-soċjetà ċivili Afgani jkollhom sehem sħiħ fl-ipprogrammar tal-koperazzjoni ta" l-iżvilupp ta" l-UE; u b'mod partikulari fl-abbozzar ta" Dokumenti ta" Strateġija tal-Pajjiżi u Pjanijiet ta" Azzjoni Annwali;

28.  Jemmen li t-tisħiħ tas-soċjetà ċivili Afgana jkollu suċċess biss jekk il-gruppi etniċi u reliġjużi kollha jkunu rappreżentati u jinstemgħu, u jinkludi wkoll il-kooperazzjoni mal-kapijiet tribali tradizzjonali(kif diġà sar fl-hekk imsejjaħ "Uffiċjali ta" Kollegament Tribali");

29.  Jenfasizza li l-libertà tal-mezzi ta" komunikazzjoni hija essenzjali sabiex tinħoloq soċjetà demokratika; huwa mħasseb ħafna dwar in-numru dejjem jikber ta" attakki fuq ġurnalisti u jitlob lill-awotritajiet Afgani sabiex jinvestigaw b'mod serju dawn il-vjolazzjonijiet; Jilqa" b'sodisfazzjon ix-xogħol tal-media indipendenti fl-Afganistan, li stabbilixxiet mill-ġdid livell ta" pluraliżmu ta" l-informazzjoni fil-pajjiż wara deċennji ta" nuqqas ta" kwalunkwe libertà ta" espressjoni; jikkunsidra li l-libertà ta" l-istampa u ta" l-espressjoni huma kundizzjonijiet indispensabbli għall-iżvilupp soċjali tal-pajjiż u tar-relazzjonijiet bejn l-Afganistan u l-Unjoni Ewropea; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-President Karzai irrifjuta li jiffirma l-abbozz tal-liġi dwar il-media fil-15 ta' Diċembru 2007, wara li dan kien ġie approvat miż-żewġ kmamar tal-parlament; jistieden lill-President sabiex jiċċara l-istejtus ta' l-abbozz ta' liġi dwar il-media u jfakkar fl-impenn tal-gvern fil-Patt dwar l-Afganistan li jiżviluppa media "indipendenti u pluralistika"; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni tal-libertà ta" l-espressjoni, ipperikolata permezz tas-sentenzi mogħtija kontra bloggers u ġurnalisti indipendenti, u jitlob lill-gvern Afgan biex jimpenja ruħu li jiggarantixxi libertà effettiva tal-kelma għaċ-ċittadini kollha tiegħu, u dan jibda mid-difiża tal-libertà ta" l-Internet;

30.  Jenfasizza l-importanza ta" liġi dwar il-mezzi tax-xandir li tħares "il quddiem għall-iżvilupp ta" soċjetà aktar inklużiva, tolleranti u demokratika li tibża" għall-valuri reliġjużi u kulturali tal-pajjiż mingħajr ma trażżan l-attivitajiet u l-indipendenza tal-mezzi tax-xandir bl-iskuża tas-sigurtà nazzjonali jew ir-reliġjon u l-kultura;

31.  Ifisser it-tħassib tiegħu għall-integrità fiżika tas-Sra Malalai Joya, Membru tal-Wolesi Jirga, u jitlob lill-awtoritajiet Afgani biex jiggarantixxu l-protezzjoni tagħha; jitlob lill-awtoritajiet Afgani sabiex jeħilsu lil Latif Pedram, fundatur tal-Partit tal-Kungress Nazzjonali ta' l-Afganistan mill-arrest fid-domiċilju, iwaqqgħu l-akkużi kontrih u jagħtu assikurazzjonijiet dwar is-sigurtà tiegħu;

32.  Itenni t-talba tiegħu lill-awtoritajiet Afgani sabiex jintroduċu moratorju fuq il-piena tal-mewt; jesprimi t-tħassib kbir tiegħu għall-ħajja ta" Perwiz Kambakhsh u għexieren ta" individwi oħrajn li qegħdin jiffaċċjaw is-sentenza tal-mewt f'sistema ġudizzjarja li għadha mhux kapaċi tiżgura li jsir ġuri ġust, u jitlob lill-President Karzai biex jibdel is-sentenzi tagħhom;

33.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-progress ta' l-Afganistan għat titjib tar-rappreżentazzjoni tan-nisa fil-politika; jesprimi s-solidarjetà tiegħu man-nisa kollha li jiġġieldu fil-pajjiż biex jiddefendu u jippromwovu d-drittijiet tagħhom; għadu mħasseb dwar id-differenzi kbar fid-dħul li jaqilgħu l-irġiel u n-nisa, ir-rata baxxa ħafna ta' litteriżmu fost in-nisa, l-inġustizzji li jbatu n-nisa u l-bniet – ikkaġunat minn prattiċi kulturali – kemm billi l-membri tal-familja u tal-komunita jiċħdulhom l-aċċess għal servizzi bażiċi bħall-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni u kemm n-nuqqas ta' opportunitajiet ta' impjegar, kif ukoll il-livelli għolja ta' vjolenza domestika u diskriminazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa urġenti li l-miżuri maħsuba għall-ħarsien tad-drittijiet tan-nisa jiddaħħlu fir-riforma legali u politika; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex b'mod attiv jappoġġjaw din l-inizjattiva u sabiex jiddedikaw fondi għal miżuri bħal passi attivi biex iżidu n-numru ta" bniet li jinkitbu biex imorru l-iskola u għar-reklutaġġ ta" għalliema nisa, li se jgħinu biex tiżviluppa l-kapaċità tal-pajjiż li jħares id-drittijiet tan-nisa, bniet u tfal, minħabba li dawn ta" l-aħħar huma wkoll vittmi ta" vjolenza domestika u sfruttament sesswali ikkaġunati minn prattiki kulturali u x-xogħol li jisfrutta u t-traffikar; aktar minn hekk, jappella għal miżuri speċifiċi biex jiġu indirizzati l-problemi li qed isibu ma" wiċċhom in-nisa Afgani fis-setturi tas-saħħa u ta" l-edukazzjoni;

34.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li sa minn Marzu 2002, l-Uffiċju ta-Kummissjonarju Għoli tan-NU għar-Refuġjati għen 3.69 miljun rifuġjat Afgan sabiex jirritornaw lura fl-Afganistan, u b'hekk wettaq l-akbar operazzjoni ta' ritorn megħjun fl-istorja tiegħu, iżda li, minkejja dan, għad hemm madwar 3.5 miljun Afgan, reġistrati jew mhumiex, fil-Pakistan u fl-Iran; huwa mħasseb dwar it-tnaqqis fil-fondi għar-rifuġjati Afgani u jenfasizza li ż-żamma ta' programm effiċjenti ta' ripatrijazzjoni aktarx se jinvolvi aktar spejjeż, billi r-rifuġjati li baqa' fil-Pakistan u fl-Iran għandhom anqas riżorsi u rabtiet aktar dgħajfa ma' l-Afganistan minn dawk li diġa marru lura; jenfasizza li l-mawra lura sikura u volontarja tar-rifuġjati Afgani u ta' persuni li kienu mġegħla jħallu djarhom, għandha tkun prijorità għolja għall-Afganistan u għall-komunità internazzjonali; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iżidu l-fondi għar-rijintegrazzjoni tar-refuġjati;

35.  Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar it-tkabbir u t-traffiku dejjem jikbru ta' l-oppju, li jwasslu għal implikazzjonijiet politiċi u ta' sigurtà nazzjonali serji fl-Afganistan u fil-pajjiżi ġirien; jenfasizza li l-ekonomija bbażata fuq l-oppju għadha għajn ta' korruzzjoni u tikkomprometti l-istituzzjonijiet pubbliċi, l-aktar dawk fl-oqsma tas-sigurtà u tal-ġustizzja; billi m'hemm l-ebda soluzzjoni "ta" malajr", u peress li l-miżuri ħarxa maħsuba sabiex jeqirdu l-uċuħ ta' l-oppju weħidhom ma jistgħux jagħtu r-riżultati mistennija, jistieden lill-komunità internazzjonali immexxija mill-gvern Afgan sabiex tiżviluppa strateġija fit-tul li tkun immirata b'mod ewlieni lejn l-iżvilupp rurali komprensiv, inkluż il-ħolqien ta' l-infrastruttura meħtieġa u ta' istituzzjonijiet amministrattivi li jaħdmu; jilqa" b'sodisfazzjon id-djalogu li qiegħed jiżided bejn l-Afganistan, l-Iran u l-komunità internazzjonali dwar modi ta" kif jistgħu jitrażżnu l-produzzjoni u l-esportazzjoni ta" l-oppju;

36.  Jitlob lill-gvern ta" l-Istati Uniti biex jabbanduna l-politika tiegħu tal-qerda tal-kultivazzjoni u b'mod partikulari l-użu tar-"Roundup" għall-isprejjar mill-ajru, sustanza li hija assoċjata ma" riskji serji għall-ambjent u għas-saħħa, billi l-fatt li jiġu mmirati l-bdiewa tal-pepprin se jġib biss mibgħeda għall-preżenza tat-truppi internazzjonali;

37.  Huwa mħasseb dwar il-problemi soċjali u ta" saħħa maġġuri kkawżati mill-vizzju tad-droga b'mod ġenerali, u l-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi għal nisa Afgani b'mod partikolari, li għandhom dan il-vizzju; jirreferi għal stħarriġ ta" l-UNODC ta" l-2005 skond liema, kien hemm 920 000 persuna li tagħmel użu mid-droga fl-Afganistan, li minnhom 120 000 kienu nisa; jenfasizza d-dikjarazzjoni li hemm fl-istħarriġ li, minflok tara l-vizzju tad-droga bħala problema soċjali, is-soċjetà Afgana taraha bħala problema individwali, u ħafna nisa jużaw id-drogi għal għanijiet mediċi biex itaffu u jagħmlu tajjeb għal firxa ta" problemi fiżiċi u psikoloġiċi; jinnota li, minkejja li hemm pieni ħorox għal min ikabbar, jittraffika u juża d-droga, il-gvern ta" l-Afganistan bħalissa mhuwiex kapaċi jinforza l-liġijiet f'dak ir-rigward; iħeġġeġ lill-gvern Afgan u lill-komunità internazzjonali sabiex ifasslu, jiffinanzjaw u jimplimentaw programmi, attivitajiet u kampanji ta" tqajjim ta" għarfien addattati li jkollhom fil-mira lin-nisa u lill-familji tagħhom;

38.  Jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni indirizzati biex jgħinu lill-Afganistan u jitlob lill-Kummissjoni sabiex tevalwa b'mod regolari l-effettività ta' l-għajnuna finanzjarja ta" l-Unjoni Ewropea, b'mod partikulari l-kontribut tal-Kummissjoni lill-Fondi Fiduċjarji; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex iżżomm lill-Parlament infurmat kif xieraq dwar ir-riżultat ta' din l-evalwazzjoni;

39.  Ifakkar fl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew, fil-baġit ta" l-2008 tiegħu, li jappoġġja l-bini tad-demokrazija mal-parlamenti f'pajjiżi terzi, u jiddeċiedi li jużaha għall-bini tal-kapaċità u għajnuna teknika mmirata għat-titjib tal-ħila tal-Parlament Ewropew li jsawwar liġijiet u jimmonitorja l-lat eżekuttiv, b'mod speċjali billi jipproteġi l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, u tad-drittijiet tan-nisa b'mod partikolari;

40.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u l-Kummissjoni, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u tar-Repubblika Islamika ta' l-Afganistan.

(1) ĠU C 287 E, 24.11.2006, p.176.
(2) Testi adottati, P6_TA(2007)0485.
(3) ĠU L 139, 31.5.2007, p. 33.
(4) ĠU L 295, 14.11.2007, p. 31.
(5) ĠU L 71, 14.3.2008.
(6) Regolament (KE) Nru 1717/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Novembru 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Istabbiltà (ĠU L 327, 24.11.2006, p.1).

Avviż legali - Politika tal-privatezza