Programmi ta' Azzjoni Annwali għall-Brażil għall-2008 u għall-Arġentina għall-2008
274k
42k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008 dwar l-abbozzi tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu l-Programmi ta' Azzjoni Annwali għall-Brażil għall-2008 u għall-Arġentina għall-2008
– wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta" Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta" finanzjament għall-koperazzjoni fl-iżvilupp(1),
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li tistabbilixxi Programmi ta' Azzjoni Annwali għall-Brażil u l-Arġentina għall-2008 (CMTD-2008 - 0263 - D000422-01, CMTD-2008-0263 - D000421-01),
– wara li kkunsidra l-opinjoni mogħtija fil-10 ta" Ġunju 2008 mill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 35(1) tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 ('Il-Kumitat tat-Tmexxija ta' l-Istrument dwar il-Koperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI)'),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta" Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta" implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni(2),
– wara li kkunsidra l-Ftehima bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni tat-3 ta' Ġunju 2008 dwar il-proċeduri għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni, kif emendata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE(3),
– wara li kkunsidra r-Regola 81 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi, fl-10 ta' Ġunju 2008, il-Kumitat tat-Tmexxija tad-DCI ivvota favur l-abbozz ta' Programmi ta' Azzjoni Annwali għall-Brażil u l-Arġentina għall-2008 (CMTD-2008-0263 - D000422-01, CMTD-2008-0263 - D000421-01),
B. billi, skond l-Artikolu 7(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE u l-Artikolu 1 tal-Ftehima fuq imsemmija tat-3 ta' Ġunju 2008, il-Parlament Ewropew irċieva l-abbozz ta" miżuri ta" implimentazzjoni mressqa lill-Kumitat tat-Tmexxija tad-DCI u r-riżultati tal-votazzjoni,
C. billi l-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 jistipula li "l-objettiv primarju u l-iktar importanti ta" koperazzjoni skond dan ir-Regolament għandu jkun l-eliminazzjoni tal-faqar fil-pajjiżi u r-reġjuni sħab fil-kuntest ta" żvilupp sostenibbli",
D. billi l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 jistipula li "miżuri msemmija fl-Artikolu 1(1)(4) għandhom ikunu mfassla sabiex jissodisfaw il-kriterji għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) stabbiliti mill-Kumitat għall-Iżvilupp ta' l-Assistenza ta' l-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u għall-Iżvilupp (OECD/DAC)',
E. billi, fid-'Direttivi dwar ir-Rappurtaġġ għas-Sistema tar-Rappurtaġġ tal-Kredituri' (DCD/DAC (2002) 21), l-OECD/DAC tiddefinixxi l-ODA bħala flussi finanzjarji lejn pajjiżi fil-Lista tad-DAC ta" Benefiċjarji ta' l-Għajnuna li għalihom, inter alia, "kull tranżazzjoni hija amministrata bil-promozzjoni ta" l-iżvilupp ekonomiku u l-ġid tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw bħala l-objettiv ewlieni tagħha",
Il-Brażil
1. Jinnota li l-abbozz tal-Programm ta' Azzjoni Annwali għall-Brażil għall-2008 fih il-Programm Akkademiku ta' Mobilità għall-Brażil 2008-2010 (li huwa t-Tieqa għal Kooperazzjoni Esterna ta' l-Erasmus Mundus għall-Brażil) bħala l-unika azzjoni, u li din l-azzjoni taqa' taħt is-settur I ta' prijorità għall-Karta ta' Strateġija tal-Pajjiż bit-titolu 'It-titjib tar-relazzjonijiet bilaterali, Azzjoni 2: Il-programm ta' edukazzjoni għolja għall-Brażil' u li l-finanzjament għall-mobilità ta' l-istudenti u l-istaff akkademiku li huma ċittadini ta' l-UE (sa 30% tal-finanzjament totali tal-mobilità individwali ta' l-studenti u l-istaff) huwa stipulat bħala element importanti tal- tal-Programm ta' Azzjoni Annwali għall-Brażil għall-2008;
o
2. o o
o o o
3. Hu ta' l-opinjoni li l-Kummissjoni, minħabba dan, tisboq, fil-Programm ta' Azzjoni Annwali għall-Brażil għall-2008 u fil-Programm ta' Azzjoni Annwali għall-Arġentina għall-2008, il-poteri ta' l-implimentazzjoni tagħha stabbiliti fl-att bażiku, ġaladarba l-elementi msemmija hawn fuq mhumiex konformi ma' l-Artikolu 2(1) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006, billi l-objettiv ewlieni ta' dawn l-elementi mhuwiex l-eliminazzjoni tal-faqar, u billi dawn l-elementi ma jissodisfawx il-kriterji għall-ODA kif stabbilit mill-OECD/DAC(5);
4. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tirtira l-abbozzi tad-deċiżjonijiet li jistabbilixxu l-Programmi ta' Azzjoni Annwali għall-Brażil u l-Arġentina għall-2008 u biex tippreżenta lill-Kumitat ta' Tmexxija tad-DCI abbozzi ta' deċiżjonijiet ġodda li jirrispettaw b'mod sħiħ id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri.
Artikolu 1(1): "Il-Komunità għandha tiffinanzja miżuri mmirati bħala appoġġ għall-koperazzjoni ma' pajjiżi, territorji u reġjuni li qed jiżviluppaw (...)."
jiġifieri, li 'kull tranżazzjoni tiġi amministrata sabiex tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw bħala l-objettiv ewlieni tagħha' (Skeda tal-fatti ta' l-OECD/DAC għal Ottubru 2006, 'Hija l-ODA?' p.1)
Il-prijoritajiet ta' l-UE għat-63 Sessjoni ta' l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti
409k
98k
Rakkomondazzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008 lill-Kunsill dwar il-prijoritajiet ta' l-UE għat-63 Sessjoni ta' l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (2008/2111(INI))
– wara li kkunsidra l-proposta ta' Alexander Lambsdorff u Annemie Neyts-Uyttebroeck f'isem il-Grupp ALDE għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill fit-63 sessjoni ta' l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) (B6-0176/2008),
– wara li kkunsidra r-rapport ta' l-2005 tas-Segretarju tan-NU bit-titolu 'F'Libertá Akbar', ir-riżoluzzjoni sussegwenti 60/1 ta' l-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar l-eżitu tal-Laqgħa Għolja Dinjija 2005 u r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tas-7 ta' Marzu 2006 bit-titolu 'Ninvestu fin-Nazzjonijiet Uniti: għal organizzazzjoni dinjija aktar b'saħħitha",
– wara li kkunsidra l-Prijoritajiet ta' l-UE għat-62 Assemblea Ġenerali tan-NU,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tad-29 ta' Jannar 2004 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti(1) u tad-9 ta' Ġunju 2005 dwar ir-riforma tan-Nazzjonijiet Uniti(2) u tad-29 ta' Settembru 2005 dwar l-eżitu tal-Laqgħa Għolja Dinjija tan-Nazzjonijiet Uniti ta' bejn l-14 u s-16 ta' Settembru 2005(3),
– wara li kkunsidra l-lista preliminari ta' kwistjonijiet li għandhom jiġu nklużi fl- aġenda provviżorja tat-63 sessjoni regolari ta' l-Assemblea Ġenerali tal-11 ta' Frar 2008 u b'mod speċifiku għall-punti bit-titolu "Iż-Żamma tal-paċi u s-sigurtà internazzjonali", "L-iżvilupp ta' l-Afrika", "Il-Promozzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem" u l-"L-Immaniġġjar tar-Riforma",
– wara li kkunsidra r-riżultati tad-Disa' Laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika (COP 9), li saret mid-19 sat-30 ta' Mejju 2008 f'Bonn,
– wara li kkunsidra l-Konferenza ta' Reviżjoni ta' l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 114(3) u l-Artikolu 90 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarjiet Barranin (A6-0265/2008),
A. billi l-politika barranija ta' l-UE hi msejsa fuq appoġġ qawwi u ċar għal multilateraliżmu effettiv, kif inkorporat fil-Karta tan-NU,
B. billi l-UE hi sieħbapolitika u finanzjarja ewlienija tan-Nazzjonijiet Uniti fil-ġlieda kontra l-faqar u fil-promozzjoni ta' l-iżvilupp ekonomiku u soċjali, waqt li tipprovdi sigurtá kollettiva, inkluż il-ħarsien ta' l-għejxien ta' popolazzjonijiet fil-periklu, u tappoġġja d-drittijiet tal-bniedem fid-dinja kollha,
C. billi l-aġenda ta' riforma tan-Nazzjonijiet Uniti, li tinkludi t-twaqqif ta' korpi ġodda, it-tiġdid radikali ta' oħrajn, ir-ristrutturazzjoni ta' l-immaniġġjar ta' l-operazzjonijiet fuq il-post, ir-rijorganizzazzjoni tat-twassil ta' l-assistenza kif ukoll ir-riforma fil-fond tas-Segretarjat tiegħu, hija estremament ambizzjuża u teħtieġ appoġġ politiku kontinwu, b'mod partikolari fi żmien meta, wara d-definizzjoni tal-qafas ta' politika ġdida, l-istadju ta' implimentazzjoni jkun beda,
D. billi żewġ entitajiet ewlenin ġodda, il-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Kummissjoni għat-Tkattir tal-Paċi (PBC), daħlu f'fażi kruċjali, li fiha urew l-abilità tagħhom li jiksbu l-għanijiet rispettivi stabbiliti għalihom mill-Istati Membri tan-NU,
E. billi r-riforma tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, li ilha mistennija, għandha trid tinkiseb, meta jiġi meħud kont tas-sensitivitajiet involuti kif ukoll it-tensjoni bejn responsabilità diretta akbar u żieda fil-bilanċ ġeopolitiku, min-naħa, u l-bżonn li tkun żgurata l-effiċjenza u l-effettività ta' din l-entità, min-naħa l-oħra,
F. billi l-2008 hija sena importanti ħafna għall-isforzi biex jiġi eradikat il-faqar u biex jintlaħqu l-Għanijiet tal-Millenju għall-Iżvilupp (MDGs) sa l-2015, u billi l-Istati Membri ta' l-UE għandhom jipprovdu tmexxija globali qabel il-laqgħat ewlenin rilevanti li għandhom isiru fit-tieni nofs ta' din is-sena,
G. billi, fir-rigward ta' l-ilħuq ta' l-Għanijiet tal-Millenju għall-Iżvilupp (MDGs), l-isforzi ta' l-UE jservu bħala katalist importanti u bħala eżempju għal donaturi oħra, iżda madankollu, jekk it-tendenzi attwali ma jitreġġgħux lura, xorta se jkunu inqas, b'EUR 75 biljun sa l-2010, mill-impenji uffiċjali ta' l-UE fir-rigward ta' l-għajnuna għall-iżvilupp,
H. billi fl-Afrika ta' taħt is-Sahara ħafna pajjiżi m'hu se jaslu biex jilħqu ebda MDG, u billi f'ħafna pajjiżi bi dħul medju wkoll hemm reġjuni u gruppi etniċi magħmula minn miljuni ta' persuni li qed jagħmlu progress li mhux sodisfaċenti sabiex jintlaħqu l-miri,
I. billi ż-żieda qawwija fil-prezzijiet ta' l-ikel u t-tkabbir globali li qed iseħħ b'rata inqas mgħaġġla qed jheddu li jtawlu l-progress fir-rigward ta' l-MDGs b'madwar 7 snin sakemm ma jkunx hemm aktar investiment fis-settur agrikolu u fl-industrija agroalimentari fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw,
J. billi l-Assemblea Ġenerali tan-NU ddeċidiet li fl-4 u fil-5 ta' Ottubru 2007 jsir id-Djalogu ta' Livell Għoli dwar il-koperazzjoni interreliġjuża u interkulturali għall-promozzjoni tat-tolleranza, tal-ftehim u tar-rispett universali fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' libertà tar-reliġjon u tat-twemmin u ta' diversità kulturali, b'koordinazzjoni ma' inizjattivi simili f'dan il-qasam,
K. billi l-2008 hija s-Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali,
L. billi l-aġenda ta' l-Assemblea Ġenerali tan-NU għadha mhijiex iffukata u standardizzata biżżejjed, u li għandha bżonn tkun sabiex ix-xogħol ta' din l-entità jsir aktar konsistenti u biex tiffaċiltà s-segwitu tar-riżoluzzjonijiet tagħha,
M. billi d-Dipartiment tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Operazzjonijiet għaż-Żamma tal-Paċi attwalment jimmaniġġja 20-il operazzjoni fil-post li jinvolvu 'l fuq minn 100 000 truppa, li minnhom nofs huma fl-Afrika,
N. billi l-grad ta' koordinazzjoni tal-pożizzjonijiet ta' l-Istati Membri ta' l-UE fi ħdan in-NUjvarja sew minn entitá għall-oħra u minn politika għall-oħra,
O. billi din il-koordinazzjoni ma għandhiex tinkiseb bi ħsara għan-negozjati ma' pajjiżi minn blokk ġeopolitiku ieħor, li huma pre-rekwiżit essenzjali biex ikunu stabbiliti alleanzi meħtieġa fi ħdan in-NU,
P. billi din il-koordinazzjoni titlob koperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-gruppi ta' ħidma relevanti tal-Kunsill ibbażati fi Brussell u l-uffiċċji ta' l-UE kif ukoll ir-Rappreżentanti Permanenti ta' l-Istati Membri ta'l-UE fi New York u f'Ġinevra,
Q. billi t-Trattat ta' Liżbona jagħti personalitá ġuridika lill-UE, innovazzjoni li se jkollha riperkussjonijiet importanti ħafna għar-rappreżentazzjoni ta' l-UE fin-NU,
1. Jindirizza r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin lill-Kunsill:
L-UE fin-NU u r-ratifika tat-Trattat ta' Liżbona
a)
jitlob sabiex il-prijoritajiet politiċi ta' l-UE għas-sessjoni ta' l-Assemblea Ġenerali tan-NU li jmiss, ikunu s-suġġett ta' dibattitu fil-fond u wiesa' bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni,
b)
jikkunsidra li din il-pożizzjoni formali tal-Kunsill rigward il-prioritajiet ta' l-Assemblea Ġenerali ta' l-NU għandha tkun meqjusa mir-Rappreżentanti Permanenti ta' l-Istati Membri fi New York bħala pjattaforma politika li torbot u li għandha tintuża bħala bażi għal negozjati ma' pajjiżi oħra,
c)
jemmen li l-koordinazzjoni tal-pożizzjonijiet ta' l-Istati Membri ta' l-UE fi ħdan in-NU għandha b'mod ġenerali tibda fil-gruppi ta' ħidma rilevanti tal-Kunsill, b'hekk ikun aktar faċli għad-diplomatiċi ta' New York li jiksbu pożizzjoni komuni dwar kwistjonijiet speċifiċi fl-entitajiet tan-NU u jkun hemm aktar żmien għall-konsultazzjonijiet u għan-negozjati ma' gruppi reġjonali oħra jew pajjiżi li jiffurmaw parti minn gruppi oħra bħal dawn,
d)
jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jikkunsidraw rijorganizzazzjoni u espansjoni ta' l-uffiċċji tagħhom fi New York u f'Ġinevra fid-dawl taż-żieda fis-setgħat u fir-responsabilitajiet li r-rappreżentanti ta' l-UE se jkunu mistennija li jeżerċitaw meta jkun ratifikat it-Trattat ta' Liżbona, filwaqt li jiggarantixxu koordinazzjoni u sinerġija ottimali bejn il-politiki, il-programmi u l-fondi Komunitarji kif ukoll l-istrumenti u l-missjonijiet inklużi fil-Politika Barranija u tas-Sigurtà Komuni ta' l-Unjoni,
e)
iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jistudjaw fil-fond l-implikazzjonijiet li t-Trattat ta' Liżbona għandu għar-rappreżentazzjoni futura ta' l-Unjoni fin-NU, u jistieden lill-Istati Membri ta' l-UE sabiex jimpenjaw lilhom infushom b'mod ċar u sod sabiex jiżguraw li l-Unjoni tgawdi viżibilitá u awtoritá adegwata fl-entitajiet u l-fora tan-NU,
f)
jinkoraġġixxi lill-Kunsill biex jinnegozja u jiddefinixxi, kemm jista" jkun malajr. l-istatus operazzjonali ta' l-'osservaturi' ta' l-UE fin-NU malajr kemm jista' jkun,
g)
jitlob ugwalment lill-Istati Membri biex iwettqu reviżjoni ta' l-istruttura attwali tal-gruppi reġjonali fi ħdan in-NU sabiex jiżguraw li din tirrifletti s-sħubija ta' l-Unjoni Ewropea li tirriżulta mill-aħħar tkabbir,
h)
jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jinfurmaw lill-Parlament fuq bażi regolari dwar l-implikazzjonijiet, inklużi dawk baġitarji, ta' kwalunkwe passi possibbli lejn ir-rijorganizzazzjoni tal-preżenza ta' l-UE fi ħdan bosta partijiet tal-komponenti tan-NU, inkluż is-Segretarjat kif ukoll il-fondi u l-programmi tagħha,
Il-kontribuzzjoni ta' l-UE għar-riformi tan-NU
i)
jilqa' b'sodisfazzjon il-bidu mill-ġdid ta' l-attivitajiet tal-Grupp ta' Ħidma dwar ir-rivitalizzazzjoni ta' l-Assemblea Ġenerali tan-NU mogħtija d-dover li ssib modi kif issaħħaħ l-irwol, l-awtorità, l-effettività u l-effiċjenza ta' l-Assemblea, u jistieden lill-Istati Membri biex jippromwovu, f'dan il-kuntest, it-tisħiħ ta' l-irwol tal-President ta' l-Assemblea Ġenerali, u dan għandu jġib miegħu riżorsi finanzjarji, umani, u ta' infrastruttura adegwati, kif ukoll it-twaqqif ta' koperazzjoni aktar sistematika bejn l-Assemblea Ġenerali, is-Segretarju Ġenerali u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, sabiex tiżdied ir-responsabilità diretta u l-leġittimità,
j)
iħeġġeġ lill-Istati Membri ta' l-UE biex ikomplu jirrikjedu li ssir reviżjoni li ilha mistennija tal-mandat, intiża biex issaħħaħ u taġġorna l-programm ta' ħidma tan-NU, sabiex twieġeb għar-rekwiżiti komtemporanji ta' l-Istati Membri, billi jirrevedu l-mandati kollha li ilhom aktar minn ħames snin li orġinaw mir-riżoluzzjonijiet ta' l-Assemblea Ġenerali u ta' entitajiet oħra,
k)
ifakkar lill-Istati Membri ta' l-UE fil-wegħdiet li saru fil-Laqgħa Għolja Dinjija 2005 biex in-NU tissaħħaħ permezz ta' għadd ta' riformi tas-segretarjat u ta' l-amministrazzjoni; jistieden lill-Kunsill biex jappoġġa dawn ir-riformi sabiex tiżdied ir-responsabilità diretta u l-previżjoni, jitjieb ir-rendiment u t-trasparenza ta' l-immaniġġjar, u tissaħħaħ l-etika, l-effiċjenza u l-kapaċità ta' organizzazzjoni billi, l-ewwel u qabel kollox, ikun hemm iffukar fuq ir-riformi ta' l-istruttura tas-Segretarjat,
l)
iħeġġeġ lill-Kunsill biex jiżgura li d-Dipartiment għall-Operazzjonijiet taż-Żamma tal-Paċi ta' l-NU u d-Dipartiment ta' l-Affarijiet Politiċi ta' l-NU jkollhom biżżejjed staff biex ilaħħqu mal-ħidmiet u r-responsabilitajiet tagħhom u biex jappoġġja l-isforzi mis-Segretarju Ġenerali f'dan ir-rigward,
m)
iħeġġeġ lill-Istati Membri ta' l-UE biex jappoġġjaw l-isforzi tas-Segretarju Ġenerali tan-NU fil-proċess ta' implimentazzjoni tal-kunċett tar-'responsabilità li tipproteġi', kif approvat waqt il-Laqgħa Għolja Dinjija ta' l-2005; jistieden lill-Istati Membri ta' l-UE biex jipparteċipaw b'mod attiv f'dan il-proċess,
n)
jistieden lill-Kunsill biex jappoġġja bis-sħiħ it-tnedija mill-ġdid tan-negozjati mmirati biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Bord ta' Livell Għoli dwar il-Koerenza fis-Sistema kollha, u jirrakkomanda lill-Istati Membri ta' l-UE biex jikkoperaw b'mod attiv mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jirċievu għajnuna Ewropea jew nazzjonali u biex jeżerċitaw l-influwenza kollettiva ta" l-Unjoni u ta" l-Istati Membri individwali sabiex ikun żgurat l-appoġġ tagħhom għar-riforma tat-twassil ta' l-assistenza tan-NU u l-promozzjoni ta' koerenza akbar bejn il-politiki tan-NU fil-post,
o)
jistieden lill-Istati Membri ta' l-UE biex jaslu għal pożizzjoni aktar kumpatta dwar ir-riforma tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU – waħda li, waqt li ssostni l-objettiv prinċipali, fi ħdan NU riformata, ta' siġġu permanenti wieħed għall-Unjoni Ewropea, jimmira fl-istess ħin li jżid il-piż ta' l-UE b'mod li jaqbel mal-kontribuzzjoni ta' l-UE għall-operazzjonijiet taż-żamma tal-paċi tan-NU u ta' l-għajnuna għall-iżvilupp tan-NU,
p)
ifakkar lill-Istati Membri ta' l-UE f'dan ir-rigward li huwa importanti ħafna li jkun żgurat li l-Istati Membri ta' l-UE fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jippreżentaw u jsostnu l-pożizzjonijiet uffiċjali ta' l-UE, jinfurmaw kif xieraq lill-Istati Membri l-oħra dwar id-diskussjonijiet li jseħħu fil-Kunsill tas-Sigurtà kif ukoll jikkoordinaw attivament il-pożizzjonijiet tagħhom mal-gruppi ta' ħidma rilevanti fil-Kunsill tal-Ministri ta' l-UE,
q)
jistieden lill-Istati Membri ta' l-UE biex jappoġġaw il-Forza ta' Ħidma (Task Force) tal-President ta' l-Assembleja Ġenerali tan-NU, Srgjan Kerim, dwar ir-riforma tal-Kunsill tas-Sigurtà; jilqa' b'sodisfazzjon f'dan ir-rigward il-momentum biex ikun irriformat il-Kunsill tas-Sigurtà maħluq bħala konsegwenza ta' l-inizjattiva msemmija bħala l-"Overarching Process" (il-Proċess Wiesa'); iħeġġeġ lill-Kunsill biex jippromwovi diskussjoni li tiffoka fuq punti ta' konverġenza bil-għan li jinkiseb progress tanġibbli f'dan ir-rigward,
L-UE u l-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU
r)
iħeġġeġ lill-Istati Membri ta' l-UE, speċjalment Franza u s-Slovakkja bħala membri li għadhom kif ġew eletti tal-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, biex jirduppjaw l-isforzi tagħhom biex jiżguraw l-operazzjoni ta' suċċess tal-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem sabiex jipproteġu u jippromwovu d-drittijiet universali; f'dan ir-rigward, jitlob għal aktar responsabilità diretta fil-proċedura għall-istabbiliment u t-tiġdid tal-Proċeduri Speċjali u għall-ħatra tad-dententuri tal-mandat, li għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta' trasparenza u ta' kompetizzjoni reali,
s)
jenfasizza l-importanza tal-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fil-ħidma tal-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, u jħeġġeġ lill-Istati Membri ta' l-UE li qed jieħdu sehem fil-ħidma tal-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU biex jintroduċu modi u strumenti effettivi li jippermettu lis-soċjetà ċivili tipparteċipa fil-Kunsill għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU sabiex jiġu mħarsa aħjar id-drittijiet tal-bniedem fid-dinja u jingħata kontribut b'mod pożittiv għat-trasparenza ta' l-istituzzjoni,
t)
jistieden lill-Kunsill biex isostni l-isforzi li għandhom l-għan li jżidu r-responsabilità ta' l-istati membri tan-NU fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem billi jżid l-effiċjenza ta' l-Analiżi Perjodika Universali, l-aktar billi l-proċeduri jsiru aktar stretti sabiex jiġu evitati tfixkil intenzjonat jew tattiki ta' żvijar,
u)
huwa mħasseb dwar il-kritika riċenti rigward il-ħidma ta' l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem; jistieden lill-Istati Membri ta' l-UE biex jappoġġjaw l-Uffiċċju, b'mod speċjali fil-Ħames Kumitat ta" l-Assemblea Ġenerali, sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda interferenza ma' l-indipendenza ta' l-Uffiċċju u li l-Uffiċċju jingħata r-riżorsi finanzjarji kollha meħtieġa biex ikun jista' jwettaq il-mandat tiegħu; jistieden lill-Istati Membru ta' l-UE biex jissorveljaw mill-qrib il-proċedura attwali għall-ħatra tal-Kummissarju Għoli l-ġdid meta l-mandat tal-Kummissarju attwali, Louise Arbor, jiskadi f'Ġunju 2008,
v)
jistieden lill-Istati Membri kollha ta' l-UE biex jibqgħu involuti fit-tħejjijiet għall-Konferenza ta' Reviżjoni ta' Durban 2009 u jiżguraw li l-Konferenza tipprovdi l-opportunità għall-partijiet kollha kkonċernati biex iġeddu d-determinazzjoni u l-impenn tagħhom fil-ġlieda kontra r-razziżmu, id-diskriminazzjoni razzjali u tal-kasti, il-ksenofobija u l-forom kollha l-oħra ta" intolleranza u biex jadottaw 'benchmarks' konkreti bil-għan li jinqered ir-razziżmu, fuq il-bażi u b'rispett sħiħ tad-Dikjarazzjoni ta' Durban u l-Programm ta' Azzjoni,
w)
jistieden lill-Kunsill biex jassigura li ma jkun hemm l-ebda ripetizzjoni ta' l-avvenimenti negattivi assoċjati mal-konferenza inizjali ta' Durban; jistieden lill-Istati Membri ta' l-UE biex jiżguraw li s-soċjetà ċivili tieħu sehem fil-Konferenza ta' Reviżjoni ta' Durban 2009 f'Ġinevra, skond il-Karta tan-NU u r-Riżoluzzjoni 1996/31 tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-NU tal-25 ta' Lulju 1996,
x)
jistieden lill-Istati Membri kollha ta' l-UE biex jippromwovu u jħarsu d-drittijiet tat-tfal billi jappoġġjaw l-integrazzjoni (mainstreaming) tad-drittijiet tat-tfal fl-attivitajiet kollha fl-organi u fil-mekkaniżmi relevanti tas-sistema tan-NU,
L-UE u l-PBC
(y)
Huwa tal-fehma li l-Istati Membri ta' l-UE għandhom jappoġġaw kollettivament it-tisħiħ ta' l-irwol tal-PBC fir-rigward tas-sistema tan-NU kif ukoll jiżguraw li r-rakkomandazzjonijiet tiegħu jitqiesu kif xieraq mill-entitajiet rilevanti tan-NU u jippromwovu iktar sinerġiji bejn il-PBC u l-aġenziji, il-fondi u l-programmi tan-NU; jenfasizza l-importanza ta' koperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-PBC u l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali involuti attivament f'pajjiżi li qed joħorġu minn kunflitt,
z)
jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membri ta' l-UE biex jinkoraġġixxu l-kontribuzzjonijiet lill-Fond tan-NU għat-Tkattir tal-Paċi sabiex jiġi żgurat li jkollu biżżejjed riżorsi,
(aa)
Iħeġġeġ lill-Istati Membri ta' l-UE fil-Kunsill tas-Sigurtà biex jiffaċilitaw il-konsultazzjoni tal-PBC dwar ir-referenza ta' pajjiżi ġodda lill-PBC u dwar il-mandat ta' l-operazzjonijiet integrati tat-tkattir tal-paċi, b'mod partikolari sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni mingħajr skossi, meta jasal iż-żmien, miż-żamma tal-paċi għat-tkattir tal-paċi; jilqa' b'sodisfazzjon f'dan ir-rigward il-fatt li l-Uffiċċju għall-Appoġġ tat-Tkattir tal-Paċi huwa assoċjat mal-proċess ta' ppjanar tal-missjonijiet integrati,
ab)
jikkunsidra essenzjali li, apparti li ttejjeb il-koordinazzjoni bejn il-protagonisti, tiżgura finanzjament prevedibbli u tkabbar l-attenzjoni internazzjonali mogħtija lil dawk il-pajjiżi li jkunu għadhom kemm għaddew minn konflitt, il-PBC għandha tindirizza wkoll, flimkien mad-dipartimenti rilevanti tan-NU, il-bżonn li titjib il-kapaċità ta' apprendiment ta' l-organizzazzjoni fil-qasam tat-tkattir tal-paċi,
ac)
fid-dawl ta' dak imsemmi hawn fuq, jenfasizza l-bżonn li jkun żgurat li r-riżorsi umani u finanzjarji disponibbli għall-PBC jkunu proporzjonati mal-ħidmiet u l-aspettattivi ta' l-entitajiet tan-NU u tal-pajjiżi benefiċarji, u jistieden lill-Istati Membri ta' l-UE biex iqajmu din il-kwistjoni fil-kumitat rilevanti ta' l-Assemblea Ġenerali tan-NU,
L-EU u l-MDGs
ad)
iħeġġeġ lill-Kunsill biex jappoġġja l-istediniet mill-President Barroso u l-Kummissarju Louis Michel lill-Istati Membri ta' l-UE biex ifasslu skedi ta' żmien u baġits nazzjonali ċari li jorbtu biex tiżdied l-għajnuna reali sabiex tiġi tintlaħaq il-mira kollettiva mwiegħda ta' 0.56% tad-dħul gross nazzjonali fl-2010 u 0.7% fl-2015,
ae)
ifakkar lill-Istati Membri ta' l-UE li l-ebda wegħdiet jew proċeduri ġodda ma huma meħtieġa bħalissa biex jintlaħqu l-MDGs, u li l-attenzjoni għandha tkun fuq ir-rispett tal-wegħdiet u ta' l-impenji li diġà saru u l-iżvilupp tal-proċeduri eżistenti,
af)
jinnota l-bżonn kontinwu li tiġi indirizzata l-kriżi fl-iffinanzjar pubbliku tas-servizzi tas-saħħa jekk it-tliet MDGs tas-saħħa għandhom jerġgħu jitqiegħdu fuq it-triq it-tajba, permezz ta' ffinanzjar rikorrenti adegwat u prevedibbli għar-riżorsi umani, aċċess għall-mediċini u mmaniġġjar iddeċentralizzat u parteċipatorju, u jistieden lill-Istati Membri ta' l-UE biex jagħmlu kull sforz biex issaħħu s-sistemi tas-saħħa universali u integrati li jirreaġixxu għall-bżonnijiet lokali, u biex gradwalment jinkludu l-integrazzjoni ta' programmi li jkunu speċifiċi għall-marda (MDG 6),
ag)
jikkunsidra li l-ugwaljanza bejn is-sessi (MDG 3) hija element essenzjali fl-isforzi biex jintlaħqu l-miri ta' l-MDGs, u jirrakkomanda li l-Istati Membri ta' l-UE jindirizzaw b'mod urġenti d-differenza finanzjarja globali għall-ilħuq ta' l-MDG 3; jinnota li, flimkien ma' l-edukazzjoni, l-iżvilupp tal-kapaċità tan-nisa jikkontribwixxi b'mod konsiderevoli għall-ilħuq ta' l-MDG 4 dwar ir-rata tal-mewt tat-tfal u l-MDG 5 dwar is-saħħa ta' l-ommijiet, li huma indikaturi kritiċi tal-progress ġenerali fl-iżvilupp,
ah)
jinnota li, minkejja l-progress sinifikanti lejn edukazzjoni primarja universali fl-aħħar snin, madwar 93 miljun tifel u tifla ta' l-età li fiha jkunu fl-iskola primarja kienu għadhom mhux qegħdin l-iskola fl-2006, u li l-maġġoranza tagħhom kienu bniet; jistieden lill-Istati Membri ta' l-UE biex jindirizzaw iż-żieda fil-bżonnijiet finanzjarji biex tiġi appoġġjata l-edukazzjoni, inkluż fi stati fraġli affettwati mill-kunflitti,
ai)
filwaqt li jfakkar fl-impenji ta' l-UE li tippromwovi l-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, jirrakkomanda li l-Kunsill u l-Istati Membri ta' l-UE jinkoraġġixxu diskussjoni fin-NU kollha dwar kif jiġi żgurat li l-isforzi u l-miri dwar il-bidla fil-klima jirrinfurzaw l-ilħuq ta' l-MDGs; jinnota li huma meħtieġa kontribuzzjonijiet ħafna akbar għall-fondi ta' adattament sabiex l-iżvilupp fl-iktar pajjiżi fqar ikun jista' jiġi mħares kontra l-bidla fil-klima,
aj)
iħeġġeġ lill-Istati Membri ta' l-UE biex jipparteċipaw b'mod attiv fil-Laqgħa ta' Livell Għoli dwar l-Implimentazzjoni ta' Sħubija Ġdida għall-I' żvilupp ta' l-Afrika (NEPAD) li għandha ssir fit-22 ta' Settembru 2008, u fil-Laqgħa ta' Livell Għoli tan-NU dwar l-MDGs li għandha ssir fil-25 ta' Settembru 2008 fi New York,
ak)
jirrakkomanda li l-Kunsill u l-Istati Membri ta' l-UE iġeddu d-diskussjonijiet dwar il-maħfra tad-dejn fil-livell tan-NU, bil-għan li jiġu definiti mill-ġdid il-kriterji tas-sostenibilità tad-dejn b'tali mod li jkun hemm il-promozzjoni ta' l-avvanz ta' l-għanijiet għall-iżvilupp minflok ir-rimborż tad-dejn,
al)
jikkunsidra li r-rata tal-mewt ta' l-ommijiet għadha għolja b'mod inaċċettabbli f'ħafna pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, b'iktar minn 500 000 mara tmut kull sena minħabba kumplikazzjonijiet trattabbli u li jistgħu jiġu evitati relatati mat-tqala u mal-ħlas; għaldaqstant iħeġġeġ lill-Istati Membri ta' l-UE biex iżidu l-isforzi u l-iffinanzjar b'mod drammatiku sabiex jiġi żgurat aċċess universali għall-informazzjoni u s-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva li huma essenzjali għall-ilħuq ta' l-MDGs tas-saħħa, għall-ugwaljanza bejn is-sessi u għall-ġlieda kontra l-faqar,
am)
fid-dawl tal-kriżi attwali ta' l-ikel, iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Istati Membri ta' l-UE biex jieħdu passi sabiex inaqqsu d-distorsjoni tal-kummerċ,
It-titjib tal-koperazzjoni fil-prattika bejn l-UE u n-NU
an)
iħeġġeġ lill-Istati Membri ta' l-UE u lill-Kummissjoni biex jappoġġjaw il-Fond tan-NU għad-Demokrazija, kemm f'termini poltiċi u kif ukoll finanzjarji,
ao)
jistieden lill-Kunsill, u b'mod partikolari lil dawk l-Istati Membri ta' l-UE li huma membri permanenti jew mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, biex jippromwovu reviżjoni tas-sistema tas-sanzjonijiet tan-NU (il-'blacklists' tat-terroristi) sabiex din issir konformi ma' l-obbligi tal-Patt tan-NU dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, b'mod partikolari permezz ta' l-istabbiliment ta' proċeduri xierqa ta' notifika u ta' appell; jilqa", f'dani ir-rigward, bħala l-ewwel pass fit-triq it-tajba, l-adozzjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tar-Riżoluzzjoni 1730 (2006) li tistabbilixxi proċedura ta" tneħħija mir-reġistri u punt ċentrali għat-talbiet ta" tneħħija fi ħdan is-Segretarjat tan-NU,
ap)
jistieden lill-Istati Membri ta' l-UE biex iniedu, fin-NU u qabel il-Konferenza ta'Reviżjoni msemmija hawn fuq, dibattitu dwar l-isfidi li għandha l-Qorti Kriminali Internazzjonali li jistgħu idgħajfu l-effikaċja tal-Qorti, bil-għan li jintlaħaq ftehim dwar id-definizzjoni, li għadha ma ġietx deċiża, tad-delitt ta' l-aggressjoni u l-kundizzjonijiet li bihom il-Qorti tkun tista' teżerċita l-ġurisdizzjoni tagħha, kif previst fl-Artikolu 5(2) ta' l-Istatut ta' Ruma,
aq)
jemmen, fid-dawl ta" l-effetti evidenti tal-bidla fil-klima fuq l-għixien ta" miljuni ta" nies, li l-UE għandha tħeġġeġ b'mod attiv lill-partijiet tal-Qafas ta' Konvenzjoni dwar il-Bidliet Klimatiċi tan-NU biex jipparteċipaw b'mod attiv fin-negozjati bil-gġan li jikkonkludu ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima sa l-aħħar ta' l-2009, u jistieden lill-Istati Membri ta' l-UE biex imexxu dawn in-negozjati globali komprensivi; barra minn dan, iħeġġeġ lill-Istati Membri ta' l-UE biex jippromwovu, f'dan il-kuntest, l-użu ta" sorsi ta" enerġija rinnovabbli u newtrali fir-rigward tas-CO2; fl-aħħar, huwa tal-fehma li l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw jirrakkomandaw il-ħolqien ta' unità għall-konsultazzjoni dwar id-diżastri fil-livell tan-NU, li għandu joffri pariri sistematiċi lill-gvernijiet dwar il-kapaċità effettiva ta' tħejjija għad-diżastri,
ar)
jistieden lill-protagonisti ta' l-UE u tan-NU biex jagħtu attenzjoni ġenerali lill-koperazzjoni bejn l-UE u l-Unjoni Afrikana fl-istabbiliment tal-paċi u tas-sigurtà fil-kontinent Afrikan, b'iffukar speċifiku fuq il-modi li bihom in-NU tista' ttejjeb il-kwalità tal-missjonijiet tagħha billi tagħmel użu tal-kapaċitajiet kumplimentari ta' l-UE; jirrakkomanda li tingħata attenzjoni konsiderevoli għat-twaħħid tal-kapaċitajiet sabiex jinħolqu sinerġiji mhux biss fir-rigward tat-teknoloġija u t-tagħmir militari, iżda anki fir-rigward tal-leġittimità u l-aċċettazzjoni, kif ukoll l-effiċjenza ekonomika kif ukoll il-konvenjenza għall-mandat,
as)
jistieden lill-Kunsill biex ikompli jagħti prijorità għolja lill-bini ta' sħubijiet transreġjonali ta' suċċess, b'mod partikolari billi jaħdem ma' sħab fir-reġjuni kollha tad-dinja biex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tar-Riżoluzzjoni 62/149 ta' l-Assemblea Ġenerali tan-NU li titlob li jkun hemm moratorju madwar id-dinja kollha fuq l-eżekuzzjonijiet bil-għan li tiġi abolita l-piena tal-mewt,
at)
jieħu nota tal-fatt li s-Segretarju Ġenerali tan-NU ddeċieda li jikkonfigura mill-ġdid il-Missjoni tan-NU fil-Kosovo, biex b'hekk ippermetta li l-UE jkollha rwol operazzjonali fil-qasam ta' l-istat tad-dritt, u jistieden lill-Istati Membri ta' l-UE, li ħaddnu unanimament it-tnedija tal-Missjoni Ewropea dwar l-Istat tad-Dritt (EULEX KOSOVO), biex jissorveljaw mill-qrib l-implimentazzjoni ta" din id-deċiżjoni fuq il-post,
au)
huwa mħasseb min-nuqqas ta' ċaqliq fin-negozjati marbuta mal-proċess ta' diżarm dwar kwistjonijiet bħal dik ta' trattat li jipprojbixxi l-produzzjoni ta' materjali fissili u protokoll ta' verifika għall-Konvenzjoni dwar l-Armi Bijoloġiċi u kif ukoll nuqqas ta' ċaqliq fir-ratifika tat-Trattat Komprensiv dwar il-Projbizzjoni ta' l-Ittestjar; madankollu jirrikonoxxi li s-63 sessjoni tan-NU toffri lill-UE opportunità tajba ħafna biex ikollha rwol ewlieni fil-promozzjoni tar-ratifikazzjoni u l-universalizzazzjoni tat-trattat li ġie maqbul dan l-aħħar li jipprojbixxi l-munizzjonijiet tat-tip 'cluster', u biex tibda n-negozjati bil-għan li jiġi konkluż Trattat Internazzjonali dwar il-Kummerċ fl-Armi u Trattat Internazzjonali li jimponi projbizzjoni globali ta' l-armi li fihom l-uranju mdgħajjef; jistieden lill-UE u lin-NU biex ikomplu l-isforzi tagħhom biex jissaħħaħ il-Programm ta' Azzjoni tan-NU dwar il-Kummerċ Illegali ta' l-Armi ż-Żgħar u l-Armi l-Ħfief, u biex jiġi estiż l-ambitu tat-Trattat ta' Ottawa li jipprojbixxi l-mini ta' l-art,
av)
iħeġġeġ lill-Istati Membri ta' l-UE biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex jintlaħaq konsensus internazzjonali li jippermetti li jiġu konklużi n-negozjati dwar il-Konvenzjoni Komprensiva dwar it-Terroriżmu Internazzjonali,
aw)
jistieden lill-Kunsill biex jinkoraġġixxi l-attivitajiet kollha li għandhom l-għan li jintegraw il-kwistjonijiet ta' ġeneru fl-aspetti kollha ta' l-attivitajiet tan-NU, u kif ukoll il-finanzjament xieraq tagħhom,
ax)
iħeġġeġ lill-Kunsill biex jappoġġja l-attivitajiet kollha li għandhom l-għan li tiġi miġġielda l-estinzjoni ta' l-ispeċje u li jiġi protett l-ambjent u kif ukoll biex jimmobilizza r-riżorsi finanzjarji meħtieġa;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u, għall-informazzjoni, lill-Kummissjoni.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/49/KE dwar is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija) (16133/3/2007 – C6-0129/2008 – 2006/0272(COD))
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (16133/3/2007 – C6-0129/2008)(1),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (KUMM(2006)0784) ,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0223/2008),
1. Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fid-9 ta' Lulju 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru.../2008/KE li temenda d-Direttiva 2004/49/KE dwar is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2008/110/KE.)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 881/2004 li jwaqqaf Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (Regolament ta' l-Aġenzija) (16138/3/2007 – C6-0131/2008 – 2006/0274(COD))
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (16138/3/2007 – C6-0131/2008)(1),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0785),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0210/2008),
1. Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fid-9 ta' Lulju 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 881/2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (EP-PE_TC2-COD(2006)0274)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 1335/2008.)
Regoli komuni għall-operat ta" servizzi ta' l-ajru fil-Komunità (tfassil mill-ġdid) ***II
201k
32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta" servizzi ta' l-ajru fil-Komunità (tfassil mill-ġdid) (16160/4/2007 – C6-0176/2008 – 2006/0130(COD))
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (16160/4/2007 – C6-0176/2008)(1),
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2006)0396),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0264/2008),
1. Japprova l-pożizzjoni komuni;
2. Jinnota li l-att huwa adottat skond il-pożizzjoni komuni;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att mal-President tal-Kunsill skond l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE;
4. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, ladarba jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha tlestew kif suppost, u, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jippubblikah fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm għall-Modernizzazzjoni ta" l-Istatistika Ewropea ta" l-Intrapriża u l-Kummerċ (MEETS) (COM(2007)0433 – C6-0234/2007 – 2007/0156(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0433),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 285 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0234/2007),
– wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(1),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li ikkunsidra r-rapport ta' Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0240/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jikkunsidra li l-pakkett finanzjarju indikat fil-proposta leġiżlattiva għandu jkun kompatibbli ma' l-ogħla limitu tas-subintestatura 1a tal-qafas finanzjarju pluriennali 2007-2013 kif rivedut mid-Deċiżjoni 2008/371/KE(2) u jirrimarka li l-ammont annwali se jkun deċiż bħala parti mill-proċedura baġitarja annwali f' konformita' mal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006;
3. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta' Lulju 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Programm għall-Modernizzazzjoni ta" l-Istatistika Ewropea ta" l-Intrapriża u l-Kummerċ (MEETS)
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Deċiżjoni Nru 1297/2008/KE.)
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kusill li temenda d-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u akkumulaturi fir-rigward ta' l-Artikolu 6(2) dwar it-tqegħid fis-suq ta" batteriji u akkumulaturi (COM(2008)0211 – C6-0165/2008 – 2008/0081(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0211),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0165/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0244/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha ma" test ieħor;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta' Lulju 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u akkumulaturi fir-rigward ta' l-Artikolu 6(2) dwar it-tqegħid fis-suq ta" batteriji u akkumulaturi
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2008/103/KE)
Ir-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta" ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE li għandha x'taqsam mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta" ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi 2-(2-methoxyethoxy)ethanol, 2-(2-butoxyethoxy)ethanol, methylenediphenyl diisocyanate, cyclohexane u n-nitrat ta" l-ammonju (COM(2007)0559 – C6-0327/2007 – 2007/0200(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0559),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0327/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0135/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta' Lulju 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru.../2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE li għandha x'taqsam mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta" ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi 2-(2-methoxyethoxy)ethanol, 2-(2-butoxyethoxy)ethanol, methylenediphenyl diisocyanate, cyclohexane u n-nitrat ta" l-ammonju
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Deċiżjoni Nru 1348/2008/KE.)
Il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trasmissjoni tal-gass naturali ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Regolament li jemenda (KE) Nru 1775/2005 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta' trasmissjoni tal-gass naturali (COM(2007)0532 – C6-0319/2007 – 2007/0199(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill (COM(2007)0532),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE, li f'konformità magħhom, il-Kummissjoni bagħtet il-proposta lill-Parlament (C6-0319/2007),
– wara li kkunsidra r-Regola 51 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0253/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa" tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk għandha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ieħor;
3. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex iwassal il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u l-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta' Lulju 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1775/2005 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta' trażmissjoni tal-gass naturali
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni║,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),
Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3),
Billi:
(1) Is-suq intern tal-gass, li ilu jiġi implimentat progressivament mill-1999, għandu l-mira li jipprovdi għażla reali lill-konsumaturi kollha Komunitarji, kemm jekk ċittadini kif ukoll negozji, b' opportunitajiet ġodda ta" negozju u ta" aktar kummerċ transkonfinali, sabiex ikunu żgurati gwadanji fl-effiċjenza, prezzijiet kompetittivi, standards ogħla ta" servizz u aċċess għall-akbar numru ta' nies possibbli, kif ukoll sabiex jikkontribwixxi għas-sigurtà fil-forniment u għas-sostenibbiltà.
(2) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/55/KE tas-26 ta" Ġunju 2003 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam ta' l-elettriku ║(4) u r-Regolament (KE) Nru 1775/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta" Settembru 2005 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta' trażmissjoni tal-gass naturali(5) għamlu kontributi sinifikanti lejn il-ħolqien ta" suq intern ta' l-elettriku.
(3) Madanakollu, id-dritt ta" bejgħ fi kwalunkwe Stat Membru, b'kundizzjonijiet ugwali u mingħajr diskriminazzjoni, ma jistax attwalment jiġi garantit fil-Komunità. B'mod partikolari, aċċess mhux diskriminatorju għan-network, u livell ugwalment effettiv ta" superviżjoni regolatorja f'kull Stat Membru, għad ma jeżistux u għad hemm swieq iżolati.
(4)Bħala l-ewwel pass lejn l-integrazzjoni tas-swieq u sabiex jiġi kompletat is-suq intern ta'l-gass, għandu jinkiseb livell suffiċjenti ta' kapaċità ta' interkonnessjoni tal-gass transkonfinali.
(5) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Jannar 2007 li ġġib l-isem "Politika dwar l-Enerġija għall-Ewropa'║ saħqet fuq l-importanza li s-suq intern tal-gass naturali jiġi kkompletat, u li l-kumpaniji kollha tal-gass fil-Komunità joperaw skond l-istess kunduzzjonijiet. Il-Komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ta' l-istess data dwar prospetti għas-suq intern tal-gass u l-elettriku║ u dwar l-inkjesta skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 dwar is-setturi Ewropej tal-gass u l-elettriku ║ uriet li r-regoli u l-miżuri preżenti ma ġewx trasposti biżżejjed fl-Istati Membri kollha, bir-riżultat li l-għan ta" suq intern ta' l-enerġija li jiffunzjona tajjeb għadu ma ntlaħaqx b'mod sodisfaċenti.
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 għandu jiġi emendat skond dawn il-komunikazzjonijiet sabiex jittejjeb il-qafas regolatorju tas-suq intern ta' l-elettriku.
(7) B'mod partikolari, jinħtieġu kemm il-ħolqien ta' konnessjonijiet fiżiċi bejn in-networks tal-gass kif ukoll il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni msaħħa fost l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà progressiva tal-kodiċijiet tekniċi u kummerċjali għall-forniment u l-ġestjoni ta' l-aċċess effettiv u trasparenti transkonfinali għan-networks tat-trażmissjoni, sabiex jiġi żgurat pjanar ikkoordinat, li jħares 'il quddiem u evoluzzjoni teknika soda tas-sistema ta' trażmissjoni Komunitarja, b'kunsiderazzjoni għall-ambjent, u l-promozzjoni ta" l-effiċjenza fl-enerġija, ir-riċerka u l-innovazzjoni, partikolarment l-introduzzjoni ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli u ta' teknoloġija b'livelli baxxi ta' karbonju. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom joperaw in-networks tagħhom skond dawn il-kodiċijiet komuni tekniċi u tas-suq.
(8) Biex tkun żgurata l-aħjar ġestjoni tan-networks għat-trażmissjoni tal-gass naturali fil-Komunità, għandu jitwaqqaf network Ewropew ta" l-operaturi tas-sistema ta" trażmissjoni. Il-kompiti tiegħu għandhom jitwettqu skond ir-regoli Ewropej tal-kompetizzjoni, li jibqgħu applikabbli għad-deċiżjonijiet tan-network Ewropew ta" l-operaturi tas-sistema ta" trażmissjoni. Il-kompiti tiegħu għandhom jiġu definiti tajjeb u l-metodu ta' ħidma tagħhom għandu jiżgura l-effiċjenza, ir-rappreżentanza u t-trasparenza. Peress li azzjoni fuq livell reġjonali tista" twassal għal progress, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jistabbilixxu strutturi reġjonali fi ħdan l-istruttura kumplessiva ta' kooperazzjoni, filwaqt li jiżguraw li r-riżultati fil-livell reġjonali jkunu kompatibbli ma' kodiċijiet u pjanijiet ta' investiment fil-livell Komunitarju. L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni u jissorveljaw l-effikaċja tan-network fil-livell reġjonali.
▌
(9) Sabiex tissaħħaħ il-kompetizzjoni permezz tas-swieq tal-bejgħ tal-gass likwidu bl-ingrossa, huwa importanti ħafna li l-gass ikun jista' jinbiegħ indipendentament mil-lokalizazzjoni tiegħu fis-sistema. L-unika mod biex isir dan huwa billi l-utenti tan-network jingħataw il-libertà li jikkalkolaw indipendentement il-kapaċità tad-dħul u tal-ħruġ, biex b'hekk jinħolqu żoni għat-trasport tal-gass u mhux trażmissjonijiet kuntrattwali. Il-preferenza għas-sistema ta" dħul-ħruġ biex l-iżvilupp tal-kompetizzjoni ikun iffaċilitat, diġà ġiet espressa mill-maġġoranza ta" partijiet interessati fis-6 Forum ta" Madrid.
(10) Hemm konġestjoni kuntrattwali sostanzjali fin-networks tal-gass. Il-prinċipji ta' l-amministrazzjoni tal-konġestjoni u l-allokazzjoni tal-kapaċità għal kuntratti ġodda jew relattivament ġodda huma għalhekk imsejsa fuq il-liberazzjoni tal-kapaċità mhux użata, billi l-utenti tan-networks jitħallew jissullokaw jew ibiegħu mill-ġdid il-kapaċitajiet kuntrattwali tagħhom u l-obbligazzjoni ta' l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni li joffru l-kapaċità li ma ġietx użata lis-suq, għallinqas abbażi ta" arranġament ta" ġurnata bil-quddiem mingħajr interruzzjoni. Fid-dawl tal-proporzjoni konsiderevoli ta" kuntratti eżistenti u l-ħtieġa li jinħoloq ambjent ġenwin ta" ugwaljanza fl-operazzjoni bejn l-utenti ta" kapaċità ġdida jew eżistenti, dawn il-prinċipji għandhom jiġu applikati għall-kapaċità kollha kuntrattwali, inklużi kuntratti eżistenti.
(11) Is-sorveljanza tas-suq li ilha titwettaq mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u mill-Kummissjoni dawn l-aħħar snin, uriet li r-rekwiżiti ta' trasparenza u r-regoli dwar l-aċċess għall-infrastrutturi m'humiex biżżejjed sabiex ikun garantit suq intern ġenwin li jiffunzjona tajjeb, effettiv u miftuħ.
(12) Jeħtieġ li jkun hemm aċċess ugali għall-informazzjoni dwar l-istatus fiżiku tas-sistema, sabiex il-parteċipanti kollha fis-suq ikunu jistgħu jagħmlu evalwazzjoni tas-sitwazzjoni globali tad-domanda u tal-provvista u jidentifikaw ir-raġunijiet għall-varjazzjoni fil-prezz tal-bejgħ bl-ingrossa. Dan għandu jinkludi tagħrif aktar preċiż dwar il-provvista u d-domanda, il-kapaċità tan-network, il-flussi u l-manutenzjoni, l-ibbilanċjar u d-disponibbilità u l-użu tal-ħażna. L-importanza ta" din l-informazzjoni għall-funzjonament tas-suq intern tal-gas tirrikjedi li jitneħħew il-limitazzjonijiet fuq il-pubblikazzjoni, minħabba raġunijiet ta' kunfidenzjalità.
(13) Biex tissaħħaħ il-fiduċja fis-suq, il-parteċipanti tiegħu għandhom ikunu żguri li l-aġir abbużiv jista' jiġi ssanzjonat b'mod effettiv. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw il-kompetenza effettiva li jinvestigaw allegazzjonijiet ta' abbuż tas-suq. Għal dan il-għan jinħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom aċċess għad-data li tipprovdi informazzjoni dwar deċiżjonijiet operazzjonali ta" l-impriżi ta" forniment. Fis-suq tal-gass dan it -tip ta' deċiżjonijiet jiġu kkomunikati lill-operaturi tas-sistema f'forma ta' riżervi tal-kapaċità, nominazzjonijiet u flussi realizzati. L-operaturi tas-sistema għandhom iżommu din l-informazzjoni relatata ma' dan disponibbli u aċċessibbli faċilment għall-awtoritajiet kompetenti għal perjodu stabbilit ta" żmien. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jissorveljaw regolarment il-konformità mar-regoli mill-operaturi tas-sistema.
(14) Il-kompetizzjoni fis-settur tal-konsumaturi domestiċi tirrikjedi li l-fornituri ma jiġux imblukkati meta jiġu biex jidħlu fis-swieq ġodda tal-bejgħ bl-imnut. Għaldaqstant jeħtieġ li r-regoli u r-responsabbiltajiet li jiddefinixxu l-katina ta' forniment ikunu magħrufa mill-atturi kollha tas-suq, u jeħtieġ li jiġu armonizzati sabiex tittejjeb l-integrazzjoni tas-suq Ewropew. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissorveljaw regolarment il-konformità mar-regoli mill-parteċipanti fis-swieq.
(15) L-aċċess għall-faċilitajiet tal-ħażniet tal-gass u l-faċilitajiet LNG huma insuffiċjenti f'ċerti Stati Membri, u għalhekk hemm bżonn ta' titjib radikali fl-implimetazzjoni tar-regoli eżistenti. Il-monitoraġġ tal-Grupp tar-Regolaturi Ewropej għall-elettriku u l-gass (ERGREG) wera li l-linji gwida volontarji għal prassi tajba ta" aċċess lil partijiet terzi għall-operaturi tas-sistema tal-ħażna, li kienu maqbula bejn il-partijiet kollha interessati fil-Forum ta' Madrid, f'ċerti każijiet, mhux qed jiġu applikati kif suppost u għaldaqstant għandhom isiru vinkolanti. Għalkemm il-linji gwida volontarji attwalment kważi qed jiġu trasposti kompletament madwar l-Unjoni Ewropea, jekk isiru vinkolanti, tiżdied il-fiduċja ta' l-operaturi fl-aċċess mhux diskriminatorju għall-ħażniet.
(16) Ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 jipprovdi li ċerti miżuri għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni(6).
(17) Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE(7), li introduċiet proċedura regolatorja bi skrutinju għal miżuri ta" ambitu ġenerali mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta" strument bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inkluż billi jitneħħew uħud minn dawk l-elementi jew billi l-istrument jiġi ssupplementat biż-żieda ta" elementi ġodda mhux essenzjali.
(18) Skond id-dikjarazzjoni ║tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni(8) dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, biex ║il-proċedura regulatorja bi skrutinju tkun applikabbli għall-istrumenti adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat u li diġà huma fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu emendati skond il-proċeduri applikabbli.
(19) Il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa li taddotta l-miżuri neċessarji għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005, b'mod partikolari biex tistabbilixxi jew tadotta l-linji gwida meħtieġa għall-provvediment tal-livell minimu ta" armonizzazzjoni meħtieġ biex jintlaħaq l-għan ta" dan ir-Regolament. Billi dawk il-miżuri għandhom finijiet ġeneriċi u huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005, inter alia billi jissupplimentawha b' elementi ġodda mhux esssenzjali, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju, stipulata bl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
(20) Ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 hu emendat kif ġej:
(1) L-Artikolu 1 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"
Artikolu 1
Is-suġġett u l-ambitu
Dan ir-Regolament ║:
a)
jistabbilixxi regoli mhux diskriminatorji għall-kundizzjonijiet ta" aċċess għas-sistemi ta" trażminssjoni tal-gass, b'qies għall-partikolaritajiet tas-swieq nazzjonali u reġjonali bl-għan li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern tal-gass.
b)
║jistabbilixxi regoli mhux diskriminatorji għall-kundizzjonijiet ta" aċċess għall-faċilitajiet LNG u l-faċilitajiet ta' ħażna;
c)
jiffaċilita l-ħolqien ta' suq bl-ingrossa ▌li jiffunzjona tajjeb u li hu trasparenti b'livell għoli ta' sigurtà tal-provvista tal-gass u jipprovdi mekkaniżmi ▌ għall-armoniżżazzjonitar- regoli ta' aċċess għan-network għal skambju transkonfinali tal-gass.
Mingħajr ħsara għall-Artikolu 6a(4), għandu japplika biss għall-faċilitajiet tal-ħażna li jaqgħu taħt l-Artikolu 19(3) jew (4) tad-Direttiva 2003/55/KE.
L-affarijiet msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu l-istabbiliment tal-prinċipji armonizzati għat-tariffi, jew il-metodoloġiji li fuqhom jissejjes dan il-kalkolu, għall-aċċess għan-network, l-istabbiliment ta" servizzi ta" aċċess għal partijiet terzi u prinċipji armonizzati għall-allokazzjoni tal-kapaċità u l-amministrazzjoni tal-konġestjoni, id-determinazzjoni tar-rekwiżiti tat-trasparenza, regoli għall-ibbilanċjar u ammont dovuti għal nuqqas ta' bilanċ u l-iffaċilitar tal-kapaċità tal-bejgħ.
"
(2) L-Artikolu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:
a)
║il-paragrafu 1, għandu jiġi emendat kif ġej:
i)
l-ewwel punt għandu jinbidel b'li ġej:"
1.
'trażmissjoni' tfisser it-trasport ta' gass naturali permezz ta' pipeline ta' transitu jew permezz ta' network ta' pipelines, li prinċipalment fih pipelines bi pressjoni għolja, bl-esklużjoni ta' trasport permezz ta' upstream pipeline jew network ta' pipelines kif ukoll bl-esklużjoni ta' pipelines jew networks ta' pipelines li joħolqu konnessjoni bejn il-ħażna u d-distribuzzjoni lokali, u b'esklużjoni ġenerali tat-trasport permezz ta' pipelines użati primarjament fil-kuntest tad-distribuzzjoni lokali tal-gass naturali;
"
ii)
għandhom jiżdiedu il-punti li ġejjin:"
24.
"il-faċilità-LNG" tfisser il-kapaċità f'terminal-LNG għall-likwifikazzjoni tal-gass naturali jew għall-importazzjoni, il-ħatt, servizzi anċillari, ħżin temporanju u l-gassifikazzjoni ta" LNG,
25.
"spazju' tfisser il-volum ta" gass li utent ta" faċilità għall-ħżiun jista" juża għall-ħażna tal-gass;
26.
"kapaċità ta' twassil" tfisser ir-rata li biha l-utent tal-faċilità tal-ħażna jista" jirtira il-gass minnha;
27.
"injettabbiltà' tfisser ir-rata li biha l-utent tal-faċiità tal-ħażna jista" jinjetta l-gass fil-faċilità tal-ħażna;
28.
"kapaċità tal-ħażna' tfisser kwalunkwe kombinazzjoni ta' spazju, injettabbiltà u kapaċità ta' twassil;
29. "Aġenzija' tfisser l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija stabbilita bir-Regolament (KE) Nru …/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-... [dwar l-istabbiliment ta' Aġenzija għall-koperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija]*. _______________ * ĠU L ... ."
(b)
Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:" 2. Mingħajr preġudizzju għad-definizzjonijiet fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu d-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/55/KE, li huma rilevanti għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw ukoll ħlief għad-definizzjoni ta' trażmissjoni fil-punt 3 ta' l-Artikolu 2. Id-definizzjonijiet fil-punti 3 sa 23 tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu relatati ma' trażmissjoni għandhom japplikaw b'analoġija kif inhuma relatati mal-faċilitatiet ta' ħażna u ta' LNG."
(3) L-artikoli li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-Artikolu 2:"
Artikolu 2a
In-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass
L-operaturi kollha tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jikkooperaw fuq livell Komunitarju billi jistabbilixxu n-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni ta'-Gass sabiex tiġi żgurata ġestjoni ottimali, operazzjoni koordinata u evoluzzjoni teknika soda tan-Network Ewropew tat-trażmissjoni tal-gass u biex jippromwovu t-tlestija tas-suq intern tal-gass, il-kummerċ transkonfinali u t-tħaddim tas-swieq ta' l-enerġija.
Artikolu 2b
L-istabbiliment tan-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass
1. Sa ║[…] l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni tal-gass għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija l-abbozz ta' l-istatuti, il-lista ta' membri li għandhom jissieħbu u l-abbozz tar-regoli ta' proċedura ▌bil-ħsieb li jiġi stabbilit Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass.
2. Fi żmien xahrejnmir-riċezzjoni, l-Aġenzija wara li tikkonsulta formalment lill -organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-partijiet interessati, b'mod partikolari l-utenti tas-sistema u l-klijenti għandha tagħti opinjoni lill-Kummissjoni dwar l-abbozz ta' l-istatuti, il-lista tal-membri u l-abbozz tar-regoli ta' proċedura.
3. Il-Kummissjoni għandha tagħti opinjoni dwar l-abbozz ta' l-istatuti, il-lista tal-membri u l-abbozz tar-regoli ta' proċedura billi tieħu kont ta' l-opinjoni ta' l-Aġenzija mogħtija taħt il-paragrafu 2 u fi żmien 3 xhur mill-wasla ta' din l-opinjoni.
4. Fi żmien tlett xhur mill-wasla ta' l-opinjoni tal-Kummissjoni, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jistabbilixxu n-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass, jadottaw l-istatuti u r-regoli ta' proċeduri tiegħu u jippubblikawhom,
Artikolu 2c
Il-Kompiti tan-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass
1. Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2a, in-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass għandu jaqbel u jressaq quddiem l-Aġenzija għall-approvazzjoni skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 2d flimkien ma' l-Artikolu 6(3) tar-Regolamenrt (KE) Nru .../2008 [li jistabbilixxi l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi ta' l-Enerġija], dan li ġej:
a)
abbozz ta' kodiċijiet tan-network fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 3, imfassal b'kooperazzjoni mal-parteċipanti fis-swieq u ma' l-utenti tan-network;
b)
għodod komuni għall-operat tan-network u għall-pjanijiet tar-riċerka;
c)
pjan ta' investiment fuq firxa ta" 10 snin li jinkludi rapport ta' adegwatezza tal-provvista u tad-domanda, kull sentejn;
d)
miżuri biex jiġi żgurat li jkun hemm koordinazzjoni attwali ta' l-operat tax-xibka f'kondizzjonijiet normali u f'emerġenzi;
e)
linji gwida dwar il-koordinazzjoni tal-kooperazzjoni teknika bejn il-Komunità u operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni f'pajjiżi terzi;
(
f) programm ta' ħidma annwali bbażat fuq il-prijoritajiet stabbiliti mill-Aġenzija;
(
g) rapport annwali; u
(
h) prospettivi annwali dwar il-provvista għas-sajf u għax-xitwa.
2. Il-programm ta' ħidma annwali msemmi fil-paragrafu 1(f) għandu jkun fih il-lista u deskrizzjoni tal-kodiċijiet tan-network, kif ukoll il-pjan dwar il-koordinazzjoni ta' l-operat tan-network u l-attivitiajiet ta' riċerka u żvilupp, li għandhom jitfasslu f'dik is-sena u kalendarju indikattiv.
3. Il-kodiċijiet tan-network iddettaljati għandhom ikopru l-oqsma li ġejjin, skond il-prijoritajiet definiti fil-programm ta' ħidma annwali:
a)
regoli dwar is-sigurtà u l-affidabbiltà inklużi r-regoli ta' l-interoperabilità u l-proċeduri operattivi għas-sitwazzjonijiet ta' emerġenza;
b)
regoli dwar il-konnessjoni max-xibka u l-aċċess;
▌
(
c) allokazzjoni ta' kapaċità transkonfinali u regoli dwar l-amministrazzjoni ta' konġestjoni;
▌
(
d) regoli dwar it-trasparenza relatati man-network;
4. L-Aġenzija għandha tissorveljal-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-network min-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass.
5. In-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass għandhom jippubblikaw pjan ta' investiment fuq 10 snin għall-Ewropa kollha kull sentejn wara l-approvazzjoni tiegħu mill-Aġenzija. Dan il-pjan ta' investiment għandu jinkludi t-tfassil tan-network integrat, waqt li jittieħed kont tal-faċilitajiet ta' ħażna u ta' LNG, l-iżvilupp tax-xenarji, rapport dwar is-suffiċjenza ta' provvista u domanda u valutazzjoni tas-saħħa tas-sistema. Il-pjan ta' investiment għandu, b'mod partikolari, jibni fuq pjanijiet nazzjonali ta' investiment waqt li jittieħed kont ta' l-aspetti reġjonali u Komunitarji ta' l-ippjanar tan-network, inkluż l-Linji Gwida għal networks ta' l-Enerġija Trans-Ewropej skond id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*. Il-pjan ta' investiment għandu jidentifika n-nuqqasijiet ta' investiment, notevolment fir-rigward ta' kapaċitajiet transkonfinali, u għandu jinkludi investimenti fl-interkonnessjoni b'mod partikolari, u bħala prijorità l-konnessjonijiet bejn ''gżejjer ta' enerġija'' u networks tal-gass fil-Komunita' u investimenti f'infrastruttura oħra neċessarja għall-kummerċjalizzazzjoni, kompetizzjoni u sigurtà tal-provvista effettivi. Għandha tiġi annessa mal-pjan ta' investiment reviżjoni ta' l-ostakoli għal żieda fil-kapaċità transkonfinali tan-network minn diversi proċeduri jew prattiki ta' approvazzjoni.
L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jimplimentaw il-pjan ta' investiment ippubblikat.
6. ▌In-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass, fuq inizjattiva tiegħu stess, jista' jipproponi lill-Aġenzija abbozz tal-kodiċijiet tan-network fi kwalunkwe qasam minbarra dawk imniżżla fil-paragrafu 3, bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2a. L-Aġenzija mbagħad għandha tadotta l-kodiċijiet tan-network skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 2f filwaqt li tiżgura li dawk il-kodiċijiet ma jmorrux kontra l-linji gwida adottati taħt l-Artikolu 2e.
Artikolu 2d
Is-sorveljanza mill-Aġenzija
1. L-Aġenzija għandha tissorvelja l-eżekuzzjoni tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 2c(1) tan-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass
2. In-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass għandu jagħti l-abbozz tal-kodiċijiet tan-network u d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 2c(1) lill-Aġenzija, għall-approvazzjoni.
In-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass għandha tiġbor l-informazzjoni relevanti kollha rigward l-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tan-network u tippreżentaha lill-Aġenzija għal evalwazzjoni.
3. L-Aġenzija għandha tissorvelja l-implimentazzjoni tal-kodiċijiet tekniċi, il-pjan ta' investiment fuq 10 snin u l-programm ta' ħidma annwali u għandha tinkludi r-riżultati ta' dik is-sorveljanza fir-rapport annwali tagħha. F'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-kodiċijiet tan-network mill-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni, il-pjan ta' investiment fuq firxa ta' 10 snin jew il-programm ta' ħidma annwali tan-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass, l-Aġenzija għandha tipprovdi informazzjoni rigward dan lill-Kummissjoni.
Artikolu 2e
L-iżvilupp ta" linji ta" gwida
1. Il-Kummissjoni, wara konsultazzjonijiet ma" l-Aġenzija, għandha tistabbilixxi lista annwali prijoritarja li tidentifika l-kwistjonijiet ta" importanza primarja għall-iżvilupp tas-suq intern għall-gass.
2. Filwaqt li tikkunsidra din il-lista prijoritarja, il-Kummissjoni għandha tagħti mandat lill-Aġenzija biex tiżviluppa, f' sitt xhur, abozz ta" linji gwida li jistabbilixxu prinċipji bażiċi, ċari u oġġettivi għall-armonizzazzjoni tar-regoli, kif stabbilit fl-Artikolu 2c.
3. Fl-abbozzar ta" dawn il-linji ta" gwida, l-Aġenzija għandha tikkonsulta b'mod formali lin-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass u partijiet interessati oħra, b'mod miftuħ u trasparenti.
4. L-Aġenzija għandha tadotta abozz ta' linji gwida abbażi ta' dik il-konsultazzjoni. Hija għandha tispeċifika l-osservazzjonijiet li tkun irċeviet waqt il-konsultazzjoni u tispjega kif dawn ġew meqjusa. Għandha tagħti raġunijiet fejn ma' tteħidx kont ta' l-osservazzjonijiet.
5. Fuq l-inizjattiva tagħha proprja jew fuq talba ta" l-Aġenzija, il-Kummissjoni tista" tagħti bidu għall-istess proċedura biex taġġorna l-linji gwida.
Artikolu 2f
L-iżvilupp ta' kodiċijiet tan-networks
1.Fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni tal-linji ta' gwida mill-Aġenzija u skond l-Artikolu 2e, il-Kummissjoni għandha tobbliga lin-Network Ewropew ta' l-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass biex jiżviluppaw abbozz ta' kodiċijiet tan-networks f'konformità sħiħa mal-prinċipji stabbiliti fil-linji ta' gwida.
2.Fl-abbozzar ta" dawn il-kodiċijiet, in-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass għandu jqis il-kompetenza teknika tal-parteċipanti tas-suq u ta" l-utenti tan-network u għandu jżommhom infurmati bil-progress.
3.In-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass għandu jippreżenta l-abbozzi tal-kodiċijiet lill-Aġenzija.
4.L-Aġenzija għandha tmexxi konsultazzjoni formali rigward l-abbozzi tal-kodiċijiet tan-networks b'mod miftuħ u trasparenti.
5.L-Aġenzija għandha tadotta l-abozzi tal-kodiċijiet tan-networks fuq il-bażi ta' din il-konsultazzjoni.. Hija għandha tispeċifika l-osservazzjonijiet li tkun irċeviet waqt il-konsultazzjoni u tispjega kif dawn ġew meqjusa. Għandha tagħti raġunijiet fejn ma' tteħidx kont ta' l-osservazzjonijiet.
6.Fuq l-inizjattiva proprja ta" l-Aġenzija jew fuq talba tan-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass, tista" ssir reviżjoni tal-kodiċijiet eżistenti bl-istess proċedura.
7.Il-Kummissjoni tista", fuq rakkomandazzjoni ta" l-Aġenzija, tressaq il-kodiċijiet tan-networks lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 14(1) għall-adozzjoni finali b'konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 14(2).
Artikolu 2g
Konsultazzjonijiet
1. Fil-qadi tad-dmirijiet tagħha, l-Aġenzija għandha, tikkonsulta formalment b'mod miftuħ u trasparenti ▌lill-parteċipanti kollha fis-suq. Il-konsultazzjoni għandha tinkludi l-impriżi ta' forniment, il-klijenti, l-utenti tas-sistema, l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni, l-operaturi tas-sistema LNG u l-operaturi tas-sistema tal-ħażna, inkluż assoċjazzjonijiet (industrijali) rilevanti, entitajiet tekniċi u pjattaformi tal-partijiet interessati.
2. Id-dokumenti kollha u l-minuti tal-laqgħat relatati mas-suġġetti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru pubbliċi.
3. Qabel ma jiġu adottati l-linji gwida u l-kodiċijiet tan-network, l-Aġenzija għandha tindika l-osservazzjonijiet li tkun rċeviet waqt il-konsultazzjoni u kif dawn l-osservazzjonijiet ikunu tqiesu. Għandha tagħti raġunijiet fejn ma' tteħidx kont ta' l-osservazzjonijiet.
4. In-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass għandu jikkopera mal-parteċipanti fis-suq u ma' l-utenti tan-network skond l-Artikolu 2f(2).
Artikolu 2h
Spejjeż
L-ispejjeż relatati ma' l-attivitajiet tan-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass msemmi fl-Artikoli 2a sa 2i għandhom ikunu akkarigu ta' l- operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni fil-kalkolu tat-tariffi.
1. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jistabbilixxu kooperazzjoni reġjonali fi ħdan in-Network Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Gass sabiex din tikkontribwixxi għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2c(1). B'mod partikolari, għandhom jippubblikaw pjan ta' investiment reġjonali kull sentejn, u għandhom jieħdu deċiżjonijiet ta' investiment ibbażati fuq il-pjan ta' investiment reġjonali.
Il-pjan ta' investiment reġjonali ma jistax jmur kontra l-pjan ta' investiment fuq 10 snin imsemmi fl-Artikolu 2c(1)(c).
2. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jippromwovu arranġamenti ta' operat biex jiżguraw ġestjoni ottima tan-network u jippromwovu l-iżvilupp ta' boroż fl-enerġija, l-allokazzjoni koordinata ta' kapaċità transkonfinali u l-kompatibilità ta' mekkaniżmi ta' bilanċ transkonfinali.
3. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ta' l-Istati Membri u awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħra għandhom jikkoperaw fil-livelli kollha għall-iskop li jiġi armonizzat it-tfassil tas-suq u jiġu integrati s-swieq nazzjonali tagħhom mill-inqas f'livell wieħed reġjonali jew iktar, bħala l-ewwel pass intermedju lejn suq intern liberalizzatkompletament. B'mod partikolari, huma għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni ta' l-operaturi tan-network tat-trażmissjoni fil-livell reġjonali u jiffaċilitaw l-integrazzjoni reġjonali tagħhom bil-għan li jinħoloq suqintern, li jiffaċilita l-armonizzazzjoni ta' l-oqfsa regolatorji u tekniċi tagħhom u, b'mod partikolari, jintegra ''gżejjer tal-gass'' persistenti.
_______________
* ĠU L 262, 22.9.2006, p. 1.
"
4)
║Artikolu 3(1) għandu jiġi emendat kif ġej:
a)
is-subparagrafu 1 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:" 1.Tariffi jew metodoloġiji użati għall-kalkolu tagħhom, applikati minn operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni u mill-operaturi tas-sistema LNG u approvati mill-awtoritajiet regolatorji skond l-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2003/55/KE, kif ukoll tariffi ppubblikati skond l-Artikolu 18 (1) ta' dik id-Direttiva, għandhom ikunu trasparenti, għandhom iqisu l-bżonn għall-integrità tas-sistema u għat-titjib tagħha u jirreflettu l-ispejjeż reali li jkunu ntefqu, sakemm l-ispejjeż ikunu jikkorrispondu għal dawk ta' operatur tan-network effiċjenti u li jkun komparabbli strutturalment u jkunu trasparenti, filwaqt li jkunu jinkludu ritorn adegwat fuq l-investimenti[...]. It-tariffi jew il-metodoloġiji użati għall-kalkolu tagħhom għandhom ikunu applikati b'mod mhux diskriminatorju.'';"
b)
is-subparagrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:" ''It-tariffi, jew il-metodoloġiji użati għall- kalkolu tagħhom, għandhom jiffaċilitaw kummerċ ta' gass effiċjenti kif ukoll il-kompetizzjoni, filwaqt li jevitaw l-irduppjar ta' sussidji bejn l-utenti tan-network u jipprovdu inċentivi għal investiment u jżommu jew joħolqu interoperabilità għan-networks ta' trażmissjoni. Dan jista' jinvolvi trattament regolatorju speċjali għal investimenti ġodda.'';"
c)
is-subparagrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu:" "It-tariffi għall-utenti tan-network għandhom jiġu stabbiliti b'mod separat, u indipendentement minn kull punt ta' dħul jew ta' ħruġ tas-sistema ta' trażmissjoni. It-tariffi tan-network ma għandhomx jiġu kkalkolati abbażi tal-linji kuntrattwali. L-aċċess għan-network għandu jkun miftuħ għal parteċipanti ġodda fuq bażi li ma tkunx diskriminatorja. It-tariffi jew il-metodoloġiji użati għall-kalkolu tagħhom għandhom jiġu applikati b'mod mhux diskriminatorju u għandhom ikunu trasparenti.";"
(5) It-titlu ta' l-Artikolu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"
"Aċċess għal partijiet terzi fir-rigward ta' l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni;
"
(6) L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 4:"
Artikolu 4a
Servizzi ta' Aċċess għal Partijiet Terzi fir-rigward ta' faċilitajiet ta' ħażna u LNG
1. L-operaturi tas-sistemi ta' LNG u ta' ħażna għandhom:
a)
jiżguraw li joffru servizzi fuq bażi mhux diskriminatorja lill-utenti kollha tan-network li jilqgħu d-domanda tas-suq. B'mod partikolari, fejn operatur tas-sistema ta' LNG jew ta' ħażna joffri l-istess servizz lil klijenti differenti b'mod simultanju, għandu jagħmel dan taħt termini u kundizzjonijiet kuntrattwali ndaqs;
b)
joffru servizzi li huma kompatibbli ma' l-użu tas-sistemi interkonnessi ta' trasportazzjoni tal-gass, u għandhom jiffaċilitaw l-aċċess ║billi jikkooperaw ma' l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni;
c)
jagħmlu pubbliku kull tagħrif rilevanti, b'mod partikulari data fuq l-użu u d-disponibbiltà tas-servizzi, fi żmien kompatibbli mal-bżonnijiet kummerċjali raġonevoli ta' l-utenti tal-faċilità ta' ħażna jew LNG, bil-kondizzjoni li dawn il-pubblikazzjonijiet jiġu sorveljati mill-awtorità kompetenti.
2. L-operaturi tas-sistema ta' ħażna għandhom:
a)
jipprovdu servizzi ta' aċċess għal partijiet terzi li jkunu sodi u mingħajr interruzzjoni; il-prezz tal-kapaċità li tista' tiġi interrotta għandu jirrifletti l-probabbiltà ta' interuzzjoni;
b)
joffru lill-utenti tal-faċilità ta' ħażna servizzi kemm fuq medda twila kif ukoll fuq medda qasira;
c)
joffru lill-utenti tal-faċilità ta' ħażna servizzi ta' spazju għall-ħażna, injettabbiltà u kapaċità ta' twassil, kemm isseparati (unbundled) kif ukoll mhux isseparati (bundled).
3. Il-kuntratti ta' faċilità ta' LNG u ta' ħażna fil-każijiet fejn jiġu ffirmati ma għandhomx iwasslu għal tariffi li jkunu ogħla arbitrarjament.
a)
barra minn sena tal-gass naturali b'dati inizjali mhux standard; jew
b)
ta' tul iqsar minn dak ta' kuntratt standard ta' trasportazzjoni u ħażna fuq bażi annwali.
4. Fejn xieraq, il-provvediment ta' servizzi ta' aċċess għal partijiet terzi jista' jingħata soġġett għal garanziji xierqa mingħand l-utenti tan-network fir-rigward tal-kredibbiltà ta" kreditu tagħhom. Dawn il-garanziji ma għandhomx ikunu ta' xkiel mhux iġġustifikat għad-dħul fis-suq u għandhom ikunu mhux diskriminatorji, trasparenti u proporzjonali.
5. Il-limiti kuntrattwali fuq id-daqs minimu obbligatorju tal-kapaċità tal-faċilità ta' LNG u dik ta' ħażna għandhom ikunu ġġustifikati abbażi ta' restrizzjonijiet tekniċi, u għandhom jippermettu lill-utenti iżgħar tal-ħażna li jagħmlu aċċess għas-servizzi ta' ħażna.
"
(7) L-Artikolu 5 għandu jiġi emendat kif ġej:
a)
it-titlu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:" Prinċipji tal-mekkaniżmi ta' allokazzjoni ta' kapaċità u proċeduri għall-amministrazzjoni ta' konġestjoni li jikkonċernaw l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni"
(b)Il-paragrafu 2(a) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"
a)
jipprovdi sinjali ekonomiċi adegwati għal użu effiċjenti u massimu tal-kapaċità teknika, jiffaċilita l-investimenti f'infrastruttura ġdida u jiffaċilita kummerċ transkonfinali fil-gass.'';
"
(c)
Il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: " 3. "3. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jimplimentaw u jippubblikaw proċeduri ta' amministrazzjoni ta' konġestjoni mhux diskriminatorji u trasparenti li jiffaċilitaw kummerċ bejn il-fruntieri tal-gass fuq bażi mhux diskriminatorja u skond il-prinċipji tal-kompetizzjoni ħielsa. Biex tiġi evitata konġestjoni kuntrattwali, l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għandu joffri l-kapaċità mhux użata fuq is-suq primarju talanqas ġurnata bil-quddiem, sakemm din ma tfixkilx l-implimentazzjoni tal-kuntratti tal-provvista fuq tul ta' żmien twil."
(d)
Il-paragrafu 4 għandu jiġi mħassar;
(e)
Il-paragrafu li ġejjien għandhom jiġu miżjuda:" 6. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom b'mod regolari jivvaltaw id-domanda fis-suq għal investiment ġdid. Meta jippjanaw l-investimenti ġodda, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jivvalutaw id-domanda fis-suq u jqisu s-sigurtà tal-kriterji ta' provvista. 7. F'każ ta' konġestjoni fiżika fuq medda twila ta' żmien, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom itaffu l-konġestjoni permezz ta' żieda ta' kapaċitajiet ġodda skond id-domanda fis-suq. Sabiex tiġi evalwata d-domanda fis-suq, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom iwettqu proċeduri 'open-season'. 8. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jissorveljaw il-ġestjoni tal-konġestjoni fi ħdan sistemi u interkonnetturi nazzjonali tal-gass. L-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni għandhom iressqu l-proċeduri ta' ġestjoni tal-konġestjoni, inkluża l-allokazzjoni tal-kapaċità, għal approvazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jirrikjedu li jsiru emendi li dawk il-proċeduri qabel ma japprovawhom."
(8) L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 5:"
Artikolu 5a
Prinċipji tal-mekkaniżmi ta' allokazzjoni ta' Kapaċità u proċeduri għall-amministazzjoni ta' konġestjoni fir-rigward ta' faċilitajiet ta' ħażna u ta' LNG
1. Il-kapaċità massima tal-faċilità ta' ħażna u ta' LNG għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni ta' kull min għandu sehem fis-suq, b'kont meħud ta' l -integrità u ta' l-operat tas-sistema.
2. L-operaturi tas-sistema ta' LNG u ta' ħażna għandhom jimplimentaw u jippubblikaw mekkaniżmi ta' allokazzjoni ta' kapaċità mhux diskriminatorji u trasparenti, li għandhom:
a)
jipprovdu sinjali ekonomiċi xieraq għall-użu effiċjenti u massimu tal-kapaċità, u jiffaċilitaw l-investiment f'infrastruttura ġdida;
b)
ikunu kompatibbli mal-mekkaniżmu tas-suq, inklużi s-swieq ta' forniment immedjat u ċ-ċentri tal-kummerċ, filwaqt li jkunu flessibbli u kapaċi li jaddattaw ruħhom għall-evoluzzjoni taċ-ċirkustanzi fis-suq;
c)
ikunu kompattibli mas-sistemi konnessi ta' aċċess għan-network.
3. Il-kuntratti tal-faċilitajiet LNG u ta' ħażna għandhom jinkludu miżuri biex jipprevjenu l-akkapparrar tal-kapaċità, b'qies għall-prinċipji li ġejjin, li għandhom japplikaw f'każijiet ta' konġestjoni kuntrattwali:
a)
l-operatur tas-sistema għandu joffri kapaċità mhux użata ta' faċilitajiet LNG u ta' ħażna fuq is-suq primarju. Għall-faċilitajiet ta' ħażna, din l-offerta għandha ssir talanqas ġurnata bil-quddiem, u bil-possibbiltà ta' interuzzjoni,
b)
l-utenti tal-faċilità LNG u ta' ħażna li jixtiequ jbiegħu mill-ġdid il-kapaċità tagħhom miftiehma b'kuntratt fuq is-suq sekondarju għandu jkollhom id-dritt li jagħmlu dan.
Dawn il-miżuri għandhom jieħdu kont ta'l-integrità tas-sistema kkonċernata u kif ukoll is-sigurtà tal-provvista.
"
(9) L-Artikolu 6 għandu jiġi emendat kif ġej:
a)
it-titlu għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:" Ir-rekwiżiti tat-trasparenza li jikkonċernaw l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni
b)
il-paragrafu 5 jitħassar;
c)
il-paragrafu li ġej għandu jiżdied:
L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jagħmlu pubbliku tagħrif fuq il-provvista u d-domanda ex-ante u ex-post, imsejjes fuq nominazzonijiet, tbassiriet u l-flussi li jkunu saru ta' dħul u ħruġ mis-sistema. Il-livell ta' dettall tat-tagħrif li jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku għandu jirrifletti t-tagħrif disponibbli għall-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li tkun ippubblikata l-informazzjoni kollha meħtieġa.
L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jinfurmaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali, fuq talba ta' din, dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu, kif ukoll l-ispejjeż imġarrba u d-dħul iġġenerat, għall-ibbilanċjar tas-sistema. Il-parteċipanti ikkonċernati fis-suq għandhom jagħtu lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni d-data msemmija f'dan l-Artikolu."
(10) L-Artikoli li ġejjien għandhom jiddaħħlu wara l-Artikolu 6:"
Artikolu 6a
Rekwiżiti ta' trasparenza rigward il-faċilitajiet ta' ħażna u l-faċilitajiet LNG
1. L-operaturi tas-sistema LNG u ta' ħażna għandhom jagħmlu pubbliku tagħrif iddettaljat dwar is-servizzi li joffru u l-kundizzjonijiet rilevanti applikati, flimkien ma' l-informazzjoni teknika meħtieġa biex l-utenti tal-faċilitajiet LNG u ta' ħażna jiksbu aċċess effettiv għall-faċilitajiet LNG u ta' ħażna.
2. Għas-servizzi pprovduti, kull operatur tas-sistema LNG u ta' ħażna għandu jagħmel pubbliku tagħrif dwar il-kapaċitajiet miftiehma b'kuntratt u disponibbli tal-faċilitajiet ta' ħażna u LNG, b'mod numeriku, regolari u kontinwu, kif ukoll b'mod standard u ta' użu faċli. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li tkun ippubblikata l-informazzjoni kollha meħtieġa.
3. L-operaturi tas-sistema LNG u ta' ħażna għandhom jiżvelaw t-tagħrif mitlub minn dan ir-Regolament b'mod li jagħmel sens, kwantifikabbli faċilment u ta' aċċess faċli, kif ukoll fuq bażi mhux diskriminatorja.
4. L-operaturi kollha tas-sistema LNG u ta' ħażna għandhom jagħmlu pubbliku l-ammont ta' gass li hemm f'kull faċilità ta' ħażna, jew grupp ta" faċilitajiet ta" ħażna fl-istess zona ta" bilanċ, jew ta' LNG, il-flussi ta' dħul u ta' ħruġ, kif ukoll il-kapaċitajiet disponibbli tal-faċilitajiet ta' ħażna u ta' LNG, inklużi għal dawk il-faċilitajiet li huma eżentati mill-aċċess għal partijiet terzi. Dan it-tagħrif għandu jiġi kkomunikat ukoll lill-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni, li għandu jagħmel pubbliku fuq bażi aggregata għal kull sistema jew subsistema ddefinita mill-punti relevanti. It-tagħrif għandu jiġi aġġornat talanqas darba kuljum.
5. Sabiex jiġu żgurati tariffi trasparenti, oġġettivi u mhux diskriminatorji u jiġi faċilitat użu effiċjenti ta' l-infrastrutturi, l-LNG u l-operaturi tal-faċilità tal-ħażna jew l-awtoritajiet regolatorji relevanti għandhom jippubblikaw informazzjoni raġonevoli u dettaljata biżżejjed dwar minn fejn ikunu ġew it-tariffi, dwar il-metodoloġiji u l-istruttura tat-tariffi għal infrastruttura taħt aċċess regolat għal partijiet terzi. L-LNG u l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni għandhom iressqu l-proċeduri ta' ġestjoni tal-konġestjoni, inkluża l-allokazzjoni tal-kapaċità, għal approvazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji. L-awtoritajiet regolatorji jistgħu jirrikjedu li jsiru emendi li dawk il-proċeduri qabel ma japprovawhom.
6. Meta operatur tas-sistema LNG jew ta' faċilità ta' ħażna iqis li, għal raġunijiet ta' privatezza, wieħed ma jistax jippubblika data rikjesta, wieħed għandu jfittex awtorizzazzjoni ta' l-awtorita' regolatorja nazzjonali biex il-pubblikazzjoni tkun limitata fir-rigward tal-punt jew punti kkonċernati.
L-awtorita' nazzjonali kompetenti għandha tagħti jew tirrifjuta l-awtorizzazzjoni skond il-każ, billi tieħu kont b'mod partikolari tal-bżonn li tiġi rispettata l-privatezza kummerċjali leġittima u l-għan li jinħoloq suq intern kompetittiv għall-gass. Jekk l-awtorizzazzjoni tingħata, ħażna disponibbli u/jew il-kapaċità għall-faċilità tas-sistema LNG għandhom jiġu ppubblikati mingħajr indikazzjoni tad-data numerika li tmur kontra l-privatezza.
Artikolu 6b
Iż-żamma tar-rekords għal operaturi tas-sistema
L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, l-operaturi tas-sistema tal-ħażna u l-operaturi tas-sistema LNG għandhom iżommu għad-dispożizzjoni ta' l-awtorità regolatorja nazzjonali u tal-Kummissjoni t-tagħrif kollhu msemmi fl-Artikoli 6 u 6a, u fil-parti 3 ta' l-Anness għal ħames snin.
"
(11) L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:
a) is-sentenza li ġejja tiżdied fl-aħħar tal-paragrafu 1:"
Ir-regoli għall-ibbilanċjar għandhom ikunu bbażati fuq is-suq.
"
(b) Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:"
2. Sabiex l-utenti tan-network ikunu jistgħu jieħdu azzjoni korrettiva fil-ħin, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jipprovdu fil-ħin xieraq it-tagħrif dwar l-istatus ta' bbilanċjar ta' l-utenti tan-network li jkun biżżejjed, affidabbli u disponibbli onlajn.
It-tagħrif ipprovdu għandu jirrifletti l-livell ta' informazzjoni disponibbli għall-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni u l-perjodu ta' żmien għall-issettiljar li għalih jiġu kkalkolati l-ħlasijiet għall-iżbilanċ.
L-ebda ħlas għandu jsir għad-disponibbiltà ta' tali tagħrif.
"
c) il-paragrafi 4, 5 u 6 jitħassru;
(12) Artikolu 8 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"
Artikolu 8
Il-kummerċ ta' drittijiet ta' kapaċità
Kull operatur tas-sistema ta' ħażna jew ta' LNG għandu jieħu passi raġonevoli biex id-drittijiet ta' kapaċità jkunu negozjabbli b'mod ħieles, kif ukoll biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ. Il-kummerċ għandu jsir soġġett għall-prinċipji tat-trasparenza u tan-non-diskriminazzjoni. Kull operatur għandu jiżviluppa kuntratti u proċeduri armonizzati dwar it-trasportazzjoni, il-faċilitajiet LNG u l-faċilitajiet ta' ħażna fis-suq primarju, sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ sekondarju ta' kapaċità, u sabiex jiġi rikonoxxut it-trasferiment ta' drittijiet ta' kapaċità primarji fejn innotifikat mill-utenti tas-sistema.
Il-kuntratti u l-proċeduri armonizzati dwar it-trasportazzjoni, il-faċilitajiet LNG u l-faċilitatijet ta' ħażna għandhom ikunu nnotifikati lill-awtoritajiet regolatorji.
"
(13) L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 8:"
Artikolu 8a
Swieq bl-imnut
Sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta' swieq effettivi, li jiffunzjonaw tajjeb, u li jkunu trasparenti fuq skala reġjonali kif ukoll Komunitarja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu definiti fid-dettall l-irwoli u r-responsabbiltajiet ta' l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, ta' l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni, ta' l-impriżi ta' forniment u l-klijenti kif ukoll, jekk meħtieġ, tal-partijiet oħrajn fis-suq, fir-rigward ta' arranġamenti kuntrattwali, impenn lejn il-klijenti, regoli dwar l-iskambju u l-issettiljar tad-data, il-proprjetà tad-data u r-responsabbiltà dwar il-metraġġ.
Dawn ir-regoli għandhom isiru pubbliċi ▌, u għandhom jiġu soġġetti għal reviżjoni mill-awtoritajiet regolatorji.
"
(14) L-Artikolu 9, għandu jiġi sostitwiti b'dan li ġej:"
Artikolu 9
Linji gwida dwar servizzi ta' aċċess għal partijiet terzi
1. Fejn xieraq, il-Kummissjoni tista' tadotta linji gwida li jipprovdu l-livell minimu ta' armonizzazzjoni meħtieġa għall-ksib ta' l-għan ta' dan ir-Regolament, li għandhom jispeċifikaw dettalji dwar is-servizzzi ta' l-aċċess għal partijiet terzi inkluż il-karattru, it-tul taż-żmein u rekwiżiti oħra ta' dawn is-serviżżi, skond l-Artikolu 4 u 4a.
▌
2. Il-linji gwida dwar l-aċċess għal partijiet terzi msemmi fil-paragrafi 1 fir-rigward ta' l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni huma stipulati fl-Anness.
3.L-applikazzjoni u l-emenda tal-linji gwida dwar l-aċċess għal partijiet terzi adottati skond dan l-Artikolu għandhom jirriflettu d-differenzi bejn is-sistemi nazzjonali tal-gass, u m'għandhomx għalhekk jirrikjedu termini dettaljati uniformi ta' aċċess għal partijiet terzi fil-livell Komunitarju. Huma madankollu jistgħu jiffissaw rekwiżiti minimi li għandhom jiġu sodisfatti sabiex jintlaħqu kondizzjonijiet ta' aċċess għan-network mhux diskriminatorji u trasparenti li huma neċessarji għal suq intern tal-gass, li mbagħad jistgħu jiġu applikati fid-dawl tad-differenzi bejn is-sistema nazzjonali tal-gass.";
"
(15)L-Artikolu 13(1) għandu jinbidel b'li ġej:"
1."L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali stabbiliti taħt l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2003/55/KE ikollhom il-kompetenza li jiżguraw il-konformità effettiva ma' dan ir-Regolament billi dawn jingħataw is-setgħa, fir-rigward ta' kwalunkwe ksur singolu, kemm li jimponu sanzjonijiet effettivi, dissważivi u proporzjonati, li jammontaw għal massimu ta' 10 % tal-qligħ annwali ta' l-operatur tas-sistema fis-suq intern tiegħu jew inkella li jirrevokaw il-liċenzja ta' l-operatur. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan sa l-1 ta' Jannar 2010 u għandhom jinfurmawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti.
"
(16) L-Artikolu 14(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 8 tagħha.
"
(17) L-Artikolu 16(b) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"
b)
interkonnetturi bejn l-Istati Membri, il-faċilitajiet LNG u l-faċilitajiet ta' ħażna u żidiet sinifikanti fil-kapaċità ta' l-infrastrutturi eżistenti kif ukoll modifiki fit-tali infrastrutturi li jippermettu l-iżvilupp ta' sorsijiet ġodda ta' forniment tal-gass kif imsemmi fl-Artikolu 22(1) u (2) tad-Direttiva 2003/55/KE li huma eżenti mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 7, 18, 19, 20 jew 25(2), (3) u (4) ta' dik id-Direttiva sakemm ġew eżentati mid-dispożizzjonijiet imsemmija f'dan is-subparagrafu, minbarra l-Artikolu 6a(4) ta' dan ir-Regolament; jew
"
(18) L-Anness għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) It-titlu tal-punt 1 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"
Aċċess ta' servizzi għal partijiet terzi li jikkonċernaw l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni
"
(b) It-titlu tal-punt 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"
Prinċipji tal-mekkaniżmi ta' allokazzjoni ta' kapaċità u proċeduri għall-amministrazzjoni ta' konġestjoni li jikkonċernaw l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u l-applikazzjoni tagħhom f'każ ta' konġestjoni kuntrattwali║
"
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/55/KE rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali (COM(2007)0529 – C6-0317/2007 – 2007/0196(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0529),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2), 47(2), 55 u 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0317/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0257/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta' Lulju 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2008/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/55/KE rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikoli 47(2), 55 u 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni║,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3),
Billi:
(1) Is-suq intern tal-gass naturali, li ilu jiġi implimentat progressivament madwar il-Komunità mill-1999, għandu l-mira li jipprovdi għażla reali lill-konsumaturi kollha fl-Unjoni Ewropea, kemm jekk huma ċittadini u kemm jekk huma negozji, kif ukoll opportunitajiet ġodda ta" negozju u ta" aktar kummerċ transkonfinali, sabiex jinkisbu gwadanji fl-effiċjenza, prezzijiet kompetittivi, standards ogħla ta" servizz, kif ukoll sabiex jikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista u għas-sostenibbiltà.
(2) Id-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta" Ġunju 2003 rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali║(4) għamlet kontribut sinifikanti lejn il-ħolqien ta" suq intern tal-gass.
3) ║ Id-dritt ta' bejgħ ta' gass fi kwalunkwe Stat Membru bl-istess kondizzjonijiet u mingħajr diskriminazzjoni jew żvantaġġi ma jistax, madankollu, jiġi bħalissa ggarantit lill-kumpaniji kollha fl-Istati Membri kollha. B'mod partikolari, għadhom ma jeżistux aċċess mhux diskriminatorju għan-network u livell ugwalment effettiv ta" superviżjoni regolatorja f'kull Stat Membru, peress li l-qafas ġuridiku huwa insuffiċenti.
(4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta" l-10 ta" Jannar 2007 intitolata "Politika dwar l-Enerġija għall-Ewropa" enfasizzat l-importanza li jitlesta s-suq intern tal-gass naturali, kif ukoll li jinħoloq ambjent ekwu għall-impriżi kollha tal-gass naturali stabbiliti fil-Komunità. Il-Komunikazzjonijiet tal-Kummisjoni ta' l-istess data, dwar il-prospetti għall-Suq Intern ta" l-gass u ta' l-elettriku u r-Rapport finali tagħha rigward Inkjesta Settarjali skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 dwar is-swieq tal-gass u l-elettriku wrew li r-regoli u l-miżuri preżenti ma jipprovdux il-qafas meħtieġ biex jinkiseb l-għan ta" suq intern li jiffunzjona tajjeb.
(5) Mingħajr separazzjoni effettiva tan-networks minn attivitajiet ta' produzzjoni u forniment, hemm ir-riskju inerenti ta" diskriminazzjoni mhux biss fl-operat tan-network iżda wkoll fl-inċentivi għal kumpaniji integrati vertikalment biex jinvestu b'mod adegwat fin-networks tagħhom.
(6)L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-koperazzjoni u l-monitoraġġ ta' l-effettività tan-network fuq livell reġjonali. Bosta Stati Membri diġà ressqu proposta li tissodisfa dan l-objettiv.
(7) Ir-regoli dwar is-separazzjoni (unbundling) legali u funzjonali li bħalissa huma fis-seħħ għadhom ma wasslux għas-separazzjoni effettiva ta" l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni f'kull Stat Membru, parzjalment minħabba l-fatt li l-leġiżlazzjoni tal-Komunità għadha ma ġietx implimentata b'mod sħiħ. Fil-laqgħa tiegħu fi Brussell, fit-8 u d-9 ta" Marzu 2007, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa proposti leġiżlattivi għas-separazzjoni effettiva ta' l-attivitajiet ta' forniment u produzzjoni mill-operazzjonijiet tan-network.
(8) Huwa biss bit-tneħħija ta" l-inċentiv inerenti tal-kumpaniji integrati vertikalment li jiddiskriminaw kontra kompetituri fir-rigward ta" l-aċċess għan-network u l-investiment li tista' tiġi żgurata separazzjoni effettiva. Il-proċess tas-separazzjoni tas-sjieda, jiġifieri l-ħatra tal-proprjetarju tan-network bħala l-operatur tan-network u l-indipendenza ta' l-operatur tan-network minn kwalunkwe interess ta" forniment u produzzjoni, huwa biċ-ċar l-aktar mod effettiv u stabbli biex tinstab soluzzjoni għall-kunflitt ta' interess inerenti u biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista. Għal din ir-raġuni, il-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu ta' l-10 ta" Lulju 2007 dwar il-prospetti għas-suq intern tal-gass u ta' l-elettriku(5) ║ rrefera għas-separazzjoni tas-sjieda fil-livell tat-trażmizzjoni bħala "l-aktar għodda effettiva għall-promozzjoni ta' l-investiment mhux diskriminatorji fl-infrastrutturi║ , l-aċċess ġust għan-network għall-kompetituri ġodda u t-trasparenza fis-suq. L-Istati Membri għalhekk għandhom ikunu obbligati jiżguraw li l-istess persuna jew persuni ma jkollhomx id-dritt li jeżerċitaw il-kontroll, inkluż permezz ta' drittijiet ta' mblokk tal-minoranzi fuq deċiżjonijiet ta' importanza strateġika bħal investimenti, fuq impriża ta' produzzjoni jew forniment, u li fl-istess ħin ikollhom kwalunkwe interess jew jeżerċitaw kwalunkwe dritt fuq operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jew f'sistema ta' trażmissjoni. Min-naħa l-oħra, il-kontroll fuq operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għandu jeskludi l-possibbiltà li l-istess persuna jew persuni jkollhom kwalunkwe interess jew jeżerċitaw kwalunkwe dritt f'impriża ta' forniment.
(9)Kwalunkwe sistema għas-separazzjoni għandha tkun effettiva fit-tneħħija ta" kwalunkwe kunflitt ta" interessi bejn produtturi u operaturi tas-sistema ta" trażmissjoni, sabiex jinħolqu inċentivi għall-investimenti meħtieġa u jkun garantit aċċess ta' partijiet ġodda fis-suq taħt skema regolatorja effiċjenti u trasparenti li ma għandhiex toħloq skema regolatorja tqila jew ingombranti għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li tkun diffiċli u tiswa ħafna flus biex titwettaq.
(10)Il-gass huwa primarjament u dejjem iżjed impurtat fl-Unjoni Ewropea minn pajjiżi terzi. Il-liġi tal-Komunità għandha għalhekk tieħu kont ta' l-integrazzjoni speċifika tas-settur tal-gass fis-suq dinji, inklużi d-differenzi fis-swieq upstream u downstream.
(11) Minħabba li s-separazzjoni tas-sjieda tesiġi, f'ċerti każijiet, ir-ristrutturar ta' l-impriżi, l-Istati Membri li jiddeċiedu li jimplimentaw separazzjoni tas-sjiedagħandhom jingħataw aktar żmien biex japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti. Fid-dawl tar-rabtiet vertikali bejn is-setturi ta' l-elettriku u tal-gass, id-dispożizzjonijiet tas-separazzjoni ta' sjieda għandhom japplikaw, ukoll, fiż-żewġ setturi║.
(12)Dawk l-Istati Membri li jkunu jixtiequ jagħmlu hekk jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li għandhom x'jaqsmu mas-separazzjoni effettiva u effiċjenti tas-sistemi ta' trażmissjoni u operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni. Din is-separazzjoni tibqa effettiva sa fejn tiżgura l-indipendenza ta" l-operaturi tas-sistema ta" trażmissjoni u hija effiċjenti sa fejn tipprovdi qafas regolatorju iktar xieraq sabiex jiggarantixxi kompetizzjoni ġusta, investiment biżżejjed, aċċess għal impriżi ġodda fis-suq u l-integrazzjoni ta" swieq tal-gass. Din is-separazzjoni hija, barra minn hekk, ibbażata fuq pilastru ta' miżuri ta' organizzazzjoni u miżuri li għandhom x'jaqsmu mat-tmexxija ta' l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni u fuq pilastru ta' miżuri li għandhom x'jaqsmu ma' investiment, li jgħaqqdu kapaċitajiet ġodda ta' produzzjoni man-network u l-integrazzjoni tas-suq permezz ta' koperazzjoni reġjunali, u tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti mill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu tat-8 u d-9 ta' Marzu 2007.
(13)Stati Membri għandhom jippromwovu koperazzjoni reġjonali, bil-possibilità ta" ħatra ta" koordinatur reġjonali inkarigat mill-iffaċilitar ta" djalogu bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Barra minn hekk, impriżi ġodda ta' produzzjoni u provvista għandhom ikunu konnessi man-network b'mod effettiv meta dan ikun xieraq.
(14)Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni xierqa ta" din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tgħin lil dawk l-Istati Membri li jkollhom problemi biha.
(15)L-għan ta" network Ewropew ta' enerġija integrat huwa essenzjali għas-sigurtà tal-provvista u għal suq intern tal-gas li jiffunzjona sew. Il-Kummissjoni, b'konsultazzjoni ma' dawk involuti (b'mod partikolari l-operaturi tat-trażmissjoni tas-sistema u l-Aġenzija għall-Koperazzjoni tal-Regolaturi ta' l-Enerġija (l-Aġenzija) stabbilita bir-Regolament (KE) Nru .../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-... li jistabbilixxi l-Aġenzija għall-Koperazzjoni tal-Regolaturi ta' l-Enerġija(6)) għandha għalhekk tevalwa kemm huwa possibbli li jinħoloq operatur wieħed għas-sistema ta" trażmissjoni Ewropea u tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji fir-rigward ta' l-integrazzjoni tas-suq kif ukoll l-operazzjoni effettiva u sigura tan-network tat-trażmissjoni.
(16) Biex tiġi żgurata indipendenza sħiħa ta' l-operat tan-network mill-interessi tal-forniment u tal-produzzjoni u għall-prevenzjoni ta' l-iskambju ta' kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali, l-istess persuna ma għandhiex tkun membru tal-bordijiet ta' ġestjoni kemm ta' operatur ta' sistema tat-trażmissjoni kif ukoll impriża li għandha kwalunkwe funzjoni oħra ta' produzzjoni jew forniment. Għall-istess raġuni, l-istess persuna ma għandhiex tkun intitolata taħtar membri tal-bordijiet ta' ġestjoni ta' operatur ta' sistema tat-trażmissjoni u li jkollha kwalunkwe interess f'impriża tal-forniment.
(17) L-istabbiliment ta" operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni li jkunu indipendenti mill-interessi ta" forniment u ta" produzzjoni għandu jippermetti lill-kumpaniji integrati vertikalment iżommu l-proprjetà tagħhom ta" assi tan-network, filwaqt li jiżgura separazzjoni effettiva ta' l-interessi kemm-il darba l-operatur indipendenti tas-sistema ta' trażmissjoni jwettaq il-funzjonijiet kollha ta" operatur tan-network, jew implimentazzjoni effiċjenti u effettiva tas-separazzjoni, u sakemm jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta' regolazzjoni u mekkaniżmi estensivi ta' kontroll regolatorju.
(18) Meta l-impriża li tkun proprjetarja ta" sistema tat-trażmissjoni tkun parti minn impriża integrata vertikalment, l-Istati Membri għandhom għalhekk jingħataw l-għażla bejn żewġ għażliet: is-separazzjoni tas-sjieda jew il-ħolqien ta' operatur tas-sistema ta' trażmissjonindipendenti jew is-separazzjoni effettiva u effiċjenti.
(19)Sabiex tiżviluppa kompetizzjoni fis-suq intern tal-gass, konsumaturi mhux domestiċi għandu jkollhom il-possibilità li jagħżlu l-fornituri tagħhom kif ukoll li jkollhom kuntratt ma' bosta fornituri għall-ħtiġijiet tal-gass tagħhom. Dawn il-konsumaturi għandhom ikunu mħarsa kontra klawsoli esklussivi f'kuntratti li l-effett tagħhom huwa li jeskludu offerti komplimentari u/jew kompetittivi.
(20) L-implimentazzjoni ta" separazzjoni effettiva għandha tirrispetta l-prinċipju li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat. Għal dan il-għan, l-istess persuna ma għandhiex tkun tista' teżerċita influwenza, weħidha jew b'mod konġunt, fuq il-kompożizzjoni, il-votazzjoni jew id-deċiżjoni ta" l-organi kemm ta" l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni kif ukoll ta" l-impriżi tal-forniment. ▌
(21) Għandha tiġi applikata separazzjoni ▌ bejn l-attivitajiet ta" network u ta" forniment madwar il-Komunità. Din għandha tapplika ugwalment għall-impriżi stabbiliti fl-Unjoni Ewropea kif ukoll f' pajjiżi terzi. Biex jiġi żgurat li l-attivitajiet tan-network jinżammu separati madwar il-Komunità, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħa li jirrifjutaw iċ-ċertifikazzjoni lil operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni li ma jikkonformawx mar-regoli ta" separazzjoni. Biex jiġu assigurati l-applikazzjoni konsistenti madwar il-Komunità u r-rispett ta' l-obbligi internazzjonali tal-Komunità, l-Aġenzija ║għandu jkollha d-dritt li tirrevedi d-deċiżjonijiet dwar iċ-ċertifikazzjoni min-naħa ta' l-awtoritjiaet regolatorji.
(22) Il-ħarsien tal-provvista ta' l-enerġija hija element essenzjali tas-sigurtà pubblika u għalhekk huwa konness b'mod inerenti mal-funzjonament effiċjenti tas-suq intern tal-gass. L-użu tan-network huwa essenzjali biex il-gass jasal għand iċ-ċittadini ta' l-Unjoni. Swieq tal-gass li jaħdmu, u b'mod partikolari n-networks u l-assi l-oħra assoċjati mal-provvista tal-gass u ma" l-integrazzjoni tas-swieq iżolati ta" l-Istati Membri, L-użu tan-network huwa essenzjali biex il-gass jasal għand iċ-ċittadini ta' l-UE. Swieq tal-gass li jiffunzjonaw u li huma miftuħa b'possibilitajiet kummerċjali ġenwini, u b'mod partikolari n-networks u l-assi l-oħra assoċjati mal-provvista tal-gass, huma essenzjali għas-sigurtà pubblika, għall-kompetittività ta' l-ekonomija u għall-benessri taċ-ċittadini ta' l-Unjoni. Bla ħsara għall-obbligi internazzjonali tagħha, il-Komunità tqis li s-settur tas-sistemi ta' trażmissjoni tal-gass huwa ta' importanza għolja għall-Komunità u għalhekk huma meħtieġa miżuri ta' ħarsien addizzjonali fir-rigwar dta' l-influwenza ta' pajjiżi terzi, sabiex jiġi evitat kwalunkwe theddid lill-ordni pubblika tal-Komunità u s-sigurtà pubblika u l-benessri taċ-ċittadini ta' l-Unjoni. Miżuri bħal dawn huma wkoll meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli dwar is-separazzjoni effettiva.
(23) Huwa meħtieġ li tiġi żgurata l-indipendenza ta' operaturi tas-sistemi tal-ħżin sabiex jittejjeb l-aċċess ta' partijiet terzi għall-faċilitajiet tal-ħżin li huma teknikament u/jew ekonomikament meħtieġa għall-provvista ta' aċċess effiċjenti għas-sistema tal-forniment għall-klijenti. Għaldaqstant, jixraq li l-faċilitajiet tal-ħżin jitħaddmu permezz ta" entitajiet legalment separati li jkollhom drittijiet effettivi ta" teħid ta" deċiżjonijiet fir-rigward ta" assi meħtieġa għaż-żamma, l-operat kif ukoll l-iżvilupp ta" faċilitajiet tal-ħżin. Jeħtieġ ukoll li tiżdied it-trasparenza fir-rigward tal-kapaċità ta" ħżin li tiġi offruta lil partijiet terzi, billi l-Istati Membri jiġu obbligati li jiddefinixxu qafas pubbliku ċar u mhux diskriminatorju, li jiddetermina r-reġim regolatorju xieraq applikabbli għal faċilità ta" ħżin.
(24) L-aċċess mhux diskriminatorju għan-network tad-distribuzzjoni jiddetermina aċċess minn fuq għal isfel għall-klijenti fuq il-livell tal-bejgħ bl-imnut. L-ambitu għad-diskriminazzjoni fir-rigward ta' l-aċċess minn partijiet terzi u l-investiment madankollu huwa inqas sinifikanti fuq il-livell ta' distribuzzjoni milli fil-livell ta' trażmissjoni, għaliex fil-livell ta' distribuzzjoni il-konġestjoni u l-influwenza ta' l-interessi tal-produzzjoni ġeneralment huma inqas importanti milli fil-livell tat-trażmissjoni. Barra minn hekk, is-separazzjoni funzjonali ta' l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni, skond id-Direttiva 2003/55/KE, saru obbligatorj biss mill-1 ta' Lulju 2007, u l-effetti tagħha fuq is-suq intern għad iridu jiġu evalwati. Ir-regoli dwar is-separazzjoni legali u funzjonali li bħalissa huma fis-seħħ għalhekk jistgħu jwasslu għal separazzjoni effettiva sakemm dawn jiġu definiti b'mod aktar ċar, implimentati sewwa u sorveljati mill-qrib. Sabiex jinħoloq ambjent ekwu fil-livell tal-bejgħ bl-imnut, l-attivitajiet ta' l-operaturi tas-sistema ta' distribuzzjoni għandhom jiġu sorveljati sabiex jinżammu milli japprofittaw ruħhom mill-integrazzjoni vertikali tagħhom fir-rigward tal-pożizzjoni kompettitiva tagħhom fis-suq, b'mod partikolari fir-relazzjoni tagħhom mal-klijenti żgħar domestiċi kif ukoll mhux domestiċi.
(25)L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri konkreti sabiex jassistu l-użu usa" tal-bijogass u tal-gass mill-bijomassa, li għandu jingħata aċċess mhux diskriminatorju għas-sistema tal-gass, sakemm dan l-aċċess ikun kompatibbli b'mod permanenti mar-regoli tekniċi u ma" l-istandards ta" sikurezza relevanti.
(26) Id-Direttiva 2003/55/KE introduċiet rekwiżit biex l-Istati Membri jistabbilixxu awtoritajiet regolatorji nazzjonali b'kompetenzi speċifiċi. Madankollu, l-esperjenza turi li l-effettività tar-regolazzjoni ħafna drabi tkun imtellfa bin-nuqqas ta" indipendenza l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali mill-gvern kif ukoll minħabba n-nuqqas ta" setgħat u diskrezzjoni. Għal din ir-raġuni,║ fil-laqgħa tiegħu fi Brussell, msemmija hawn fuq, , il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa proposti leġiżlattivi li jipprovdu għal aktar armonizzazzjoni tas-setgħat u t-tisħiħ ta" l-indipendenza ta' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fl-enerġija.
(27) L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jeħtieġ li jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet fuq il-kwistjonijiet regolatorji rilevanti kollha għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, u li jkunu indipendenti bis-sħiħ minn kwalunkwe interess ieħorta" kumpaniji pubbliċi jew privati.
(28) L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom is-setgħa li joħorġu deċiżjonijiet li jorbtu fuq l-operaturi tan-networks, kif ukoll li jimponu sanzjonijiet effettivi, xierqa u dissważivi fuq l-operaturi tan-networks li jonqsu milli jikkonformawx ma" l-obbligi tagħhom. Għandhom jingħataw ukoll is-setgħat biex jiddeċiedu, tkun xi tkun l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni, dwar kwalunkwe miżura xierqa relatata ma" l-aċċess għan-networks bil-għan tal-kompetizzjoni effettiva meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-suq, kif ukoll biex jiżguraw standards għoljin tas-servizz pubbliku f'konformità mal-ftuħ tas-suq, il-protezzjoni ta" klijenti vulnerabbli, u l-effettività totali tal-miżuri għall-ħarsien tal-konsumatur. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu bla ħsara kemm għas-setgħat tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni, inkluża l-analiżi tal-fużjonijiet (mergers) b'dimensjoni Komunitarja, kif ukoll għar-regoli dar is-suq intern, bħall-moviment ħieles tal-kapital.
(29)L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u r-regolaturi tas- suq finanzjarju għandhom jikkoperaw sabiex jagħtu lil xulxin idea ġenerali tas-swieq rispettivi tagħhom. Huma għandu jkollhom is-setgħa li jiksbu informazzjoni relevanti mill-impriżi tal-gass naturali permezz ta' investigazzjonijiet xierqa u suffiċjenti, biex jissolvew kwistjonijiet u biex ikunu imposti sanzjonijiet effettivi.
(30) Investimenti f'infrastrutturi kbar ġodda għandhom jiġu promossi bil-qawwa, filwaqt li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern fil-gass naturali. Sabiex jittejjeb l-effett pożittiv ta' proġetti eżentati ta' l-infrastruttura fuq il-kompetizzjoni u s-sigurtà tal-provvista, għandu jiġi ttestjat l-interess fis-suq matul il-fażi ta' ppjanar tal-proġett, u għandhom jiġu implimentati regoli għall-ġestjoni tal-konġestjoni. Meta infrastruttura tinsab fit-territorju ta' aktar minn Stat Membru wieħed, l-Aġenzija║ għandha tieħu ħsieb it-talba għall-eżenzjoni sabiex tqis aħjar l-implikazzjonijiet transkonfinali tagħha u sabiex tiffaċilità t-trattament amministrattiv tagħha. Barra minn hekk, minħabba l-profil ta" riskju eċċezzjonali fil-bini ta" dawn il-proġetti kbar ta" infrastruttura eżenti, għandu jkun possibbli li temporanjament tingħata deroga parzjali║ għall-impriżi ta" forniment u ta" produzzjoni fir-rigward tar-regoli ta" separazzjoni għall-proġetti kkonċernati. Dan għandu japplika b'mod partikolari, minħabba raġunijiet ta" sigurtà tal-provvista, għal pipelines ġodda fil-Komunità li jittrasportaw il-gass minn pajjiżi terzi sa ġewwa l-Komunità.
(31) Is-suq intern tal-gass qed ibati minn nuqqas ta' likwidità u trasparenza li jxekklu l-allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi, l-ilqugħ għar-riskji u penetrazzjonijiet ġodda fis-suq. Il-fiduċja fis-suq, il-likwidità tiegħu u l-għadd ta' parteċipanti fis-suq jeħtieġ li jiżdiedu, u għalhekk jeħtieġ li jiżdied il-monitoraġġ regolatorju fuq l-impriżi attivi fil-forniment tal-gass. Rekwiżiti bħal dawn għandhom ikunu bla ħsara għall-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti dwar is-swieq finanzjarji, u kompatibbli magħha. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u r-Regolaturi tas-Suq Finanzjarju jeħtieġ li jikkooperaw sabiex jippermettu lil xulxin ikollhom stampa globali tas-swieq ikkonċernati.
(32)Ir-restrizzjonijiet strutturali tas-suq tal-gass li jinħolqu mill-konċentrazzjoni tal-fornituri, il-kuntratti għal tul ta" żmien twil li jiżguraw il-kunsinni u n-nuqqas ta" likwidità "l isfel, jiġġeneraw strutturi ta" pprezzar mhux trasparenti. Sabiex tkun iċċarata l-istruttura ta" l-ispejjeż, hemm bżonn ta" iktar trasparenza fil-formazzjoni tal-prezzijiet, u għalhekk obbligazzjoni kummerċjali għandha tkun obbligatorja.
▌
(33) Ir-rekwiżiti tas-servizz pubbliku u l-istandards komuni minimi li jitnisslu minnhom, jeħtieġ li jissaħħu aktar biex jiġi żgurat li l-konsumaturi kollha jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-kompetizzjoni. Aspett prinċipali fil-forniment lill-klijent huwa l-aċċess għad-data dwar il-konsum, u l-konsumaturi jrid jkollhom aċċess għad-data tagħhom sabiex ikunu jistgħu jistiednu l-kompetituri biex jagħmlu offerta bbażata fuq din id-data. Il-konsumaturi għandu jkollhom ukoll id-dritt li jiġu infurmati sewwa dwar il-konsum ta" l-enerġija tagħhom. Tagħrif dwar l-ispejjeż fl-enerġija li jingħata b'mod regolari joħloq inċentivi għat-tfaddil fl-enerġija għaliex jagħti lura lill-klijenti informazzjoni diretta dwar l-effetti ta" l-investiment fl-użu effiċjenti ta" l-enerġija u fil-bidla fl-imġiba.
(34)Ir-rekwiżiti tas-servizz pubbliku u l-istandards minimi komuni li joħorġu minnhom jeħtieġ li jkomplu jiġu msaħħa aktar sabiex ikun żgurat li s-servizzi tal-gass ikunu aċċessibbli għall-pubbliku u għall-impriżi żgħar u ta" daqs medju
35) l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-provvediment xieraq ta" miters individwali (smart metering), kif tistipula d-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta" April 2006 dwar l-effiċjenza aħħarija ta" l-enerġija u s-servizzi ta" l-enerġija(7), sabiex tingħata lill-konsumaturi informazzjoni eżatta dwar il-konsum ta" l-enerġija u sabiex tkun żgurata l-effiċjenza aħħarija.
(36)Il-konsumaturi għandhom ikunu il-focus ewlieni ta" din id-Direttiva. Id-drittijiet eżistenti tal-konsumaturi jeħtieġ li jiġu msaħħa u ggarantiti, u għandhom jinkludu aktar trasparenza u rappreżentazzjoni. Il-ħarsien tal-konsumatur ifisser li l-konsumaturi kollha jibbenefikaw minn suq kompetittiv. Id-drittijiet tal-konsumaturi għandhom jiġu infurzati mill-awtoritajiet regulatorji nazzjonali billi jinħolqu inċentivi u jiġu imposti sanzjonijiet fuq impriżi li ma jikkonformawx mal-ħarsien tal-konsumaturi u mar-regoli tal-kompetizzjoni.
(37)Għandha tkun disponibbli informazzjoni ċara u komprensiva għall-konsumaturi rigward id-drittijiet tagħhom relatati mas-settur ta" l-enerġija. Wara l-komunikazzjoni tagħha tal-5 ta' Lulju 2007 bit-titolu "Lejn Karta Ewropea għad-Drittijiet tal-Konsumaturi ta' l-Enerġija", il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-partijiet interessati relevanti, inklużi l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u l-imsieħba soċjali, għandha tressaq karta li tkun sempliċi u faċli biex tinftiehem li telenka d-drittijiet tal-konsumaturi ta' l-enerġija li diġà jinsabu fil-liġi Komunitarja eżistenti inkluża din id-Direttiva. Il-fornituri ta" l-enerġija għandhom jiżguraw li kull konsumatur jirċievi kopja ta" din il-karta u li tkun disponibbli għall-pubbliku.
(38) Għal kontribuzzjoni lejn is-sigurtà tal-provvista filwaqt li jinżamm spirtu ta" solidarjetà ▌, l-Istati Membri għandhomjaħdmu flimkien aktar mill-qrib. Għal dan il-għan, il-bażi għandha tkun id-Direttiva tal-Kunsill 2004/67/KE tas-26 ta" April 2004 dwar miżuri biex jissalvagwardjaw is-sigurtà tal-provvista(8) ta' gas naturali.
(39) Fid-dawl tal-ħolqien ta" suq intern tal-gass, l-Istati Membri għandhom iġibu 'l quddiem l-integrazzjoni tas-swieq nazzjonali tagħhom u l-kooperazzjoni ta" l-operaturi tan-networks fil-livell Ewropew kif ukoll reġjonali. Inizjattivi għall-integrazzjoni reġjonali huma pass intermedjarju essenzjali għall-kisba ta" l-integrazzjoni tas-swieq interni ta" l-enerġija tal-Komunità, li għadha l-għan aħħari. Il-livell reġjonali jgħin sabiex jaċċellera l-proċess ta" integrazzjoni billi jagħmilha possibbli għall-atturi konċernati, u b'mod partikulari l-Istati Membri, l-awtoritajiet regulatorji nazzjonali u l-operaturi tas-sistemi ta" trażmissjoni, li jikkoperaw fuq kwistjonijiet speċifiċi.
(40)L-iżvilupp ta" network ta" pipelines li jkun tabilħaqq mal-Kommunità kollha għandu jkun wieħed mill-għanijiet ewlenin ta" din id-Direttiva, u għaldaqstant, kwistjonijiet regulatorji dwar l-interkonnessjonijiet transkonfinali u s-swieq reġjonali għandhom ikunu r-responsabilità ta" l-Aġenzija.
(41) L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jipprovdi informazzjoni lis-suq ukoll biex jippermettu lill-Kummissjoni taqdi r-rwol tagħha li tosserva u tissorvelja s-suq Ewropew tal-gass u l-evoluzzjoni fil-medda l-qasira, dik medja u fit-tul, inklużi aspetti bħall-provvista u d-domanda, l-infrastrutturi tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni, il-kummerċ transkonfinali, l-investimenti, il-prezzijiet bl-ingrossa u dawk għall-konsumaturi, il-likwidità tas-suq, it-titjib ambjentali u dak ta' l-effiċjenza.
(42) Peress li l-għan ta' din id-Direttiva, partikolarment il-ħolqien ta' suq intern ta' l-gass kompletament operattiv, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk, permezz ta'l-iskala- u l-effetti ║tagħha, ikun jista' jintlaħaq aħjar fuq livell ta' Komunità, il-Komunità tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċesarju sabiexjintlaħaq dak il-għan.
(43)Flimkien ma" l-imsieħba soċjali kkonċernati, l-Istati Membri għandhom iqisu l-implikazzjonijiet ta" l-emendi għad-Direttiva 2003/55/KE, b'mod partikulari l-mudelli differenti sabiex jiżguraw l-indipendenza ta'l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni, mil-lati ta" impjegar, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u d-drittijiet tal-ħaddiema li jkunu infurmati u kkonsultati u li jipparteċipaw, bil-għan li jittaffew il-konsegwenzi negattivi.
(44) Ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Settembru 2005 dwar il-kundizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta' trasmissjoni tal-gass naturali(9) jipprovdi lill-Kummissjoni bill-possibbiltà li tadotta linji gwida biex tikseb il-livell ta' armonizzazzjoni meħtieġa.. Linji gwida bħal dawn, li b'hekk huma miżuri ta' implimentazzjoni vinkolanti, huma għodda utli li tista' tiġi adattata malajr meta jkun meħtieġ.
(45) Id-Direttiva 2003/55/KE tistipula li għandhom jiġu adottati ċerti miżuri skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta" Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta" l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni(10).
(46) Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/512/KE(11), li introduċiet il-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-miżuri b'ambitu ġenerali maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' att bażiku, adottati skond il-proċedura taħt l-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi ║tissupplimentha ║biż-żieda ta' elementi ġodda mhux essenzjali.
▌
(47) Id-Direttiva 2003/55/KE għandha tiġi emendata skond dan,
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 2003/55/KE
Id-Direttiva 2003/55/KE hija emendata hekk:
(1)F'Artikolu 1, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:"
2.Ir-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva għall-gass naturali, li jinkludi gass naturali likwidu (LNG), ser japplikaw ukoll, b'mod mhux diskriminatorju, għall-bijogass u għall-gass mill-bijomassa jew tipi oħra ta" gass, sakemm dawn il-gassijiet jistgħu jiġu injettati b'mod tekniku u sikur fis-sistema tal-gass naturali u trasportati permezz tagħha.
"
(2) L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
a) (a)il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:"
3.
"tranżmissjoni" tfisser it-trasport tal-gass naturali minn [...] network li jkun fih, fil-biċċa l-kbira, pipelines bi pressa għolja, ħlief għal upstream pipeline networks jew il-parti ta' pipelines bi pressa għolja li prinċipalment jintużaw fil-kuntest tad-distribuzzjoni lokali tal-gass naturali, bi skop li jiġi kkonsenjat lill-konsumaturi, iżda li ma jinkludix il-provvista;
"
b) il-punt 9 għandu jinbidel b'dan li ġej:"
9.
"faċilità tal-ħażna' tfisser faċilità użata għall-ħażna tal-gass naturali u proprjetà ta" u/jew operata minn impriża tal-gass naturali, inkluża l-parti tal-faċilitajiet ta" l-LNG użati għall-ħażna iżda eskluż is-sehem użat b'mod esklussiv għall-produzzjoni, u esklużi l-faċilitajiet riżervati esklussivament għall-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom;"
"
c)il-punt 14 għandu jinbidel b'dan li ġej:"
14.
'servizzi anċillari' tfisser is-servizzi kollha meħtieġa għall-aċċess lil u l-operazzjoni tan-networks tat-trażmissjoni u/jew distribuzzjoni u/jew faċilitajiet ta" l-LNG u/jew faċilitajiet tal-ħażna inkluż l-ibbilanċjar tat-tagħbijiet, it-taħlit u l-injezzjoni ta' gassijiet inerti, iżda esklużi faċilitajiet riżervati esklużivament għall-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom;
"
d) il-punt 17 għandu jinbidel b'dan li ġej:"
17.
"interkonnettur' tfisser linja ta' trażmissjoni fuq distanzi fit-tul li taqsam jew li tkun imxerrda fuq fruntiera bejn Stati Membri għall-iskop ewlieni li tgħaqqad is-sistemi tat-trażmissjoni nazzjonali ta" dawn l-Istati Membri;
"
( e) il-punt 20 għandu jinbidel b'dan li ġej:"
20.
"impriża integrata vertikalment" tfisser impriża tal-gass naturali jew grupp ta" impriżi tal-gass naturali fejn l-istess persuna jew l-istess persuni huma intitolati, direttament jew indirettament, li jeżerċitaw kontroll fl-ambitu ta' l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 ta' l-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (ir-Regolament KE dwar il-Mergers)*, u fejn l-impriża jew grupp ta' impriżi twettaq/iwettaq għall-inqas wieħed mill-funzjonijiet tat-trażmissjoni, distribuzzjoni, LNG jew ħżin, u għall-inqas waħda mill-funzjonijiet ta" produzzjoni jew forniment tal-gass naturali;
______________________
* ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.
"
(f) Għandhom jiżdiedu l-punti li ġejjin:"
34.
"kuntratt għal forniment tal-gass' tfisser kuntratt għall-forniment tal-gass naturali, iżda ma tinkludix derivattiva tal-gass;
35.
"derivattiva tal-gass' tfisser strument finanzjarju speċifikat f'waħda mis-Sezzjonijiet C5, C6, jew C7 ta' l-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar swieq fi strumenti finanzjarji*, fejn dak l-istrument għandu x'jaqsam ma' gass naturali;
36.
"kontroll" tfisser kwalunkwe drittijiet, kuntratti jew kwalunkwe mezzi oħra li, sew separatament jew flimkien, u filwaqt li jitqiesu l-fatti u l-liġijiet involuti, jagħtu l-possibbiltà li tiġi eżerċitata influwenza deċiżiva fuq impriża, b'mod partikolari permezz tas:
a)
s-sjieda jew id-dritt li jintużaw l-assi kollha ta' impriża, jew parti minnhom;
b)
drittijiet jew kuntratti li jikkonferixxu influwenza deċiżiva fuq il-kompożizzjoni, il-votazzjoni jew id-deċiżjonijiet ta' l-organi ta' impriża.║
Biex jiġi evitat kull dubju, il-kuntratt ta' trasport fuq żmien twil ta' impriża li jkollha interessi fil-produzzjoni jew f'attivitajiet ta" forniment m'għandux jikkostitwixxi kontroll ta" sistema ta" trażmissjoni per se.
37.
"suq iżolat' tfisser Stat Membru li ma jkollux interkonnessjoni mas-sistemi ta' trażmissjoni nazzjonali ta' Stati Membri oħra u/jew li l-provvista tal-gass tiegħu tkun ikkontrollata minn persuna jew persuni li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi;
38. "proġett ta' interess Ewropew' tfisser proġett ta' infrastruttura tal-gass li jwassal biex ikun hemm riżorsi ġodda tal-gass disponibbli għall-Komunità u li jwassal għal diversifikazzjoni ikbar ta' provvisti tal-gass f'iktar minn Stat Membru wieħed;"
39.
"kompetizzjoni ġusta u mhix mgħawġa f'suq miftuħ' tfisser opportunitajiet komuni u aċċess ugwali għall-fornituri kollha fl-Unjoni Ewropea li huma responsabbli għalihom l-Istati Membri, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Aġenzija għall-Koperazzjoni tal-Regolaturi ta' l-Enerġija (l-Aġenzija) stabbilita bir-Regolament (KE) Nru .../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-... li jistabbilixxi l-Aġenzija għall-Koperazzjoni tal-Regolaturi ta' l-Enerġija**;
40.
"faqar fl-enerġija' tfisser sitwazzjoni fejn il-membri ta' unità domestika ma jkollhomx biex isaħħnu darhom sa standard aċċettabbli, ibbażat fuq il-livelli rakkomandati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa;
41.
"prezz li jista' jintlaħaq' tfisser prezz definit mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali b'konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, mas-sieħba soċjali u mal-partijiet interessati rilevanti filwaqt li titqies id-definizzjoni ta' faqar fl-enerġija pprovduta fil-punt 40;
42.
"sit industrijali' tfisser zona ġeografika ta' sjieda privata b'network ta' gass naturali mmaniġġjat minn kumpannija waħda b'konnessjoni mat-trasmissjoni jew man-network tad- distribuzzjoni:
a)
li b'mod predominanti tforni l-attivitajiet industrijali ta" l-operatur tan-netwer jew ta" l-impriżi kkonnettjati, jew
b)
li tforni numru limitat ta" konsumaturi industrijali jew konsumaturi marbuta ma" l-attivitajiet industrijali fis-sit industrijali.
____________________ * ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1. ** ĠU L ..."
"
(3)L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:
a) il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"
B'kunsiderazzjoni sħiħa għad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat, b'mod partikulari l-Artikolu 86 tiegħu, l-Istati Membri jistgħu jimponu fuq l-impriżi tal-gass naturali fl-interess ekonomiku ġenerali, obbligi ta' servizz pubbliku li jistgħu jirrelataw mas-sigurtà, inkluża s-sigurtà tal-forniment, tar-regolarità u tal-kwalità, u l-ħarsien ta" l-ambjent, inklużi l-effiċjenza ta' l-enerġija u l-ħarsien tal-klima.
"
(b)L-Artikolu 3, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"
3.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jipproteġu l-konsumaturi aħħarin, u [...] għandhom, b'mod partikulari, jiżguraw li jkun hemm salvagwardji adegwati biex jiġu mħarsa l-konsumaturi vulnerabbli, fosthom il-projbizzjoni tal-qtugħ tal-provvista għall-pensjonanti u għall-persuni b'diżabilità fix-xitwa. F'dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-faqar enerġetiku u għandhom jipprovdu definizzjonijiet ta" konsumaturi vulnerabbli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet u l-obbligi marbuta mal-konsumaturi vulnerabbli jiġu applikati, u b'mod partikulari għandhom jieħdu miżuri biex iħarsu lill-konsumatur aħħari f'inħawi remoti. Għandhom jaċċertaw livelli għoljin ta" protezzjoni tal-konsumatur, b'mod partikolari rigward trasparenza dwar [...] termini u kundizzjonijiet kuntrattwali, informazzjoni ġenerali u mekkaniżmi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim. L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li l-konsumatur eliġibbli jkun fil-fatt jista" jaqleb faċilment għal fornitur ġdid. Rigward konsumaturi domestiċi, dawn il-miżuri għandhom jinkludu dawk stipulati fl-Anness A.
"
(c)Il-paragrafi li ġejjin għandhom jiddaħlu wara l-paragrafu 3:"
3a. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jindirizzaw il-faqar fl-enerġija fil-Pjanijiet ta' Azzjoni Nazzjonali sabiex jiġi żgurat li n-numru ta' nies li jsofru minn faqar fl-enerġija jonqos f'termini reali, u għandhom jikkomunikaw dawn il-miżuri lill-Kummissjoni. Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli biex jipprovdi, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà, definizzjoni ta' faqar fl-enerġija fil-livell nazzjonali, b'konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji u mal-partijiet interessati b'referenza għall-Artikolu 2(40). Miżuri bħal dawn jistgħu jinkludu benefiċċji fis-sistemi tas-sigurtà soċjali, appoġġ għat-titjib fl-effiċjenza ta' l-enerġija kif ukoll il-produzzjoni ta' l-enerġija bl-orħos prezzijiet possibbli, u m'għandhomx ifixklu l-ftuħ tas-suq stabbilit fl-Artikolu 23. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi indikaturi għall-monitoraġġ ta' l-impatt ta' miżuri bħal dawn fuq il-faqar fl-enerġija, kif ukoll fuq kif jaħdem is-suq.
3b.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumaturi kollha jkollhom id-dritt li jkunu fornuti bil-gass minn fornitur, sakemm dan ta' l-aħħar jagħti l-kunsens tiegħu, ikun xi jkun l-Istat Membru fejn il-fornitur ikun awtorizzat jew b'xi mod ieħor approvat. F'dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li l-impriżi approvati bħala fornituri fi Stat Membru ieħor ikunu jistgħu jfornu liċ-ċittadini tagħhom mingħajr ma jkollhom jissodisfaw kundizzjonijiet oħra.
"
d) il-paragrafy 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:"
4.L-Istati Membri għandhom jimplimentaw miżuri xierqa sabiex jiksbu l-għanijiet tal-koeżjoni ekonomika u soċjali, bil-ħsieb li jbaxxu l-prezz tal-gass fornut lil konsumaturi minn unitajiet domestiċi bi dħul baxx u jiggarantixxu l-istess kundizzjonijiet għall-konsumaturi li joqogħdu f'zoni mbiegħda, fuq naħa, u l-għanijiet tal-protezzjoni ta" l-ambjent fuq l-oħra. Dawn il-miżuri jinkludu miżuri għall-effiċjenza ta' l-enerġija/tal-ġestjoni tad-domanda kif ukoll mezzi għall-ġlieda kontra l-bidla fil-klima u s-sigurtà tal-fornitura u jistgħu jinkludu wkoll, b'mod partikolari, id-disposizzjonijiet ta" inċentivi ekonomiċi xierqa, bl-użu, fejn xieraq, ta" l-għodod kollha nazzjonali Komunitarji, għaż-żamma u l-kostruzzjoni ta" l-infrastruttura tan-networks xierqa, inkluża l-kapaċità ta" l-interkonnessjoni.
"
(e)Il-paragrafi li ġejjin għandhom jiddaħlu wara l-paragrafu 4:"
4a.Sabiex tiġi promossa l-effiċjenza ta' l-enerġija, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jobbligaw lill-impriżi tal-gass naturali biex idaħħlu formoli ta' prezzijiet li jogħlew fil-każ ta' livelli għola ta' konsum u għandhom jiżguraw li jkun hemm il-parteċipazzjoni attiva tal-klijenti u ta' l-operaturi tas-sistemi tad-distribuzzjoni fl-operat tas-sistemi permezz ta' l-appoġġ għad-dħul ta' miżuri li jtejjbu l-użu tal-gass, b'mod partikulari fil-ħinijiet meta jintuża l-aktar. Formoli ta' prezzijiet bħal dawn, flimkien mad-dħul ta' miters u grids intelliġenti, għandhom jippromwovu mġiba li twassal għall-effiċjenza ta' l-enerġija u għall-orħos prezzijiet possibbli għall-familji, b'mod partikolari għal dawk il-klijenti minn familji li jbatu mill-faqar fl-enerġija.
4b.L-Istati Membri għandhom jipprovdu punti waħdiena ta" kuntatt sabiex ikun żgurat li l-konsumaturi jkollhom aċċess għall-informazzjoni kollha neċessarja rigward id-drittijiet tagħhom, il-leġiżlazzjoni attwali u l-mezzi ta" kumpens disponibbli għalihom f'każ ta" tilwim.
"
(f)Il-paragrafi li ġejjin għandhom jiddaħlu wara l-paragrafu 5:"
5a.L-implimentazjoni ta' din id-Direttiva m'għandux ikollha konsegwenzi negattivi fuq l-impjiegi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u d-drittijiet għall-informazzjoni, għall-konsultazzjoni u għall-parteċipazzjoni tal-ħaddiema konċernati. L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw mas-sieħba soċjali konċernati dwar l-implimentazzjoni ta' kull emenda għal din id-Direttiva biex jitnaqqsu konsegwenzi negattivi bħal dawn. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-kumitati għad-djalogu soċjali tas-setturi tal-gass u ta' l-elettriku bil-konsultazzjonijiet u bil-miżuri li jkunu twettqu.
"
(4)L-Artikolu 4(2) għandu jinbidel b'dan li ġej:"
2.Fejn l-Istati Membri għandhom sistema ta" awtorizzazzjoni, dawn għandhom jistabbilixxu kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji li għandhom jintlaħqu minn impriża li tkun qed tapplika għal awtorizzazzjoni biex tibni u/jew biex tħaddem faċilitajiet tal-gass naturali jew li tkun qed tapplika għal awtorizzazzjoni biex tipprovdi gass naturali. L-Istati Membri m'għandhom fi kwalunkwe każ ikunu intitolati li jorbtu l-awtorizzazzjoni ma' kriterji li jagħtu setgħat ta' diskrezzjoni lill-awtoritajiet kompetenti. Il-kriterji u l-proċeduri nondiskriminatorji għall-għoti ta' awtorizzazzjonijiet għandhom jiġu ppubblikati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta' awtorizzazzjoni għal faċilitajiet, linji ta' trażmissjoni u tagħmir assoċjat iqisu l-importanza tal-proġett għas-suq intern fl-enerġija.
"
(5) L-Artikolu li ġejjin għandhom jiddaħlu wara l-Artikolu 5:"
Artikolu 5a
Solidarjetà reġjonali
1. Sabiex tiġi ssalvagwardata provvista sigura fis-suq intern tal-gass naturali, l-Istati Membri għandhom mingħajr ma jimponu piż sproporzjonat fuq il-parteċipanti fis-suq, jikkooperaw sabiex jippromwovu s-solidarjetà reġjonali u bilaterali.
2. Din il-kooperazzjoni għandha tkopri sitwazzjonijiet li jirriżultaw fi, jew li x'aktarx jirriżultaw fil-medda l-qasira fi xkiel serju tal-provvista li jolqot Stat Membru. Għandha tinkludi:
a)
koordinazzjoni ta' miżuri nazzjonali ta' emerġenza kif jissemma fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2004/67/KE;
b)
identifikazzjoni u, fejn meħtieġ, żvilupp jew tiġdid ta" interkonnessjonijiet ta" elettriku u ta" gass naturali;
c)
kundizzjonijiet u modalitajiet prattiċi għall-assistenza reċiproka.
3. Il-Kummissjoni l-Istati Membri l-oħra u l-parteċipanti fis-suq, għandha tinżamm informata dwar din il-kooperazzjoni.
▌
Article 5b
Promozzjoni ta" Kooperazzjoni Reġjonali
1.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkooperaw ║bil-għan li jarmonizzaw l-istruttura tas-swieq u jintegraw is-swieq nazzjonali tagħhom għall-inqas f'livell reġjonali wieħed, jew aktar, bħala l-ewwel pass, u wieħed intermedju, lejn suq intern tal-gass liberalizzat għal kollox. B'mod partikolari, huma għandhom jippromwovu l-kooperazzjoni ta" l-operaturi tan-network fil-livell reġjonali u jħaffu l-integrazzjoni tagħhom fil-livell reġjonali bil-għan li jinħoloq suq intern kompetittiv, li titħaffef l-armonizzazzjoni tal-qafas legali, regolatorju u tekniku tagħhom kif ukoll, fuq kollox, li jiġu integrati l-iżoli tal-gass li għad fadal fl-Unjoni Ewropea. L-Istati Membri għandhom jippromwovu wkoll kooperazzjoni li taqsam il-fruntieri u kooperazzjoni reġjonali fost l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.
2.L-Aġenzija għandha tikkopera ma" l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u ma" l-operaturi tas-sistema ta" trażmissjoni, b'konformità mal-Kapitoli III u IV, biex tiżgura li jkun hemm konverġenza bejn l-oqfsa regolatorji tar-reġjuni bil-għan li jinħoloq suq intern kompetittiv. Fejn l-Aġenzija tqis li huma meħtieġa regoli li jorbtu għal kooperazzjoni bħal din, għandha tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet xierqa. Fis-swieq reġjonali, l-Aġenzija għandha titqies li hija l-awtorità kompetenti fl-oqsma speċifikati fl-Artikolu 24d.
"
(6) L-Artikolu 7 għandu jinbidel kif ġej:"
Artikolu 7
Separazzjoni tas-sistemi ta" trażmissjoni u ta" l-operaturi tas-sistemi ta" trażmissjoni
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li minn ...*:
a)
kull impriża li jkollha s-sjieda ta' sistema ta" trażmissjoni tagħha taġixxi bħala operatur tas-sistema ta" trażmissjoni;
b)
l-istess persuna jew ║persuni mhumiex intitolati kemm individwalment kif ukoll flimkien:
i)
li jeżerċitaw kontroll direttament jew indirettament fuq impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta" produzzjoni jew forniment, u li jeżerċitaw direttament jew indirettament kontroll jew li jkollhom xi interess jew li jeżerċitaw kwalunkwe dritt fuq operatur tas-sistema ta" trażmissjoni ▌, jew
ii)
li jeżerċitaw kontroll direttament jew indirettament fuq operatur ta' sistema tat-trażmissjoni ▌, u li direttament jew indirettament jeżerċitaw kontroll jew li jkollhom kwalunkwe interessi fi jew li jeżerċitaw kwalunkwe dritt fuq impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet tal-produzzjoni jew forniment;
c)
l-istess persuna jew ║persuni mhumiex intitolati li jaħtru membri tal-bord superviżorju, tal-bord amministrattiv jew ta" korpi li jirrappreżentaw ġuridikament lil impriża, ta' operatur ta' sistema tat-trażmissjoni ▌, u li direttament jew indirettament teżerċita kontroll jew ikollha kwalunkwe interess fi jew teżerċita kwalunkwe dritt fuq impriża li jkollha kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet tal-produzzjoni jew tal-forniment;
d)
l-istess persuna jew l-istess persuni mhumiex intitolati li jkunu membri tal-bord superviżorju, tal-bord amministrattiv jew ta" l-entitajiet li jirrappreżentaw l-impriża b'mod legali, kemm ta" impriża li twettaq kwalunkwe mill-funzjonijiet ta" produzzjoni jew ta" forniment kif ukoll ta" operatur tas-sistema ta" trażmissjoni jew ta" sistema ta" trażmissjoni;
e)
l-istess persuna jew l-istess persuni m'humiex intitolati li joperaw is-sistema ta" trażmissjoni permezz ta" kuntratt ta" mmaniġġjar, jew li jeżerċitaw influwenza bi kwalunkwe mod ieħor bħala persuni mhux proprjetarji, jew li jeżerċitaw, direttament jew indirettament, kontroll fuq impriża li twettaq kwalunkwe funzjoni ta" ġenerazzjoni jew ta" forniment, jew li jkollhom interess fiha jew li jeżerċitaw xi dritt fuqha.
2. L-interessi u d-drittijiet imsemmija fil-paragrafi 1(b) għandhom jinkludu, b'mod partikolari:
a)
il-proprjetà ta" parti mill-kapital jew ta" l-assi tan-negozju; ║
is-setgħa għall-ħatra tal-membri tal-bord superviżorju, tal-bord amministrattiv jew ta" l-entitajiet li jirrappreżentaw l-impriżi b'mod legali; jew
d)
id-dritt li jiksbu dividendi jew ishma oħra tal-benefiċċji.
3. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1(b), it-terminu "impriża li taqdi kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet tal-produzzjoni jew tal-forniment" għandu jkopri "impriża li taqdi kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet tal-ġenerazzjoni u l-forniment" fl-ambitu tad-Direttiva 2003/54/KE║, u t-termini "operatur ta' sistema tat-trażmissjoni" u "sistema tat-trażmissjoni" għandhom ikopru "operatur ta' sistema tat-trażmissjoni" u "sistema tat-trażmissjoni" fl-ambitu tad-Direttiva 2003/54/KE.
║
4.L-Istati Membri għandhom jissorveljaw il-proċess tas-separazzjoni ta" kumpaniji integrati vertikalment u għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni dwar il-progress li jkun sar.
"
5. L-Istati Membri għandhom jippermettu derogi mill-paragrafi 1(b) u ║(c) sa ...** sakemm l-operaturi tas-sistema ta" trażmissjoni ma jkunux jiffurmaw parti minn impriża integrata vertikalment.
6. L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1(a) għandu jitqies li jkun sodisfatt f'sitwazzjoni fejn diversi impriżi li għandhom is-sjieda ta' sistemi tat-trażmissjoni joħolqu impriża konġunta li taġixxi ta' operatur ta' sistema tat-trażmissjoni f'diversi Stati Membri għas-sistemi tat-trażmissjoni kkonċernati. ▌
7.Fejn il-persuna msemmija fil-paragrafu 1(b) sa (e) ikun l-Istat Membru jew xi entità pubblika oħra, żewġ entitajiet pubbliċi separati li jeżerċitaw kontroll fuq jew operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jew fuq sistema ta' trażmissjoni min naħa l-waħda u impriża li tkun qiegħda twettaq il-funzjonijiet tal-produzzjoni jew tal-forniment min naħa l-oħra m'għandhomx jitqiesu bħala li jkunu l-istess persuna jew l-istess persuni.
8. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li tkun kummerċjalment sensittiva msemmija fl-Artikolu 10(1), miżmuma minn operatur tas-sistema ta" trażmissjoni li kienet tifforma parti minn impriża integrata vertikalment u mill-persunal ta' tali operatur ta' sistema tat-trażmissjoni, ma tiġix trasferita lil impriżi li jwettqu kwalunkwe mill-funzjonijiet ta" produzzjoni jew ta" forniment.
9. Fejn ...***, is-sistema ta" trażmissjoni tkun tappartjeni lil impriża integrata vertikalment, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafu 1.
F'każ bħal dan, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu IVa.
Fi kwalunkwe każ, impriżi integrati vertikalment li jkunu proprjetarji ta" sistema ta" trażmissjoni ma għandhomx jinżammu milli jieħdu passi biex jikkonformaw mal-paragrafu 1.
____________________
* ĠU: Sena wara d-data ta' traspożizzjoni tad-Direttiva .../.../KE [li temenda id-Direttiva 2003/55/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-gass naturali].
** ĠU: Sentejn wara d-data ta' traspożizzjoni tad-Direttiva .../.../KE [li temenda id-Direttiva 2003/55/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-gass naturali].
***Id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva .../.../KE [li temenda id-Direttiva 2003/55/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-gass naturali].
(7) L-artikolili ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-Artikolu 7:"
Artikolu 7a
Il-kontroll tal-proprjetarji tas-sistema ta" trażmissjoni u ta" l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni
1. Bla ħsara għall-obbligi internazzjonali tal-Komunità, is-sistema ta' trażmissjoni jew l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni ma għandhomx jiġu kontrollati minn persuna jew persuni minn pajjiżi terzi.
2. Ftehim li għandu l-għan li jistabbilixxi qafas komuni għall-investimenti fis-settur ta" l-enerġija u għall-ftuħ tas-suq ta" l-enerġija ta" pajjiż terz, anki għall-kumpaniji stabbiliti fi ħdan l-Unjoni,li jkun konkluż ma" pajjiż terz wieħed jew aktar li l-Komunità tkun parti għalih jista' jagħti lok għal deroga mill-paragrafu 1.
Artikolu 7b
L-għażla u ċ-ċertifikazzjoni ta" operaturi tas-sistema ta" trażmissjoni
1. Impriżi li huma sidien ta' sistema tat-trażmissjoni u li ġew ċertifikati mill-awtorità regolatorja nazzjonali bħala konformi mar-rekwiżiti ta' l-Artikolu 7(1) u 7a, skond il-proċedura ta' ċertifikazzjoni ta' hawn taħt, għandhom ikunu approvati u nnominati bħala operaturi ta' sistema tat-trażmissjoni mill-Istati Membri. Il-ħatra ta" l-operaturi tas-sistema ta" trażmissjoni għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni u ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.
2. Bla ħsara għall-obbligi internazzjonali tal-Komunità, fejn iċ-ċertifikazzjoni tintalab mis-sid ta' sistema tat-trażmissjoni jew minn operatur ta' sistema tat-trażmissjoni kontrollat minn persuna jew persuni minn pajjiżi terzi f'konformità ma' l-Artikolu 7a, din għandha tiġi miċħuda sakemm is-sid ta' sistema tat-trażmissjoni jew minn operatur tas-sistema tat-trażmissjoni ma jurix li ma hemm l-ebda possibbiltà biex l-entità kkonċernata tkun influwenzata, bi ksur ta' l-Artikolu 7(1), direttament jew indirettament minn kwalunkwe operatur attiv fil-produzzjoni jew il-forniment tal-gass jew l-elettriku jew minn pajjiż terz.
3. L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jinnotifikaw lill-awtorità regolatorja nazzjonali bi kwalunkwe tranżazzjoni ppjanata li tkun tista' teħtieġ valutazzjoni mill-ġdid tal-konformità tagħhom ma' l-Artikoli 7(1) jew 7a.
4. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jissorveljaw il-konformità kontinwa ta' l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni ma' l-Artikoli 7(1) u 7a. Għandhom jiftħu proċedura taċ-ċertifikazzjoni biex jiżguraw tali konformità.
a)
man-notifika mill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni skond il-paragrafu 3;
b)
fuq inizjattiva tagħhom fejn ikunu jafu dwar bidla ppjanata fid-drittijiet jew fl-influwenza fuq il-proprjetarji jew l-operaturi tas-sistema ta" trażmissjoni jista" jwassal għal ksur tar-regoli ta' l-Artikolu 7(1) jew l-Artikolu 7a, jew meta jingħataw x'jifhmu li ksur bħal dan seta' seħħ; jew
c)
fuq talba motivata mill-Kummissjoni.
5. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jadottaw deċiżjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' operatur ta' sistema tat-trażmissjoni fi żmien erba' xhur mid-data tan-notifika mill-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jew mid-data tat-talba tal-Kummissjoni. ║Iċ-ċertifikazzjoni għandha titqies bħala mogħtija fil-każ li l-awtoritajijet regolatori nazzjonali ma jeħdux deċiżjoni matul dak il-perjodu. Id-deċiżjoni espliċita jew taċità ta' l-awtorità regolatorja jista' ssir effettiva bissa wara l-konklużjoni tal-proċedura stipulata fil-paragrafi 6 sa 9 u biss jekk il-Kummissjoni ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni kontriha.
6. Kwalunkwe deċiżjoni espliċita jew taċita dwar iċ-ċertifikazzjoni ta' operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għandha tkun notifikata mingħajr dewmien lill-Kummissjoni mill-awtorità regolatorja nazzjonali, flimkien ma" l-informazzjoni rilevanti kollha rigward id-deċiżjoni.
7. Il-Kummissjoni għandha teżamina n-notifika malli hija tirċeviha. Fi żmien xahrejn minn meta tirċievi n-notifika, meta l-Kummissjoni ssib li d-deċiżjoni ta' l-awtorità regolatorja nazzjonali tqajjem dubji serji fir-rigward tal-kompatibbiltà tagħha ma' l-Aritkoli 7(1), 7a jew 7b(2), għandha tiddeċiedi li tibda l-proċedimenti. F'każ bħal dan, għandha tistieden lill-awtorità regolatorja nazzjonali u l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni kkonċernata biex tressaq il-kummenti. Fejn il-Kummissjoni teħtieġ tagħrif addizzjonali, il-perjodu ta" xahrejn jista" jiġi estiż b'xahrejn oħra, minn meta tasal l-informazzjoni kollha.
8. Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi tiftaħ proċedimenti, għandha, fi żmien massimu ta' erba' xhur mid-data ta' deċiżjoni bħal din, toħroġ deċiżjoni finali
a)
biex ma tqajjimx oġġezzjonijiet kontra d-deċiżjoni ta' l-awtorità regolatorja nazzjonali;
jew
b)
li tesiġi li l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata temenda jew tirrevoka d-deċiżjoni tagħha jekk tqis li l-Artikoli 7(1), 7(a) jew 7b(2) ma ġewx rispettati.
9. Meta l-Kummissjoni ma tkunx ħadet deċiżjoni biex tiftaħ il-proċedimenti jew deċiżjoni finali fil-perjodu stabbilit fil-paragrafi 7 u 8 rispettivament, għandu jitqies li l-Kummissjoni ma qajmet ll-ebda oġġezzjoni għad-deċiżjoni ta' l-awtorità regolatorja nazzjonali.
10. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tikkonforma mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex temenda jew tirtira d-deċiżjoni ta' ċertifikazzjoni fi żmien erba" ġimgħat, u għandha tinforma lill-Kummissjoni skond dan.
11. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Kummissjoni jistgħu jitolbu lill-operaturi tas-sistema ta" trażmissjoni, lill-impriżi li jwettqu kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet ta" produzzjoni jew ta" forniment, kwalunkwe tagħrif rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skond dan l-Artikolu.
12. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Kummissjoni għandhom jippriservaw il-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva.
▌
13.Il-proċeduri stipulati f'dan l-Artikolu, u, b' mod partikolari il-limitazzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2, m'għandhomx japplikaw għal-linji ta" pajpijiet upstream li huma maħsuba biss biex jgħaqqdu networks ta" pajjiżi ta" l-oriġini tal-provvisti tal-gass ma" terminal fi ħdan territorju tal-Komunità jew għat-titjib tal-kwalità tagħhom
Artikolu 7c
Ħatra ta" operaturi tal-ħżin u tas-sistema ta' l-LNG
L-Istati Membri għandhom jaħtru, jew jitolbu lil impriżi tal-gass naturali li huma proprjetarji ta" faċilitajiet tal-ħżin jew ta" l-LNG li jaħtru, għal perjodu li għandu jiġi ddeterminat mill-Istati Membri b'qies għall-kwistjonijiet ta" effiċjenza u bilanċ ekonomiku, operatur tas-sistema wieħed jew aktar.
"
(8) L-Artikolu 8 paragrafu 1a għandu jiġi emendat kif ġej:
a)il-paragrafu 1 għandu jiġi emendat kif ġej;
i)il-punt (a) għandu jiġi sostitwit b' li ġej;"
a)
"(a) iħaddem, imantni u jiżviluppa taħt kundizzjonijiet ekonomiċi, faċilitajiet tat-trażmissjoni, tal-ħżin u ta' l-LNG siguri, biex jiżgura suq miftuħ għall-parteċipanti l-ġodda, affidabbli u effiċjenti, li jqisu kif jixraq l-ambjent, ▌."
"
ii) (ii) il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara il-puntb:"
(ba) l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jibnu biżżejjed kapaċitajiet ta' interkonnessjoni fl-infrastruttura ta' trażmissjoni tagħhom sabiex ilaħħqu mad-domanda kollha raġonevoli għall-kapaċità, jiffaċilitaw suq ġeneralment effiċjenti, u jissodisfaw il-kriterji tas-sigurtà tal-provvista;
"
b)il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:"
3. "3. L-Istati Membri jistgħu, permezz ta" l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tagħhom, jirrekjiedu li l-operaturi tas-sistema ta" trażmissjoni jkunu konformi ma" l-istandards minimi għall-manutenzjoni u l-iżvilupp tas-sistema ta" trażmissjoni, inkluża l-kapaċità ta" l-interkonnessjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jingħataw setgħat usa" bl-iskop li jiżguraw il-ħarsien tal-konsumaturi fl-Unjoni Ewropea."
"
(c) il-paragrafu li ġej għandu jiżdied:"
4a.Meta qegħdin iwettqu xogħolhom, l-operaturi tas-sistema ta" trażmissjoni għandhom iqisu l-kodiċi adottati min-Network Ewropew ta" l-Operaturi tas-Sistema ta" Trażmissjoni għall-Gass.
"
(9) L-Artikolu 9 għandu jitħassar.
▌
(10) L-Artikolu 10 għandu jiġi sostitiwit b'li ġej:"
Artikolu 10
Il-kunfidenzjalità għal operaturi ta' sistemi tat-trażmissjoni u sidien tas-sistema tat-trażmissjoni
1. Bla ħsara għall-Artikolu 16 jew kwalunkwe dmir legali biex l-informazzjoni tiġi żvelata, kull operatur ta" sistema tat-trażmissjoni, tal-ħżin u/jew ta' l-LNG, u s-sidien tas-sistema tat-trażmissjoni, għandu jħares il-kunfidenzjalità ta" informazzjoni kummerċjalment sensittiva miksuba matul l-operazzjonijiet kummerċjali tagħha, u ma għandux iħalli informazzjoni dwar l-attivitajiet proprji li tista" tkun kummerċjalment vantaġġuża tiġi żvelata b'mod diskriminatorju. B'mod partikolari ma għandu jikxef l-ebda informazzjoni kummerċjalment sensittiva lill-bqija tal-kumpanija, sakemm dan ma jkunx meħtieġ għall-finijiet ta' tranżazzjoni kummerċjali. Sabiex tiġi żgurata konformità sħiħa mar-regoli dwar is-separazzjoni ta' l-informazzjoni, għandu jiġi żgurat ukoll li s-sid tat-trażmissjoni u l-bqija tal-kumpanija ma jużawx servizzi konġunti, ħlief għal funzjonijiet purament amministrattiva jew marbuta ma' l-IT (eż. l-ebda servizz legali konġunt).
2. Operaturi tas-sistemi tat-trasmissjoni, tal-ħżin u/jew ta' l-LNG ma għandhomx, fil-kuntest ta" bejgħ jew xiri tal-gass naturali minn impriża relatata, jabbużaw minn informazzjoni kummerċjalment sensittiva miksuba minn terzi fil-kuntest tal-fornitura jew negozjar ta" l-aċċess għas-sistema.║
3.L-informazzjoni li tkun kummerċjalment sensittiva għandha tkun determinata billi jintużaw kriterji oġġettivi u trasparenti.
"
(11)L-Artikolu 12għandu jiġiemendat kif ġej:
a) il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b' li ġej;"
1."1. Kull operatur ta" sistema tad-distribuzzjoni għandu jkun responsabbli sabiex jara li s-sistema tibqa" għal żmien twil kapaċi tilqa" għal domandi raġonevoli tad-distribuzzjoni tal-gass, u biex jibqa" jħaddem, imantni u jiżviluppa, taħt kundizzjonijiet ekonokmiċi, sistema tad-distribuzzjoni sikura, dipendibbli u effiċjenti fiż-żona tiegħu b'rigward dovut għall-ambjent, u biex jippromwovi l-effiċjenza fl-enerġija."
"
b) il-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
4.Kull operatur ta" sistema tad-distribuzzjoni għandu jipprovdi lill-utenti tas-sistema bl-informazzjoni li jeħtieġu għall-aċċess għas-sistema effiċjenti u għall-użu tagħha.
(c)Il-paragrafi li ġejjin għandhom jiddaħlu wara l-paragrafu 4:"
4a.L-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni għandu jippreżenta lill-awtorità regolatorja relevanti, sa ...*, proposta li tiddeskrivi s-sistemi xierqa ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni li għandhom jiġu implimentati sabiex jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4. Dik il-proposta għandha tiffaċilita, fost affarijiet oħra, l-użu tal-meters ta' l-elettriku bidirezzjonali, li għandhom jitqassmu lill-konsumaturi kollha sa ...**, il-parteċipazzjoni attiva tal-konsumaturi finali u tal-ġeneraturi distribwiti fl-operat tas-sistema u l-fluss ta" l-informazzjoni fil-ħin reali bejn l-operaturi tas-sistema ta" distribuzzjoni u ta" trażmissjoni bl-għan li jsir l-aħjar użu tal-ġenerazzjoni, tan-network u tar-riżorsi tad-domanda kollha disponibbli.
4b.Sa ...***, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom japprovaw jew jiċħdu l-proposti msemmija fil-paragrafu 4a. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw l-interoperabilità sħiħa tas-sistemi ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni li se jiġu implimentati. Għal dan l-għan, huma jistgħu joħorġu linji ġwida u jistiednu li jsiru emendi għall-proposti msemmija fil-paragrafu 4a.
4c.Qabel in-notifikazzjoni lill-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni tad-deċiżjoni tiegħu rigward il-proposta msemmija fil-paragrafu 4a, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tinforma lill-Aġenzija jew, jekk din għadha ma bdietx taħdem, lill-Kummissjoni. L-Aġenzija jew il-Kummissjoni għandhom jiżguraw li s-sistemi ta" l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni li se jkunu implimentati, jiffaċilitaw l-iżvilupp tas-suq intern ta" l-elettriku u ma jdaħħlux xi ostakli tekniċi ġodda.
____________________
*Sena mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva .../.../KE [li temenda d-Direttiva 2003/55/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-gass naturali]
** Għaxar snin mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva .../.../KE [li temenda d-Direttiva 2003/55/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-gass naturali]
*** Sentejn mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva .../.../KE [li temenda d-Direttiva 2003/55/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-gass naturali].
"
12)il-kapitoli li ġejjin għandhom jiddaħlu wara l-kapitolu IV:
KAPITOLU IVa
Operatur Indipendenti tat-Trażmissjoni
Artikolu 12a
Kamp ta' applikazzjoni
Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu għandhom japplikaw meta Stat Membru jiddeċiedi li ma japplikawx l-Artikoli 7(1) skond l-Artikolu 7(7).
Artikolu 12b
Assi, tagħmir, staff u identità
1.L-operaturi tas-sistema ta" trażmissjoni għandhom ikunu mgħammra bir-riżorsi umani, fiżiċi u finanzjarji kollha li huma meħtieġa biex jissodisfaw l-obbli tagħhom skond din id-Direttiva u biex jagħmlu n-negozju fit-trażmissjoni tal-gass, bil-kundizzjoni li:
a)
l-assi meħtieġa għan-negozju tat-trażmissjoni tal-gass, inkluż in-network tat-trażmissjoni, għandhom ikunu proprjetà ta" l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni;
b)
l-istaff meħtieġ għan-negozju tat-trażmissjoni tal-gass, inkluża l-prestazzjoni tal-kompiti tal-korporazzjoni kollha, għandhom ikunu impjegati mill-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni;
c)
il-kiri ta" l-istaff u l-għoti tas-servizzi, kemm minn partijiet oħrajn tal-kumpanija integrata vertikalment u kemm għaliha, għandhom ikunu projbiti;
l-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni m'għandhomx jużaw l-istess kuntratturi jew konsu lenti esterni tal-kumpanija integrata vertikalment, u m'għandhomx jaqsmu flimkien is-sistemi jew l-apparat ta" l-informatka, il-bini fiżiku u s-sistemi ta" aċċess ta" sigurtà.
2.In-negozju tat-trażmissjoni tal-gass għandu mill-inqas jinkludi l-attivitajiet li ġejjin, flimkien ma' dawk elenkati fl-Artikolu 8:
a)
rappreżentanza ta" l-operatur tas-sistema ta" trażmissjoni u kuntatti ma" partijiet terzi u ma" l-awtoritajiet regolatorji;
b)
rappreżentanza ta' l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni fin-network Ewropew ta' l-operaturi tas-sistema ta" trażmissjoni;
c)
l-għoti u l-immaniġġjar ta" l-aċċess minn partijiet terzi;
d)
il-ġbir tat-tariffi kollha konnessi mas-sistema tat-trażmissjoni, inklużi t-tariffi ta' l-aċċess, l-ibbilanċjar tat-tariffi għal servizzi anċillari bħat-trattament tal-gass, ix-xiri ta' servizzi (l-ibbilanċjar ta' l-ispejjeż, telf ta" enerġija);
e)
l-operat, il-manutenzjoni u l-iżvilupp tas-sistema ta" trażmissjoni;
f)
l-ippjanar ta" l-investiment li jiżgura l-abilità fit-tul tas-sistema biex tissodisfa d-domanda u tiggarantixxi sigurtà tal-provvista;
g)
it-twaqqif ta" kompiti konġunti adegwati, inklużi ma" operatur tas-sistema ta" trażmissjoni wieħed jew iżjed, skambji ta" gass, li jkollhom l-objettiv li jiġi żviluppat il-ħolqien ta" swieq reġjonali jew li jiġi ffaċilitat il-proċess ta" liberalizzazzjoni;
h)
is-servizzi korporattivi kollha, inklużi s-servizzi legali, il-kontabilità u s-servizzi ta" l-informatika.
3.L-operaturi tas-sistemi ta" trażmissjoni għandhom ikunu organizzati fil-forma legali ta" kumpanija b'responsabilità limitata kif imsemmi fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 68/151/KEE.
5.Il-kontijiet ta" l-operatur tas-sistema ta" trażmissjoni għandhom ikunu vverifikati minn awditur li ma jkunx il-persuna li tagħmel il-verifika ta" l-l-impriża integrata vertikalment jew ta" xi parti minnha.
1.Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-membri tal-korp superviżorju maħtur mill-kumpanija integrata vertikalment b'konformità ma' l-Artikolu 12f, l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għandu jkollu drittijiet effettivi ta' teħid ta' deċiżjonijiet, b'mod indipendenti mill-kumpanija integrata vert'kalment, fir-rigward ta" l-assi meħtieġa biex jitħaddem, jinżamm u jiġi żviluppat in-network. L-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni għandu jkollu s-setgħa li jissellef il-flus fis-suq tal-kapital, b'mod partikulari billi jissellef jew iżid il-kapital fil-qafas tal-pjan finanzjarju annwali msemmi fl-Artikolu 12f.
2.Is-sussidjarji tal-kumpanija integrata vertikalment li jaqdu funzjonijiet ta" produzzjoni jew ta" provvista m'għandhom ikollhom l-ebda proprjetà ta' ishma fl-operatur tas-sistema ta" trażmissjoni. L-operatur tas-sistema ta" trażmissjoni m'għandu jkollu la ishma diretti jew indiretti f'xi sussidjarja tal-kumpanija integrata vertikalment li taqdi funzjonijiet ta' produzzjoni jew ta' provvista, u lanqas jirċieivi dividenti jew kwalunkwe benefiċċju finanzjarju ieħor minn sussidjarja bħal din, ħlief għad-dħul iġġenerat mill-użu tan-network.
3.L-istruttura ta" ġestjoni ġenerali u l-istatus korporattiv ta" l-operatur tas-sistema ta" trażmissjoni għandu jiżgura l-indipendenza effettiva ta" l-operatur tas-sistema ta" trażmissjoni kif imsemmi f'dan il-Kapitolu. Il-kumpanija vertikalment integrata m'għandhiex tiddetermina, direttament jew indirettament, l-imġiba kompetittiva ta" l-operatur tas-sistema ta" trażmissjoni fir-rigward ta" l-attivitajiet ta" kuljum ta" l-operatur tas-sistema ta" trażmissjoni u tal-ġestjoni tan-network, jew fir-rigward ta" l-attivitajiet neċessarji għall-preparazzjoni tal-pjan ta" investiment ta" għaxar snin żviluppat skond l-Artikolu 12h.
4.Kull relazzjoni kummerċjali jew finanzjarja bejn il-kumpanija integrata vertikalemt u l-operatur tas-sistema ta" trażmissjoni, inkluż is-self mill-operatur tas-sistema ta" trażmissjoni għall-kumpanija vertikalment integrata, għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet tas-suq. L-operatur tas-sistema ta" trażmissjoni għandu jżomm rendikonti dettaljati ta" tali relazzjonijiet kummerċjali u finanzjarji u jagħmilhom disponibbli għall-awtorità regolatorja nazzjonali meta din titlobhom.
5.L-operatur tas-sistema ta" trażmissjoni għandu jressaq lill-awtorità regolatorja nazzjonali l-ftehim kummerċjali u finanzjarju kollu li jkunu saru mal-kumpanija integrata vertikalment.
6.L-operatur tas-sistema ta" trażmissjoni għandu jgħarraf lill-awtorità regolatorja nazzjonali dwar ir-riżorsi finanzjarji disponibbli msemmijin fl-Artikolu 12b(1)(d).
7.Kumpanija li tkun iċċertifikata mill-awtorità regolatorja nazzjonali bħala konformi mar-rekwiżiti ta" dan il-Kapitolu għandu tkun approvata u maħtura bħala operatur tas-sistema ta" trażmissjoni mill-Istat Membru kkonċernat. Il-proċedura taċ-ċertifikazzjoni fl-Artikolu 7b għandha tkun applikabbli.
8.It-trasparenza għandha tkun mandatorja sabiex tkun żgurata n-non-diskriminazzjoni, b'mod partikulari fir-rigward ta" referenzi għal tariffi, servizzi ta" aċċess minn partijiet terzi, l-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ibbilanċjar. Kumpanija integrata vertikalment għandha tintalab twaqqaf kull attività li tfixkel lill-operaturi tas-sistema ta" trażmissjoni fl-issodisfar ta" dawn l-obbligi.
Artikolu 12d
L-indipendenza ta" l-istaff u l-ġestjoni ta" l-operatur tas-sistema ta" trażmissjoni
1.Deċiżjonijiet dwar il-ħatra u t-tiġdid, il-kundizzjonijiet tax-xogħol inklużi s-salarji u t-tmiem tat-terminu tal-kariga tal-persuni responsabbli mill-ġestjoni u/jew tal-membri tal-korpi amministrattivi ta' l-operatur tas-sistema ta" trażmissjoni għandhom jittieħdu mill-korp superviżorju ta' l-operatur tas-sistema ta" trażmissjoni li jkun maħtur b'konformità ma" l-Artikolu 12f.
2.L-identità u l-kundizzjonijiet li jmexxu t-terminu, it-tul u t-tmiem tal-kariga tal-persuni nnominati mill-korp superviżorju għall-ħatra jew għat-tiġdid tagħha bħala persuni responsabbli mill-ġestjoni u/jew bħala membri tal-korpi amministrattivi ta' l-operatur tas-sistema ta" trażmissjoni, u d-deċiżjonijiet rigward kull deċiżjoni proposta li ttemm tali terminu ta" kariga, għandhom ikunu notifikati lill-awtorità regolatorja nazzjonali . Dawn il-kundizzjonijiet u d-deċiżjonijiet msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom isiru vinkolanti biss jekk, fi żmien perjodu ta" tliet ġimgħat wara n-notifika, l-awtorità regolatorja nazzjonali ma tkunx oġġezzjonat għalihom. L-awtorità regolatorja nazzjonali tista" toġġezzjona jekk iqumu dubji serji fir-rigward tal-indipendenza professjonali ta" persuna nominata responsabbli mill-ġestjoni u/jew ta" membru tal-korpi amministrattivi, jew fil-każ ta" tmiem prematur tat-terminu ta" kariga, jekk ikun hemm dubji serji rigward il-ġustifikazzjoni tagħha.
3.Il-persuni responsabbli mill-ġestjoni u/jew il-membri tal-korpi amministrattivi ta" l-operatur tas-sistema ta" trażmissjoni maħtura mill-korp superviżorju m'għandu jkollhom l-ebda pożizzjoni jew responsabilità professjonali, interessi jew relazzjonijiet kummerċjali, b'mod dirett jew indirett, f'kumpanija integrata vertikalment jew magħha jew f'parti jew ma' parti minnha jew ma' l-azzjonisti li jikkontollawha, ħlief għall-operatur tas-sistema ta" trażmissjoni għal perjodu ta" ħames snin qabel il-ħatra tagħhom.
4.Il-persuni responsabbli mill-ġestjoni u/jew il-membri tal-korpi amministrattivi, u l-impjegati ta" l-operatur tas-sistema ta" trażmissjoni m'għandu jkollhom l-ebda pożizzjoni jew responsabilità professjonali, interessi jew relazzjonijiet kummerċjali, b'mod dirett jew indirett, f'kumpanija integrata vertikalment jew magħha jew f'parti jew ma' parti minnha jew ma' l-azzjonisti li jikkontollawha..
5.Il-persuni responsabbli mill-ġestjoni u/jew il-membri tal-korpi amministrattivi, u l-impjegati ta" l-operatur tas-sistema ta" trażmissjoni m'għandu jkollhom l-ebda interess f'xi parti tal-kumpanija integrata vertikalment jew jirċievi xi benefiċċju finanzjarju minnha, b'mod dirett jew indirett, ħlief għall-operatur tas-sistema ta" trażmissjoni. Ir-remunerazzjoni tagħhom m'għandha bl-ebda mod tiddependi fuq l-attivitajiet jew ir-riżultati tal-kumpanija integrata vertikalment għajr dawk ta" l-operatur tas-sistema ta" trażmissjoni.
6.Id-drittijiet effettivi ta" l-appell għall-awtorità regolatorja nazzjonali għandhom ikunu garantiti għal kull ilment mill-persuni responsabbli mill-ġestjoni u/jew mill-membri tal-korpi amministrattivi ta" l-operatur tas-sistema ta" trażmissjoni dwar it-tmiem prematur tat-terminu tal-kariga tagħhom.
7.Wara t-tmiem tat-terminu tal-kariga tagħhom fl-operatur tas-sistema ta" trażmissjoni, il-persuni responsabbli għall-ġestjoni tagħha u/jew il-membri tal-korpi amministrattivi tagħha m'għandu jkollhom l-ebda pożizzjoni jew responsabilità professjonali, interessi jew relazzjonijiet kummerċjali, b'mod dirett jew indirett, f'kumpanija integrata vertikalment jew magħha jew f'parti jew ma' parti minnha jew ma' l-azzjonisti li jikkontollawha għal perjodu ta" mhux inqas minn ħames snin.
Artikolu 12e
Trustee
1.Għandu jinħatar Trustee indipendenti mill-awtorità regolatorja nazzjonali dwar il-proposta u l-ispiża tal-kumpanija integrata vertikalment. It-Trustee għandu jaġixxi esklussivament fl-interess leġittimu tal-kumpanija integrata vertikalment fil-preservazzjoni tal-valur ta' l-assi ta' l-operatur tas-sistema ta" trażmissjoni, filwaqt li jissalvagwardja l-indipendenza ta" l-operatur tas-sistema ta" trażmissjoni mill-kumpanija integrata vertikalment. Fl-eżerċitar tal-funzjonijiet tiegġu, it-Trustee m'għandux iqis l-interess tan-negozju tal-produzzjoni u tal-provvista tal-kumpanija integrata vertikalment.
2.It-Trustee m'għandu jkollu l-ebda pożizzjoni jew responsabilità professjonali, interessi jew relazzjonijiet kummerċjali, b'mod dirett jew indirett, f'kumpanija integrata vertikalment jew magħha jew f'parti jew ma' parti minnha jew ma' l-azzjonisti li jikkontollawha, jew ma" kwalunkwe kumpanija li taqdi l-funzjonijiet tal-produzzjoni u tal-provvista, għal perjodu ta' ħames snin qabel il-ħatra tiegħu.
It-termini tal-mandat tat-trustee, inklużi t-tul, il-kundizzjonijiet għat-tmiem u l-kundizzjonijiet finanzjarji, għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni ta' l-awtorità regolatorja nazzjonali.
Matul il-mandat tiegħu, it-Trustee m'għandu jkollu l-ebda pożizzjoni jew responsabilità professjonali, interessi jew relazzjonijiet kummerċjali, b'mod dirett jew indirett, f'kumpanija integrata vertikalment jew magħha jew f'parti jew ma' parti minnha jew ma' l-azzjonisti li jikkontollawha.
Wara t-tmiem tal-mandatm, it-trustee m'għandu jkollhom l-ebda pożizzjoni jew responsabilità professjonali, interessi jew relazzjonijiet kummerċjali, b'mod dirett jew indirett, f'kumpanija integrata vertikalment jew magħha jew f'parti jew ma' parti minnha jew ma' l-azzjonisti li jikkontollawha għal perjodu ta" mhux inqas minn ħames snin.
3.It-Trustee għandu jkun responsabbli għall:
a)
il-ħatra, it-tiġdid jew is-sensja tal-membri, apparti dawk imsemmija fl-Artikolu 12f(2)(a), tal-korp superviżorju ta" l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni; kif ukoll
1.L-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għandu jkollu korp superviżorju li għandu jkun inkarigat mit-teħid ta" deċiżjonijiet li jista" jkollhom impatt sinifikanti fuq il-valur ta" l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni, partikularment deċiżjonijiet rigward l-approvazzjoni tal-pjan finanzjarju annwali, il-livell tad-dejn ta" l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni u l-ammont ta" dividenti mqassam lill-azzjonisti.
2.Il-korp superviżorju għandu jkun magħmul minn:
a)
membri li jirrappreżentaw il-kumpanija integrata vertikalment,
b)
membri li jirrappreżentaw partijiet terzi azzjonisti ,
c)
membri li jirrappreżentaw lill-operatur tas-sistema ta" trażmissjoni,
d)
it-Trustee, u
e)
meta l-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru tipprovdi hekk, il-membri li jirrappreżentaw partijiet interessati oħrajn bħall-impjegati ta" l-operatur tas-sistema ta" trażmissjoni.
3.It-Trustee għandu jkollu d-dritt li juża l-veto fir-rigward ta' deċiżjonijiet li fil-fehma tiegħu jew tagħha jistgħu jnaqqsu b'mod sinifikanti l-valur ta' l-assi ta" l-operatur tas-sistema ta" trażmissjoni. Meta jiġu biex jevalwaw jekk deċiżjoni tistax tnaqqas b'mod sinifikanti l-valur ta" l-assi, il-pjan finanzjarju annwali u l-ammont ta" dejn ta" l-operatur tas-sistema ta" trażmissjoni għandhom ikunu ta" importanza partikulari. Fil-każ li żewġ terzi tal-Membri tal-Korp Superviżorju jannullaw tali veto għandu japplika l-Artikolu 12h(7).
4.L-Artikolu 12d(2) sa (7) għandu japplika għall-membri tal-Korp Superviżorju.
Artikolu 12g
Programm għall-konformita? u uffiċjal għall-konformita?
1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni iwaqqfu u jimplimentaw programm li jistipula l-miżuri meħuda sabiex ikun żgurat li jkun eskluż atteġġament diskriminatorju, u għandhom jiżguraw li l-konformita? ma' dan il-programm hija mmoniterjata kif xieraq. Il-programm għandu jistabbilixxi l-obbligi speċifiċi ta" l-impjegati li jilħqu dawn l-għanijiet. Il-programm għandu jiġi approvat mill-awtorità regolatorja nazzjonali. Mingħajr ħsara għas-setgħat ta' l-awtorita? regolatorja nazzjonali, il-konformita? mal-programm għandha tiġi mmoniterjata mill-uffiċjal għall-konformita? b'mod indipendenti.
2.Il-Korp ta' Superviżjoni għandu jaħtar uffiċjal għall-konformita?. L-uffiċjal għall-konformita? jista' jkun persuna fiżika jew legali. L-Artikolu 12d(2) sa (7) għandu japplika għall-uffiċjal għall-konformita?. L-awtorita? regolatorja nazzjonali tista' toġġezzjona għall-ħatra ta' l-uffiċjal għall-konformita? minħabba raġunijiet ta' nuqqas ta' indipendenza jew kapaċita? professjonali.
3.L-uffiċjal għall-konformita? għandu jkun responsabbli għal li:
iħejji rapport annwali li jistipula l-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jiġi implimentat il-programm għall-konformità u jissottomettih lill-awtorità regolatorja nazzjonali;
c)
jirrapporta lill-Korp ta' Superviżjoni u jressaq rakkomandazzjonijiet dwar il-programm għall-konformita? u l-implimentazzjoni tiegħu;
d)
jirrapporta lill-awtorita? regolatorja nazzjonali dwar kwalunkwe relazzjonijiet kummerċjali u finanzjarji bejn l-impriża integrata vertikalment u l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni.
4.L-uffiċjal għall-konformita? għandu jressaq id-deċiżjonijiet proposti dwar il-pjan ta' investiment jew dwar l-investimenti individwali fin-network għall-awtorita? regolatorja nazzjonali. Deċiżjonijiet bħal dawn għandhom jiġu ppreżentati mhux aktar tard minn meta l-korp tat-tmexxija u / jew il-korp amministrattiv kompetenti ta' l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jressquhom lill-Korp ta' Superviżjoni.
5.L-uffiċjal għall-konformita? għandu jinnotifika lill-awtorita? regolatorja nazzjonali fil-każ li l-impriża integrata vertikalment - fl-assemblea ġenerali jew permezz tal-votazzjoni tal-membri tal-Korp ta' Superviżjoni tagħha - tipprevjeni l-adozzjoni ta' deċiżjoni bir-riżultat li jiġu tardjati jew ma jitħallewx isiru investimenti fin-network.
6.Il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-mandat jew il-kundizzjonijiet ta' impjieg ta' l-uffiċjal għall-konformita? għandhom ikunu suġġetti għall-approvazzjoni ta' l-awtorita? regolatorja nazzjonali u għandhom jiżguraw l-indipendenza ta' l-uffiċjal għall-konformita?.
7.L-uffiċjal għall-konformita? għandu jirrapporta regolarment - b'mod orali jew bil-miktub - lill-awatorita? regolatorja nazzjonali u għandu jkollu d-dritt li jirrapporta regolarment - b'mod orali jew bil-miktub - lill-Korp ta' Superviżjoni ta' l-operatur tas-sistema tat-trażmissjoni.
8.L-uffiċjal għall-konformita? jista' jattendi għal-laqgħat kollha tal-korpi tat-tmexxija jew amministrattivi ta' l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni kif ukoll dawk tal-Korp ta' Superviżjoni u l-assemblea ġenerali. L-uffiċjal għall-konformita? għandu jattendi għal-laqgħat kollha li jindirizzaw il-kwistjonijiet li ġejjin:
a)
il-kundizzjonijiet ta' aċċess għan-network; kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1775/2005, b'mod partikulari dawk li jirrigwardjaw it-tariffi, is-servizzi ta' aċċess għal partijiet terzi, l-allokazzjoni tal-kapaċita? u l-immaniġġjar tal-konġestjoni, it-trasparenza, l-ibbilanċjar u s-swieq sekondarji;
b)
proġetti mwettqa sabiex tiġi mħaddma, miżmuma u żviluppata s-sistema tat-trażmissjoni, inklużi l-investimenti fil-konnessjonijiet il-ġodda tat-trasport, fl-espansjoni tal-kapaċita? u t-titjib tal-kapaċita? eżistenti;
c)
xiri u bejgħ ta' enerġija meħtieġa għat-tħaddim tas-sistema tat-trażmissjoni.
9. L-uffiċjal għall-konformita? għandu jimmoniterja l-konformita? ta' l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni ma' l-Artikolu 10.
10.L-uffiċjal għall-konformità għandu jkollu aċċess għad-data u għall-uffiċċji kollha rilevanti ta" l-operatur tas-sistema ta" trażmissjoni u għat-tagħrif kollu meħtieġ sabiex iwettaq ix-xogħol assenjat lilu.
11.Wara l-approvazzjoni minn qabel ta' l-awtorita? regolatorja nazzjonali, il-Korp ta' Superviżjoni jista' jkeċċi lill-uffiċjal għall-konformita?.
12.L-obbligi ta' l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni u ta' l-impriża integrata vertikalment, b'mod partikulari għal ftehim kummerċjali u finanzjarju bejn l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni u l-impriża integrata vertikalment, għandhom jiġu notifikati biss lill-awtorita? regolatorja nazzjonali mingħajr il-ħtieġa ta' approvazzjoni. Il-ħatra u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-management u ta' l-uffiċjal għall-konformita? għandhom jiġu nnotifikati lill-awtorita? regolatorja nazzjonali. mingħajr il-ħtieġa ta' approvazzjoni.
Artikolu 12h
L-iżvilupp tan-network u s-setgħat biex jittieħdu deċiżjonijiet ta" investiment
1.Kull sena, l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom iressqu lill-awtorita? regolatorja nazzjonali pjan ta' żvilupp tan-network fuq firxa ta' 10 snin ibbażat fuq provvista u domanda eżistenti u mbassra wara li jikkonsultaw il-partijiet interessati rilevanti kollha. Il-pjan għandu jinkludi miżuri effiċjenti sabiex tkun garantita l-adegwatezza tas-sistema u s-sikurezza tal-provvista.
2.Il-pjanijiet ta" l-iżvilupp tan-network fuq firxa ta" għaxar snin għandhom, b'mod partikolari:
a)
jindika lill-parteċipanti fis-suq l-infrastrutturi ewlenin ta" trażmissjoni li jeħtieġ jinbnew jew jittejbu matul l-għaxar snin li ġejjin.
b)
ikun fihom l-investimenti kollha li diġà ttieħdet deċiżjoni dwarhom u jidentifikaw investimenti ġodda li jeħtieġ li jiġu mwettqa fit-tliet snin li ġejjin.
c)
jipprovdu perjodu ta' żmien għall-proġetti kollha ta' investiment.
3.Meta jkun qed jelabora l-pjan ta' żvilupp tan-network fuq firxa ta' 10 snin, l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għandu jagħmel tbassir raġonevoli dwar l-evoluzzjoni tal-produzzjoni, tal-provvista, tal-konsum u ta' l-skambju tiegħu ma' pajjiżi oħra, filwaqt li jikkunsidra l-pjani ta' investiment għan-networks reġjonali u fuq l-UE kollha, kif ukoll il-pjani ta' investiment għall-faċilitajiet ta' ħżin u dawk għall-konverżjoni mill-ġdid f'gass ta' l-LNG.
4.L-awtorita? regolatorja nazzjonali għandha tikkonsulta l-utenti attwali u potenzjali kollha tan-network dwar il-pjan ta' żvilupp tan-network fuq firxa ta' 10 snin b'mod miftuħ u trasparenti. Persuni jew impriżi li jiddikjaraw li huma utenti potenzjali jistgħu jiġu mitluba jagħtu prova ta' dawn id-dikjarazzjonijiet. L-awtorita? għandha tippubblika r-riżultat tal-proċess ta' konsultazzjoni, b'mod partikulari l-ħtiġijiet possibbli għall-investimenti.
5.L-awtorita? regolatorja nazzjonali għandha teżamina jekk il-pjan ta' żvilupp tan-network fuq firxa ta' 10 snin ikoprix il-ħtiġijiet kollha ta' investiment identifikati waqt il-proċess ta' konsultazzjoni, u jekk huwiex konsistenti mal-pjan ta' żvilupp tan-network fuq firxa ta' 10 snin fuq medda Komunitarja msemmi fl-Artikolu 2c(1) tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005. Jekk ikun hemm xi dubju dwar il-konsistenza mal-pjan ta' żvilupp tan-network fuq firxa ta' 10 snin fuq medda Komunitarja, l-awtorita? regolatorja nazzjonali għandha tikkonsulta lill-Aġenzija. L-awtorità regolatorja nazzjonali tista" tobbliga lill-operatur tas-sistema ta" trażmissjoni biex jemenda l-pjan tiegħu.
6.L-awtorita? regolatorja nazzjonali għandha timmoniterja u tevalwa l-implimentazzjoni tal-pjan ta' żvilupp tan-network fuq firxa ta' 10 snin.
7.F'ċirkostanzi fejn l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni, sakemm mhux għal raġunijiet mhux fil-kontroll tiegħu, ma' jwettaqx investiment, li skond il-pjan ta' żvilupp tan-network fuq firxa ta' 10 snin, kellu jiġi mwettaq fit-tliet snin ta' wara, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorita? regolatorja nazzjonali għandha l-obbligu li tieħu għallinqas waħda minn dawn il-miżuri sabiex tiżgura li dan l-investiment isir:
a)
titlob lill-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni biex iwettaq dawn l-investimenti b'konformita? mal-pjan finanzjarju annwali msemmi fl-Artikolu 12f, jew,
b)
torganizza proċedura ta' għoti ta' offerta lil kwalunkwe investitur għal dan l-investiment.
Meta l-awtorita? regolatorja nazzjonali tkun għamlet użu mis-setgħat tagħha skond il-punt (b), tista' tobbliga lill-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni biex jaċċetta dan li ġej:
a)
finanzjament minn parti terza,
b)
kostruzzjoni minn parti terza,
c)
il-bini ta' l-assi l-ġodda rispettivi,
d)
jopera l-assi l-ġdid rispettiv.
L-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għandu jipprovdi lill-investituri l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jitwettaq l-investiment, għandu jikkonnettja assi ġodda man-network ta' trażmissjoni u għandu, b'mod ġenerali, jagħmel l-aħjar sforzi tiegħu biex jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-proġett ta' investiment.
L-arranġamenti finanzjarji rilevanti għandhom ikunu suġġetti għall-approvazzjoni ta" l-awtorità regolatorja nazzjonali.
8.Fil-każ li l-awtorita? regolatorja nazzjonali tagħmel użu mis-setgħat tagħha skond il-paragrafu 7, ir-regolamenti rilevanti tat-tariffi għandhom ikopru l-ispejjeż ta' dawn l-investimenti.
Artikolu 12i
Setgħat ta' teħid ta' deċiżjoni fir-rigward tal-konnessjoni tal-faċilitajiet ta' ħżin, tal-faċilitajiet għall-konverżjoni mill-ġdid f'gass ta' l-LNG, u tal-konsumaturi industrijali man-network ta' trażmissjoni
1.L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw proċeduri u tariffi trasparenti u effiċjenti għall-konnessjoni mhux diskriminatorja tal-faċilitajiet ta' ħżin, tal-faċilitajiet għall-konverżjoni mill-ġdid f'gass ta' l-LNG, u tal-konsumaturi industrijali man-network ta' trażmissjoni. Il-proċeduri għandhom ikunu suġġetti għall-approvazzjoni ta" l-awtorità regolatorja nazzjonali.
2.L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni m'għandhomx ikunu intitolati li jirrifjutaw il-konnessjoni ta' faċilita? ġdida ta' ħżin, ta' faċilita? għall-konverżjoni mill-ġdid f'gass ta' l-LNG, u ta' konsumatur industrijali fuq il-bażi ta' limitazzjonijiet futuri possibbli għall-kapaċitajiet disponibbli tan-network jew ta' spejjeż addizzjonali marbuta maż-żieda meħtieġa fil-kapaċita?. L-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni għandu jiżgura kapaċita? suffiċjenti għad-dħul u l-ħruġ tal-konnessjoni ġdida.
3.L-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jikkonċedu u jieħdu ħsieb tal-ġestjoni ta' l-aċċess għall-grid lill-parti terza, speċjalment l-aċċess għall-operaturi ġodda tas-suq u produtturi tal-bijogass skond ir-regoli ta' sigurta? tan-network.
KAPITOLU IVb
Artikolu 12j
Klawżola ta' reviżjoni
1.L-Aġenzija għandha, mhux aktar tard minn ...*, tressaq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, rapport dettaljat li jispjega sa fejn ir-rekwiżiti tas-separazzjoni skond din id-Direttiva kienu ta' suċċess biex jiżguraw indipendenza sħiħa u effettiva ta' l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni.
2.Għall-iskop ta' l-evalwazzjoni ta' dan skond il-paragrafu 1, l-Aġenzija għandha tikkunsidra b'mod partikulari l-kriterji li ġejjin: aċċess ġust u mhux diskriminatorju għan-network, regolamentazzjoni effettiva, l-iżvilupp tan-network, investimenti u inċentivi mhux mgħawġa għall-investiment, l-iżilupp ta' infrastruttura ta' interkonnessjoni, u s-sikurezza tas-sitwazzjoni tal-provvista fil-Komunita?.
3.Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard minn ...*, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, rapport dettaljat li jagħti idea tal-fattibilità tal-ħolqien ta" operatur wieħed għas-sistema ta" trażmissjoni Ewropea u tanalizza l-ispejjeż u l-benefiċċji fir-rigward ta' b'mod speċjali drittijiet ta; propjetà, l-integrazzjoni tas-suq kif ukoll l-operazzjoni effettiva u sigura tan-network tat-trażmissjoni. Ir-rapport għandu jiġi mfassal b'konsultazzjoni ma' dawk involuti b'mod partikolari l-operaturi tas-sistema tat-trasmissjoni u l-Aġenzija.
4.Fejn ikun xieraq, u b'mod partikulari fil-każ fejn ir-rapport dettaljat imsemmi fil-paragrafu 1 jiddetermina li l-konidzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ma ġewx garantiti fil-prattika, il-Kummissjoni għandha tressaq proposti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sabiex tkun żgurata l-indipendenza sħiħa u effettiva ta' l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni qabel ...** .'
____________________
* Ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva .../.../KE[li temenda d-Direttiva 2003/55/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-gass naturali].
** Seba' snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva .../.../KE[li temenda d-Direttiva 2003/55/KE dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-gass naturali].
(13) L-Artikolu 13 għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) Fil-paragrafu 2(c), għandha tiżdied is-sentenza li ġejja wara l-ewwel sentenza: "
"Sabiex jitwettqu dawn il-kompiti, l-operatur tas-sistema ta" distribuzzjoni għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu r-riżorsi neċessarji, inklużi dawk umani, tekniċi, finanzjarji u fiżiċi.
"
(b) Il-paragrafu 2(d) għandu jiġi emendat kif ġej:
i)
l-aħħar sentenza għandha tiġi emendata kif ġej:" Rapport ta" kull sena, li jindika l-miżuri li jkunu ttieħdu, għandu jingħata mill-persuna jew korp responsabbli għas-sorveljanza tal-programm ta" konformità, minn issa 'l qudde "l-uffiċjal għall-konformità', lill-awtorità regolatorja msemmija fl-Artikolu 24a(1) u għandu jiġi ppubblikat. "
ii) għandha tiddaħħal is-sentenza li ġejja: "
"L-uffiċjal għall-konformità għandu jkun kompletament indipendenti u għandu jkollu aċċess għat-tagħrif kollu neċessarju dwar l-operatur tas-sistema ta" distribuzzjoni u dwar kwalunkwe kumpanija affiljata sabiex iwettaq il-kompitu tiegħu.
"
c) l-paragrafu li ġej għandu jiżdied:"
3. Fejn l-operatur tas-sistema ta" distribuzzjoni jifforma parti minn impriża integrata vertikalment, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-attivitajiet ta' l-operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni jiġi sorveljat sabex ma jkunx jista" japprofitta ruħu mill-integrazzjoni vertikali tiegħu biex ixekkel il-kompetizzjoni. B'mod partikolari, l-operaturi tas-sistemi ta" distribuzzjoni li huma integrati vertikalment ma għandhomx, fil-komunikazzjoni u l-branding, joħolqu konfużjoni fir-rigward ta' l-identità separata tal-fergħa ta" forniment ta' l-impriża integrata vertikalment.
"
▌
(14) L-Artikolu 15 għandu jinbidel b' li ġej:"
"Artikolu 15
Operatur kombinat
Din id-direttiva ma għandhiex tipprevjeni t-tħaddim ta' sistema kkombinata tat-trażmissjoni, LNG, ħżin u distribuzzjoni, sakemm din tikkonforma għal kull waħda mill-attivitajiet tagħha, mad-dispożizzjonijiet applikabbli ta' l-Artikolu 7 u ║l-Artikolu 13(1).
"
(15)Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"
Artikolu 18a
Aċċess għall-faċilitajiet LNG
1.Għall-organizzazzjoni ta" l-aċċess għall-faċilitajiet LNG għandha tapplika jew il-proċedura għall-aċċess regolat, jew il-proċedura għall-aċċess innegozjat imsemmija fil-paragrafu 2. Dawn il-proċeduri għandhom joperaw skond kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jaraw li jkun hemm konformità ma" dawn il-kriterji.
L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-proċedura applikabbli għall-aċċess ibbażata fuq kriterji definiti u ppubblikati. Dawn il-kriterji b'mod partikulari għandhom jindirizzaw il-kwistjoni jekk il-kompetizzjoni bejn il-faċilitajiet LNG issir fis-suq relevanti, u jekk l-aċċess għall-LNG jkun irranġat permezz ta" operatur indipendenti ta" l-infrastruttura li jipprovdi aċċess miftuħ. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimmoniterjaw l-osservanza ta' dawn il-kriterji u joħorġu fil-pubbliku, jew inkella jobbligaw lill-operaturi tas-sistema tal-ħżin li jagħmlu pubbliku, liema faċilitajiet LNG, jew liema partijiet minnhom, huma offruti skond il-proċedur ta' aċċess negozjat msemmija fil-paragrafu 2.
2.Fil-każ ta" aċċess negozjat l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa għall-impriżi tal-gass naturali u għall-klijenti eliġibbli kemm fit-territorju kif ukoll barra t-territorju kopert mis-sistema interkonnessa biex ikunu jistgħu jinnegozjaw aċċess għall-faċilitajiet LNG. Il-partijiet għandhom jiġu obbligati li jinnegozjaw l-aċċess għall-faċilitajiet LNG bil-bona fide.
"
(16) L-Artikolu 19 għandu jinbidel b'dan li ġej:"
Artikolu 19
Aċċess għal-ħżin
1. "1.Għall-organizzazzjoni ta" l-aċċess għall-faċilitajiet tal-ħżin fejn ikun teknikament u/jew ekonomikament meħtieġ għall-provvediment ta" aċċess effiċjenti għas-sistema għall-provvista tal-klijenti, l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu jekk jagħżlu jew il-proċess regolat ta' l-aċċess kif deskritt fil-paragrafu 4, jew il-proċess negozjat ta' l-aċċess kif imsemmi fil-paragrafu 3. Dawn il-proċeduri għandhom joperaw skond kriterji oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jaraw li jkun hemm konformità ma" dawn il-kriterji.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiddefinixxu u jippubblikaw il-kriterji skond liema kriterji l-iskema ta' l-aċċess għall-faċilitajiet tal-ħżin tista tiġi determinata, l-aktar fejn tindirizza jekk il-kompetizzjoni bejn il-faċilitajiet tal-ħżin isseħħx fis-suq rilevanti, u jekk din l-organizzazzjoni hijiex imħejjija permezz ta' operatur indipendenti ta' l-infrastruttura li jipprovdi aċċess miftuħ. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jimmoniterjaw il-konformita? ma' dawn il-kriterji u għandhom joħorġu fil-pubbliku, jew inkella jobbligaw lill-operaturi tas-sistema ta" ħżin ▌li jagħmlu pubbliku, liema faċilitajiet tal-ħżin ▌huma offruti skond il-proċeduri differenti msemmija fil-paragrafi 3 u 4.
2.Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 m'għandhomx japplikaw għal servizzi anċillari u ħżin temporanju relatati mal-faċilitajiet ta' l-LNG u huma meħtieġa għall-konverżjoni mill-ġdid f'gass u t-twassil sussegwenti lejn is-sistema ta' trażmissjoni.
3.Fil-każ ta" aċċess negozjat, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa għall-impriżi tal-gass naturali u l-klijenti eliġibbli kollha kemm ġewwa jew barra mit-territorju kopert mis-sistema interkonnessa biex ikunu jistgħu jinnegozjaw aċċess għall-ħżin, meta teknikament u/jew ekonomikament meħtieġa għall-provvediment ta" aċċess effiċjenti għas-sistema. Il-partijiet għandhom jiġu obbligati li jinnegozjaw l-aċċess għall-ħżin bil-bwona fede.
"
Appalti għall-aċċess għall-ħżin għandhom jiġu negozjati ma" l-operatur rilevanti tas-sistema tal-ħżin.. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jirrikjedu lill-operaturi tas-sistemi tal-ħżin li jippubblikaw il-kondizzjonijiet kummerċjali ewlenin għall-użu tal-ħżin fl-ewwel sitt xhur wara l-implimentazzjoni ta" din id-Direttiva u fuq bażi annwali kull sena wara. L-iżvilupp ta' dawn il-kondizzjonijiet għandhom iqisu l-opinjonijiet ta' l-utenti tas-sistema, li għandhom id-dritt joġġezzjonaw għal dawn ma' l-awtorita? regolatorja nazzjonali.
4.Fil-każ ta" aċċess regolat, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jagħtu lill-impriżi tal-gass naturali u lill-klijenti eliġibbli kemm ġewwa kif ukoll barra mit-territorju kopert mis-sistema interkonnessa dritt għall-aċċess għall-ħażniet, a bażi ta" tariffi u/jew termini u obbligazzjonijiet oħrajn ippubblikati għall-użu ta" dawk il-ħażniet, fejn teknikament u/jew ekonomikament meħtieġa biex jingħata aċċess effiċjenti għas-sistema. L-iżvilupp ta' dawn it-tariffi u termini u obbligi oħrajn għandu jqis l-opinjonijiet ta' l-utenti tas-sistema, li għandhom id-dritt joġġezzjonaw għal dawn ma' l-awtorita? regolatorja nazzjonali. Dan id-dritt ta" aċċess għall-klijenti eliġibbli jista" jingħata billi jiġu permessi li jdħlu f'kuntratti ta" forniment ma" impriżi tal-gass naturali li huma kompetituri minbarra l-proprjetarju u/jew l-operatur tas-sistema u/jew impriża relatata.
(17) L-Artikolu 22 għandu jinbidel b'dan li ġej:"
Artikolu 22
Infrastruttura ġdida
1. Infrastrutturi maġġuri ġodda tal-gass, jiġifieri interkonnetturi bejn l-Istati Membri, faċilitajiet ta" ħżin u ta" LNG jistgħu, fuq talba, jiġu eżentati, għal perjodu ta" żmien definit, mid-dispożizzjonijiet ta" l-Artikoli 7, 18, 19 u 20, u l-Artikoli 24c(4), (5) u (6) taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:
a)
l-investiment għandu jtejjeb il-kompetizzjoni fil-fornitura tal-gass u jtejjeb is-sigurtà tal-fornitura;
b)
il-livell tar-riskju għall-investiment huwa tali li l-investiment ma jsirx kemm-il darba ma tingħatax eżenzjoni;
c)
l-infrastruttura għandha tkun il-proprjetà ta" persuna naturali jew legali li hija separata għall-inqas ai termini tal-forma legali tagħha, mill-operatur tas-sistema li fis-sistemi tiegħu sejra tinbena dik l-infrastruttura;
d)
il-piżijiet jiġu imposti fuq l-utenti ta" dik l-infrastruttura;
e)
l-eżenzjoni mhix detrminetali għall-kompetizzjoni jew għall-funzjonar effettiv tas-suq intern tal-gass jew il-funzjonar effettiv tas-sistema regolata li l-infrastruttura hija mqabbda magħha.
f)
il-proġett hu ta" interess Ewropew u ta" mill-inqas jaqbeż fruntiera nazzjonali waħda fi ħdan l-Unjoni Ewropea.
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika ukoll għal żidiet sinifikanti fl-kapaċità ta" infrastrutturi eżistenti u għal modifiki ta" tali infrastrutturi li jippermettu l-iżvilupp ta" kwantitajiet miżjuda u addizzjonali.
3. L-awtorità regolatorja nazzjonali msemmija fil-Kapitolu VIa tista', skond il-każ, tiddeċiedi dwar l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2. Fejn l-infrastruttura kkonċernata tkun tinsab fit-territorju ta' aktar minn Stat Membru wieħed, l-Aġenzija għandha teżerċita l-kompiti kkonferiti fuq l-awtorità regolatorja minn dan l-Artikolu. Id-deċiżjoni ta" l-Aġenzija għandha tkun soġġetta għal konsultazzjoni li ssir minn qabel ma" l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali relevanti u l-applikant.
Eżenzjoni tista' tkopri l-kapaċità kollha ċerti partijiet speċifiċi minnha ta' l-infrastruttura l-ġdida, jew l-infrastruttura eżistenti b'kapaċità miżjuda b'mod sinifikanti.
Meta tittieħed deċiżjoni li tingħata eżenzjoni, għandu jitqies, fuq bażi ta" kull każ individwalment, għall-ħtieġa li jiġu imposti l-kundizzjonijiet rigward id-durata ta" l-eżenzjoni u l-aċċess mhux diskriminatorju għall-infrastruttura. Meta tittieħed deċiżjoni rigward dawk il-kundizzjonijiet, għandhom jitqiesu b'mod partikolari l-kapaċità żejda li għandha tinbena jew il-modifika tal-kapaċità eżistenti, il-medda ta' żmien prevista għall-proġett u ċ-ċirkostanzi nazzjonali.
Qabel ma tagħti eżenzjoni, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tiddeċiedi dwar ir-regoli u l-mekkaniżmi għall-amministrazzjoni u l-allokazzjoni tal-kapaċità li jistgħu, jekk hemm bżonn, ikunu emendati matul il-perjodu li fih l-infrastruttura tkun eżentata mid-dispożizzjonijiet hawn fuq imsemmija, biex b'hekk isiru aġġustamenti tal-ħtiġijiet ekonomiċi u tas-suq relevanti. Ir-regoli għandhom jesiġu li l-utenti kollha potenzjali ta' l-infrastruttura jkunu mistidnin jindikaw l-interess tagħhom fil-kapaċità tal-kuntrattar qabel ma tiġi allokata l-kapaċità għall-infrastruttura l-ġdida, inkluż għall-użu proprju. L-awtorità regolatorja għandha tesiġi li r-regoli għall-ġestjoni tal-konġestjoni jinkludu l-obbligu li tinbiegħ kapaċità ġdida fis-suq, u għandha tesiġi li l-utenti tal-faċilità jkunu intitolati jikkummerċjaw il-kapaċitjiet kuntrattati tagħhom fuq is-suq sekondarju. Fl-analiżi tagħha tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 1(a), (b) u (e), l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tqis ir-riżultati tal-proċedura ta" l-allokazzjoni ta" kapaċità, fejn partijiet terzi wrew impenn sod.
Id-deċiżjoni dwar l-eżenzjoni, li tinkludi kwalunkwe mill-kundizzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu, għandha tkun motivata u ppubblikata kif jixraq.
4. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tibgħat lill-Kummissjoni minnufih kopja ta" kull talba għal eżenzjoni. Id-deċiżjoni għandha tiġi notifikata mingħajr dewmien, mill-awtorità kompetenti lill-Kummissjoni, flimkien ma" l-informazzjoni rilevanti kollha rigward id-deċiżjoni. Din l-informazzjoni tista" tingħata lill-Kummissjoni f'forma aggregata, li tippermetti lill-Kumissjoni tasal għal deċiżjoni fuq bażi tajba. B'mod partikolari, l-informazzjoni għandu jkun fiha:
a)
ir-raġunijiet dettaljati li abbażi tagħhom l-awtorità regolatorja nazzjonali tat jew irrifjutat l-eżenzjoni flimkien mar-referenza għall-Artikolu speċifiku li fuqu ttieħdet din id-deċiżjoni, inkluża l-informazzjoni finanzjarja li tiġġustifika l-ħtieġa għall-eżenzjoni;
b)
l-analiżi li tikun saret dwar l-effett fuq il-kompetizzjoni u l-operat effettiv tas-suq intern tal-gass li jirriżultaw mill-għotja ta" l-eżenzjoni;
c)
ir-raġunijiet għall-perjodu ta" żmien u s-sehem tal-kapaċità totali ta" l-infrastruttura tal-gass in kwistjoni li għaliha ngħatat l-eżenzjoni;
5. Fi żmien xahrejn wara li tkun rċeviet notifika, il-Kummissjoni tista' tieħu deċiżjoni li tirrikjedi lill-awtorità regolatorja nazzjonali temenda jew tirrevoka d-deċiżjoni li tingħata eżenzjoni. Dak il-perjodu għandu jibda l-għada tal-wasla tan-notifika. Il-perjodu ta" xahrejn jista" jiġi estiż b'xahrejn oħra fejn il-Kummissjoni teħtieġ informazzjoni addizzjonali. Dak il-perjodu addizjonali għandu jibda l-għada tal-wasla ta" l-informazzjoni addizzjonali kollha. Dan il-perjodu jista" jiġi estiż bil-kunsens kemm tal-Kummissjoni kif ukoll ta" l-awtorità regolatorja nazzjonali. Meta l-informazzjoni mitluba ma tkunx ġiet ipprovvduta fil-perjodu stipulat fit-talba, in-notifika għandha titqies li ġiet irtirata jekk, sakemm qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, dan ma jkunx ġie estiż bil-kunsens kemm tal-Kummissjoni kif ukoll ta" l-awtorità regolatorja nazzjonali , u sakemm l-awtorità regolatorja nazzjonali , fi stqarrija raġunata kif xieraq, ma tkunx informat lill-Kummissjoni li tikkunsidra li n-notifika hija kompluta.
L-awtorità regolatorja għandha tikkonforma mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex temenda jew tirtira d-deċiżjoni ta' eżenzjoni fi żmien erba" ġimgħat, u għandha tinforma lill-Kummissjoni skond dan.
Il-Kummissjoni għandha tippreserva l-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva.
▌ Id-deċiżjoni dwar eżenzjoni tal-Kummissjoni ta" ▌ma għandhiex tibqa' fis-seħħ sentejn wara l-adozzjoni tagħha jekk, sa dak iż-żmien, il-bini ta" l-infrastruttura ma jkunx għadu beda, u ħames snin wara l-adozzjoni tagħha jekk, l-infrastruttura ma tkunx saret operazzjonali ħames snin wara li jkunu ħarġu d-deċiżjonijiet u l-awtorizzazzjonijiet nazzjonali u reġjonali kollha, sakemm l-ittardjar ma jkunx ġej minn ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll tal-persuna li ġiet mogħtija l-eżenzjoni.
6. L-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw awtomatikament għall-eżenzjonijiet mgħotija skond dan l-Artikolu fid-...*. Il-kondizzjonijiet sabiex tkun approvata eżenzjoni mogħtija skond dan l-Artikolu ma jistgħux jinbidlu b'mod retrospettiv mingħajr ftehim bejn il-partijiet kollha kkonċernati.
____________________
*Id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva .../.../KE [li temenda d-Direttiva 2003/55/KE rigward ir-regoli komuni għas-suq internazzjonali tal-gass naturali].".
"
(18) Il-kapitolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 24:"
KAPITOLU VIa
AWTORITAJIET REGOLATORJI NAZZJONALI
Artikolu 24a
Ħatra u indipendenza ta" l-awtoritajiet regolatorji
1. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità regolatorja nazzjonali waħda.
2. Kull Stat Membru għandu jiggarantixxu l-indipendenza ta" l-awtorità regolatorja nazzjonali u jiżgura li teżerċita l-poteri tagħha b'mod imparzjali u trasparenti. Għal dan il-għan, Stat Membru għandu jiżgura li, meta twettaq il-kompiti regolatorji kkonferiti fuqha permezz ta" din id-Direttiva u ta' leġiżlazzjoni oħra rilevanti, l-awtorità regolatorja nazzjonali tkun distinta legalment u indipendenti funzjonalment minn kull entità oħra pubblika jew privata, u li l-persunal tagħha u l-persuni responsabbli għall-ġestjoni tagħha jaġixxu indipendentement minn kull interess tas-suq u ma jippruvawx ifittxu jew jieħdu istruzzjonijiet diretti minn kwalunkwe gvern jew entità pubblika jew privata meta jwettqu funzjonijiet regolatorji.
3. Sabiex titħares l-indipendenza ta" l-awtorità regolatorja nazzjonali, l-Istati Membri għandhom b'mod partikolari jiżguraw li:
a)
l-awtorità regolatorja għandha personalità legali, awtonomija finanzjarja, u riżorsi umani u finanzjarji biżżejjed biex twettaq id-dmirijiet tagħha;
b)
il-membri tal-bord ta' l-awtorita? regolatorja nazzjonali jinħatru għal perjodu fiss li ma jistax jiġġedded ta" mhux inqas minn ħames snin iżda mhux aktar minn seba' snin u għall-ewwel mandat, dan il-perjodu għandu jkun ta' sentejn u nofs għal nofs il-membri. Il-membri għandhom jitneħħew mill-inkarigu tagħhom matul il-mandat tagħhom biss jekk ma jibqgħux jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu jew jekk ikunu ħatjata" kondotta ħażina serja taħt il-liġi nazzjonali; u
c)
il-ħtiġijiet baġitarji ta' l-awtorita? regolatorja nazzjonali huma koperti mid-dħul dirett mill-kompiti tas-suq ta' l-enerġija.
Artikolu 24b
L-għanijiet ta" politika ta" l-awtorità regolatorja nazzjonali
Fit-twettiq tal-kompiti regolatorji speċifikati f'din id-Direttiva, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tieħu l-miżuri kollha raġonevoli għall-ksib ta" dawn l-għanijiet:
a)
il-promozzjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, l-Aġenzij, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ta" Stati Membri oħrajn ║, ta" suq intern tal-gass li jkun kompetittiv, sikur u ambjentalment sostenibbli fi ħdan il-Komunità, u ftuħ effettiv fis-suq għall-konsumaturi u l-fornituri kollha tal-Komunità, u li jkun żgurat li n-networks tal-forniment ta' l-enerġija joperaw b'mod effettiv u ta' min joqgħod fuqhom, filwaqt li jiġu meqjusa l-objettivi fuq medda twila ta' żmien;
b)
l-iżvilupp ta" swieq ▌kompetittivi u li jiffunzjonaw tajjeb fil-Komunità sabiex jinkiseb l-għan imsemmi fil-punt (a);
c)
it-tneħħija ta" kwalunkwe restrizzjonijiet fuq il-kummerċ fil-gass naturali bejn l-Istati Membri, inkluż l-iżvilupp ta" kapaċitajiet xierqa ta" trażmissjoni transkonfinali li jilqgħu d-domanda, u jtejbu l-integrazzjoni ta" swieq nazzjonali biex ikun faċilitat il-fluss liberu tal-gass naturali madwar il-Komunità;
d)
li jiġi żgurat bl-aktar mod effettiv mil-lat ta' spejjeż, l-iżvilupp ta" sistemi ta' network orjentati lejn il-konsumatur, sikuri, effiċjenti u ta" min joqgħod fuqhom, li jippromwovu l-adegwatezza tas-sistema filwaqt li jiżguraw l-effiċjenza fl-enerġija u l-integrazzjoni ta' energiji rinnovabbli (eż. il-bijogass) fuq skala kbira u żgħira u produzzjoni mqassma kemm filn-networks ta' trażmissjoni kif ukoll f'dawk ta' distribuzzjoni;
e)
li jiġi faċilitat l-aċċess għan-network, b'mod partikulari billi jitneħħew l-ostakoli li jistgħu jipprevjenu l-aċċess għal dawk li jidħlu ġodda fis-suq u għall-enerġiji rinnovabbli;
(
f) li jiġi żgurat li l-operaturi tan-network jingħataw inċentivi xierqa, kemm fit-tul kif ukoll fiż-żmien qasir, li jżidu l-effiċjenza fil-prestazzjoni tan-network u jinkoraġġixxu l-integrazzjoni tas-suq;
(
g) li jiġu żgurati benefiċċji għall-konsumaturi permezz tal-funzjonament effiċjenti tas-suq nazzjonali tagħhom, u li tiġi promossa kompetizzjoni effettiva f'kooperazzjoni ma" l-awtoritajiet dwar il-kompetizzjoni kif ukoll li tkun żgurata l-protezzjoni tal-konsumatur;
h)
li jkun hemm kontribut għal standards għoljin tas-servizz pubbliku għall-gass naturali, għall-protezzjoni ta' klijenti vulnerabbli, u għajnuna sabiex ikunu żgurati li l-miżuri għall-protezzjoni tal-konsumatur stipulati fl-Anness A jkunu effettivi;
i)
l-armonizzazzjoni ta' proċessi meħtieġa għall-iskambjar ta' data.
Artikolu 24c
Dmirijiet u setgħat ta" l-awtorità regolatorja nazzjonali
1. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandu jkollha d-dmirijiet li ġejjin li għandhom jitwettqu fejn xieraq f'konsultazzjoni mill-qrib ma' l-entitajiet Komunitarji jew nazzjonali rilevanti oħra, ma' l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni kif ukoll ma' partijiet kkonċernati oħra u mingħajr ħsara għall-kompetenzi speċifiċi tagħhom:
a)
tiżgura l-konformità ta" l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni, u fejn rilevanti tal-proprjetarji tas-sistema rilevanti, kif ukoll ta" kwalunkwe impriża tal-gass naturali, ma" l-obbligi tagħhom skond din id-Direttiva u leġiżlazzjoni oħra rilevanti tal-Komunità, inkluż f'dak li għandu x'jaqsam ma' kwistjonijiet transkonfinali;
b)
tikkopera dwar kwistjonijiet transkonfinali ma' l-awtorità regolatorja nazzjonali jew ma' l-awtoritajiet ta' Stati Membri oħrajnu ta' l-Aġenzija, kif ukoll tiżgura li jkun hemm biżżejjed kapaċità ta' l-interkonnessjoni bejn l-infrastrutturi ta" trażmissjoni sabiex jissodisfaw l-evalwazzjoni sħiħa u effiċjenti tas-suq u l-kriterji tas-sigurtà tal-provvista tal-gass mingħajr diskriminazzjoni bejn impriżi ta' forniment fi Stati Membri differenti;
c)
tikkonforma ma' u timplimenta, kwalunkwe deċiżjoni li torbottal-Kummissjoni u ta' l-Aġenzija║;
d)
tirrapporta kull sena lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet rilevanti ta" l-Istati Membri, u lill-Aġenzija dwar l-attività tagħha u l-qadi tad-dmirijiet tagħha. Dawn ir-rapporti għandhom ikopru l-passi kollha li ttieħdu u r-riżultati li nkisbu fir-rigward ta" kull wieħed mill-kompiti elenkati f'dan l-Artikolu;
e)
tissorvelja l-konformità mar-rekwiżiti ta' separazzjoni skond din id-Direttiva u leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti oħra u tiżgura li ma jkunx hemm kontrosussidji bejn it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni, il-ħżin, l-LNG u l-attivitajiet tal-forniment kull ukoll tiżgura li d-distribuzzjoni u t-tariffi ta' trażmissjoni jkunu stabbiliti sew minn qabel il-perjodi rilevanti li matulhom japplikaw;
f)
tirrevedi l-pjanijiet ta" investiment ta" l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni, u tipprovdi fir-rapport annwali tagħha valutazzjoni tal-pjan ta" investiment ta" l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni fir-rigward tal-konsistenza tiegħu mal-pjan ta" l-iżvilupp tan-network madwar l-Ewropa fuq firxa ta" għaxar snin kif imsemmi fl-Artikolu 2c tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005; il-pjanijiet ta" investiment ta" l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni għandhom jiżguraw li l-ħiliet u n-numru tal-persunal ikunu biżżejjed biex jintlaħqu l-obbligi tas-servizz; jekk il-pjanijiet ta" investiment ma jiġux onorati, għandhom jiġu imposti sanzjonijiet proporzjonati fuq l-operatur tas-sistema ta" trażmissjoni skond il-linji gwida maħruġa mill-Aġenzija;
g)
tapprova l-pjanijiet ta' investiment annwali ta' l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni;
(
h) tissorvelja l-konformità mas-sigurtà u l-affidabilità tan-network, twaqqaf jew tapprova standards u rekwiżiti għall-kwalità tas-servizz u tal-provvista u tirrevedi l-prestazzjonijiet għall-kwalità tas-servizz u tal-forniment, tar-regoli dwar is-sigurtà u l-affidabilità tan-network;
j) tissorvelja l-livell ta" ftuħ fis-suq u ta" kompetizzjoni fil-livelli ta" bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut, inklużi boroż tal-gass naturali, prezzijiet għall-bejgħ fid-djar, rati għall-bdil tal-fornitur, rati ta' diskonnessjoni u lmenti mill-utenti privati f'format miftiehem, kif ukoll kwalunkwe tixkil jew restrizzjoni tal-kompetizzjoni f'kooperazzjoni ma" l-awtoritajiet dwar il-kompetizzjoni nazzjonali, inkluż billi tipprovdi kull tagħrif rilevanti, filwaqt li tgħaddi l-każijiet rilevanti lill-awtoritajiet dwar il-kompetizzjoni rilevanti;
k)
tissorvelja l-okkorrenza ta" prattiki kuntrattwali restrittivi, inklużi dispożizzjonijiet ta" esklussività, li jistgħu jfixklu jew inaqqsu l-għażla tal-klijenti mhux domestiċi li simultanjament jagħmlu kuntratti ma" aktar minn fornitur wieħed u, fejn ikun xieraq, tgħarraf lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni dwar dik il-prattika;
l)
fir-rigward sħiħ tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, li jħeġġeġ il-ftehim dwar bażi fuq tul ta' żmien twil bejn il-konsumaturi u l-fornituri ta' l-enerġija li jikkontribwixxu għat-titjib tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' l-enerġija u, fl-istess ħin, jippermettu lill-konsumatur li jaqsam il-benefiċċji li jirriżultaw, sakemm ftehim bħal dawn ikunu jistgħu jikkontribwixxu għal livell ottimali ta' investiment fis-settur ta' l-enerġija;
(
m) tissorvelja ż-żmien li jittieħed mill-impriżi ta" trażmissjoni u ta" distribuzzjoni biex isiru konnessjonijiet u tiswijiet; u timponi sanzjonijiet skond il-linji gwida maħruġa mill-Aġenzija jekk dan iż-żmien jinqabeż mingħajr raġuni valida;
(
n) tissorvelja ▌l-kundizzjonijiet ta" l-aċċess għall-faċilitajiet ta' ħżin, u servizzi oħrajn anċillari kif previst fl-Artikolu 19;
(
o) bla ħsara għall-kompetenza ta' awtoritajiet regolatorji nazzjonali oħra, tiżgura standards għoljin tas-servizz pubbliku għall-gass naturali, tħares lill-klijenti vulnerabbli u tara li l-miżuri ta" ħarsien tal-konsumatur stabbiliti fl-Anness A jkunu effettivi u infurzati;
(
p) tippubblika rakkomandazzjonijiet, talanqas kull sena, dwar il-konformità tat-tariffi tal-forniment ma' l-Artikolu 3 għandha tingħata attenzjoni xierqa f'dawn ir-rakkomandazzjonijiet għall-impatt dwar l-operat tas-suq ta' prezzijiet regolati (prezzijiet bl-ingrossa u prezzijiet għall-utenti aħħarija);
(
q) tiżgura l-aċċess effettiv u ugwali għad-data dwar il-konsum tal-klijent inkluża data dwar prezzijiet u kwalunkwe spiża oħra relatata għall-parteċipanti fis-suq, l-applikazzjoni ta" format armonizzat li jinftiehem b'mod faċli għal din id-data dwar il-konsum, pagament minn qabel adegwat li jirrifletti l-konsum reali u l-aċċess fil-pront għall-klijenti kollha għal din id-data skond il-punt (h) ta" l-Anness A;
(
r) tissorvelja l-implimentazzjoni tar-regoli marbuta mar-rwoli u r-responsabbiltajiet ta" l-operaturi tas-sistema ta" trażmissjoni, ta" l-operaturi tas-sistema ta" distribuzzjoni, il-fornituri u l-klijenti u ta" partijiet oħrajn fis-suq skond l-Artikolu 8b tar-Regolament (KE) Nru 1775/2005;
s)
tiffissa jew tapprova t-tariffi ta" l-aċċess għan-network u tippubblika l-metodoloġija użata biex jiġu stabbiliti t-tariffi;
"
t)
tiżgura t-trasparenza ta' ċaqliq fil-prezzijiet bl-ingrossa;
(
u) tissorvelja l-applikazzjoni tajba tal-kriterji li jiddeterminaw jekk faċilità ta" ħżin taqax taħt l-Artikolu 19(3) jew ║(4).
║
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jingħatawlhom is-setgħat li jippermettulhom iwettqu d-dmirijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ║b'mod effiċjenti u mħaffef. Għal dan il-għan, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandu jkollha, inter alia,║ is-setgħat li :
a)
║toħroġ deċiżjonijiet li jorbtu lill-impriżi tal-gass;
b)
║tagħmel investigazzjonijiet tas-swieq tal-gass oeprattivi, flimkien ma' l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni, u li tiddeċiedi, ▌ dwar kwalunkwe miżuri xierqa meħtieġa u proporzjonati għall-promozzjoni ta' kompetizzjoni effettiva u sabiex jiġi żgurat it-tħaddim xieraq tas-suq, inklużi l-programmi għar-rilaxx tal-gass;
c)
║titlob għal kwalunkwe informazzjoni mill-impriżi tal-gass naturali li tkun rilevanti għall-qadi tad-dmirijiet tagħha;
d)
║timponi sanzjonijiet effettivi, xierqa u diżwassivi fuq impriżi tal-gass naturali li ma jikkonformawx ma" l-obbligi tagħhom skond din id-Direttiva jew ma" kwalunkwe deċiżjoni ta" l-awtorità regolatorj nazzjonali a jew ta" l-Aġenzija; jew li tipproponi lil entità kompetenti biex timponi dawn is-sanzjonijiet; apparti dan, timponi, jew tipproponi li timponi multi sa 10% tal-fatturat annwali ta' l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni lill-operatur tas-sistema ta' trażmisssjoni jew lill-impriżi integrati vertikalment, skond il-każ, talli ma jkunux ikkonformaw ma' l-obbligi rispettivi tagħhom skond din id-Direttiva;
e)
║jkollha d-drittijiet xierqa ta" investigazzjoni, u setgħat rilevanti biex tagħti struzzjonijiet dwar is-soluzzjoni ta" tilwim skond il-paragrafi 8 u 9;
f)
║tieħu l-kariġu li tapprova miżuri ta' ħarsien kif jissemma fl-Artikolu 26.
3.Minbarra l-kompiti u s-setgħat mogħtija lilha mill-paragrafi 1 u 2, meta l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni ikun ġie magħżul skond il-Kapitolu IVa, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tingħata inter alia s-setgħat u l-kompiti li ġejjin:
a)
timponi sanzjonijiet inklużi multi skond il-paragrafu 2(d) għal imġiba diskriminatorja favur l-impriża integrata vertikalment;
b)
tissorvelja l-komunikazzjonijiet bejn l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni u l-impriża integrata vertikalment sabiex tiżgura konformità ma' l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni ma' l-obbligi tagħha;
c)
topera bħala awtorità ta' soluzzjoni tat-tilwim bejn impriża integrata vertikalment u l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni fir-rigward ta' kull ilment imressaq skond il-paragrafu 8;
d)
tissorvelja relazzjonijiet kummerċjali u finanzjarji inkluż self bejn l-impriża integrata vertikalment u l-operatur tas-sistema ta' trażmisssjoni;
e)
tissorvelja l-ftehim kummerċjali u finanzjarju kollu sakemm jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tas-suq;
f)
tirrikjedi ġustifikazzjoni mill-impriża integrata vertikalment meta notifikata mill-uffiċjal tal-konformità skond l-Artikolu 12g(4). Din il-ġustifikazzjoni għandha b'mod partikolari tinkludi evidenza dwar il-fatt li ebda mġieba diskriminatorja ma tkun seħħet favur impriża integrata vertikalment;
g)
twettaq ispezzjonijiet fuq il-post ta' l-impriża integrata vertikalment u ta' l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni;
h)
titlob kwalunkwe tagħrif mingħand l-operatur tas-sistema ta" trażmissjoni u li tikkuntattja direttament lill-istaff kollu ta" l-operatur tas-sistema ta" trażmissjoni; jekk jibqa' xi dubju, l-istess drittijiet għandhom japplikaw għall-impriża integrata vertikalment u s-sussidjarji tagħha;
i)
twettaq l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa ta" l-operatur tas-sistema ta" trażmissjoni u, jekk ikun għad baqa" dubji, anki ta" l-impriża integrata vertikalment u s-sussidjarji tagħha; ir-regoli ta' l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżla fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat* għandhom japplikaw;
j)
timponi sanzjonijiet effettivi, xierqa u disważivi għall-operatur tas-sistema ta' tranżizzjoni u/jew għall-impriża integrata vertikalment li ma jikkonformawx ma' l-obbligi tagħhom skond dan l-Artikolu jew kull deċiżjoni ta' l-awtorità regolatorja nazzjonali; dik is-setgħa għandha tinkludi d-dritt li:
i)
timponi multi effettivi, xierqa u disważivi marbuta mal-fatturat ta' l-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni jew ma' l-impriża integrata vertikalment;
ii)
toħroġ ordnijiet biex tirrimedja għal imġiba diskriminatorja;
iii)
tirtira, għall-anqas parzjalment jew kompletament, il-liċenzja ta" l-operatur tas-sistema ta" trażmissjoni f'każ li dan jikser kontinwament id-dispożizzjonijiet ta" separazzjoni stipulati f'dan l-Artikolu.
4. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu responsabbli li jiffissaw jew japprovaw qabel id-dħul fis-seħħ it-termini u l-kundizzjonijiet għal:
a)
il-konnessjoni u l-aċċess għan-networks nazzjonali, inklużi t-tariffi ta' trażmissjoni u tad-distribuzzjoni u l-metodoloġiji għal kalkolu tagħhom, jew inkella, il-metodoloġiji u s-sorveljanza għall-iffissar jew l-approvazzjoni tat-tariffi ta" trażmissjoni u tad-distribuzzjoni, u termini, kundizzjonijiet u tariffi għall-aċċess għall-faċilitajiet LNG li jinkludu l-metodoloġiji għal kalkolu tagħhom, jew inkella, il-metodoloġiji u s-sorveljanza għall-iffissar jew l-approvazzjoni tat-tariffi għall-aċċess tal-faċilitajiet LNG. Dawn it-tariffi għandhom jirriflettu l-ispejjeż attwali, sakemm tali prezzijiet jikkorrispondu ma" dawk ta" operatur effiċjenti u għandhom ikunu trasparenti. Dawn għandhom jippermettu li l-investimenti meħtieġa fin-networks u l-faċilitajiet LNG jsiru b'mod li jippermetti lil dawn l-investimenti li jaċċertaw il-vijabbiltà tan-networks u tal-faċilitajiet LNG. Dawn it-tariffi ma għandhomx jiddiskriminaw kontra kompetituri ġodda;
b)
il-provvediment ta" servizzi ta" bilanċjar, li għandu jirrifletti l-prezz u għandu jkun bi dħul newtrali kemm jista" jkun possibbli, filwaqt li jipprovdi inċentivi adegwati għall-utenti tan-network sabiex jibbilanċjaw il-provvediment u t-teħid tagħhom tal-gass; għandhom ikunu ġusti u mhux diskriminatorji u bbażati fuq kriterja oġġettiva.
c)
l-aċċess għal infrastrutturi transkonfinali, inklużi l-proċeduri għall-allokazzjoni tal-ġestjoni tal-kapaċità u tal-konġestjoni. Huma għandu jkollhom l-awtorità li jeħtieġu lill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni , li jimmodifikaw dawn it-termini u l-kundizzjonijiet.
5. Meta jiffissaw jew japprovaw it-termini u l-kundizzjonijiet jew il-metodoloġiji għal kalkolu tat-tariffi u s-servizzi tal-bilanċ, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-operaturi tan-network jingħataw inċentiva tajba biżżejjed, kemm fit-tul kif ukoll fiż-żmien qasir, biex iżidu l-effiċjenzi u jinkoraġġixxu l-integrazzjoni tas-suq, jiżguraw is-sigurtà tal-forniment u jappoġġaw l-attivitajiet ta' riċerka relatati.
6.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jissorveljaw il-ġestjoni tal-konġestjoni fi ħdan in-networks tat-trażmissjoni tal-gass nazzjonali.
Operaturi tas-sistema ta" trasmissjoni għandhom iressqu l-proċeduri tal-ġestjoni tal-konġestjoni, li jinkludu l-allokazzjoni tal-kapaċità, quddiem l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għall-approvazzjoni. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jirrikjedu emendi għal dawk il-proċeduri qabel japprovawhom.
7. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom l-awtorità li jirrikjedu lil operaturi tat-trasmissjoni, ▌ta' l-LNG u tad-distribuzzjoni, jekk meħtieġ, li jimmodifikaw it-termini u l-kundizzjonijiet, inklużi t-tariffi msemmija f'dan l-Artikolu, biex jaċċertaw li huma proporzjonati u applikati b'mod mhux diskriminatorju.
8. Kwalunkwe parti li jkollha lment kontra operatur tas-sistema tat-trażmissjoni, ta' l-LNG, tal-ħżin jew distribuzzjoni tista' tirreferi l-ilment lill-awtorità regolatorja nazzjonali li, waqt li tkun qed taġixxi bħala awtorità li ssolvi l-kwistjoni, għandha tagħti deċiżjoni fi żmien xahrejn minn wara li din tkun irċeviet l-ilment. Dan il-perjodu jista" jiġi estiż b'xahrejn fejn tintalab aktar informazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali . Dak il-perjodu jista" jiġi estiż bil-ftehim tal-persuna li tkun għamlet l-ilment. Id-deċiżjoni ta' awtorità regolatorja nazzjonali għandu jkollha effett li jorbot kemm-il darba u sakemm tiġi rrevokata b'appell.
9. Kwalunkwe parti li tkun affettwata u li jkollha d-dritt li tressaq ilment dwar deċiżjoni fuq metodoloġiji meħuda skond dan l-Artikolu jew, fejn l-awtorità regolatorja nazzjonali jkollha l-obbligu li tikkonsulta ruħha dwar il-metodoloġiji proposti, din tista', minn ta' l-anqas fi żmien xahrejn, jew f'perjodu iqsar kif deċiż mill-Istati Membri, wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni jew il-proposta għad-deċiżjoni, tissottometti l-ilment għar-reviżjoni. Tali lment ma għandux iwassal għal xi sospensjoni.
10. L-Istati Membri għandhom joħolqu mekkaniżmi xierqa u effiċjenti ▌għall-kontroll u t-trasparenza sabiex jiġi evitat kull abbuż ta" posizzjoni dominanti, b'mod partikolari bi żvantaġġ għall-konsumaturi, u kwalunkwe aġir predatorju. Dawn il-mekkaniżmi għandhom iqisu d-disposizzjonijiet tat-Trattat, u b'mod partikolari l-Artikolu 82 tiegħu.
11.L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jistabbilixxu servizzi indipendenti għall-ilmenti u skemi alternattivi ta" kumpens bħal ombudsman indipendenti għall-enerġija jew korp tal-konsumatur. Dawn is-servizzi jew skemi għandhom ikunu responsabbli mit-trattament effiċjenti ta' l-ilmenti u għandhom ikunu konformi ma' kriterji ta' l-aħjar prattika. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jistabbilixxu standards u linji gwida dwar kif l-ilmenti se jiġu mmaniġġjati mill-produtturi u mill-operaturi tan-network.
12. L-Istati Membri għandhom jaċċertaw li jittieħdu l-passi xierqa, inklużi azzjoni amministrativa jew proċeduri kriminali b'mod konformi mal-liġi nazzjonali tagħhom, kontra l-persuni naturali jew legali responsabbli fejn ir-regoli tal-kunfidenzjalità imposti minn din id-Direttiva ma jkunux ġew rispettati.
13. L-ilmenti msemmija fil-paragrafi 8 u 9 għandhom ikunu bla ħsara għall-eżerċitu tad-drittijiet ta" l-appell taħt il-liġijiet Komunitarji u nazzjonali.
14. Id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu spjegati tajjeb u disponibbli għall-pubbliku biex ikun possibbli l-iskrutinju legali.
15. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mekkaniżmi xierqa fuq il-livell nazzjonali li taħthom, entità affettwata minn deċiżjoni ta' l-awtorità nazzjonali regolatorja jkollha d-dritt ta' l-appell għand korp ġudizzjarju nazzjonali jew awtorità nazzjonali indipendenti oħra indipendenti mill-partijiet involuti u minn kull gvern.
▌
Artikolu 24d
Reġim regolatorju għal kwistjonijiet transkonfinali
1. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkooperaw mill-qrib u jikkonsultaw flimkien, u għandhom jipprovdu lil xulin u lill-Aġenzija kwalunkwe informazzjoni meħtieġa biex jaqdu l-kompiti tagħhom taħt din id-Direttiva. Fir-rigward ta' l-informazzjoni li tiġi skambjata, l-awtorità li tirċievi għandha tiżgura l-istess livell ta" kunfidenzjalità bħal dik meħtieġa mill-awtorità li tibgħat l-informazzjoni kkonċernata.
2. Sabiex tiżgura li fejn jitfaċċaw swieq tal-gass reġjonali jsiru strutturi regolatorji adegwati, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati għandhom jiżguraw, f'koperazzjoni mill-qrib u taħt id-direzzjoni ta' l-Aġenzija, li ta' l-anqas il-kompiti regolatorji li ġejjin ikunu mwettqa f'dak li għandu x'jaqsam mas-swieq reġjonali tagħhom:
a)
koperazzjoni talanqas fil-livell reġjonali biex jinkoraġġixxu l-ħolqien ta" arranġamenti ta" operat sabiex tiġi żgurata ġestjoni ottima tan-network, sabiex jiġu żviluppati skambji konġunti ta' gass u l-allokazzjoni ta" kapaċità transkonfinali, kif ukoll sabiex jiġi żgurat livell adegwat t ta" kapaċità ta" interkonnessjoni inkluż permezz ta' interkonnessjoni ġdida li tippermetti l-iżvilupp ta" kompetizzjoni effettiva u t-titjib tas-sigurtà tal-forniment;
b)
armonizzazzjoni għall-anqas fil-livell reġjonali rilevanti tal-kodiċi kollha kemm tekniċi kif ukoll tas-suq għall-operaturi tas-sistema tat-trażmissjoni rilevanti u ta' protagonisti tas-suq oħra;
c)
armonizzazzjoni tar-regoli li jirregolaw il-ġestjoni tal-konġestjoni;
d)
adozzjoni ta' regoli biex ikun żgurat li s-sidien u/jew il-meniġers ta' l-iskambju(i) tal-gass li jħaddmu is-swieq tal-grupp regjonali rilevanti jkunu indipendenti mis-sidien u/jew il-meniġers ta' l-assi ta' produzzjoni.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandu jkollhom id-dritt li jikkonkludu ftehim bejniethom biex ikattru l-koperazzjoni regolatorja u l-azzjonijiet imsemmija fl-1 subparagrafu tal-paragrafu 2 għandhom jitwettqu, kif xieraq, f'konsultazzjoni mill-qrib ma' awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħra u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi speċifiċi tagħhom.
3. L-Aġenzija għandha tiddeċiedi dwar ir-reġim regolatorju għall-infrastruttura li tgħaqqad talanqas żewġ Stati Membri.
a)
fuq talba konġunta mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kompetenti:jew,
b)
meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kompetenti ma jkunx irnexxiehom jiftiehma dwar reġim regolatorju xieraq, xi żmien sitt xhur mid-data li l-fajl ikun tressaq quddiem l-aħħar waħda minn dawk l-awtoritajiet regolatorji.
▌
Artikolu 24e
Konformità mal-Linji gwida
1. ║Il-Kummissjoni jew kwalunkwe awtorità regolatorja nazzjonali jistgħu jitolbu l-opinjoni ta' l-Aġenzija dwar il-konformità ta' deċiżjoni meħuda minn awtorità regolatorja nazzjonali mal-linji gwida msemmija f'din id-Direttiva jew fir-Regolament (KE) Nru 1775/2005.
2. L-Aġenzija għandha tipprovdi l-opinjoni tagħha lill-Kummissjoni jew kwalunkwe awtorità regolatorja nazzjonali li talbet lilha ║, u lill-awtorità regolatorja nazzjonali li tkun ħadet id-deċiżjonijiet kkonċernata fi żmien xahrejn.
3. Meta l-awtorità regolatorja nazzjonali li tkun ħadet deċiżjoni kontestata ma tikkonformax ma' l-opinjoni ta' l-Aġenzija fi żmien erba' xhur mid-data ta' l-irċevuta, l-Aġenzija għandha tgħarraf lill-Kummissjoni b' dan.
4. Kwalunkwe awtorità regolatorja nazzjonali tista' tgħarraf lill-Kummissjoni meta tqis li deċiżjoni meħuda minn awtorità regolatorja nazzjonali ma tikkonformax mal-linji gwida msemmija f'din id-Direttiva jew fir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 fi żmien xahrejn mid-data ta' dik id-deċiżjoni.
5. Meta l-Kummissjoni, ssib li d-deċiżjoni ta' l-awtorità regolatorja nazzjonali tqajjem dubji serji dwar il-kompatibbiltà tagħha mal-linji gwida msemmija f'din id-Direttiva jew fir-Regolament (KE) Nru 1775/2005, fi żmien xahrejn minn meta tkun ġiet mgħarrfa bin-nuqqas ta' konformita' ma' l-opinjoni ta' l- Aġenzija skond il-paragarfu 3, jew bin.nuqqas ta' konformita' mal-linji gwida skond il-paragrafu 4, jew fuq l-inizjattiva tagħha fi żmien tliet xhur mid-data tad-deċiżjoni , il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi tiftaħ il-proċedimenti. F'każ bħal dan, għandha tistieden lill-awtorità regolatorja nazzjonali u lill-parteċipanti fil-proċedimenti quddiem l-awtorità regolatorja nazzjonali biex iressqu l-kummenti.
6. Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi tiftaħ proċedimenti, għandha, fi żmien massimu ta' erba' xhur mid-data ta' deċiżjoni bħal din, toħroġ deċiżjoni finali:
a)
biex ma tqajjimx oġġezzjonijiet kontra d-deċiżjoni ta' l-awtorità regolatorja nazzjonali; jew
b)
li tesiġi li l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata temenda jew tirrevoka d-deċiżjoni tagħha jekk tqis li l-linji gwida ma ġewx rispettati.
7. Meta l-Kummissjoni ma tkunx ħadet deċiżjoni biex tiftaħ il-proċedimenti jew deċiżjoni finali fil-perjodu stabbilit fil-paragrafi 5 u 6 rispettivament, għandu jitqies li l-Kummissjoni ma qajmet ll-ebda oġġezzjoni għad-deċiżjoni ta' l-awtorità regolatorja nazzjonali.
8. L-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tikkonforma mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex temenda jew tirrevoka d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahrejn, u għandha tinforma lill-Kummissjoni skond dan.
9. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-linji gwida li jistipulaw id-dettalji tal-proċedura li għandhom jiġu segwiti għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. Din il-miżura, maħsuba biex temenda elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva billi tappoġġaha, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 30(3).
Artikolu 24f
Żamma tar-reġistri
1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-impriżi tal-forniment li jżommu għal ta' l-anqas ħames snin għad-dispożizzjoni ta" l-awtoritajiet kompetenti, biex dawn ikunu jistgħu jaqdu d-doveri tagħhom, id-data rilevanti li għandha x'taqsam mat-tranżazzjonijiet kollha fil-forniment tal-gass u d-derivattivi tal-gass ma" klijenti bl-ingrossa u ma' l-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni kif ukoll l-operaturi tal-ħżin u ta' l-LNG.
2. Id-data tista' tinkludi d-dettalji dwar karatteristiċi tat-tranżazzjonijiet rilevanti, bħad-dewmien, it-twassil u r-regoli ta ħlas, il-kwantità, id-dati u l-ħinijiet ta" eżekuzzjoni u l-prezzijiet tat-tranżazzjoni, u l-mezzi għall-identifikazzjoni tal-klijent bl-ingrossa kkonċernat, kif ukoll dettalji speċifiċi dwar il-kuntratti kollha miftuħin fil-kuntratti tal-forniment tal-gass u tad-derivattivi tal-gass.
3. L-awtorità regolatorja nazzjonali tista" tiddeċiedi li tagħmel disponibbli lill-parteċipanti fis-suq l-elementi ta" din l-informazzjoni, sakemm ma tiġix rilaxxata xi informazzjoni li tkun kummerċjalment sensittiva dwar atturi individwali fis-suq jew dwar tranżazzjonijiet individwali. Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal informazzjoni dwar strumenti finanzjarji li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2004/39/KE.
▌
4. Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu ma għandhomx joħolqu obbligi addizzjonali vis-à-vis l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għall-entitajiet li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2004/39/KE.
5. Fil-każ li l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 jeħtieġu aċċess għad-data miżmuma mill-entitajiet li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2004/39/KE, l-awtoritajiet responsabbli taħt dik id-Direttiva għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 bid-data meħtieġa.
________________________
* ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.
(19) L-Artikolu 25 għandu jitħassar.
(20)Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:"
Artikolu 26a
L-eżenzjoni ta' siti industrijali
1.L-Istati Membri jistgħu jeżentaw siti industrijali mill-Artikoli 4 u, l-Artikolu7, l-Artikolu 8(1) u (2), l-Artikolu 11, l-Artikolu 12(5), l-Artikoli 13, 17 u 18, l-Artikolu 23(1) u/jew l-Artikolu 24 ta' din id-Direttiva.
2.L-aċċess għat-terza parti m'għandux ikun affettwat mill-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Il-konsumaturi fis-siti industrijali għandhom ikunu kapaċi li jagħżlu b'mod liberu l-fornitur tagħhom ta" l-enerġija, billi jirrikorru għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fil-każ ta" nuqqas ta" ftehim ma" l-operatur tan-network.
"
(21) L-Artikolu 30 għandu jinbidel b'dan li ġej:"
Artikolu 30
Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandu jkollha l-għajnuna ta' kumitat.
2. Kull fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 8 tagħha.
"
(22) ▌Anness A, għandujinbidel b'danli ġej:"
Mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Komunità dwar il-ħarsien tal-konsumaturi, b'mod partikolari d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, il-miżuri msemmija fl-Artikolu 3 għandhom jiżguraw li l-konsumaturi:
a)
ikollhom id-dritt għal kuntratt mal-fornitur tal-gass tagħhom li jispeċifika:
-
l-identità u l-indirizz tal-fornitur;
-
is-servizzi provduti, il-livell tal-kwalità tas-servizzi provduti, kif ukoll il-ħin għall-ewwel konnessjoni;
-
it-tipi ta' manutenzjoni tas-servizz offrut;
-
il-metodi ta" kif wieħed jista" jakkwista informazzjoni aġġornata dwar it-tariffi u l-ispejjeż ta" manutenzjoni kollha;
-
it-terminu tal-kuntratt, il-kundizzjonijiet għat-tiġdid u għat-twaqqif tas-servizzi u tal-kuntratt, l-eżistenza ta" kwalunkwe dritt ta" rtirar mingħajr ħlas;
-
kwalunkwe kumpens u arranġamenti ta" rifużjoni li japplikaw jekk livelli ta" kwalità tas-servizzi kuntrattati ma jintlaħqux, li jinkludu nuqqas ta" eżattezza u dewmien fil-kontijiet;
-
il-metodu ta" kif jinbdew il-proċeduri sabiex tinstab soluzzjoni għat-tilwim skond punt (f);
-
tagħrif dwar id-drittijiet tal-konsumatur inkluż dak kollu hawn fuq imsemmi, ikkomunikat b'mod ċar permezz tas-siti ta" l-Internet tal-kumpaniji għall-kontijiet u ta' impriżi ta' gass naturali; kif ukoll
-
dettalji rigward l-awtorità ta' appell kompetenti u tal-proċedura li għandha tkun segwita mill-konsumatur f'każ ta' tilwim.
Il-kundizzjonijiet għandhom ikunu ġusti u magħrufa sew minn qabel. F'kull każ, it-tagħrif msemmi f' dan il-punt għandu jkun ipprovdut qabel il-konklużjoni jew il-konferma tal-kuntratt. Meta l-kuntratti jkunu konklużi permezz ta' intermedjarji, dak it-tagħrif għandu wkoll ikun ipprovdut qabel il-konklużjoni tal-kuntratt:
b)
jingħataw avviż xieraq dwar kwalunkwe intenzjoni li l-kundizzjonijiet tal-kuntratti jiġu modifikati u jiġu informati dwar id-dritt tagħhom ta' rtirar meta jingħata l-avviż. Il-provdituri tas-servizzi għandhom javżaw lis-sottoskritti tagħhom direttament dwar kwalunkwe żieda fil-piżijiet, fi żmien xieraq mhux aktar tard minn perjodu wieħed li fih joħroġ kont, wara li ż-żieda tkun daħlet fis-seħħ b'mod trasparenti u komprensiv. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti jkunu liberi li jirtiraw mill-kuntratti jekk ma jaċċettawx il-kundizzjonijiet il-ġodda, notifikati lilhom mill-provditur tagħhom tas-servizzi tal-gass;
c)
jirċievu informazzjoni trasparenti, dwar prezzijiet u tariffi li japplikaw, u dwar termini u kundizzjonijiet standard, rigward l-aċċess u l-użu tas-servizzi tal-gass;
d)
tiġi offruta għażla wiesgħa ta' metodi tal-ħlas li ma tiddiskriminax bejn il-konsumaturi. Kull differenza fit-termini u l-kundizzjonijiet għandhom jirriflettu l-ispejjeż għall-fornitur tas-sistemi ta' ħlas differenti. It-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għandhom ikunu ġusti u trasparenti. Għandhom jingħataw f'lingwaġġ ċar u li jinftiehem. Il-konsumaturi għandhom ikunu mħarsa kontra l-metodi tal-bejgħ mhux ġusti u qarrieqa li jinkludu xkiel mhux kuntrattwali imposti min-negozjant, pereżempju dokumentazzjoni kuntrattwali eċċessiva;
e)
mhux se jkunu mġiegħla jħallsu talli jbiddlu l-fornitur;
f)
jibbenefikaw minn proceduri trasparenti, semplici u mhux għoljin biex jiġu riżolti l-ilmenti tagħhom. B'mod partikolari, il-konsumaturi kollha għandu jkollhom id-dritt għat-twassil tas-servizz u l-iġestjoni ta' l-ilmenti mill-fornitur tas-servizz tal-gass tagħhom. Dawn il-proċeduri għandhom jippermettu li t-tilwimiet jiġu riżolti b'mod ġust u minnufih, kif ukoll fi żmien tliet xhur, bi provvediment, fejn huwa meħtieġ, għal sistema ta' rifużjoni u/jew kumpens. Għandhom isegwu, kull fejn possibbli, il-prinċipji stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 98/257/KE tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-prinċipji applikabbli għall-korpi responabbli għar-riżoluzzjoni barra mill-qorti ta' tilwim tal-konsumaturi* ;
g)
fejn diġa' huma mqabbda mas-sistema tal-gass ikunu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom li jkollhom forniment, skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, ta' gass naturali ta' kwalità speċifikata bi prezzijiet raġjonevoli;
(h) ikunu jistgħu jbiddlu l-fornitur tagħhom faċilment u jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom id-data dwar il-konsum, u għandhom ikunu jistgħu, bi ftehim espliċitu u mingħajr ħlas, jagħtu lil kwalunkwe impriża b'awtorizzazzjoni għall-forniment ta' aċċess għad-data tagħha dwar il-metraġġ. Il-parti responsabbli għall-ġestjoni tad-data għandha l-obbligu li tgħaddi din id-data lill-impriża. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu format għad-data kif ukoll proċedura għall-fornituri u għall-konsumaturi biex ikollhom aċċess għad-data. L-ebda spiża addizzjonali ma tista" tiġi ddebitata lill-konsumatur għal dan is-servizz.
i)
għandhom jiġu infurmati tajjeb ta' l-anqas kull tliet xhur dwar il-konsum attwali tal-gass u l-ispejjeż. L-ebda spiża addizzjonali ma tista" tiġi ddebitata lill-konsumatur għal dan is-servizz. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tqassim ta' miters intelliġenti jitlesta mingħajr tfixkil żejjed għall-konsumatur sa ...** li għandha tkun ir-responsabilità ta' l-operatur tas-sistema ta' distribuzzjoni jew ta' l-impriżi ta' forniment. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom ikunu responsabbli għall-monitoraġġ tal-proċess ta' żvilupp bħal dan u biex ikunu stabbiliti standards komuni għal dan il-għan. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istandards li jistabbilixxu t-tfassil tekniku minimu u r-rekwiżiti operattivi tal-miters jindirizzaw kwistjonijiet ta' interoperabilità biex ikun ipprovdut l-akbar benefiċċju bl-anqas nefqa possibbli għall-konsumaturi;
j)
il-konsumatur għandu jirċievi kont ta' l-għeluq finali wara li tkun saret il-bidla ta' l-impriża ta' forniment mhux aktar tard minn xahar wara li tkun ġiet mgħarrfa l-impriża ta' forniment rilevanti.
________________
* ĠU L 115, 17.4.1998, p. 31
** Għaxar snin mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva .../...KE [li temenda d-Direttiva 2003/55/KE].
"
Artikolu 2
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jiġu konformi ma" din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn... * ║. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta" dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta" korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet minn .... (12)║.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
3.L-Istati Membri għandhom jirrevokaw kwalunkwe liġi, regolament u dispożizzjonijiet amministrattivi li jipprojbixxu lil kwalunkwe impriża tal-gass naturali, awtorità regolatorja jew awtorità oħra milli tkun konformi mad-dmirijiet jew l-obbligi tagħha skond din id-Direttiva.
4.Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali dwar l-implimentazzjoni formali u prattika ta" din id-Direttiva f'kull Stat Membru quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
5.Meta entità kkontrollata pubblikament hija involuta direttament jew indirettament fl-akkwist ta" partijiet ta" impriża integrata vertikalment, il-prezz b'rabta ma" l-arranġament ta" tali tranżazzjoni għandu jitressaq quddiem il-Kummissjoni. Tali notifika għandha tinkludi ċ-ċertifikazzjoni tal-valur moħbi ta" l-assi min-naħa ta" kumpanija internazzjonali ta" l-awdituri. Il-Kummissjoni għandha biss tuża tali informazzjoni sabiex teżerċita kontroll fuq l-għajnuna Statali.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-[...] ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-modalitajiet ta" applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta" l-iskemi ta" sigurtà soċjali (COM(2006)0016 – C6-0037/2006 – 2006/0006(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0016),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 42 u 308 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0037/2006),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0251/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta' Lulju 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-modalitajiet ta" applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta" l-iskemi ta" sigurtà soċjali u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 574/72
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u notevolment l-Artikoli 42 u 308 tiegħu,
Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta" April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta" l-iskemi ta" sigurtà soċjali(1), u notevolment l-Artikolu 89 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni║,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),
Waqt li ddikjaraw b'mod konformi mal-proċedura speċifikata fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3),
Billi:
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 jimmodernizza r-regoli tal-koordinazzjoni ta" l-iskemi nazzjonali ta" sigurtà soċjali ta" l-Istati Membri waqt li jiġu ppreċiżati l-miżuri u l-proċeduri meħtieġa għal attwazzjoni u waqt li jieħu ħsieb is-semplifikazzjoni ta" dawn għall-benefiċċju tal-partijiet kollha kkonċernati. Hemm il-ħsieb li jiġu stabbiliti l-modalitajiet ta" applikazzjoni.
(2) L-organizzazzjoni ta" kooperazzjoni aktar effikaċi u aktar stretta bejn l-istituzzjonijiet ta" sigurtà soċjali hija fattur essenzjali biex tippermetti lill-persuni koperti mir-Regolament (KE) Nru 883/2004 li jibbenefikaw mid-drittijiet tagħhom fl-aħjar żmien u kundizzjonijiet possibbli.
(3) L-użu ta" mezzi elettroniċi huwa adattat għall-iskambju mgħaġġel u ta" fiduċja ta" data bejn l-istituzzjonijiet ta" l-Istati Membri. L-ipproċessar elettroniku ta" dawn il-data għandu jikkontribwixxi għat-tħaffif tal-proċeduri għall-persuni kkonċernati. Dawn għandhom jibbenefikaw barra minn hekk mill-garanziji kollha maħsuba mill-miżuri Komunitarji relatati mal-protezzjoni ta" l-individwi fir-rigward ta" l-ipproċessar ta" data ta" natura personali u taċ-ċirkolazzjoni libera ta" dawn il-data u l-Istati Membri għandhom għalhekk jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li d-data relatata mal-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali nazzjonali koperta mir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tkun utilizzata f'konformità mal-ħarsien ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar tad-data personali u ta' l-iskambju tagħha fil-kuntest ta' dan ir-Regolament.
(4) Id-dettalji, inklużi dawk elettroniċi, ta" l-entitajiet ta" l-Istati Membri li x'aktarx jintervjenu fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, taħt forma li tippermetti l-implimentazzjoni tagħhom fi żmien reali, ikunu disponibbli, u b'hekk ikunu faċilitati l-iskambji bejn l-istituzzjonijiet ta" l-Istati Membri. Dan il-metodu li jagħti importanza għar-rilevanza ta" l-informazzjoni purament ibbażata fuq il-data kif ukoll id-disponibbiltà immedjata għaċ-ċittadini jikkostitwixxi semplifikazzjoni importanti li għandha tkun introdotta minn dan ir-Regolament.
(5)Sabiex jiġi mmassimizzat it-tħaddim bla xkiel u l-ġestjoni effiċjenti tal-proċeduri kumplessi li jimplimentaw ir-regoli dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali , tinħtieġ sistema biex jiġi aġġornat b'mod immedjat l-Anness IV. It-tħejjija u l-applikazzjoni ta' dispożizzjoni għal dan il-għan jitolbu koperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni waqt li l-implimentazzjoni tagħhom għandha ssir b'mod rapidu minħabba l-konsegwenzi li d-dewmien iġib fuq iċ-ċittadini kif ukoll fuq l-awtoritajiet amministrattivi. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tingħata s-setgħa sabiex tistabbilixxi u tmexxi bażi tad-data u tassigura li tkun operattiva ta' lanqas mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha, partikolarment, tieħu l-passi meħtieġa sabiex tintegra f'dik il-bażi tad-data l-informazzjoni mniżżla fl-Anness IV.
(6) Ir-rinfurzar ta" ċerti proċeduri għandu jġib aktar sigurezza ġuridika u trasparenza għal min juża r-Regolament (KE) Nru 883/2004. Notevolment, l-iffissar ta" żmien komuni għall-kisba ta" ċerti obbligi u ta" ċerti stadji amministrattivi għandu jikkontribwixxi għall-kjarifika u jibni r-relazzjonijiet bejn il-persuni assigurati u l-istituzzjonijiet.
(7) L-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jew l-istituzzjonijiet ta" sigurtà soċjali jrid ikollhom il-possibbiltà li jiftiehmu bejniethom dwar proċeduri eħfef u ftehimiet amministrattivi li huma jikkunsidraw aktar effikaċi u adatti aħjar għall-kuntest ta" l-iskemi rispettivi tagħhom ta" sigurtà soċjali. Madankollu tali ftehimiet m'għandhomx jaffettwaw id-drittijiet tal-persuni koperti mir-Regolament (KE) Nru 883/2004.
(8) Il-kumplessità inerenti fil-qasam tas-sigurtà soċjali timponi li għandu jintalab li jsir sforz partikulari għal benefiċċju tal-persuni assigurati mill-istituzzjonijiet ta" l-Istati Membri biex ma jintlaqtux il-persuni kkonċernati li ma kinux għaddew it-talba tagħhom jew ċerta informazzjoni lill-istituzzjoni inkarigata biex tieħu ħsieb din it-talba skond ir-regoli u l-proċeduri speċifikati mir-Regolament (KE) Nru 883/2004 u minn dan ir-Regolament.
(9) Għad-deċiżjoni dwar l-istituzzjoni kompetenti, jiġifieri dik li tagħha l-leġiżlazzjoni hija applikabbli jew taħt liema taqa" r-responsabbiltà tal-ħlas ta" ċerti benefiċċji, is-sitwazzjoni objettiva tal-persuna assigurata u dik tal-membri tal-familja trid tkun studjata mill-istituzzjonijiet ta" Stat Membru wieħed jew aktar. Sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tal-persuna kkonċernata waqt li jsiru dawn l-iskambji indispensabbli bejn l-istituzzjonijiet, hemm il-ħsieb ta" l-affiljazzjoni tiegħu b'mod proviżorju għal leġiżlazzjoni ta" sigurtà soċjali.
(10)L-Istati Membri għandhom jikkoperaw sabiex jiddeterminaw il-post ta' residenza taċ-ċittadini li għalihom japplika dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 883/2004, u f'każ ta' kontestazzjoni, kull Stat Membru għandu jikkunsidra l-kriterji relevanti kollha sabiex isolvi din il-kwistjoni. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jieħdu kont tad-dispożizzjonijiet relevanti ta' dan ir-Regolament.
(11) Bosta miżuri u proċeduri maħsuba f'dan ir-Regolament għandhom l-għan li jkun hemm aktar trasparenza tal-kriterji li l-istituzzjonijiet ta" l-Istati Membri jridu japplikaw fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 883/2004. Dawn il-preċiżjonijiet huma riżultat tal-liġi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni amministrattiva kif ukoll ta" l-esperjenza ta" aktar minn tletin sena ta" applikazzjoni tal-koordinazzjoni ta" l-iskemi ta" sigurtà soċjali fil-qafas tal-libertajiet fundamentali speċifikati mit-Trattat.
(12)Dan ir-regolament jipprevedi miżuri u proċeduri sabiex tkun promossa l-mobilità ta' l-impjegati u ta' dawk bla xogħol. Il-ħaddiema tal-fruntiera li sabu rwieħhom kompletament bla xogħol jistgħu iqiegħdu lilhom infushom disponibbli għas-servizzi tax-xogħol kemm tal-pajjiż residenti kif ukoll ta' l-Istat Membru fejn kienu impjegati l-aħħar. Madanakollu, huma intitolati għall-benefiċċji mill-Istat Membru ta' residenza biss.
(13) L-estensjoni ta" l-ambitu ta" applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għall-persuni assigurati kollha, inklużi dawk li ma jaħdmux, tirrekjedi ċerti regoli u proċeduri speċifiċi għal dawn il-persuni, notevolment sabiex tkun definita l-leġiżlazzjoni applikabbli biex jiġu kkunsidrati l-perjodi ddedikati għall-edukazzjoni tat-tfal minn persuni li qatt ma għamlu xogħol imħallas jew mhux imħallas fl-Istati Membri differenti li fihom kienu jgħixu.
(14) Ċerti proċeduri xorta għad iridu jirriflettu l-esiġenza ta" tqassim bilanċjat tar-responsabbiltajiet bejn l-Istati Membri. B'mod partikulari, fil-qafas tal-fergħa tal-mard, dawn il-proċeduri jridu jikkunsidraw is-sitwazzjoni, min-naħa, ta" l-Istati Membri li jerfgħu l-ispejjeż ta" lqugħ ta" persuni assigurati billi jqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħhom l-iskema tagħhom tas-saħħa, u min-naħa l-oħra, ta" l-Istati Membri ta" liema l-istituzzjonijiet jerfgħu r-responsabbiltà finanzjarja ta" benefiċċji simili rċevuti mill-persuni assigurati fi Stat Membru ieħor li mhux dak fejn huma jgħixu.
(15) Fil-qafas speċifiku tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, iridu jiġu ċċarati l-kundizzjonijiet ta" kif tittieħed ir-responsabbiltà għall-ispejjeż marbutin mal-benefiċċji ta" mard mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali fil-qafas ta" "kuri ppjanati", jiġifieri kuri li persuna assigurata se tfittex fi Stat Membru ieħor li m'huwiex dak li fih hija assigurata jew tgħix. L-obbligi tal-persuna assigurata relatati mat-talba ta" awtorizzazzjoni preliminari għandhom jiġu ppreċiżati, kif għandhom jiġu ukoll ippreċiżati l-obbligi ta" l-istituzzjoni fir-rigward tal-pazjent dwar il-kundizzjonijiet ta" l-awtorizzazzjoni. Hemm ukoll lok li jkunu definiti l-konsegwenzi għat-teħid ta" responsabbiltà finanzjarja għall-kura meħuda fi Stat Membru ieħor fuq il-bażi ta" awtorizzazzjoni.
(16) Proċeduri aktar restrittivi biex jitqassar id-dewmien ta" ħlas ta" dawn id-djun bejn l-istituzzjonijiet ta" l-Istati Membri jidhru essenzjali biex tinżamm il-fiduċja fl-iskambji u twieġeb għall-ordni ta" tmexxija tajba li hija imposta fuq l-iskemi ta" sigurtà soċjali ta" l-Istati Membri. Jaqbel għalhekk li jiġu rrinfurzati l-proċeduri li jolqtu l-ipproċessar ta" djun fil-kuntest tal-benefiċċji ta" mard u ta" qgħad.
(17) Billi l-iskemi ta" sigurtà soċjali koperti mir-Regolament (KE) Nru 883/2004 jistrieħu fuq is-solidarjetà ta" l-assigurati kollha, hemm lok li jiġu previsti mekkaniżmi għal irkuprar aktar effikaċi ta" djun marbutin ma" benefiċċji mħallsa bi żball jew għall-kontribuzzjonijiet mhux imħallsa minn dawn. Il-proċeduri ta" assistenza reċiproka bejn l-istituzzjonijiet iridu jiġu ppreċiżati billi jiġu ispirati mill-miżuri speċifikati mid-Direttiva tal-Kunsill 2008/55/KE tas-26 ta' Mejju 2008 dwar l-assistenza reċiproka fil-qasam ta" irkuprar ta" djun relatati ma" ċerti kontribuzzjonijiet, drittijiet, taxxi u miżuri oħrajn(4) biex jiġu mħarsa aħjar l-interessi finanzjarji ta" l-Istati Membri billi tiġi organizzata l-kooperazzjoni, notevolment bejn l-amministrazzjonijiet fiskali.
(18) L-informazzjoni tal-persuni assigurati fuq id-drittijiet tagħhom u l-obbligi tagħhom hija element essenzjali ta" relazzjoni ta" fiduċja ma" l-awtoritajiet kompetenti u l-istituzzjonijiet ta" l-Istati Membri.
(19) Billi l-għan ta" dan ir-regolament, jiġifieri l-adozzjoni ta" miżuri ta" koordinazzjoni bl-għan li jiżguraw l-eżerċizzju effettiv tal-moviment ħieles tal-persuni, ma tistax tiġi attwata b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri u tista" għalhekk, ║, tiġi attwata aħjar fuq il-livell Komunitarju, il-Komunità tista" tieħu miżuri konformi mal-prinċipju ta" sussidjarjetà speċifikat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformi ma" l-imsemmi prinċipju ta" proporzjonalità kif speċifikat fl-imsemmi Artikolu, f'dan ir-Regolament ma jeċċedix dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq l-għan.
(20) Dan ir-Regolament għandu jissostitwixxi r-Regolament (KEE) Nru 574/72 tal-Kunsill tal-21 ta" Marzu 1972 li jistabbilixxi l-modalitajiet ta" applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 relatat ma" l-applikazzjoni ta" skemi ta" sigurtà soċjali għall-impjegati u għall-familja tagħhom li jiċċaqalqu ġewwa l-Komunità(5).
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Titolu I
Miżuri ġenerali
Kapitolu I
Definizzjonijiet
Artikolu 1
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta" dan ir-Regolament:
(a)
"Regolament bażiku" għandha tfisser ir-Regolament (KE) Nru 883/2004;
(b)
"Regolament implimentattiv'għandha tfisser dan ir-Regolament; u
2. Għall-finijiet ta" dan ir-Regolament, barra mid-definizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, :
a)
"punt ta" aċċess", għandha tfisser kwalunkwe entita' nnominat bħala punt ta' kuntatt elettroniku mill-awtorità kompetenti ta" Stat Membru għal fergħa waħda jew aktar tas-sigurtà soċjali msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku, li għandu l-funzjoni li jibgħat u li jirċievi b'mezzi elettroniċi l-data meħtieġa għall-applikazzjoni tar-Regolament bażiku u r-Regolament implimentattiv permezz tan-netwerk komuni ▌databejn, l-Istati Membri▌;
b)
"entità ta" kuntatt", għandha tfisserkwalunkwe entità nnominata mill-awtorità kompetenti ta" Stat Membru, għal fergħa jew bosta fergħat ta" sigurtà soċjali speċifikati fl-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku, li x'aktarx twieġeb għat-talbiet għal tagħrif u għal assistenza fir-rigward ta' l-applikazzjoni tar-Regolament bażiku u r-Regolament implimentattiv u li trid twettaq il-kompiti assenjati lilha taħt, it-Titolu IV tar-Regolament implimentattiv;
c)
"dokument", għandha tfisser ġabra ta"data, irrispettivament mill-mezz użat, strutturata b'tali mod li tista' tkun skambjata b'mezzi elettroniċi u li trid tiġi kkomunikata agħhom biex joperaw ir- -Regolament bażiku u ir-Regolament implimentattiv;
d)
"messaġġ elettroniku standardizzat", għandha tfisser kull dokument strutturat f'format mfassalgħall-iskambju ta" informazzjoni bejn l-Istati Membri;
e)
"trażmissjoni b'mezz elettroniku", it-trażmissjoni permezz ta" tagħmir elettroniku ta" ipproċessar tal-data (inkluża l-kompressjoni numerika), permezz ta" wajer, radju, tekniki ottiċi jew kull teknika elettromanjetika oħra;
Miżuri relatati mal-kooperazzjoni u ma" l-iskambji ta" data
Artikolu 2
Ambitu u modalitajiet ta" l-iskambji bejn l-istituzzjonijiet
1. Għall-finijiet tar-Regolament implimentattiv, l-iskambji bejn l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet ta' l-Istati Membri kif ukoll il-persuni koperti mir-Regolament bażiku għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji tas-servizz pubbliku, l-objettività, il-koperazzjoni, l-assistenza attiva, l-effiċjenza, l-aċċessibilità għal persuni b'diżabilità u s-servizz fil-pront.▌
2. L-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu jew jiskambjaw, fil-limitu ta' żmien stabbilit mil-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali ta' l-Istat Membru kkonċernat, il-data kollha meħtieġa għat-twaqqif u d-determinazzjoni tad-drittijiet u ta" l-obbligi tal-persuni li għalihom japplika r-Regolament bażiku. Dawn il-data għandhom jiġu trasferiti bejn l-Istati Membri direttament mill-istituzzjonijiet infushom jew indirettament permezz ta'l-entitajiet ta' kuntatt.
3. Meta persuna assigurata tkun għaddiet bi żball informazzjoni, dokumenti jew talbiet lill-istituzzjoni fit-territorju ta' Stat Membru li mhuwiex dak li fih tinsab l-istituzzjoni nnominata skond ir-Regolament implimentattiv, din l-informazzjoni, id-dokumenti jew it-talbiet għandhom jiġu mgħoddija mill-ġdid mingħajr dewmien mill-ewwel istituzzjoni lill-istituzzjoni nnominata skond ir-Regolament implimentattiv, filwaqt li tiġi indikata d-data li fiha ġew mgħoddija fil-bidu. Din id-data tiġi imposta fuq l-istituzzjoni ta" l-aħħar. Madankollu, l-istituzzjonijiet ta' Stat Membru ma għandhomx jinżammu responsabbli, jew jitqiesu li jkunu ħadu deċiżjoni minħabba li naqsu li jieħdu azzjoni fejn dan jirriżulta mit- trażmissjoni tardiva ta' informazzjoni, dokumenti jew talbiet minn istituzzjonijiet ta' Stati Membri oħrajn.
▌
4. Meta l-komunikazzjoni tal-data ssir permezz ta" l-intermedjarju tal-punt ta" aċċess jew ta" l-organu ta" kuntatt, dan il-punt ta" aċċess jew dan l-organu ta" kuntatt huwa kkunsidrat li qiegħed jieħu r-rwol u l-funzjoni ta" l-istituzzjoni meħtieġa f'dan l-Istat Membru f'dak li għandu x'jaqsam maż-żmien għal tweġiba tat-talbiet li jsiru lilu.
Artikolu 3
Ambitu u modalitajiet ta" l-iskambji bejn il-benefiċjarji u l-istituzzjonijiet
1. Persuni li għalihom japplika r-Regolament bażiku huma marbuta li jikkomunikaw lill-istituzzjoni relevanti informazzjoni, id-dokumenti jew xhieda ta' evidenza meħtieġa għall-istabbiliment tas-sitwazzjoni tagħhom jew dik tal-familji tagħhom u tad-drittijet tagħhom u ta" l-obbligi tagħhom, tal-manteniment ta" dawn, kif ukoll tad-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli u ta" l-obbligi tagħhom fir-rigward ta" din.
▌
2. Meta d-data persunali tiġi miġbura, trażmessa jew ipproċessata l-skond il-leġiżlazzjoni tagħhom sabiex ikun jista' jiġi implimentat ir-Regolament bażiku, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni kkonċernatidikunu jistgħu jeżerċitaw b'mod sħiħ id-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-ħarsien tad-data personali, skondid-dispożizzjonijietKomunitarji fil-qasam ta" protezzjoni ta" l-individwi fir-rigward ta" l-ipproċessar ta" data ta" natura personali u għaċ-ċirkolazzjoni libera ta" dawk il-data.
B'mod partikolari,l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li dik id-data personali ma tintużax għal skopijiet li mhumiex dawk tas-sigurtà soċjali minbarra meta espressament awtorizzati mill-persuna kkonċernata. L-Istati Membri għandhom ukoll, meta mitluba, jipprovdu lill-persuni kkonċernati, informazzjoni speċifika u adegwata dwar l-iproċessar tad-data personali tagħhom meħtieġa għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.
Il-persuni kkonċernati għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom dwar din id-data fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament permezz ta' l- istituzzjoni kompetenti, irrispettivament mill-oriġini tad-data.
Il-lista ta', u d-dettallji ta' fejn jistgħu jiġu kkuntatjati l-uffiċjali għall-protezzjoni tal-data personali nnominati f'kull Stat Membru skond l-Artikolu 18 tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar tal-data personali u dwar il-moviment liberu ta' data bħal din(6), u li jittrattaw data li għandha x'taqsam ma' leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali koperta mir-Regolament bażiku għandha tkun parti mill-Anness IV tar-Regolament implimentattiv.
3. Sa fejn hu meħtieġ għall-applikazzjoni tar-Regolament bażiku u r-Regolament implimentattiv, l-istituzzjonijiet relevantigħandhom jikkomunikaw ▌l-informazzjoni u jwasslu d-dokumenti ▌lill-persuni kkonċernati fil-limitu ta' żmien stabbilit mil-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali ta' l-Istat Membru kkonċernat.
4. L-istituzzjoni kompetenti ta" Stat Membru li tindirizza direttament dokument li jkollu deċiżjoni dwar id-drittijiet ta" persuna residenti jew li toqgħod għal ftit żmien fuq it-territorju ta" Stat Membru ieħor, titlob dikjarazzjoni ta" riċevuta tkun xi tkun ir-referenza jew il-mod kif jintbagħtu. Id-dikjarazzjoni ta" riċevuta tista" tingħata fuq kull referenza jew b'kull mezz.
5. Fin-nuqqas ta" prova li ntbagħtet id-deċiżjoni speċifikata fil-paragrafu 4, iż-żminijiet relatati mat-telf jew mal-preskrizzjoni tad-drittijiet mogħtija skond ir-Regolament bażiku ma japplikawx għall-benefiċjarji.
6. Meta d-data li ntbagħtet din id-deċiżjoni speċifikata fil-paragrafu 4 tkun stabbilita kif għandu jkun, id-deċiżjoni ta" l-istituzzjoni kompetenti hija kkunsidrata li tapplika għall-interessat fi żmien xahar wara din id-data. Madankollu, jekk il-leġiżlazzjoni ta" l-Istat Membru tipprevedi żmien itwal, dan iż-żmien japplika.
7. F'kull stat ta" kawża, il-persuna kkonċernata tiddisponi minn mezzi ta" rikors u minn proċeduri speċifikati mil-leġiżlazzjoni li tapplika l-istituzzjoni li tieħu d-deċiżjoni.
▌
Artikolu 4
Format u mod ta" skambju ta" data
1. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi l-istruttura, l-kontenut u l-format ta" dokumenti ▌u messaġġi elettroniċi standardizzati kif ukoll il-modalitajiet għall-iskambju tagħhom..
2. It-trażmissjoni ta" data bejn l-istituzzjonijiet, il-punti ta" aċċess jew l-organi ta" kuntatt issir b'mezz elettroniku, f'qafas sigur komuni kapaċi li jiżgura l-kunfidenzjalità u l-protezzjoni ta" l-iskambju ta" data.
3. Fil-komunikazzjonijiet tagħhom mal-persuni kkonċernati, l-istituzzjonijiet relevanti jużaw il-modalitajiet xierqa għal kull każ, u, sa fejn hu possibbli, jużaw l-aktar l-użu tat-tekniki elettroniċi. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi biex tibgħat l-informazzjoni, id-dokumenti jew id-deċiżjonijiet b'mezzi elettroniċi lill-persuna kkonċernata.
Artikolu 5
Valur ġuridiku ta" dokumenti u ta" xhieda dokumentata stabbiliti fi Stat Membru ieħor
1. Id-dokumenti maħruġa mill-istituzzjoni ta" Stat Membru li jiċċertifika s-sitwazzjoni ta" persuna għall-finijiet ta" l-applikazzjoni tar-Regolament (bażiku u ta" dan ir-Regolament, kif ukoll ix-xhieda dokumentati stabbiliti mill-awtoritajiet ta" Stat Membru ieħor, inklużi l-awtoritajiet fiskali, jiġu imposti għall-istituzzjonijiet ta" l-Istati Membri l-oħrajn sakemm dawn id-dokumenti jew dawn ix-xhieda ma jiġux irtirati jew dikjarati invalidi mill-awtorità jew l-istituzzjoni kompetenti ta" l-Istat Membru fejn huma ġew stabbiliti.
2. F'każ ta" dubju fuq il-validita' tad-dokument jew l-eżattezza tad-data li huma l-bażi tal-fatti li jidhru fih, l-istituzzjoni ║li tirċievi d-dokument għandha titlob lill-istituzzjoni li ħarġitu ║l-kjarifiki meħtieġa u, fejn hu l-każ, l-irtirar ta" l-imsemmi dokument. L-istituzzjoni li toħroġ id-dokument għandha tikkunsidra mill-ġdid ir-raġunijiet għall-ħruġ tad-dokument u, jekk meħtieġ, li tirtirah.
3. F'nuqqas ta" ftehim bejn l-istituzzjonijiet ikkonċernati fix-xahar ta" wara d-data tat-talba ta" l-istituzzjoni li rċeviet id-dokument, il-kummissjoni amministrattiva tista" titqabbad b'konformità ma" l-Artikolu 76(6) tar-Regolament bażiku biex tgħaqqad l-opinjonijiet fis-sitt xhur wara li titqabbad.
Artikolu 6
Applikazzjoni proviżorja ta" leġiżlazzjoni u ħlas proviżorju ta" benefiċċji
1. Sakemm mhux previst mod ieħor fir-Regolament implimentattiv, fejn ikun hemm differenza ta' opinjoni bejn l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet ta' żewġ Stati Membri jew aktar dwar d-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli, ▌il-persuna kkonċernata għandha tkun suġġetta proviżorjament għal-leġiżlazzjoni ta' wieħed minn dawn l-Istati Membri, fejn l-ordni ta' prijorità tiġi determinata b'referenza għall-kriterji li ġejjin:
a)
il-leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru fejn il-persuna attwalment twettaq l-impjieg tagħha jew l-impjieg għal rasha jekk l-impjieg jew l-impjieg għal rasha jitwettaq fi Stat Membru wieħed biss;
b)
il-leġiżlazzjoni ta" l-Istat Membru ta" residenza, meta hija teżerċita parti mill-attività jew mill-attivitajiet tagħha jew meta ma teżerċitax attività bil-paga jew self-employed; jew
(
c) il-leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru kkonċernat li l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tiegħu , rikjesta, fejn il-persuna twettaq attività jew attivitajiet f'żewġ Stati Membri jew aktar ;
2. F'każ ta" differenza fl-opinjoni" bejn l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet kompetenti ta" żewġ jew bosta Stati Membri dwar id-determinazzjoni ta" l-istituzzjoni msejħa biex tagħti l-benefiċċji, l-interessat li jista" jikklejmja benefiċċji jekk ma jkunx kuntestat, jibbenefika proviżorjament mill-benefiċċji speċifikati mil-leġiżlazzjoni li tapplika l-istituzzjoni tal-post ta" residenza jew, jekk l-interessat ma joqgħodx fuq it-territorju ta" wieħed mill-Istati Membri inkawża, mill-benefiċċji speċifikati mil-leġiżlazzjoni applikata mill-istituzzjoni li lilha ġiet ippreżentata l-ewwel applikazzjoni.
3.Fejn ma jintlaħaqx qbil bejn l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet ikkonċernati, il-kwistjoni tista' titressaq quddiem il-Kummissjoni Amministrattiva permezz ta' l-awtoritajiet kompetenti mhux aktar kmieni minn xahar wara d-data li fiha seħħet id-differenza ta' opinjoni hekk kif imsemmi fil-paragrafi 1 jew 2. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tfittex li tirrikonċilja l-opinjonijiet fi żmien sitt xhur mid-data li fiha l-kwistjoni tkun tressqet quddiemha.
4. Meta jiġi stabbilit li l-leġiżlazzjoni applikabbli mhix dik ta" l-Istat Membru li fih seħħet l-affiljazzjoni proviżorja jew jekk l-istituzzjoni li tat il-benefiċċji proviżorjament ma kenitx l-istituzzjoni kompetenti, l-istituzzjoni identifikata bħala kompetenti għandha tkun kkunsidrata li hi hekk b'mod retroattiv daqs li kieku id-differenza fl-opinjoni qatt ma seħħet, l-aktar tard mid-data ta" l-affiljazzjoni proviżorja jew mill-ewwel għotja proviżorja tal-benefiċċji inkawża.
5. Jekk meħtieġ, l-istituzzjoni kompetenti tirregola s-sitwazzjoni finanzjarja tal-persuna kkonċernata fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u tal-benefiċċji li tħallsu b'mod provviżorju, jekk meħtieġ,skond il-modalitajiet speċifikati mill-Artikoli 71 sa 81 tar-Regolament implimentattiv.
Il-benefiċċji n-natura mogħtija provviżorjament skond il-paragrafu 2 għandhom jiġu rrimborżati mill-istituzzjoni kompetenti bi qbil mat-Titolu IV tar-Regolament implimentattiv.
Artikolu 7
Obbligu ta" ħlas proviżorju
1. Sakemm ma jkunx previst mod ieħor fir-Regolament implimentattiv, fejn persuna tkun eliġibbli biex tirċievi benefiċċju jew għandha tħallas xi kontribuzzjoni skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, ul-istituzzjoni kompetenti m'għandhiex l-informazzjoni kollha dwar is-sitwazzjoni fi Stat Membru ieħor li jkunu jippermettu l-kalkolu definittiv ta" l-ammont ta" dak il-benefiċċju jew ta" kontribuzzjoni, dik l-istituzzjonigħandha tipproċedi għall-ħlas proviżorju ta" dan il-benefiċċju fuq talba tal-persuna kkonċernata jew tikkalkola din il-kontribuzzjoni jekk tali kalkolu jkun possibbli fuq il-bażi ta' l-informazzjoni li tkun disponibbli għall-istituzzjoni.
2. Kalkolu ġdid tal-benefiċċju jew tal-kontribuzzjoni inkawża jrid jiġi stabbilit meta x-xhieda dokumentati jkunu pprovduti lill-istituzzjoni kkonċernata.
Kapitolu III
Miżuri ġenerali oħrajn ta" applikazzjoni tar-Regolament bażiku
Artikolu 8
Ftehimiet amministrattivi bejn żewġ jew bosta Stati Membri
1. Il-miżuri ta" dan ir-Regolament għandhom jissostitiwixx l-arranġament għall-applikazzjoni tal-konvenzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku, ħlief għall-miżuri ta' l-arranġamenti relatati mal-konvenzjonijiet speċifikati fl-Anness II tar-Regolament bażiku, sakemm il-miżuri fl-arranġamenti imsemmija ma jkunux imniżżla fl-Anness I tar-Regolament implimentattiv.
2. L-Istati Membri jistgħu jilħqu bejniethom, jekk meħtieġ, ftehim relatati ma" l-applikazzjoni ta" konvenzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament bażiku,▌ sakemm dawn il-ftehimiet ma jaffettwawx id-drittijiet u l-obbligi tal-persuni kkonċernati u huma inklużi fl-Anness I tar-Regolament implimentattiv.
Artikolu 9
Proċeduri oħrajn bejn istituzzjonijiet
1. Żewġ Stati Membri jew aktar, jew l-awtoritajiet ▌kompetenti tagħhom, jistgħu jiftiehmu dwar proċeduri li m'humiex dawk speċifikati mir-Regolament implimentattiv,, sakemm dawn il-proċeduri ma jaffettwawx id-drittijiet u l-obbligi tal-persuni kkonċernati.
2. Il-ftehimiet milħuqa għal dak il-għan jitwasslu għall-għarfien tal-kummissjoni amministrattiva u jkunu elenkati fl-Anness I ta" dan ir-Regolament.
Artikolu 10
Prevenzjoni ta" benefiċċji mtennija
Meta l-benefiċċji dovuti taħt titolu tal-leġiżlazzjoni ta" żewġ jew bosta Stati Membri jkunu mnaqqsa, sospiżi jew imneħħija reċiprokament, l-ammonti li ma jkunux tħallsu fil-każ ta" applikazzjoni stretta tal-klawżoli ta" tnaqqis, ta" sospensjoni jew ta" tneħħija speċifikati mil-leġiżlazzjoni ta" l-Istati Membri kkonċernati jiġu maqsuma bin-numru ta" benefiċċji suġġetti għal tnaqqis, sospensjoni jew tneħħija.
Artikolu 11
Fatturi għad-determinazzjoni tar-residenza
1. Fejn hemm differenza fl-opinjonijiet bejn l-istituzzjonijiet ta" żewġ Stati Membri jew aktar dwar id-determinazzjoni tar-residenza ta" persuna li għaliha japplika r-Regolament bażiku, dawn l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu bi ftehim komuni ċ-ċentru ta" interess tal-persuna fuq il-bażi ta' evalwazzjoni globali ta' l-informazzjoni kollha disponibbli relatata mal-data relevanti, li jistgħu jinkludu, kif meħtieġ:
a)
it-tul u l-kontinwità ta" żmien tal-preżenza fit-territorju ta' l-Istati Membri kkonċernati;
b)
iċ-ċirkostanzi personali, inkluż:
i)
in-natura u l-karatteristiċi speċifiċi ta' kwalunkwe attività li titwettaq, b'mod partikolari l-post fejn l-attività normalment titwettaq, in-natura stabbli ta' l-attività jew it-tul ta' żmien ta' kwalunkwe kuntratt tax-xogħol;
(
ii) is-sitwazzjoni tal-familja, tiegħu/tagħha u r-rabtiet tal-familja;
iii)
it-twettiq ta' kwalunkwe attività mingħajrħlas;
iv)
fil-każ ta' studenti, is-sors tad-dħul tagħhom;
v)
is-sitwazzjoni tad-djar tagħhom, partikolarment kemm hi permanenti;
(
vi) l-Istat Membru li fih il-persuna hija meqjusa li għandha r-residenza għal finijiet ta' tassazzjoni.
2. Fejn l-evalwazzjoni tal- kriterji differenti bbażati fuq data relevanti kifimsemmija fil-paragrafu 1 ma twassalx għall-ftehim ta' l-istituzzjonijiet ikkonċernati, il-volontà tal-persuna, kif jidher mill- fatti u ċirkostanzi, speċjalment ir-raġunijiet li wasslu lill-persuna biex tibdel ir-residenzagħandha tiġi meqjusa bħala determinanti biex jiġi stabbilit il-post ta" residenza attwali tagħha.
Artikolu 12
L-għadd totali tal-perjodi
1. Għall-finijiet ta" l-applikazzjoni ta" l-Artikolu 6 tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni kompetenti għandha tindirizza lill-istituzzjonijiet ta" l-Istati Membri ta" liema leġiżlazzjoni l-persuna kkonċernata diġa' kienet suġġetta biex tikseb il-komunikazzjoni tal-perjodi kollha ▌mwettqa taħt din il-leġiżlazzjoni.
2. Il-perjodi ta" assigurazzjoni ta' impjieg, ta' meta persuna tkun impjegata għal rasha jew ta" residenza mwettqa taħt il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru għandhom jingħaddu ma' dawk mwettqa taħt il-leġiżlazzjoni ta" kull Stat Membru ieħor, sakemm huwa meħtieġ għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament bażiku, bil-kundizzjoni li dawn il-perjodi ma jikkoinċidux.
3. Meta perjodu ta" assigurazzjoni jew ta" residenza obbligatorja mwettaq ║skond il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru jikkoinċidi ma" perjodu ta" assigurazzjoni kontinwa jew volontarja skond il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru ieħor, huwa biss il-perjodu ta' assigurazzjoni obbligatorja li jiġi kkunsidrat.
4. Meta perjodu ta" assigurazzjoni jew ta" residenza ħlief għal perjodu simili mwettaq taħt il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru jikkoinċidi ma" perjodu simili skond il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru ieħor, huwa biss il-perjodu ħlief għal perjodu simili li jiġi kkunsidrat.
5. Kull perjodu simili skond il-leġiżlazzjonijiet ta" żewġ jew bosta Stati Membri ma jiġix ikkunsidrat ħlief mill-istituzzjoni ta" l-Istat Membru taħt il-leġiżlazzjoni ta" liema l-assigurat kien suġġett l-aħħar b'mod obbligatorju qabel il-perjodu msemmi. Fil-każ fejn l-assigurat ma kienx suġġett b'mod obbligatorju għal-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru qabel il-perjodu msemmi, dan jiġi kkunsidrat mill-istituzzjoni ta" l-Istat Membru taħt il-leġiżlazzjoni ta" liema huwa kien suġġett b'mod obbligatorju għall-ewwel darba wara l-perjodu msemmi.
6. Fil-każ fejn iż-żmien li fih ċerti perjodi ta" assigurazzjoni jew ta" residenza ġew imwettqa taħt il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru ma jistax ikun determinat b'mod preċiż, huwa presunt li dawn il-perjodi ma jikkoinċidux ma" perjodi ta" assigurazzjoni jew ta" residenza mwettqa taħt il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru ieħor u jiġi kkunsidrat, fejn ikun ta' vantaġġ għall-persuna kkonċernata sakemm huma jistgħu jiġu kkunsidrati b'mod utli.
7. Fejn perjodi ta' assigurazzjoni jew residenza ma jiġux ikkunsidrati skond dan l-Artikolu peress li perjodi oħrajn li ma jikkwalifikawx għall-benefiċċju kkonċernat jieħdu preċedenza, il-perjodi li ma ġewx ikkunsidrati m'għandhomx jitilfu l-effett tagħhom, taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali, fir-rigward ta' l-akkwist, iż-żamma jew l-irkupru tad-dritt għall-benefiċċji.
Meta l-perjodi ta" assigurazzjoni mwettqa taħt il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru jkunu espressi f'unitajiet differenti minn dawk użati minn║ Stat Membru ieħor, il-konverżjoni meħtieġa għall-finijiet ta" l-għadd totali ssir skond ir-regoli li ġejjin:
a)
ġurnata hija ekwivalenti għal tmien sigħat u viċi-versa;
b)
ħamest ijiem huma ekwivalenti għal ġimgħa u viċi-versa;
c)
tnejn u għoxrin ġurnata huma ekwivalenti għal xahar u viċi-versa;
d)
tliet xhur jew tlettax-il ġimgħa jew sitta u sittin ġurnata huma ekwivalenti għal kwart ta" sena u viċi-versa;
e)
għall-konverżjoni ta" ġimgħat f'xhur u viċi-versa, il-ġimgħat u x-xhur iridu jinbidlu fi ġranet;
f)
l-applikazzjoni tal-punti a) sa e) ma tistax b'riżultat ta" dan ikollha, għall-perjodi kollha ta" assigurazzjoni mwettqa matul sena kalendarja, total akbar minn 264 ġurnata jew 52 ġimgħa jew tnax-il xahar jew erba" kwarti ta" sena.
Meta l-perjodi ta" assigurazzjoni mwettqa taħt il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru jkunu espressi f'xhur, il-ġranet li jikkorrispondu għal frazzjoni ta" xahar, b'konformità mar-regoli ta" konverżjoni msemmija fl-ewwel paragrafu, jiġu kkunsidrati bħala xahar sħiħ.
Titolu II
Determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli
Artikolu 14
Dettalji relatati ma" l-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament bażiku
1.Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, "persuna li twettaq attività bħala persuna impjegata fi Stat Membru f'isem min iħaddem … u li tintbagħat minn dik il-persuna li tħaddimha biex taħdem fi Stat Membru ieħor" għandha tinkludi persuna li tiġi reklutata bil-ħsieb li tintbagħat biex taħdem fi Stat Membru ieħor, sakemm il-persuna kkonċernata, immedjatament qabel il-bidu ta' l-impjieg tagħha, ma tkunx diġà soġġetta għal-leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru li fih il-persuna li timpjegaha hija stabbilita.
2.Għall-finijiet ta" l-applikazzjoni ta" l-Artikolu 12(1) tar-Regolament bażiku, il-kliem, "li normalment twettaq l-attivitajiet tagħha hemm" għandhom jirreferu għal persuna li tħaddem u li ordinarjament twettaq attivitajiet sostanzjali, minbarra attivitajiet interni ta' ġestjoni, fit-territorju ta' l-Istat Membru li fih hi stabbilita, waqt li jitqiesu l-kriterji kollha li jikkaratterizzaw l-attivitajiet imwettqa mill-impriża kkonċernata. Il-kriterji relevanti għandhom ikunu adatti għall-karatteristiċi speċifiċi ta' kull min iħaddem u għan-natura vera ta' l-attivitajiet imwettqa.
3.Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 12(2) tar-Regolament bażiku, l-espressjoni "li normalment twettaq attività bħala persuna li taħdem għal rasha" għandha tirreferi għal persuna li abitwalment twettaq attivitajiet sostanzjali fit-territorju ta' l-Istat Membru li fih hija stabbilita. B'mod partikolari, dik il-persuna għandha tkun diġà qed twettaq l-attività tagħha għal xi żmien qabel id-data meta hija tkun tixtieq tieħu vantaġġ mid-dispożizzjonijiet ta' dak l-Artikolu u, matul kwalunkwe perjodu ta' attività temporanja fi Stat Membru ieħor, għandha tkompli żżomm, fl-Istat Membru fejn hija stabbilita, ir-rekwiżiti għat-twettiq ta' l-attività tagħha sabiex hija tkun tista' twettaqha meta tirritorna.
4. Għall-finijiet ta" l-applikazzjoni ta" l-Artikolu 12(2) tar-Regolamentbażiku, il-kriterju biex jiġi determinat jekk ix-xogħol li jmur jagħmel ħaddiem self-employed fi Stat Membru ieħor huwiex "simili" għax-xogħol self-employed li normalment kien jeżerċita huwa dak tan-natura reali tax-xogħol u mhux mill-kwalifika ta" xogħol bil-paga jew self-employed mogħtija eventwalment għal dan ix-xogħol minn dan l-Istat Membru l-ieħor.
5.Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku persuna li "normalment twettaq attività bħala persuna impjegata f'żewġ Stati Membri jew aktar" għandha tirreferi, b'mod partikolari, għal persuna li:
a)
filwaqt li żżomm attività fi Stat Membru wieħed, twettaq simultanjament attività separata oħra fi Stat Membru wieħed jew aktar irrispettivament mit-tul ta' żmien u n-natura ta' din l-attività separata;
b)
twettaq b'mod kontinwu attivitajiet li jalternaw, bl-eċċezzjoni ta' attivitajiet marġinali, f'żewġ Stati Membri jew aktar, irrispettivament mill-frekwenza jew ir-regolarità ta' l-alternazzjoni.
6.Għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 13(2) tar-Regolament bażiku persuna li "normalment twettaq attività bħala persuna li taħdem għal rasha f'żewġ Stati Membri jew aktar" għandha tirreferi, b'mod partikolari, għal persuna li simultanjament jew b'mod li jalterna, twettaq attività separata waħda jew aktar f'impjieg għal rasha, irrispettivament min-natura ta' dawk l-attivitajiet, fit-territorji ta' żewġ Stati Membri jew aktar.
7.Sabiex wieħed jiddistingwi l-attivitajiet tal-paragrafi 5 u 6 mis-sitwazzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 12(1) u (2) tar-Regolament bażiku, it-tul ta' żmien ta' l-attività fi Stat Membru jew aktar (kemm jekk hi permanenti kif ukoll jekk ta' natura ad hoc jew temporanja) għandu jkun deċisiv. Għal dawn il-finijiet, għandha ssir evalwazzjoni ġenerali tal-data relevanti kollha kif ukoll, b'mod partikolari fir-rigward ta' persuna impjegata, tal-post fejn isir ix-xogħol kif definit fil-kuntratt tax-xogħol.
8. Għall-finijiet ta" l-applikazzjoni ta" l-Artikolu 13(1) u (2) tar-Regolament bażiku▌, "parti sostanzjali ta" attività bil-paga jew self-employed" eżerċitata fi Stat Membru għandha tfisser parti importanti b'mod kwantitattiv ta" l-attivitajiet kollha tal-ħaddiem bil-paga jew self-employed hija eżerċitata hemmhekk, mingħajr ma din tkun bilfors il-parti l-kbira ta" dawn l-attivitajiet.▌
Biex jiġi ddeterminat jekk parti sostanzjali ta' l-attività hijiex imwettqa fi Stat Membru, għandhom jiġu kkunsidrati l- kriterji indikattivi li ġejjin:
a)
fil-każ ta' attività ta' persuna impjegata, il-ħin tax-xogħol u/jew ir-remunerazzjoni; kif ukoll
b)
fil-każ ta' attività ta' persuna li taħdem għal rasha figuri ta" negozju, ta" ħin ta" xogħol in-numru ta' servizzi mogħtija u/jew id-dħul
Fil-qafas ta' evalwazzjoni globali, tatal ta' anqas minn 25% tal-kriterji msemmijin hawn fuq għandu jindika li parti sostanzjali ta' l-attivitajiet kollha mhix imwettqa fl-Istat Membru rilevanti.
9. Għall-finijiet ta" l-applikazzjoni ta" l-Artikolu 13(2)(b) tar-Regolament (bażiku, iċ-"ċentru ta" interess" ta" l-attivitajiet ta" ħaddiem self-employed huwa determinat billi jiġu kkunsidrati l-fatturi kollha li jagħmlu l-attivitajiet professjonali tiegħu, notevolment il-post fejn qiegħed l-indirizz fiss u permanenti tax-xogħol ta" l-interessat, il-karattru abitwali jew id-dewmien ta" l-attivitajiet li jsiru, l-Istat Membru li fih l-interessat huwa suġġett għat-taxxi fuq id-dħul kollu tiegħu jkun xi jkun is-sors, kif ukoll il-volontà ta" l-interessat kif tidher fiċ-ċirkostanzi kollha.
10. Sabiex tiġi determinata l-leġiżlazzjoni applikabbli skond il-paragrafi 8 u 9, l-istituzzjonijiet ikkonċernati għandhom jieħdu kont tas-sitwazzjoni prevista għat-tnax-il xahar kalendarji li jkunu ġejjin.
11. Fil-każ fejn persuna teżerċita l-attività tagħha bil-paga f'żewġ jew bosta Stati Membri għal min iħaddimha li hu stabbilit barra mit-territorju ta" l-Unjoni u meta din il-persuna tgħix fi Stat Membru mingħajr ma teżerċita hemmhekk attività sostanzjali, hija suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta" l-Istat Membru ta" residenza.
▌
Artikolu 15
Il-Proċeduri għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 11(3)(b) u (d), l-Artikolu 11(4) u l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku (dwar id-dispożizzjoni ta' informazzjoni għall-istituzzjonijiet konċernati)
1.Sakemm mhux previst mod ieħor mill-Artikolu 16 tar-Regolament implimentattiv, fejn persuna twettaq l-attività tagħha fi Stat Membru li m'huwiex l-Istat Membru kompetenti taħt it-Titolu II tar-Regolament bażiku, il-persuna li tħaddem jew, fil-każ ta' persuna li ma twettaqx attività bħala persuna impjegata, il-persuna kkonċernata, għandha tinforma b'dan lill-istituzzjoni kompetenti ta' l-Istat Membru li tiegħu hija applikabbli l-leġiżlazzjoni, kull meta jkun possibbli minn qabel. Dik l-istituzzjoni għandha, mingħajr dewmien, tagħmel l-informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli lill-persuna kkonċernata skond l-Artikolu 11 (3)(b) jew l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku disponibbli lill-istituzzjoni magħżula mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fih tiġi mwettqa l-attività.
2.Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal persuni koperti mill-Artikolu 11 (3)(d) tar-Regolament bażiku.
3.Persuna li tħaddem fis-sens ta' l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku li għandha persuna mpjegata abbord bastiment li fuqu tkun qed tittajjar il-bandiera ta' Stat Membru ieħor għandha tinforma b'dan lill-istituzzjoni kompetenti ta' l-Istat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu hija applikabbli, kull meta jkun possibbli minn qabel. Dik l-istituzzjoni, mingħajr dewmien, għandha tagħmel disponibbli l-informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-persuna kkonċernata, skond l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, lill-istituzzjoni magħżula mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li l-bandiera tiegħu tkun qed tittajjar fuq il-bastiment li fuqu l-impjegat se jwettaq l-attività tiegħu.
1. Il-persuna li teżerċita attivitajiet f'żewġ jew bosta Stati Membri tinforma b'dan lill-istituzzjoni nnominata mill-awtorita' kompetenti ta" l-Istat Membruta' residenza. Din l-istituzzjoni tgħaddi din l-informazzjoni lill-istituzzjoni nnominata ta" kull Stat Membru fejn qiegħda ssir attività.
2. L-istituzzjoni nominata mill-awtorita' kompetenti ta' l-Istat Membru ta' -residenza,għandha,mingħajr dewmien, jiddeterminaw l-leġiżlazzjoni applikabbli għall-interessat, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-miżuri ta' l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku u ta' l-Artikolu 14tar-Regolament implimentattiv. Din id-determinazzjoni għandha inizjalment tkun provviżorja. L-istituzzjoni għandha tinforma lill-istituzzjonijiet nominati mill-awtorita' kompetenti ta' kull Stat Membru li fih qed titwettaq attività dwar id-determinazzjoni provviżorja tagħha.
3. Id-determinazzjoni provviżorja tal-leġiżlazzjoni applikabbli , kif previst fil-paragrafu 2, issir definittiva fi żmien xahrejn minn meta ▌lill-istituzzjoni nnominata, ta' l-Istati Membri fejn qed titwettaq l-attività tkun ġiet infurmata bid-determinazzjoni provviżorja, sakemm il-leġiżlazzjoni ma tkunx diġà ġiet determinata b'mod definittiv fuq il-bażi tal-paragrafu 4, jew ta' l-anqas waħda mill-istituzzjonijiet ikkonċernati ma tinfurmax lill-istituzzjoni magħżula mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat ta' residenza sa tmiem dan il-perjodu ta' xahrejn li hi għadha ma tistax taċċetta d-determinazzjoni jew li għandha fehma oħra dwar dan.
4. Meta inċertezza dwar l-identifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli teħtieġ kuntatti bejn l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet ta" żewġ Stati Membri jew aktar, għat-talba ta' istituzzjoni jew aktar nominati mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kkonċernati jew ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kkonċernati, il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-persuna kkonċernata għandha tiġi determinata minn ftehim komuni, waqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku u d-dispożizzjonijiet relevanti ta' l-Artikolu 14 tar-Regolament implimentattiv.
Fejn ikun hemm differenza fil-fehmiet bejn l-istituzzjonijiet jew l-awtoritajiet kompetenti, dawk l-entitajiet għandhom ifittxu qbil skond il-kundizzjonijiet imniżżla hawn fuq u għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament implimentattiv.
5. L-istituzzjoni kompetenti ta' l-Istat Membru li tiegħu l-leġiżlazzjoni tiġi dikjarata applikabbli, sew jekk b'mod provviżorju kif ukoll jekk b'mod definittiv, għandha tinforma, mingħajr dewmien, lill-persuna kkonċernata.
6.Jekk il-persuna kkonċernata tonqos milli tipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu applikati fuq l-inizjattiva ta' l-istituzzjoni magħżula mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' residenza malli hija ssir taf is-sitwazzjoni ta' dik il-persuna, possibilment permezz ta' istituzzjoni oħra kkonċernata.
L-aġent awżiljari jeżerċita d-dritt ta" għażla speċifikat fl-Artikolu 15 tar-Regolament bażiku fil-mument ta" l-għeluq tal-kuntratt ta" xogħol. L-awtorità li tista" tagħlaq il-kuntratt tinforma lill-istituzzjoni nnominata ta" l-Istat Membru li tiegħu l-aġent awżiljari għażel il-leġiżlazzjoni.
Artikolu 18
Proċedura għall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 16(1) tar-Regolament bażiku
Talba mill-persuna li tħaddem jew mill-persuna kkonċernata għal eżenzjoni għall-Artikoli 11 sa 15 tar-Regolament bażiku għandhom jiġu sottomessi, kull meta possibbli bil-quddiem, lill-awtorità kompetenti jew lill-entità magħżula mill-awtorità ta' l-Istat Membru, li tiegħu l-persuna li tħaddem jew il-persuna kkonċernata titlob biex tapplika l-leġiżlazzjoni.
Artikolu 19
Informazzjoni lill-persuni kkonċernati u lil min iħaddem
1. L-istituzzjoni kompetenti ta" l-Istat Membru li tiegħu l-leġiżlazzjoni applikabbli bis-saħħa tat-Titolu II tar-Regolament bażiku għandha tinforma lill-persuna kkonċernata kif ukoll, jekk jingħata l-każ, lil min iħaddimha, dwar l-obbligi previsti minn din il-leġiżlazzjoni. Hija tagħtihom l-għajnuna meħtieġa għat-twettiq tal-formalitajiet imposti minn din il-leġiżlazzjoni.
2. ▌L-istituzzjoni kompetenti ta" l-Istat Membru li tiegħu l-leġiżlazzjoni hija applikabbli skond dispożizzjoni tat-Titolu II tar-Regolament bażiku għandha toħroġ ċertifikat tal-leġiżlazzjoni applikabbli lill-persuna kkonċernata ║u tindika, jekk jingħata l-każ, sa liema data u taħt liema kundizzjonijiet. Dan iċ-ċertifikat għandu jindika l-pagi dikjarati minn min iħaddem.
Artikolu 20
Kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet
1. L-istituzzjonijiet rilevanti għandhom, jikkomunikaw lill-istituzzjoni kompetenti ta" l-Istat Membru li tiegħu l-leġiżlazzjoni hija applikabbli għal persuna bis-saħħa tat-Titolu II tar-Regolament bażiku l-informazzjoni neċessarja meħtieġa għall-iffissar tad-data li fiha l-leġiżlazzjoni ssir applikabbli u tal-kontribuzzjonijiet li din il-persuna jew min iħaddimha jridu jħallsu taħt din il-leġiżlazzjoni.
2. L-istituzzjoni kompetenti ta" l-Istat Membru li tiegħu l-leġiżlazzjoni ssir applikabbli għal persuna tinforma lill-istituzzjoni ta" l-Istat Membru għal-leġiżlazzjoni ta" liema l-persuna hija finalment suġġetta billi tindika d-data meta l-applikazzjoni ta" din il-leġiżlazzjoni tibda sseħħ.
Artikolu 21
Obbligi ta" min iħaddem
1. Il-persuna li timpjega ħaddiem li għandu l-uffiċċju jew il-post tan-negozju tiegħu reġistrat barra mill-Istat Membru kompetenti hija marbuta li twettaq l-obbligi speċifikati mil-leġiżlazzjoni applikabbli għal danl-impjegat, b' mod partikolari l-obbligu li tħallas il-kontribuzzjonijiet speċifikati minn din il-leġiżlazzjoni, bħallikieku hija kellha l-uffiċċju jew il-post tan-negozju tagħha reġistrat fl-Istat Membru kompetenti.
2. Il-persuna li tħaddem li m'għandhiex post tan-negozju fl-Istat Membru li tiegħu l-leġiżlazzjoni hija applikabbli, min-naħa waħda, u l-ħaddiem bil-paga, min-naħa l-oħra, jistgħu jiftiehmu li dan ta" l-aħħar jesegwixxi l-obbligi tal-persuna li tħaddem f'isimha f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet bla ħsara għall-obbligi sottostanti ta' min iħaddem. Il-persuna li tħaddem ║għandha tinnotifika tali ftehim lill-istituzzjoni kompetenti ta" dan l-Istat Membru.
Titolu III
Miżuri partikulari applikabbli għal kategoriji differenti ta" benefiċċji
Kapitolu I
Benefiċċji simili ta" mard, ta" maternità u ta" paternità
Artikolu 22
Miżuri ġenerali ta" applikazzjoni
1. L-awtoritajiet jew l-istituzzjonijiet kompetenti għandhom jieħdu ħsieb li kwalunkwe informazzjoni meħtieġa ssir disponibbli għall-persuni assigurati dwar il-proċeduri u l-kondizzjonijiet għall-għoti ta' benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali meta dawn il-benefiċċji jkunu riċevuti fit-territorju ta" Stat Membru li mhux dak ta" l-istituzzjoni kompetenti▌.
2. L-Artikoli 25 u 26 tar-regolament implimentattiv ma jaffettwawx l-applikazzjoni ta" miżuri nazzjonali ta" Stat Membru li jippermettu teħid ta" responsabbiltà finanzjarja aktar favorevoli minn dik li toħroġ mir-Regolament bażiku ta" l-ispejjeż marbutin mal-benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali fis-sitwazzjonijiet speċifikati f'paragrafu 1.
3. Żewġ jew bosta Stati Membri, jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, jistgħu jiftiehmu bejniethom dwar proċeduri u modalitajiet oħrajn għall-applikazzjoni ta" l-Artikoli 25, 26 u 27 tar-regolament implimentattiv. Madankollu, il-ftehim milħuq għal dan il-għan ma jistgħax jipproduċu effetti sfavorevoli fuq il-kundizzjonijiet u l-ammonti ta" teħid ta" responsabbiltà finanzjarja tal-benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali tal-persuni kkonċernati bħalma kieku jirriżultaw mill-applikazzjoni ta" dan ir-Regolament. Dan il-ftehim għandu jiġi nnotifikat lill-kummissjoni amministrattiva
4. Minkejja l-Artikolu 5 (a) tar-Regolament bażiku, Stat Membru jista' jsir responsabbli għall-ispejjeż tal-benefiċċji skond l-Artikolu 22 tar-Regolament bażiku biss, jekk il-persuna assigurata tkun għamlet talba għal pensjoni taħt il-leġiżlazzjoni ta' dan l-Istat Membru, jew skond l-Artikoli 23 sa 30 tar-Regolament bażiku, jekk tirċievi pensjoni, skond il-leġiżlazzjoni ta" dan l-Istat Membru.
Artikolu 23
Skema applikabbli fil-każ ta" bosta skemi fl-Istat Membru ta" residenza jew ta" żjara
Jekk il-leġiżlazzjoni tal-post ta" residenza jew ta" żjara għandha bosta skemi ta" assigurazzjoni ta" mard, ta" maternità jew ta" paternità, il-miżuri applikabbli skond l-Artikolu 17, l-Artikolu 19(1) u ta" l-Artikoli 20, 22, 24, 26 u 27 tar-Regolament bażiku jkunu dawk tal-leġiżlazzjoni relatata ma" l-iskema ġenerali tal-ħaddiema bil-paga.
Artikolu 24
Residenza fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti
1. Għall-finijiet ta" l-applikazzjoni ta" l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, il-persuna assigurata jew il-membri tal-familja tagħha huma marbutin li jirreġistraw ma" l-istituzzjoni tal-post ta" residenza billi jittrażmettu dokument li jiċċertifika d-dritt tagħhom għall-benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali għar-responsabbiltà ta" l-Istat Membru kompetenti.
Dan id-dokument huwa stabbilit mill-istituzzjoni kompetenti, jekk jinqala" l-każ skond it-tagħrif ipprovdut minn min iħaddem. Jekk il-persuna assigurata jew il-membri tal-familja tagħha ma jgħaddux l-imsemmi dokument, l-istituzzjoni tal-post ta" residenza tindirizza lill-istituzzjoni kompetenti biex tikseb l-informazzjoni meħtieġa.
2. Id-dokument imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jibqa' validu sakemm l-istituzzjoni kompetenti tinforma lill-istituzzjoni tal-post ta' residenza bil-kanċellazzjoni tiegħu.
L-istituzzjoni tal-post ta" residenza għandha tinforma lill-istituzzjoni kompetenti b'kull reġistrazzjoni skond il-paragrafu 1 u ta' kwalunkwe bidla jew kanċellazzjoni ta' dik ir-reġistrazzjoni.
3. Dan l-Artikolu japplika mutatis mutandis għall-persuni speċifikati fl-Artikoli 22, 24, 25 u 26 tar-Regolament bażiku.
Artikolu 25
Żjara fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti
A) Proċedura u ambitu tad-dritt
1. Għall-finijiet ta" l-applikazzjoni ta" l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku, il-persuna assigurata għandhatippreżenta dokument maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti tagħha li jiċċertifika li hija ntitolatagħal benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali lil min jipprovdi l-kura tas-saħħa fl-Istat Membru ta' żjara. Jekk il-persuna assigurata m'għandhiex id-dokument imsemmi, l-istituzzjoni tal-post ta" fejn toqgħod, fuq talba jew jekk meħtieġ mod ieħor, għandha tikkuntattja lill-istituzzjoni kompetenti biex tikseb id-dokument meħtieġ.
▌
2. Dak id-dokument għandu juri li għall-persuna assigurata hija intitolata għal benefiċċji in natura taħt il-kundizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku bl-istess termini bħal dawk applikabbli għal persuni assigurati taħt il-leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru ta" żjara.
▌
3. Il-benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali msemmija fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament bażikugħandhom jirreferu għall-benefiċċji in natura li huma provduti fl-Istat Membru ta" żjara, skond il-leġiżlazzjoninazzjonali tiegħu,u li jsiru meħtieġa fuq bażi medika biex jiġi evitat li il-persuna assigurata tiġi sfurzata li tirritorna, qabel it-tmiem tat-terminu taż-żjara ppjanat, fl-Istat Membru kompetenti biex tiksebil-kurameħtieġa.
▌
B) Proċedura u modalitajiet ta" teħid ta" responsabbiltà u/jew ta" rimborż ta" benefiċċji in natura.
4. Jekk il-persuna assigurata b'mod effettiv refgħet l-ispejjeż kollha jew parti mill-ispejjeż tal-benefiċċji in natura mogħtija fil-qafas ta" l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u jekk il-leġiżlazzjoni applikata mill-istituzzjoni tal-post taż-żjara tipprevedi l-possibilità ta' ħlas lura ta' dawk l-ispejjeż lill-persuna assigurata, hija tista' tindirizza t-talba tagħha għal rimborż lill-istituzzjoni tal-post ta" żjara. F'dan il-każ, dik tagħtiha direttament rimborż ta" l-ammont ta" l-ispejjeż li jikkorrispondu għal dawn il-benefiċċji fil-limiti u l-kundizzjonijiet tar-rata ta' rimborż tal-leġiżlazzjoni tagħha.
5. Jekk ir-rimborż ta" dawn l-ispejjeż ma kienx mitlub direttament lill-istituzzjoni tal-post ta" żjara, l-ispejjeż imsemmija għandhom ikunu rimborżati lill-persuna kkonċernata mill-istituzzjoni kompetenti bi qbil mar-rati ta" rimborż amministrati mill-istituzzjoni tal-post ta" żjara jew l-ammonti li kienu jkunu soġġetti għal rimborż lill-istituzzjoni tal-post ta' żjara, jekk l-Artikolu 61 tar-Regolament implimentattiv kien japplika fil-każ ikkonċernat.
L-istituzzjoni tal-post ta" żjara hija marbuta li tipprovdi lill-istituzzjoni kompetenti li titlobha l-informazzjoni meħtieġa dwar dawn ir-rati jew l-ammonti.
6. B'deroga mill-paragrafu 5, l-istituzzjoni kompetenti tista" tipproċedi għar-rimborż ta" l-ispejjeż imsemmija fil-limiti u skond ir-rati previsti fil-leġiżlazzjoni tagħha, , bil-kundizzjoni li l-persuna assigurata tkun tat il-kunsens tagħha biex tara li tiġi applikata din id-dispożizzjoni ▌.
7. Ir-rimborż lill-persuna assigurata m'għandux, fi kwalunkwe każ, jaqbeż l-ammont ta' l-ispejjeż fil-fatt imħallsa minnha.
8. Fil-każ ta' spejjeż importanti, l-istituzzjoni kompetenti tista" tħallas lill-persuna assigurata pagament adattat bil-quddiem, sakemm din tippreżenta ║t-talba ta" rimborż.
C)Membri tal-familja
9. Il-paragrafi 1-8 japplikaw mutatis mutandis għall-membri tal-familja tal-persuna assigurata.
Artikolu 26
Kuri ppjanati
A) Proċedura ta" awtorizzazzjoni
1. Għall-finijiet ta" l-applikazzjoni ta" l-Artikolu 20(1) tar-Regolament bażiku, il-persuna assigurata għandha tippreżenta dokument maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti lill-istituzzjoni tal-post ta" żjara. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjoni kompetenti għandha tfisser l-istituzzjoni li tħallas l-ispejjeż tal-kura skedata; fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 20(4) u 27(5) tar-Regolament bażiku, fejn il-benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali pprovduti fl-Istat Membru ta' residenza huma rimborżati permezz ta' ammonti fissi, l-istituzzjoni kompetenti għandha tfisser li hija l-istituzzjoni tal-post ta' residenza.
2. Jekk persuna assigurata ma toqgħodx fuq it-territorju ta" l-Istat Membru kompetenti hi għandha titlob l-awtorizzazzjoni mill-istituzzjoni tal-post ta" residenza li għandha tgħaddiha lill-istituzzjoni kompetenti mingħajr dewmien.
F'dan il-każ, l-istituzzjoni tal-post ta' residenza għandha tiċċertifika jekk il-kundizzjonijiet tat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 20(2) tar-Regolament bażiku humiex issodisfati fl-Istat Membru ta' residenza.
L-istituzzjoni kompetenti tista' tirrifjuta li tagħti l-awtorizzazzjoni rikjesta biss jekk, skond l-evalwazzjoni ta' l-istituzzjoni tal-post ta' residenza, il-kundizzjonijiet tat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 20(2) tar-Regolament bażiku m'humiex issodisfati fl-Istat Membru ta' residenza tal-persuna assigurata, jew jekk l-istess kura tista' tiġi pprovduta fl-Istat Membru kompetenti stess, f'limitu ta' żmien li huwa medikament ġustifikabbli, waqt li jitqies l-istat attwali tas-saħħa u l-pronjożi tal-persuna kkonċernata.
L-istituzzjoni kompetenti għandha tinforma lill-istituzzjoni ta' l-Istat Membru ta' residenza bid-deċiżjoni tagħha.
Fin-nuqqas ta" tweġiba fi żmien ħmistax-il "ġurnata kalendarja" mid-data ta" meta ntbagħtet, l-awtorizzazzjoni għandha titqies li ngħatat mill-istituzzjoni kompetenti.
▌
3. Jekk persuna assigurata li ma toqgħodx fl-Istat Membru kompetenti teħtieġ kura urġenti ta" karattru vitali ,l-awtorizzazzjoni ma tistax tkun rifjutata skond it-tieni sentenza ta' l-Artikolu 20(2) tar-Regolament bażiku. F'dawn iċ-ċirkustanzi, l-awtorizzazzjoni tingħata mill-istituzzjoni tal-post ta" residenza f'isem l-istituzzjoni kompetenti li tiġi infurmata immedjatament mill-istituzzjoni ta" l-Istat tal-post ta" residenza.
L-istituzzjoni kompetenti hija obbligata li taċċetta d-dikjarazzjonijiet u l-għażliet terapewtiċi relatati mal-bżonn ta" kuri urġenti u ta" karattru vitali amministrati minn tobba rreġistrati ma" l-istituzzjoni tal-post ta" residenza li tagħti l-awtorizzazzjoni.
4.F'kull ħin matul il-proċedura ta" l-għoti ta" l-awtorizzazzjoni, l-istituzzjoni kompetenti għandha żżomm id-dritt li teżamina l-persuna kkonċernata permezz ta' tabib ta" l-għażla tagħha fl-Istat Membru ta" żjara jew ta" residenza.
5. L-istituzzjoni tal-post ta" żjara għandha, bla ħsara għal kwalunkwe deċiżjoni rigward awtorizzazzjoni, tinforma lill-istituzzjoni kompetenti jekk ikun jidher xieraq b'mod mediku li titkompla l-kura koperta mill-awtorizzazzjoni eżistenti.
B) Teħid ta" responsabbiltà finanzjarja ta" benefiċċji in naturamagħmula mill-persuna assigurata.
6.Bla ħsara għall-paragrafu 7, l-Artikolu 25(5) u (6) tar-Regolament ta' implimentazzjoni għandu japplika mutatis mutandis.
7. Jekk il-persuna assigurata fil-fatt ħallset l-ispejjeż kollha jew parti mill-ispejjeż għall-kura medika awtorizzata hi nnifisha u l-ammont ta' l-ispejjeż li l-istituzzjoni kompetenti hija obbligata tirrimborża lill-istituzzjoni tal-post ta' żjara jew lill-persuna assigurata skond il-paragrafu 6 (spiża attwali) huwa aktar baxx mill-ispiża li kien ikollha tħallas għall-istess kura fl-Istat Membru kompetenti (spiża spekulattiva), l-istituzzjoni kompetenti għandha tirrimborżalha, fuq talba tagħha, l-ispiża tal-kura mħallsa mill-persuna assigurata sa l-ammont tad-differenza li biha l-ispiża spekulattiva taqbeż l-ispiża reali. Is-somma rimborżata, madankollu, ma tistax taqbeż l-ammont ta' l-ispejjeż fil-fatt imħallsa mill-persuna assigurata u jista' jiġi kkunsidrat l-ammont li l-persuna assigurata kien ikollha tħallas li kieku l-kura ngħatat fl-Istat Membru kompetenti.
C) Teħid ta" responsabbiltà għall-ispejjeż ta" vjaġġar u ta" żjara fil-kuntest ta" kuri ppjanati.
8. ▌L-ispejjeż ta" vjaġġar u ta" żjara tal-persuna assigurata, li huma inseparabbli mill-kura tal-persuna assigurata, u, jekk meħtieġ, l-ispejjeż ta" vjaġġar u ta" żjara tal-persuna assigurata,għal persuna li għandha takkumpanjaha, għandhom jitħallsu minn din.l-istituzzjoni meta tingħata awtorizzazzjoni fil-każ ta' kura fi Stat Membru ieħor. Fil-każ li l-persuna assigurata tkun persuna b'diżabilità, l-ivvjaġġar u ż-żjara ta' persuna li takkumpanjaha għandhom jiġu kkunsidrati bħala meħtieġa.
D) Membri tal-familja
9. Il-miżuri tal-paragrafi 1 sa 8 japplikaw mutatis mutandis għall-membri tal-familja ta" persuna assigurata.
Artikolu 27
Benefiċċji fi flus relatati ma" inkapaċità għax-xogħol f'każ ta" żjara jew ta" residenza fi Stat Membru li mhux l-Istat kompetenti
A) Proċedura li l-persuna assigurata trid issegwi
1. Jekk il-leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru kompetenti teħtieġ li l-persuna assigurata tippreżenta ċertifikatbiex tibbenefika mill-benefiċċji fi flus relatati ma" inkapaċità għax-xogħol skond l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, il-persuna assigurata titlob lit-tabib ta" l-Istat Membru ta" residenza li jkun iddikjara l-istat tas-saħħa tagħha ▌biex jiċċertifika l-inkapaċità tagħha għax-xogħol t-tul ta' żmien probabbli.
2. Il-persuna assigurata għandha tgħaddi ċ-ċertifikat lill-istituzzjoni kompetenti fil-limitu ta' żmien stabbilit mil-leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru kompetenti.
3.Meta t-tobba li jipprovdu l-kura fl-Istat Membru ta" residenza ma joħorġux ċertifikati ta' inkapaċità għax-xogħol, u meta dawn iċ-ċertifikati huma meħtieġa taħt il-leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru kompetenti, il-persuna kkonċernata għandha tagħmel talba direttament lill-istituzzjoni tal-post ta" residenza. Dik l-istituzzjoni għandha immedjatament torganiżża l- evalwazzjoni ta' l-inkapaċità għax-xogħol mil-lat mediku u t-tfassil taċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1. Tali ċertifikat għandu jiġi mgħoddi lill-istituzzjoni kompetenti minnufih.
4. Il-komunikazzjoni tad-dokument imsemmi fil-paragrafi 1, 2 u 3 ma jeħlisx lill-persuna assigurata milli twettaq l-obbligi speċifikati mil-leġiżlazzjoni applikabbli, b'mod partikulari fir-rigward ta" min iħaddimha. Meta xieraq, min iħaddem u/jew l-istituzzjoni kompetenti jistgħu jsejħu lill-impjegat biex jipparteċipa f' attivitajiet imfassla biex jippromwovu u jgħinu r-ritorn tagħha għall-impjieg.
▌
B) Proċedura li l-istituzzjoni ta" l-Istat Membru ta" residenza trid issegwi
5. Fuq it-talba ta" l-istituzzjoni kompetenti jew fil-każijiet imsemmija f'paragrafu 3 l-istituzzjoni tal-post ta" residenza tmexxi, bħala bżonn, lill-persuna assigurata għall-eżami mediku daqs li kieku kienet assigurata magħha. Id-dettalji tar-rapport tat-tabib li jeżamina, rigward b'mod partikolari t-tul ta" żmien probabbli ta" l-inkapaċità għax-xogħol, jiġu trażmessi mill-istituzzjoni tal-post ta" residenza lill-istituzzjoni kompetenti fi żmien tliet ġranet tax-xogħol ta" wara d-data ta" l-eżami.
▌
C) Proċedura li l-istituzzjoni kompetenti trid issegwi
6.L-istituzzjoni kompetenti għandha żżomm id-dritt li l-persuna assigurata tkun eżaminata minn tabib ta" l-għażla tagħha.
7. Bla ħsara għat-tieni sentenza ta' l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni kompetenti tħallas il-benefiċċji fi flus direttament lill-persuna kkonċernata u, meta meħtieġ, tavża b'dan lill-istituzzjoni tal-post ta" residenza.
8. Għall-finijiet ta" l-applikazzjoni ta" l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, id-dikjarazzjonijiet ta" ċertifikat ta" inkapaċità għax-xogħol ta" persuna assigurata stabbilit fi Stat Membru ieħor fuq il-bażi ta" konsultazzjonijiet mediċi ta" tabib li jikkura jkunu imposti fuq l-istituzzjoni kompetenti, bil-kundizzjoni li ma jkunx hemm imġiba abbużiva.
9. Jekk l-istituzzjoni kompetenti tiddeċiedi li tirrifjuta l-benefiċċji fi flus hija għandha tinnotifika lill-persuna assigurata bid-deċiżjoni tagħha u għandha tinnotifika fl-istess ħin lill-istituzzjoni tal-post ta" residenza.
D) Proċedura f'każ ta" żjara fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti.
10. Il-miżuri tal-paragrafi 1 sa 9 għandhom japplikaw mutatis mutandis meta l-persuna assigurata żżur Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti.
Artikolu 28
Benefiċċji fi flus għal kura fit-tul fil-każ ta" żjara jew residenza fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti.
A)Proċedura li l-persuna assigurata trid issegwi
1.Sabiex tkun intitolata għal benefiċċji fi flus marbuta ma" kura fit-tul skond l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, il-persuna assigurata għandha tagħmel talba lill-istituzzjoni kompetenti. L-istituzzjoni kompetenti għandha, meta meħtieġ, tinforma lill-istituzzjoni bil-post ta' residenza tagħha.
B)Proċedura li l-istituzzjoni tal-post ta" residenza trid issegwi
2.Fuq talba ta' l-istituzzjoni kompetenti, l-istituzzjoni tal-post ta' residenza għandha teżamina l-kundizzjoni tal-persuna assigurata fir-rigward tal-bżonn tagħha ta' kura fit-tul. L-istituzzjoni kompetenti għandha tagħti lill-istituzzjoni tal-post ta' residenza t-tagħrif kollu meħtieġ għal tali eżami.
C)Proċedura li l-istituzzjoni kompetenti trid issegwi
3.Sabiex tiddetermina l-livell ta' bżonn ta' kura fit-tul, l-istituzzjoni kompetenti għandu jkollha d-dritt teżamina l-persuna assigurata permezz ta' tabib jew espert ieħor ta' l-għażla tagħha stess.
4.L-Artikolu 27(7) tar-Regolament implimentattiv għandu japplika mutatis mutandis.
D)Proċedura f'każ ta" żjara fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti.
5.Il-paragrafi 1-4 għandhom japplikaw mutatis mutandis meta l-persuna assigurata żżur Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti.
E)Membri tal-familja
6.Il-paragrafi 1-5 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-membri tal-familja tal-persuna assigurata.
Jekk l-Istat Membru fejn dak li qabel kien ħaddiem tal-fruntiera wettaq l-aħħar l-attività tiegħu m'għadux l-Istat Membru kompetenti u dak li qabel kien ħaddiem tal-fruntiera jew membru tal-familja tiegħu jivvjaġġa hemm bl-għan li jirċievi benefiċċji mhux fi flus izda f'servizzi ta" valur ugwali bis-saħħa ta' l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, huwa għandu jagħti lill-istituzzjoni tal-post taż-żjara dokument maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti.
Artikolu 30
Kontribuzzjonijiet ta" min għandu pensjonijiet
▌
Jekk persuna tirċievi pensjoni minn aktar minn Stat Membru wieħed, l-ammont tal-kontribuzzjonijiet maħruġ minn fuq il-pensjonijiet kollha li tħallsu fl-ebda każ m'għandu jkun akbar mill-ammont imnaqqas minn persuna li għandha l-istess ammont ta" pensjonijiet miksuba mill-Istat Membru kompetenti.
A)Proċedura li l-istituzzjoni kompetenti trid issegwi
▌
1. L-istituzzjoni kompetentigħandha ▌tinforma lill-persuna kkonċernata dwar id-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 34 tar-Regolament bażiku dwar il-prevenzjoni tas-sovrappożizzjoni tal-benefiċċji. L-applikazzjoni ta" tali regoli għandha tiżgura lill-persuna li ma toqgħodx fl-Istat Membru kompetenti dritt għal benefiċċji ta" mill-inqas l-istess ammont jew valur totali bħal dawk dak li hija tista" tistenna kieku kienet toqgħod f'dak l-Istat Membru.
2.L-istituzzjoni kompetenti għandha tinforma wkoll lill-istituzzjoni tal-post ta' residenza jew żjara bil-ħlas ta' benefiċċji fi flus ta' kura fit-tul meta l-leġiżlazzjoni li din l-istituzzjoni ta' l-aħħar tapplika tipprevedi benefiċċji in natura ta' kura fit-tul, inklużi fil-lista mniżżla fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament bażiku.
B)Proċedura li l-istituzzjoni tal-post ta" residenza jew żjara trid issegwi
3.Meta tirċievi l-informazzjoni prevista fil-paragrafu 2, l-istituzzjoni tal-post ta' residenza jew żjara għandha mingħajr dewmien tinforma lill-istituzzjoni kompetenti b'kull benefiċċju mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali ta' kura fit-tul maħsub għall-istess għan li hija tagħti skond il-leġiżlazzjoni tagħha lill-persuna kkonċernata kif ukoll bir-rata ta' rimborż applikabbli.
4. Il-Kummissjoni Amministrattiva, jekk jinqala" l-każ, għandha tfassal miżuri implimentattivi għal dan l-Artikolu.
Artikolu 32
Miżuri partikulari ta" applikazzjoni
1. Għall-Istati Membri msemmija fl-Anness II,id-dispożizzjonijiet tat-Titolu III, il-Kapitolu I, tar-Regolament bażiku li jsemmi benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali għandu japplika għall-persuni li għandhom dritt għal benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali b'mod esklussiv skond skema speċjali applikabbli għall-impjegati ċivili sal-punt speċifikat fir-Regolament. L-istituzzjoni ta' Stat Membru ieħor m'għandhiex, minħabba dan biss, issir responsabbli mill-ħlas ta' l-ispejjeż tal-benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali jew fi flus provduti lil dawn il-persuni jew lil membri tal-familja tagħhom.
2. Madankollu l-miżuri tal-paragrafu 1, l-Artikolu 23 tar-Regolament bażiku japplikaw għal kull persuna li tirċievi kemm pensjoni skond skema applikabbli għall-impjegati ċivili ta" Stat Membru msemmi fl-Anness II u pensjoni skond il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru ieħor.
Benefiċċji għal inċident fuq il-post tax-xogħol u mard ikkawżat mix-xogħol
Artikolu 33
Dritt għall-benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali u fi flus f'każ ta" residenza jew ta" żjara fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti
Għall-finijiet ta" l-applikazzjoni ta" l-Artikolu 36(1) tar-Regolament bażiku, il-proċeduri definiti fl-Artikoli 24 sa 27 tar-Regolament implimentattiv għandhom japplikaw mutatis mutandis.
▌
Artikolu 34
Kooperazzjoni bejn istituzzjonijiet f'każ ta" inċident fuq il-post tax-xogħol jew ta" marda kkawżata mix-xogħol li seħħew fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti
1. Meta inċident fuq il-post tax-xogħol iseħħ jew meta l-marda kkawżata mix-xogħol hija stabbilita b'mod mediku għall-ewwel darba fuq it-territorju ta" Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti, id-dikjarazzjoni ta" l-inċident fuq il-post tax-xogħol jew tal-marda kkawżata mix-xogħol trid issir b'konformità mal-miżuri tal-leġiżlazzjoni ta" l-Istat kompetenti, mingħajr preġudizzju, jekk jinqala" l-każ, għal miżuri legali fis-seħħ fuq it-territorju ta" l-Istat Membru fejn seħħ l-inċident fuq il-post tax-xogħol jew li fih saret l-ewwel konsultazzjoni medika tal-marda kkawżata mix-xogħol, u li jibqgħu applikabbli f'tali każ. Din id-dikjarazzjoni hija indirizzata lill-istituzzjoni kompetenti u kopja hija mibgħuta lill-istituzzjoni tal-post ta" residenza jew ta" żjara.
2. L-istituzzjoni ta" l-Istat Membru li fuq it-territorju tiegħu seħħ l-inċident fuq il-post tax-xogħol jew li fih saret l-ewwel konsultazzjoni medika tal-marda kkawżata mix-xogħol, tgħaddi lill-istituzzjoni kompetenti ċ-ċertifikati mediċi maħruġa fuq dan it-territorju u, fuq it-talba ta" dan ta" l-aħħar, kull informazzjoni adatta.
3. Jekk, f'każ ta" inċident matul il-vjaġġ li jseħħ fuq it-territorju ta" Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti, jaqbel li wieħed jipproċedi għal inkjesta fuq it-territorju ta" l-ewwel Stat Membru, uffiċjali ta" l-investigazzjoni jista" jkun innominat għal dan il-għan mill-istituzzjoni kompetenti, li tinforma b'dan lill-awtoritajiet ta" dan l-Istat Membru. Dawn l-awtoritajiet jagħtu l-għajnuna tagħhom lill-uffiċjal ta" l-investigazzjoni, billi jinnominaw notevolment persuna responsabbli biex tgħinu għall-konsultazzjoni tar-rapporti u ta" kull dokument ieħor relatat ma" l-inċident.
4. Mal-ħruġ tat-trattament, rapport dettaljat akkumpanjat miċ-ċertifikati mediċi dwar il-konsegwenzi permanenti ta" l-inċident jew tal-marda, b'mod partikulari l-istat attwali tal-vittma kif ukoll il-fejqan tal-feriti, jiġi trażmess lill-istituzzjoni kompetenti. L-onorarji rilevanti jitħallsu mill-istituzzjoni tal-post ta" residenza jew mill-istituzzjoni tal-post ta" żjara, skond il-każ, bir-rata applikata minn din l-istituzzjoni bir-responsabbiltà ta" l-istituzzjoni kompetenti.
5. Fuq it-talba ta" l-istituzzjoni tal-post ta" residenza jew ta" l-istituzzjoni tal-post ta" żjara, skond il-każ, l-istituzzjoni kompetenti tinnotifikaha bid-deċiżjoni li tistabbilixxi d-data ta" fejqan tal-feriti kif ukoll, jekk jinqala" l-każ d-deċiżjoni relatata ma" l-għoti ta" pagament.
Artikolu 35
Kwistjoni dwar il-karattru professjonali ta" l-inċident jew tal-marda
1. Meta l-istituzzjoni kompetenti targumenta li, fil-qafas ta" l-Artikolu 36(2) tar-Regolament bażiku, il-leġiżlazzjoni relatata ma" l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol jew mal-mard ikkawżati mix-xogħol hija applikabbli, hija tavża b'dan immedjatament lill-istituzzjoni tal-post ta" residenza jew lill-istituzzjoni tal-post ta" żjara li tkun tat il-benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali, li għalhekk huma kkunsidrati bħala rilevanti għall-assigurazzjoni ta" mard.
2. Meta deċiżjoni definittiva tittieħed fuq dan is-suġġett, l-istituzzjoni kompetenti tavża b'dan immedjatament lill-istituzzjoni tal-post ta" residenza jew lill-istituzzjoni tal-post ta" żjara li tkun tat il-benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali. Din tkompli tagħti l-benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali skond l-assigurazzjoni ta" mard, jekk il-ħaddiem bil-paga jew self-employed għandu dritt għalihom, fil-każ fejn ma jkunx inċident fuq il-post tax-xogħol jew marda kkawżata mix-xogħol.Jekk dak mhux il-każ, il-benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali li bbenefika minnhom l-interessat skond l-assigurazzjoni ta" mard ikunu kkunsidrati mill-ewwel konsultazzjoni medika ta" l-inċident jew tal-marda bħala benefiċċji ta" inċident fuq il-post tax-xogħol jew ta" marda kkawżata mix-xogħol.
Artikolu 36
Proċedura f'każ ta" espożizzjoni għar-riskju ta" mard ikkawżat mix-xogħol f'bosta Stati Membri
1. Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 38 tar-Regolament bażiku, id-dikjarazzjoni tal-marda kkawżata mix-xogħol tiġi trażmessa kemm lill-istituzzjoni kompetenti fil-qasam ta" mard ikkawżat mix-xogħol ta" l-Istat li taħt il-leġiżlazzjoni tiegħu l-vittma eżerċitat l-aħħar attività li setgħet tikkaġuna l-marda kkonċernata, kemm lill-istituzzjoni tal-post ta" residenza, li tgħaddi din id-dikjarazzjoni lill-istituzzjoni kompetenti msemmija.
Jekk din l-istituzzjoni ta" l-aħħar tiddikjara li attività li setgħet tikkaġuna l-marda ikkonċernata kkawżata mix-xogħol ġiet eżerċitata l-aħħar taħt il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru ieħor, hija tgħaddi d-dikjarazzjoni u l-informazzjoni li tmur magħha lill-istituzzjoni korrispondenti ta" dan l-Istat Membru.
2. Meta l-istituzzjoni ta" l-Istat Membru li taħt il-leġiżlazzjoni tiegħu l-vittma eżerċitat l-aħħar attività li setgħet tikkaġuna l-marda kkonċernata kkawżata mix-xogħol tiddikjara li l-vittma jew min jibqa" ħaj ma jissodisfax il-kundizzjonijiet ta" din il-leġiżlazzjoni, l-istituzzjoni msemmija tgħaddi mingħajr dewmien lill-istituzzjoni ta" l-Istat Membru li taħt il-leġiżlazzjoni tiegħu l-vittma eżerċitat qabel dan attività li setgħet tikkaġuna l-marda ikkonċernata kkawżata mix-xogħol, d-dikjarazzjoni u l-informazzjoni kollha li tmur magħha, inklużi l-konsultazzjonijiet u r-rapporti ta" l-esperti mediċi li fuqhom ipproċediet l-ewwel istituzzjoni, kif ukoll kopja tad-deċiżjoni msemmija fit-tieni subparagrafu.
Hija għandha tinnotifika fl-istess ħin bid-deċiżjoni tagħha lill-persuna assigurata, billi tindika notevolment ir-raġunijiet li wasslu għar-rifjut tal-benefiċċji, il-mezzi u t-tul ta" żmien għal appell, kif ukoll id-data ta" meta l-fajl ġie mgħoddi lill-istituzzjoni ta" l-Istat Membru li taħt il-leġiżlazzjoni tiegħu l-persuna assigurata eżerċita qabel dan attività li setgħet tikkaġuna l-marda ikkonċernata kkawżata mix-xogħol.
3. Jista" jkun, fejn hu xieraq, li wieħed imur lura , skond l-istess proċedura, sa l-istituzzjoni korrispondenti ta" l-Istat Membru li taħt il-leġiżlazzjoni tiegħu l-vittma eżerċitat l-ewwel attività li setgħet tikkaġuna l-marda kkonċernata kkawżata mix-xogħol.
Artikolu 37
Skambju ta" informazzjoni bejn istituzzjonijiet u ħlas bil-quddiem f'każ ta" appell kontra deċiżjoni ta" rifjut
1. F'każ ta" appell kontra deċiżjoni ta" rifjut meħuda mill-istituzzjoni ta" wieħed mill-Istati Membri li taħt il-leġiżlazzjoni tiegħu l-vittma eżerċitat attività li setgħet tikkaġuna l-marda kkonċernata kkawżata mix-xogħol, din l-istituzzjoni hija marbuta li tinforma b'dan lill-istituzzjoni li lilha ġiet trażmessa d-dikjarazzjoni, skond il-proċedura speċifikata fl-Artikolu 36(2) tar-regolament implimentattiv, u li tavżaha wara dan bid-deċiżjoni definittiva meħuda.
2. Jekk id-dritt għall-benefiċċji huwa mogħti skond il-leġiżlazzjoni li tapplika l-istituzzjoni li lilha ġiet trażmessa d-dikjarazzjoni, din l-istituzzjoni tagħmel pagamenti bil-quddiem li l-ammonti tagħhom ikunu determinati, jekk jinqala" l-każ, wara konsultazzjoni ma" l-istituzzjoni li kontra d-deċiżjoni tagħha nbeda l-appell. Din l-istituzzjoni ta" l-aħħar trodd lura l-ammont ta" pagamenti mħallsa bil-quddiem jekk, wara l-appell, hija marbuta li tagħti l-benefiċċji. Dan l-ammont huwa mbagħad miżmum fuq l-ammont ta" benefiċċji dovuti lill-interessat, b'konformità mal-proċedura speċifikata mill-Artikolu 71 tar-regolament implimentattiv.
Artikolu 38
Aggravament ta" marda kkawżata mix-xogħol
Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 39 tar-Regolament bażiku, il-kwerelant huwa marbut li jipprovdi lill-istituzzjoni ta" l-Istat Membru li quddiemha jargumenta d-drittijiet għal benefiċċji kull informazzjoni relatata mal-benefiċċji mogħtija qabel dan għall-marda kkonċernata kkawżata mix-xogħol. Din l-istituzzjoni tista" tindirizza kull istituzzjoni oħra li qabel kienet kompetenti biex tikseb it-tagħrif li hija tħoss meħtieġ.
Artikolu 39
Evalwazzjoni tal-grad ta" inkapaċità f'każ ta" inċident fuq il-post tax-xogħol jew ta" marda kkawżata mix-xogħol li seħħu qabel jew wara.
Għall-finijiet ta" l-applikazzjoni ta" l-Artikolu 40(3) tar-Regolament bażiku, meta inkapaċità għax-xogħol qabel jew wara kienet kaġun ta" inċident li seħħ waqt li l-interessat kien suġġett għal-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru li ma jagħmilx distinzjoni skond l-oriġini ta" l-inkapaċità għax-xogħol, l-istituzzjoni kompetenti għall-inkapaċità tax-xogħol qabel jew wara jew l-organu nnominat mill-awtorità kompetenti ta" l-Istat Membru inkawża huma marbuta, fuq it-talba ta" l-istituzzjoni kompetenti ta" Stat Membru ieħor, li jipprovdu d-dettalji fuq il-grad ta" l-inkapaċità tax-xogħol qabel u wara, kif ukoll, kemm jista" jkun possibbli, it-tagħrif li jippermetti li jiġi determinat jekk l-inkapaċità hix il-konsegwenza ta" inċident fuq il-post tax-xogħol skond il-leġiżlazzjoni applikata mill-istituzzjoni tat-tieni Stat Membru.
F'dan il-każ, l-istituzzjoni kompetenti tikkunsidra, b'konformità mal-miżuri tal-leġiżlazzjoni li hija tapplika, għall-għotja tad-dritt u d-determinazzjoni ta" l-ammont tal-benefiċċji, l-grad ta" inkapaċità kkaġunata minn dawn il-każijiet ta" qabel jew ta" wara.
Artikolu 40
Introduzzjoni u direttivi tat-talbiet ta" pensjonijiet jew ta" sussidji supplimentari
1. Biex jibbenefika minn pensjoni jew minn sussidju supplimentari taħt il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru, l-ħaddiem bil-paga jew self-employed jew dawk li jibqgħu ħajjin warajh li joqogħdu fuq it-territorju ta" Stat Membru ieħor, huma marbutin li jindirizzaw talba kemm lill-istituzzjoni kompetenti, kemm lill-istituzzjoni tal-post ta" residenza, li tittrażmettiha lill-istituzzjoni kompetenti. It-talba trid tkun akkumpanjata mix-xhieda dokumentata mitluba u stabbilita skond il-miżuri tal-leġiżlazzjoni li tapplika l-istituzzjoni kompetenti.
2. L-istituzzjoni kompetenti tinnotifika bid-deċiżjoni tagħha direttament lill-applikant jew permezz ta" l-intermedjarju ta" l-organu ta" kuntatt ta" l-Istat kompetenti; hija tibgħat kopja ta" din id-deċiżjoni lill-organu ta" kuntatt ta" l-Istat Membru li fuq it-territorju tiegħu joqgħod l-applikant.
Artikolu 41
Miżuri partikulari ta" applikazzjoni
Id-dispożizzjonijiet tat-Titolu III, Kapitolu 2, tar-Regolament bażiku li jsemmi benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali ma japplikawx għall-persuni li għandhom dritt għal benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali b'mod esklussiv skond skema speċjali applikabbli għall-impjegati ċivili ta" Stat Membru msemmi fl-Anness II ta r-Regolament implimentattiv.
Kapitolu III
Għotjiet għall-mewt
Artikolu 42
Talba għal għotjiet għall-mewt
Għall-finijiet ta" l-applikazzjoni ta" l-Artikoli 42 u 43 tar-Regolament bażiku, it-talba għal għotjiet għall-mewt trid tiġi indirizzata lill-istituzzjoni tal-post ta" residenza ta" l-applikant.
Kapitolu IV
Benefiċċji ta" diżabbiltà u pensjonijiet ta" xjuħija u ta" min jibqa" ħaj
2. Meta perjodi kontinwi ta" assigurazzjoni volontarja jew ta" għażla ma ġewx ikkunsidrati skond l-Artikolu 12(3) tar-Regolament implimentattiv, l-istituzzjoni ta" l-Istat Membru li taħt il-leġiżlazzjoni tiegħu ġew imwettqa dawn il-perjodi tikkalkula l-ammont li jikkorrispondi ma" dawn il-perjodi skond il-miżuri tal-leġiżlazzjoni li huwa japplika. L-ammont attwali tal-benefiċċju, ikkalkulat skond l-Artikolu 52(1)(b), tar-Regolament bażiku, huwa miżjud bl-ammont li jikkorrispondi għall-perjodi ta" assigurazzjoni kontinwa volontarja jew ta" għażla.
3. L-istituzzjoni ta" kull Stat Membru tikkalkula, skond il-leġiżlazzjoni li hija tapplika, l-ammont dovut li jikkorrispondi għall-perjodi ta" assigurazzjoni kontinwa volontarja jew ta" għażla li, skond l-Artikolu 53(3)(c) tar-Regolament bażiku, m'huwiex suġġett għall-klawżoli ta" irtirar, ta" tnaqqis jew ta" tneħħija ta" Stat Membru ieħor.
Meta l-leġiżlazzjoni applikata mill-istituzzjoni kompetenti ma tippermettilhiex li tiddetermina dan l-ammont direttament minħabba li dik il-leġiżlazzjoni talloka valuri differenti lill-perjodi ta' l-assigurazzjoni, jista' jkun stabbilit ammont nozzjonali. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi l-modalitajiet biex jiġi determinat dak l-ammont nozzjonali.
▌
Artikolu 44
Sabiex jitqiesu l-perjodi tat-trobbija tal-wild
1.Għall-għanijiet ta' dan l-Artikolu, "perjodu tat-trobbija tal-wild" għandha tfisser kull perjodu li huwa kreditat skond il-leġiżlazzjoni tal-pensjonijiet ta' Stat Membru jew li jipprovdi suppliment għal pensjoni espliċitament għal raġuni li persuna rabbiet wild, irrispettivament mill-metodu użat biex tipprovdi dawk il-perjodi u jekk jakkumulawx matul iż-żmien tat-trobbija tal-wild jew humiex rikonoxxuti retroattivament.
2.Meta, skond il-leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru li huwa kompetenti skond it-Titolu II tar-Regolament bażiku, l-ebda perjodu tat-trobbija tal-wild ma huwa kkunsidrat, l-istituzzjoni ta' l-Istat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu skond it-Titolu II tar-Regolament bażiku kienet applikabbli għall-persuna kkonċernata abbażżi tal-fatt li hiya kienet twettaq attività bħala persuna impjegata jew li timpjega lilha nnifisha fid-data meta, skond din il-leġiżlazzjoni, il-perjodu tat-trobbija tal-wild beda jitqies għall-wild ikkonċernat, għandha tibqa' responsabbli għall-konsiderazzjoni ta' dan il-perjodu bħala perjodu tat-trobbija tal-wild skond il-leġiżlazzjoni tagħha, bħallikieku t-trobbija tal-wild seħħet fit-territorju tagħha.
3.Il-paragrafu 2 m'għandux japplika jekk il-persuna kkonċernata hija jew issir soġġetta għal-leġiżlazzjoni ta' kull Stat Membru minħabba t-twettiq ta' attività bħala impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha.
Artikolu 45
Talba għal benefiċċji
A) Bidu tat-talba għal benefiċċji skond l-Artikolu 44(2) tar-Regolament bażiku
1. Sabiex jirċievi benefiċċji skond il-leġiżlazzjoni tat-tip A skond l-Artikolu 44(2) tar-Regolament bażiku, l-applikant jindirizza talba lill-istituzzjoni ta" l-Istat Membru taħt liema leġiżlazzjoni huwa kien suġġett fil-mument fejn seħħet l-inkapaċità għax-xogħol segwita minn diżabbiltà jew l-aggravament ta" din l-inkapaċità, jew lill-istituzzjoni tal-post ta" residenza, li għandha tgħaddi t-talba lill-ewwel istituzzjoni.
2. Jekk il-benefiċċji ta" mard fi flus kienu mogħtija, id-data ta" tmiem tal-perjodi ta" għoti ta" dawn il-benefiċċji, jekk jinqala" l-każ, tkun ikkunsidrata bħala d-data ta" bidu tat-talba għal pensjoni.
3. Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 47(1)(b) tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni li magħha l-interessat kien irreġistrat l-aħħar tikkomunika lill-istituzzjoni li fil-bidu kienet qiegħda tagħti l-benefiċċji l-ammont u d-data tal-bidu tal-benefiċċji skond il-leġiżlazzjoni li hija tapplika. Minn din id-data, il-benefiċċji dovuti qabel l-aggravament ta" l-inkapaċità jiġu rtirati jew imnaqqsa sal-limitu tal-benefiċċju supplimentari msemmi fl-Artikolu 47(2) tar-Regolament bażiku.
B) Bidu ta" talbiet oħrajn għal benefiċċji
4. F'sitwazzjonijiet oħrajn li m'humiex dawk imsemmija fil-paragrafu 1, l-applikant għandu jindirizza talba lill-istituzzjoni tal-post ta" residenza tiegħujew lill-istituzzjoni ta" l-aħħar Stat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu kienet tapplika. Jekk il-persuna kkonċernata ma kinitx, fi kwalunkwe żmien, soġġetta għal-leġiżlazzjoni applikata mill-istituzzjoni tal-post tar-residenza, din l-istituzzjoni għandha tgħaddi t-talba lill-istituzzjoni ta' l-aħħar Stat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu kienet applikabbli..
5. Id-data tal-bidu tat-talba tgħodd fir-rigward ta" l-istituzzjonijiet kollha kkonċernati.
6. B'deroga tal-paragrafu 5, jekk, fit-talba tiegħu, l-applikant ma indikax il-perjodi kollha ta" assigurazzjoni jew ta" residenza mwettqa taħt il-leġiżlazzjoni ta" l-Istati Membri l-oħrajn anke jekk kien mitlub li jagħmel dan b'mod espliċitu, id-data ta" meta l-applikant jagħmel it-talba inizjali tiegħu jew jibda talba ġdida li għandha l-perjodi neqsin hija kkunsidrata bħala d-data ta" bidu tat-talba għall-istituzzjoni li tapplika l-leġiżlazzjoni inkawża, suġġetta għal miżuri aktar favorevoli ta" din il-leġiżlazzjoni.
▌
Artikolu 46
Dokumenti u dettalji li jridu jakkumpanjaw it-talba mill-applikant
1. It-talba għandha tinbeda mill-applikant skond il-miżuri tal-leġiżlazzjoni applikata mill-istituzzjoni msemmija fl-Artikolu 45(1) jew (4) tar-regolament implimentattiv, u trid tkun akkumpanjata mix-xhieda dokumentata rikjesti minn dik il-leġiżlazzjoni. B'mod partikulari,l-applikant għandu jipprovdi l-informazzjoni relevanti kollha li hija disponibbli kif ukoll id-dokumenti kollha dwar perjodi ta" assigurazzjoni (istituzzjonijiet, numri ta" identifikazzjoni), ta" impjieg (min iħaddem) jew ta" impjieg għal rasu (it-tip u l-post ta" l-attività) u ta" residenza (indirizzi) li setgħu kienu kkompletati skond leġiżlazzjoni oħra, kif ukoll it-tul ta" dawk il-perjodi.
2. Jekk, b'konformità ma" l-Artikolu 50(1) tar-Regolament bażiku, l-applikant jitlob li jkun differit mill-ħlas ta" benefiċċji ta" xjuħija ▌skond il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru wieħed jew aktar, huwa għandu jiddikjara dak il-fatt fit-talba tiegħu u jispeċifika skond liema leġiżlazzjoni qiegħed jitlob ▌id-differiment . Sabiex l-applikant ikun jista' jeżerċita dan id-dritt, l-istituzzjonijiet konċernati għandhom, fuq talba ta" l-applikant, jinnotifikawh bl-informazzjoni kollha disponibbli għalihom, sabiex ikun jista' jevalwa l-konsegwenzi ta' għoti konkorrenti jew suċċessivi ta' benefiċċji li jista' jitlob.
3. Jekk l-applikant jirtira talba għall-benefiċċji stipulata fil-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru partikulari, dak l-irtirar m'għandux jitqies bħala rtirar konkorrenti ta' talbiet għall-benefiċċji skond il-leġiżlazzjoni ta' Stati Membri oħra.
Artikolu 47
Investigazzjoni għal talbiet mill-istituzzjonijiet
A) Istituzzjoni ta" investigazzjoni
1. L-istituzzjoni li lilhat-talba għal benefiċċji għandha tkunimressqa jew mgħoddija mill-ġdid b'konformità mal-miżuri ta" l-Artikolu 45(1) jew (4) tar-regolament implimentattiv minn hawn "il quddiem għandha tissejjaħ "l-istituzzjoni ta"kuntatt". L-istituzzjoni tal-post tar-residenza m'għandhiex tkun imsemmija bħala l-istituzzjoni ta' kuntatt jekk il-persuna kkonċernata ma kinitx, fi kwalunkwe żmien, soġġetta għal-leġiżlazzjoni li tapplika dik l-istituzzjoni.
Barra li tinvestiga t-talba għall-benefiċċji skond il-leġiżlazzjoni li tapplika, din l-istituzzjoni għandha, fil-kapaċità tagħha bħala istituzzjoni ta' kuntatt, tippromwovi l-iskambju ta' data, il-komunikazzjoni ta' deċiżjonijiet u operati meħtieġa għall-investigazzjoni tat-talba mill-istituzzjonijiet konċernati, tforni lill-applikant, fuq talba, b'kull informazzjoni rilevanti għall-aspetti Komunitarji ta' l-investigazzjoni u żżommu infurmat bil-progress tagħha.
B) Investigazzjoni għal talbiet ta" benefiċċji fl-applikazzjoni ta" l-Artikolu 44 tar-Regolament bażiku
2. Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 44(3) tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni ta" investigazzjoni tgħaddi l-data kollha ta" l-interessat lill-istituzzjoni li magħha dan kien irreġistrat qabel, li tipprepara l-fajl minn naħa tagħha.
3. L-Artikoli 48 sa 52 m'humiex applikabbli għad-investigazzjoni għal talbiet imsemmija fl-Artikolu 44 tar-Regolament bażiku.
C) Investigazzjoni għal talbiet oħrajn ta" benefiċċji
4. Fis-sitwazzjonijiet ħlief għal dawk imsemmija fil-paragrafu 2, l-istituzzjoni ta' kuntattgħandha, mingħajr dewmien, tittrażmetti t-talbiet għall-benefiċċjiu d-dokumenti kollha li hija għandha disponibbli u, fejn xieraq, id-dokumenti rilevanti ppreżentati mill-applikant lill-istituzzjonijiet kollha konċernati sabiex dawn ikunu kollha jistgħu jibdew l-investigazzjoni tat-talba fl-istess żmienL-istituzzjoni ta' kuntattgħandha tinnotifikalill-istituzzjonijiet l-oħrabil-perjodi ta" assigurazzjoni jew ta" residenza soġġetti għal-leġiżlazzjonitagħha. Għandha tindika wkoll liema dokumenti għandhom ikunu ppreżentati aktar 'il quddiem u għandha tissupplimenta t-talba mill-aktar fis possibbli.
5. Kull waħda mill-istituzzjonijiet ▌konċernati għandha tinnotifika lill-istituzzjoni ta" ta' kuntatt u lill-istituzzjonijiet l-oħra konċernati, kemm jista' jkun malajr,bil-perjodi ta" assigurazzjoni jew ta" residenza ▌ soġġetti għal-leġiżlazzjoni tagħhom.
6. Kull waħda mill-istituzzjonijiet konċernati għandha tikkalkulal-ammont tal-benefiċċji b'konformità ma" l-Artikolu 52 tar-Regolament bażiku u għandha tinnotifika lill-istituzzjoni ta" ta" kuntatt u lill-istituzzjonijiet l-oħra konċernati bid-deċiżjoni tagħha, dwar l-ammont ta' benefiċċji u b'kull informazzjoni meħtieġa għall-finijiet ta' l-Artikoli 53 sa 55 tar-Regolament bażiku.
7. Jekk istituzzjoni tistabbilixxi, fuq il-bażi tat-tagħrif imsemmi fil-paragrafi 4 u 5, li ta" l-Artikolu 46(2), jew ta" l-Artikolu 57(2) jew (3) tar-Regolament bażiku huwa applikabbli, għandha tinformalill-istituzzjoni ta' kuntatt u lill-istituzzjonijiet l-oħrakonċernati..
▌
Artikolu 48
Komunikazzjoni ta" deċiżjonijiet lill-applikant
1. Kull istituzzjoni għandha tinnotifika lill-applikant, bid-deċiżjonili ħadetskond il-leġiżlazzjoni applikabbli. Kull deċiżjoni għandha tispeċifika r-rimedji u l-perjodi permessi għall-appelli. Ladarba l-istituzzjoni ta' kuntatt tkun ġiet notifikata bid-deċiżjonijiet kollha meħudin minn kull istituzzjoni, għandha tibgħat sommarju ta' dawn id-deċiżjonijiet lill-applikant u lill-istituzzjonijiet l-oħra konċernati. Il-mudell tas-sommarju għandu jitfassal mill-Kummissjoni Amministrattiva. Is-sommarju għandu jintbagħat lill-applikant, fil-lingwa ta' l-istituzzjoni jew, fuq talba ta" l-applikant, fil-lingwa li jagħżel hu, rikonoxxuta bħala lingwa uffiċjali ta' l-istituzzjonijiet Komunitarji skond l-Artikolu 290 tat-Trattat.
2. Jekk wara li jkun irċieva s-sommarju, l-applikant jidhirlu li d-drittijiet tiegħu setgħu kienu affettwati ħażin mill-interazzjoni ta" deċiżjonijiet meħuda minn żewġ istituzzjonijiet jew aktar, l-applikant għandu jkollu d-dritt għal reviżjoni tad-deċiżjonijiet meħuda mill-istituzzjonijiet konċernati fil-limiti ta" żmien stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali rispettiva. Il-limiti ta" żmien għandhom jibdew mid-data ta" meta l-applikant irċieva s-sommarju. L-applikant għandu jkun innotifikat bil-miktub dwar ir-riżultat tar-reviżjoni.
Artikolu 49
Determinazzjoni tal-grad ta" diżabbiltà
1. Fil-każ fejn il-miżuri ta" l-Artikolu 46(3) tar-Regolament bażiku ikunu applikabbli, l-istituzzjoni ta" investigazzjoni hija awtorizzata biss li tieħu d-deċiżjoni dwar l-istat ta" diżabbiltà ta" l-applikant. Hija tieħu din id-deċiżjoni minn meta hija f'pożizzjoni li tiddetermina jekk il-kundizzjonijiet ta" l-għoti tad-dritt stabbiliti mil-leġiżlazzjoni li hija tapplika humiex issodisdata, waqt li jiġu kkunsidrati, jekk jinqala" l-każ, il-miżuri ta" l-Artikoli 6 u 51 tar-Regolament bażiku Hija tinnotifika mingħajr dewmien b'din id-deċiżjoni lill-istituzzjonijiet l-oħrajn inkawża.
Jekk il-kundizzjonijiet ta" għoti tad-dritt, ħlief dawk relatati ma" l-istat ta" diżabbiltà, stabbiliti mil-leġiżlazzjoni li hija tapplika, ma jkunux sodisdata, waqt li jiġu kkunsidrati l-miżuri ta" l-Artikoli 6 u 51 tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni ta" investigazzjoni tavża b'dan immedjatament lill-istituzzjoni kompetenti ta" l-Istat Membru li għal leġiżlazzjoni tiegħu l-applikant kien suġġett l-aħħar. Din l-istituzzjoni ta" l-aħħar hija awtorizzata li tieħu d-deċiżjoni relatata ma" l-istat ta" diżabbiltà ta" l-applikant jekk il-kundizzjonijiet ta" għoti tad-dritt stabbiliti mil-leġiżlazzjoni li hija tapplika huma sodisdata; hija tinnotifika mingħajr dewmien b'din id-deċiżjoni lill-istituzzjonijiet l-oħrajn inkawża.
2.Fid-determinazzjoni ta'l-eliġibilita', fejn hu xieraq, wieħed għandu jmur lura, permezz ta' l-istess proċedura, għall-għoti tad-dritt, sa l-istituzzjoni kompetenti fil-qasam ta" diżabbiltà ta" l-Istat Membru għal-leġiżlazzjoni ta" liema l-applikant kien suġġett l-ewwel.
3. Fil-każ fejn id-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 46(3) tar-Regolament bażiku m'humiex applikabbli, biex jiġi determinat il-grad ta" diżabbiltà, kull istituzzjoni skond il-leġiżlazzjoni tagħha,għandu jkollha d-dritt li l-applikant ikun eżaminat minn tabib jew espert ieħor ta" l-għażla tagħha. Madankollu, l-istituzzjoni ta" Stat Membru għandha tikkunsidra d-dokumenti, ir-rapporti mediċi u l-informazzjoni amministrattiva miġbura mill-istituzzjoni ta" kull Stat membru ieħor daqs li kieku tfasslu fl-Istat Membru tagħha stess.
▌
Artikolu 50
Pagamenti proviżorji u ħlas bil-quddiem fuq benefiċċji
1. Minkejja l-Artikolu 7 ta" dan ir-Regolament, kull istituzzjoni li tiddikjara, matul id-investigazzjoni ta" talba għal benefiċċji, li l-applikant għandu dritt għal benefiċċju supplimentari taħt il-leġiżlazzjoni li hija tapplika, b'konformità ma" l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament bażiku, tħallas immedjatament dan il-benefiċċju. Dan il-pagament huwa kkunsidrat bħala proviżorju jekk l-ammont mogħti jista" jkun affettwat mir-riżultat tal-proċedura ta" investigazzjoni tat-talba.
2. Jekk l-ebda benefiċċju b'mod proviżorju ma jista" jitħallas lill-applikant skond il-paragrafu 1 iżda jirriżulta minn informazzjoni riċevuta li dritt huwa mogħti taħt l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni ta" investigazzjoni tagħtih ħlas bil-quddiem li jista" jittieħed lura li l-ammont tiegħu huwa l-eqreb possibbli għal dak li x'aktarx ikun mogħti fl-applikazzjoni ta" l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament bażiku.
3. Kull istituzzjoni marbuta li tħallas benefiċċji jew il-ħlas bil-quddiem proviżorji skond il-paragrafi 1 jew 2 għandha tinforma b'dan lill-applikant mingħajr dewmien billi tiġbidlu l-attenzjoni b'mod espliċitu għan-natura proviżorja tal-miżura meħuda u għal kull dritt ta' appell skond il-leġiżlazzjoni tagħha.
Artikolu 51
Kalkolu ġdid tal-benefiċċji
1. F'każ ta" kalkolu ġdid tal-benefiċċji fl-applikazzjoni ta" l-Artikoli 48(3) u (4), 50(4), u 59(1) tar-Regolament bażiku, l-Artikolu 50 ta" dan ir-Regolament huwa applikabbli mutatis mutandis.
2. F'każ ta" kalkolu ġdid, ta" rtirar jew ta" sospensjoni tal-benefiċċju, l-istituzzjoni li ħadet din id-deċiżjoni tinnotifikaha mingħajr dewmien lill-interessat skond il-proċedura speċifikata fl-Artikolu 3(4) sa (7) tar-regolament implimentattiv, u tinforma kull waħda mill-istituzzjonijiet fir-rigward ta" liema l-interessat għandu dritt.
Artikolu 52
Miżuri maħsuba biex iħaffu l-proċess ta' kalkolu tal-pensjoni
1. Sabiex tkun iffaċilitata u aċċellerata l-investigazzjoni ta' talbiet u l-ħlas tal-benefiċċji, l-istituzzjonijiet li għal-leġiżlazzjoni tagħhom persuna kienet soġġetta, għandhom:
a)
jagħmlu disponibbli għall-istituzzjonijiet ta' Stati Membri oħra, jew jaqsmu magħhom, l-elementi biex jiġu identifikati persuni li jibdlu minn leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għal oħra u flimkien jiżguraw li dawk l-elementi ta' identifikazzjoni jinżammu u jikkorrispondu jew, fin-nuqqas ta' dak, jipprovdu lil dawk il-persuni bil-mezzi għal aċċess għall-elementi ta' identifikazzjoni tagħhom direttament;
b)
fi żmien suffiċjenti qabel l-età minima biex jibdew id-drittijiet tal-pensjoni jew qabel età li għandha tiġi determinata mill-istituzzjonijiet li għal-leġiżlazzjoni tagħhom persuna kienet soġġetta, jagħmlu disponibbli għall-persuna konċernata u għall-istituzzjonijiet ta' Stati Membri oħra, jew jaqsmu magħhom, informazzjoni (perjodi kompletati jew elementi importanti oħra) dwar id-drittijiet tal-pensjoni ta' persuni li bidlu minn leġiżlazzjoni applikabbli għal oħra jew, fin-nuqqas ta' dak, jinfurmaw lil dawk il-persuni dwar, jew jipprovdulhom, il-mezzi biex jiffamiljarizzaw ruħhom mad-drittijiet prospettivi tagħhom għal benefiċċji.
2. Għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tiddetermina l-elementi ta' informazzjoni li għandhom jiġu skambjati jew li għandhom ikunu disponibbli u għandha tistabbilixxi l-proċeduri u l-mekkaniżmi xierqa, filwaqt li tqis il-karatteristiċi, l-organizzazzjoni amministrattiva u teknika tagħhom, u l-mezzi teknoloġiċi għad-dispożizzjoni ta" skemi tal-pensjoni nazzjonali. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tiżgura l-implimentazzjoni ta" dawk l-iskemi tal-pensjoni billi torganizza segwitu għal miżuri li ttieħdu u għall-applikazzjoni tagħhom.
3.Għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-istituzzjoni fl-ewwel Stat Membru fejn persuna tingħata Numru ta' Identifikazzjoni Personali (PIN) għal raġunijiet ta' amministrazzjoni tas-sigurtà soċjali, għandha tingħata l-informazzjoni msemmija hawn fuq.
▌
Artikolu 53
Miżuri ta" koordinazzjoni fi Stat Membru
1. Bla ħsara għall-Artikolu 51 tar-Regolament bażiku,jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali għandha regoli biex tiddetermina l-istituzzjoni responsabbli jew l-iskema applikabbli jew biex jintgħażlu perjodi ta' assigurazzjoni għal skema speċifika, dawk ir-regoli għandhom ikunu applikati, filwaqt li jitqiesu biss il-perjodi ta" assigurazzjoni kkompletati skond il-leġiżlazzjoni ta" l-Istat Membru konċernat.
2. Jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali għandha regoli ta" koordinazzjoni bejn l-iskemi speċjali applikabbli għall-impjegati ċivili u l-iskema ġenerali tal-ħaddiema bil-paga, dawn ir-regoli ma jintlaqtux mill-miżuri tar-Regolament bażiku u tar-Regolament implimentattiv.
Kapitolu V
Benefiċċji ta" qgħad
Artikolu 54
Aggregazzjoni ta' perjodi u kalkolu tal-benefiċċji
1.L-Artikolu 12(1) tar-Regolament implimentattiv għandu japplika mutatis mutandis għall-Artikolu 61 tar-Regolament bażiku. Bla ħsara għall-obbligi sottostanti ta' l-istituzzjonijiet involuti, il-persuna konċernata tista' tippreżenta lill-istituzzjoni kompetenti dokument maħruġ mill-istituzzjoni ta' l-Istat Membru li għal-leġiżlazzjoni tiegħu kienet soġġetta fir-rigward ta' l-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha fejn huma speċifikati l-perjodi kkompletati skond dik il-leġiżlazzjoni.
2. Għall-finijiet ta" l-applikazzjoni ta" l-Artikolu 62(3) tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni kompetenti ta" l-Istat Membru li għal-leġiżlazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata hija suġġetta matul l-aħħar attività tagħha bil-paga jew self-employed tikkomunika lill-istituzzjoni tal-post ta" residenza u fuq it-talba ta" din l-elementi kollha meħtieġa għal kalkolu tal-benefiċċji ta" qgħad, notevolment l-ammont tas-salarju jew tad-dħul professjonali rċevut.
▌
3. Għall-finijiet ta" l-applikazzjoni ta" l-Artikolu 62 tar-Regolament bażiku u minkejja l-Artikolu 63 ta' dak ir-Regolament, l-istituzzjoni kompetenti ta" Stat Membru li tiegħu l-leġiżlazzjoni tipprevedi li l-kalkolu tal-benefiċċji jvarja skond in-numru tal-membri tal-familja tikkunsidra ugwalment membri tal-familja ta" l-interessat li joqogħdu fi Stat Membru ieħor, daqs li kieku kienu joqogħdu fl-Istat Membru kompetenti. Din il-miżura ma tapplikax jekk, fl-Istat Membru ta" residenza ta" membri tal-familja, persuna oħra għandha dritt għal benefiċċji ta" qgħad għall-kalkolu ta" liema dawn il-membri tal-familja jiġu kkunsidrati.
Artikolu 55
Kundizzjonijiet u limiti taż-żamma tad-dritt għall-benefiċċji għal persuna qiegħda li tmur fi Stat Membru ieħor
1. Sabiex tibbenefika mill-miżuri ta" l-Artikolu 64 tar-Regolament bażiku, il-persuna qiegħda li tmur fi Stat Membru ieħor tinforma lill-istituzzjoni kompetenti qabel it-tluq tagħha u titlobha dokument li jiċċertifika li hija jibqa" jkollha d-dritt għall-benefiċċji bil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 64(1)(b) tar-Regolament bażiku.
Din l-istituzzjoni tinformaha bl-obbligi tagħha li huma r-responsabbiltà tagħha u tgħaddilha d-dokument imsemmi li jinkludi notevolment:
a)
id-data li fiha l-persuna qiegħda waqfet li tkun għad-dispożizzjoni tas-servizzi tax-xogħol ta" l-Istat kompetenti;
b)
it-tul ta" żmien mogħti b'konformità ma" l-Artikolu 64(1)(b) tar-Regolament bażiku għar-reġistrazzjoni bħala persuna li qed tfittex ix-xogħol fl-Istat Membru fejn il-persuna qiegħda marret;
il-data li jistgħu jbiddlu d-dritt għall-benefiċċji.
2. Il-persuna qiegħda tirreġistra bħala persuna li qed tfittex ix-xogħol mas-servizzi tax-xogħol ta" l-Istat Membru fejn hija tmur b'konformità mal-miżuri ta" l-Artikolu 64(1)(b) tar-Regolament bażiku u tgħaddi lill-istituzzjoni ta" dan l-Istat Membru d-dokument imsemmi fil-paragrafu 1. Fin-nuqqas ta" dan, l-istituzzjoni tal-post fejn il-persuna qiegħda marret tindirizza lill-istituzzjoni kompetenti biex tikseb l-informazzjoni meħtieġa.
3. Is-servizzi tax-xogħol ta" l-Istat Membru fejn il-persuna qiegħda marret biex tfittex impjieg tinforma lill-persuna qiegħda bl-obbligi tagħha.
4. L-istituzzjoni tal-post fejn il-persuna qiegħda marret għandha tibgħat dokument immedjatament lill-istituzzjoni kompetenti li fih id-data ta" reġistrazzjoni tal-persuna qiegħda mas-servizzi tax-xogħol u l-indirizz ġdid tagħha.
Jekk, matul il-perjodu li fih il-persuna qiegħda għandha d-dritt għaż-żamma tal-benefiċċji, isseħħ kwalunkwe ċirkostanza li x'aktarx li taffettwa d-dritt għall-benefiċċji, l-istituzzjoni tal-post fejn il-persuna qiegħda marretgħandha tgħaddi minnufih lill-istituzzjoni kompetenti u lill-persuna konċernata dokument li fih l-informazzjoni rilevanti.
Fuq talba ta' l-istituzzjoni kompetenti, l-istituzzjoni fil-post fejn tkun marret il-persuna qiegħda għandha tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kull xahar dwar il-progress tas-sitwazzjoni tal-persuna qiegħda notevolment jekk din hix dejjem irreġistrata mas-servizzi tax-xogħol u jekk hix qed timxi b'konformità mal-proċeduri organizzati ta" kontroll.
5. L-istituzzjoni tal-post fejn il-persuna qiegħda marret tipproċedi jew tqabbad il-proċediment għall-kontroll daqs li kieku din kienet persuna qiegħda li tibbenefika minn benefiċċji skond il-leġiżlazzjoni li hija tapplika. Hija tinforma immedjatament lill-istituzzjoni kompetenti bis-seħħ b'dak kollu msemmi f'paragrafu 1(d).
6. L-awtoritajiet kompetenti jew l-istituzzjonijiet kompetenti ta" żewġ jew bosta Stati Membri jistgħu jiddefinixxu bejniethom ġabra ta" miżuri maħsuba biex jiffavorixxu t-tfittxija għal xogħol tal-persuni qiegħda li jmorru f'wieħed minn dawn l-Istati Membri skond l-Artikolu 64 tar-Regolament bażiku.
Artikolu 56
Persuna qiegħda li kienet toqgħod fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti
1. Meta l-persuna qiegħda tiddeċiedi, b'konformità ma" l-Artikolu 65(2) tar-Regolament bażiku, li tirreġistra bħala persuna li qed tfittex xogħol kemm fl-Istat Membru ta" residenza u fl-Istat Membru fejn hija eżerċitat l-aħħar attività bil-paga jew self-employed tagħha, hija tinforma b'dan qabel kollox lill-istituzzjoni u s-servizzi tax-xogħol tal-post ta" residenza tagħha.
Fuq it-talba tas-servizzi tax-xogħol ta" l-Istat Membru fejn hija eżerċitat l-aħħar attività bil-paga jew self-employed tagħha, is-servizzi tax-xogħol tal-post ta" residenza jgħaddu l-informazzjoni rilevanti dwar ir-reġistrazzjoni u t-tfittxija għal impjieg mill-persuna qiegħda.
2. Meta l-leġiżlazzjoni applikabbli fl-Istati Membri kkonċernati teħtieġ it-twettiq ta" ċerti obbligi u/jew attivitajiet ta' tfittxija ta' impjieg mill-persuna qiegħda, l-obbligi u/jew l-attivitajiet ta' tfittxija ta' impjieg li jridu jsiru mill-persuna qiegħda fl-Istat Membru ta" residenza għandu jkollhom prijorità.
Il-fatt li l-persuna qiegħda ma twettaqx l-obbligi u/jew l-attivitajiet ta' tfittxija ta' impjieg kollha fl-Istat Membru fejn hija eżerċitat l-aħħar attività tagħha, m'għandux jaffettwa l-benefiċċji mogħtija fl-Istat Membru ta' residenza.
3. Għall-finijiet ta" l-applikazzjoni ta" l-Artikolu 65(5)(b) tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni ta" l-Istat Membru li għal-leġiżlazzjoni tiegħu l-ħaddiem kien suġġett l-aħħar tindika lill-istituzzjoni tal-post ta" residenza, fuq it-talba ta" din, jekk il-ħaddiem għandux dritt għall-benefiċċji skond l-Artikolu 64 tar-Regolament bażiku.
Kapitolu VI
Benefiċċji tal-familja
Artikolu 57
Regoli ta" prijorità f'każ ta" akkumulazzjoni
Għall-finijiet ta" l-applikazzjoni l-Artikolu 68(1)(b)(i) u (ii) tar-Regolament bażiku, meta r-residenza tat-tfal ma tippermettix li tiġi determinata l-ordni ta" prijorità, kull Stat Membru kkonċernat għandu jikkalkula l-ammont tal-benefiċċji li jinkludi dawk tat-tfal li ma joqogħdux fuq it-territorju tiegħu. Meta jiġi applikat l-Artikolu 68(1)(b)(i), l-istituzzjoni kompetenti ta" l-Istat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu tispeċifika l-ammont l-aktar għoli ta" benefiċċji għandha tagħti s-somma sħiħa ta" dan l-ammont. L-istituzzjoni kompetenti ta" l-Istat Membru l-ieħor għandha troddilha lura nofs l-ammont imsemmi, fil-limitu ta" l-ammont speċifikat mil-leġiżlazzjoni ta" dan l-Istat Membru ta" l-aħħar.
Artikolu 58
Regoli applikabbli meta jinbidlu l-leġiżlazzjoni applikabbli u/jew il-kompetenza biex jingħataw il-benefiċċji tal-familja
1. 1 Meta l-leġiżlazzjoni applikabbli u/jew il-kompetenza biex jingħataw il-benefiċċji tal-familja jinbidlu bejn Stati Membri matul xahar kalendarju, ikunu xi jkunu d-dati ta" tmiem għall-ħlas tal-benefiċċji tal-familja speċifikati mil-leġiżlazzjoni ta" dawn l-Istati Membri, l-istituzzjoni li ħallset dawn il-benefiċċji tal-familja fl-applikazzjoni tal- leġiżlazzjoni skond liema l-benefiċċji ngħataw fil-bidu ta" dan ix-xahar għandha tibqa" terfa" din ir-responsabbiltà sa l-aħħar tax-xahar kurrenti.
2. 2 Hija għandha tinforma lill-istituzzjoni ta" l-Istat Membru l-ieħor jew ta" l-Istati Membri l-oħra konċernati bid-data ta" tmiem li fiha hija tieqaf milli tħallas il-benefiċċji tal-familja konċernati. Il-ħlas tal-benefiċċji mill-Istat Membru l-ieħor għandu jidħol fis-seħħ minn dik id-data.
Artikolu 59
Proċedura għall-applikazzjoni ta" l-Artikoli 67 u 68 tar-Regolament bażiku
1. It-talba għal għoti ta" benefiċċji tal-familja għandha ssir ▌lill-istituzzjoni kompetenti. Għall-finijiet ta" l-applikazzjoni ta" l-Artikoli 67 u 68 tar-Regolament bażiku, is-sitwazzjoni tal-familja kollha għandha titqies jekk il-persuni kollha involuti kienu soġġetti għal-leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru konċernat u residenti hemmhekk, partikolarment fir-rigward tad-dritt ta" persuna li titlob benefiċċji bħal dawn. Meta ġenitur li għandu d-dritt jagħmel talba għall-benefiċċji ma jeżerċitax id-dritt tiegħu, applikazzjoni għall-benefiċċji tal-familja ppreżentata mill-ġenitur l-ieħor, persuna meqjusa bħala ġenitur, jew mill-persuna jew istituzzjoni li taġixxi bħala t-tutur tal-wild jew tat-tfal, għandha titqies mill-istituzzjoni kompetenti ta' l-Istat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu tkun applikabbli.
2. L-istituzzjoni li lilha tiġi ppreżentata applikazzjoni skond il-paragrafu 1 teżamina t-talba fuq il-bażi ta" l-informazzjoni dettaljata pprovduta minn min qiegħed jagħmel it-talba u, kull darba li jkun hemm bżonn, waqt li jkunu kkunsidrati l-elementi kollha ta" fatt u ta" dritt li jikkaratterizzaw is-sitwazzjoni tal-familja ta" min qiegħed jagħmel it-talba.
Jekk dik l-istituzzjoni tikkonkludi li l-leġiżlazzjoni tagħha hija applikabbli bi dritt ta' preċedenza skond il-paragrafi 1 u 2 ta' l-Artikolu 68 tar-Regolament bażiku,għandhatipprovdi l-benefiċċji tal-familja skond il-leġiżlazzjoni li tapplika.
Jekk dik l-istituzzjoni jidhrilha li jista" jkun hemm dritt għal supplement għad-differenza bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru ieħor skond l-Artikolu 68(2) tar-Regolament bażiku, dik l-istess istituzzjoni għandha tgħaddi l-applikazzjoni, mingħajr dewmien, lill-istituzzjoni kompetenti ta' l-Istat Membru l-ieħor u tinforma lill-persuna konċernata; barra minn hekk, għandha tinforma lill-istituzzjoni ta" l-Istat Membru l-ieħor bid-deċiżjoni tagħha dwar l-applikazzjoni u dwar l-ammont ta' benefiċċji tal-familja li tħallas.
3. Meta l-istituzzjoni li ssirilha l-applikazzjoni tikkonkludi li l-leġiżlazzjoni tagħha hija applikabbli, iżda mhux bi dritt ta' preċedenza skond l-Artikolu 68(1) u (2) tar-Regolament bażiku, għandha tieħu deċiżjoni proviżorja, mingħajr dewmien, fuq ir-regoli ta" prijorità li għandhom jiġu applikati u għandha tibgħad l-applikazzjoni skondl-Artikolu 68(3) lill-istituzzjoni ta' l-Istat Membru l-ieħor u tinforma wkoll lill-applikant b'dan. Dik l-istituzzjonigħandu jkollhaxahrejn biex tieħu pożizzjoni dwar id-deċiżjoni proviżorja li ttieħdet.
Jekk l-istituzzjoni li lilha ntbagħtet l-applikazzjoni ma tiħux pożizzjoni fi żmien il-perjodu msemmi hawn fuq, għandha tapplika d-deċiżjoni proviżorja msemmija hawn fuq u din l-istituzzjoni għandha tħallas il-benefiċċji stipulati fil-leġiżlazzjoni tagħha u tinforma lill-istituzzjoni li għaddiet l-applikazzjoni bl-ammont tal-benefiċċji mħallsin.
4. Meta jkun hemm differenza fl-opinjoni bejn l-istituzzjonijiet ikkonċernati dwar liema leġiżlazzjoni hija applikabbli bi dritt ta' preċedenza, għandhu japplika l-Artikolu 6 (2)-(5) tar-Regolament implimentattiv. Għal dan il-għan, l-istituzzjoni tal-post ta" residenza msemmija fl-Artikolu 6(2) għandha tkun l-istituzzjoni tal-post ta" residenza tal-wild jew tat-tfal.
5. L-istituzzjoni li ║tat il-benefiċċji b'mod proviżorju għal ammont li jaqbeż dak li hija fl-aħħar nett responsabbli għalih tibgħat lill-istituzzjoni prijoritarja għall-irkupru tal-ħlas żejjed skond il-proċedura speċifikata mill-Artikolu 71.
Għall-applikazzjoni ta" l-Artikolu 69 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tfassal lista tal-benefiċċji addizzjonali jew speċjali tal-familja għall-orfni koperti b'dak l-Artikolu. Jekk m'hemmx dispożizzjoni biex jekk l-istituzzjoni kompetenti tagħti, bi dritt ta" preċedenza, tali benefiċċji addizzjonali jew speċjali tal-familja għall-orfni skond il-miżuri tal-leġiżlazzjoni li tapplika, tgħaddi mingħajr dewmien kull talba għal benefiċċji tal-familja, flimkien mad-dokumenti kollha u t-tagħrif meħtieġ lill-istituzzjoni ta" l-Istat Membru li taħt il-leġiżlazzjoni tiegħu l-persuna kienet l-aktar suġġetta,għall-itwal perjodu ta' żmienu li tipprovdi tali benefiċċji addizzjonali jew speċjali tal-familja għall-orfni. Jista" jkun li tmur lura, jekk jingħata l-każ, fl-istess kundizzjonijiet, sa l-istituzzjoni ta" l-Istat Membru li taħt il-leġiżlazzjoni tiegħu l-interessat wettaq l-iqsar perjodi ta" assigurazzjoni jew ta" residenza tiegħu.
Titolu IV
Miżuri finanzjarji
Kapitolu I
Rimborż tal-benefiċċji fl-applikazzjoni ta" l-Artikoli 35(1) u 41 tar-Regolament bażiku
Sezzjoni 1
Rimborż tal-benefiċċji fuq il-bażi ta" l-ispejjeż attwali
Artikolu 61
Prinċipji
1. Għall-finijiet ta" l-applikazzjoni ta" l-Artikoli 35(1) u 41 tar-Regolamentbażiku, l-ammont attwali tal-benefiċċji in natura, kif jirriżulta mill-kontabilità ta" l-istituzzjoni li tagħthom, għandu jiġi rrimburżat lil dik l-istituzzjoni mill-istituzzjoni kompetenti li tathom, , ħlief fejn japplika l-Artikolu 62 tar-Regolament implimentattiv.
▌
2. Jekk parti minn jew l-ammont attwali kollu tal-benefiċċji msemmija fil-paragrafu 1 ma jirriżultax mill-kontabilità ta" l-istituzzjoni li tathom, l-ammont li jrid jiġi rrimburżat huwa determinat fuq il-bażi ta" rata fissa stabbilita mir-referenzi adattati kollha maħruġa mill-data disponibbli. Il-kummissjoni amministrattiva tevalwa l-bażijiet li ġew użati għal kalkolu tar-rati ffissati u tistabbilixxi l-ammont.
3. Rati aktar għolja minn dawk li huma applikabbli għall-benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali mogħtija lill-persuni assigurati oġġetti għal-leġiżlazzjoni applikata mill-istituzzjoni li tat il-benefiċċji msemmija fil-paragrafu 1 ma jistgħux ikunu kkunsidrati għar-rimborż.
▌
Sezzjoni 2
Rimborż tal-benefiċċji fuq il-bażi ta" rati fissi
Artikolu 62
Identifikazzjoni ta" l-Istati Membri kkonċernati
1. L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 35(2) tar-Regolament bażiku, li tagħhom l-istrutturi ġuridiċi jew amministrattivi jagħmlu r-rimborż inadegwat fuq il-bażi ta" spejjeż reali, huma msemmija fl-Anness III ta" dan ir-Regolament.
▌
2. Għall-Istati Membri msemmija fl-Anness III ta" dan ir-Regolament, l-ammont tal-benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali mogħtija lill-membri tal-familja li ma joqogħdux fl-istess Stat Membru tal-persuna assigurata skond l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, u lill-pensjonanti u lill-membri tal-familja tagħhom skond l-Artikoli 22, 24(1), 25 u 26 tar-Regolament (bażiku huwa rrimburżat mill-istituzzjonijiet kompetenti lill-istituzzjonijiet li taw il-benefiċċji msemmija, fuq il-bażi ta" rata fissa stabbilita għal kull sena kalendarja. L-ammont ta" din ir-rata fissa jrid ikun qrib kemm jista" jkun għall-ispejjeż attwali.
Artikolu 63
Metodu ta" kalkolu ta' l-ammonti fissi ta' kull xahar u ta" l-ammont fiss totali
1. Għal kull Stat Membru kreditur, l-ammont fiss ta' kull xahar għal kull persuna (Fi) għal sena kalendarja għandu jkunstabbilit billi tiġi diviża l-ispiża annwali medja għal kull persuna (Yi), skond il-klassifikazzjonijiet differenti ta" età (i), bi 12 u billi jiġi applikat tnaqqis (X) għar-riżultat skond il-formola li ġejja:
Fi = Yi*1/12*(1-X)
Fejn║:
-
L-indiċi ▌i (il-valuri i = 1, 2 u 3) jirrappreżenta t-tliet klassifikazzjonijiet ta" età miżmuma għall-kalkolu ta" l-ammonti fissi:
i = 1 : persuni ta" taħt l-20 sena
i = 2 : persuni ta" bejn l-20 u l-64 sena
i = 3 : persuni minn 65 sena u aktar.
▌
- Yi jirrappreżenta l-ispiża medja annwali tal-persuni tal-klassifikazzjoni ta" età i, bħalma hija ddefinita fil-paragrafu 2.
-
il-ko-effiċjent X (0,20 jew 0,15) jirrappreżenta t-tnaqqis kif iddefinit fil-paragrafu3.
▌
2. L-ispiża annwali medja għal kull persuna (Yi) fil-klassifikazzjoni ta" età i tinkiseb billi jiġu diviżi l-ispejjeż annwali relatati mat-total tal-benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali mogħtija mill-istituzzjonijiet ta" l-Istat Membru kreditur lill-persuni kollha tal-klassifikazzjoni ta" età kkonċernata suġġetti għal-leġiżlazzjoni tiegħu u li joqogħdu fuq it-territorju tiegħu bin-numru medju annwali ta" persuni konċernati ta" din il-klassifikazzjoni ta" età fis-sena kalendarja konċernata. Il-kalkolu għandu jkun ibbażat fuq in-nefqa skond l-iskemi msemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament implimentattiv.
3. It-tnaqqis li jrid jiġi applikat għar-rata fissa ta" kull xahar, bħala prinċipju, għandu jkun ugwali għal 20% (X = 0,20). Għandu jkun ugwali għal 15% (X=0,15) għall-pensjonanti u l-membri tal-familja tagħhom, meta l-Istat Membru kompetenti ma jkunx elenkat fl-Anness IV tar-Regolament bażiku.
4. Għal kull Stat Membru debitur, l-ammont fiss totali għal sena kalendarja għandu jkun is-somma tal-prodotti miksubin billi jiġu mmultiplikati, f'kull grupp ta' età i, l-ammonti determinati u fissi ta' kull xahar għal kull persuna bin-numru ta' xhur ikkompletati mill-persuni kkonċernati fl-IstatMembru kreditur f'dak il-grupp ta' età.
In-numru ta" ta' xhur ikkompletati mill-persuni konċernati fl-Istat Membru kreditur għandu jkun is-somma tax-xhur kalendarji f'sena kalendarja li matulhom il-persuni konċernati kienu, minħabba fir-residenza tagħhom fit-territorju ta' l-Istat Membru kreditur, eliġibbli biex jirċievu benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali f'dak it-territorju li jitħallsu mill-Istat Membru debitur. Dawk ix-xhur għandhom ikunu determinati minn inventarju miżmum għal dan il-għan mill-istituzzjoni tal-post ta" residenza, fuq il-bażi tax-xhieda dokumentata tad-drittijiet ta" l-interessati pprovduti mill-istituzzjoni kompetenti.
5. Mhux iktar tard minn...(7), il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tippreżenta rapport speċifiku dwar l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu u b'mod partikulari dwar it-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 3. Fuq il-bażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni Amministrattiva tista' tippreżenta proposta li jkun fiha kwalunkwe emenda li tista' tkun meħtieġa sabiex jiġi żgurat li l-kalkolu ta' ammonti fissi jiġi l-iktar qrib possibbli għall-infiq attwali magħmul u li t-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 3 ma jirriżultax fi ħlasijiet żbilanċjati jew pagamenti doppji għall-Istati Membri.
▌
6. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tiffissa l-metodi u l-modalitajiet ta" determinazzjoni ta" l-elementi ta" kalkolu ta" l-ammonti fissi msemmija fil-paragrafi preċedenti.
7.Minkejja l-paragrafi 1 sa 4, l-Istati Membri jistgħu jibqgħu japplikaw l-Artikoli 94 u 95 tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 għall-kalkolu ta" l-ammont fiss sa ...(8), sakemm ikun applikat it-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 3.
Artikolu 64
Notifika ta" l-ispejjeż medji annwali
L-ammont ta" l-ispiża medja annwali għal kull persuna f'kull klassifikazzjoni ta" età relatata ma" sena determinata għandha tiġi notifikatalill-Bord tal-Kontabilità sa mhux aktar tard minn tmiem it-tieni sena li tiġi wara s-sena konċernata. F'nuqqas ta" notifikaqabel ma jagħlaq iż-żmien, jinżamm l-ammont ta" l-ispiża medja annwali għal kull persuna li l-Kummissjoni Amministrattiva tkun stabbiliet l-aħħar għal sena preċedenti.
L-ispejjeż medji annwali jkunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.
Sezzjoni 3
Miżuri komuni
Artikolu 65
Proċedura ta" rimborż bejn l-istituzzjonijiet
1.Ir-rimborż bejn l-Istati Membri konċernati għandu jsir malajr kemm jista' jkun. Kull istituzzjoni konċernata għandha tkun obbligata li tirrimborża t-talbiet qabel l-iskadenzi msemmija f'dan l-Artikolu, malli tkun f'pożizzjoni li tagħmel dan. Tilwima dwar talba partikulari m'għandhiex ixxekkel ir-rimborż ta" talba oħra jew ta" talbiet oħra.
2. Ir-rimborżi speċifikati mill-Artikoli 35 u 41 tar-Regolament bażiku bejn l-istituzzjonijiet ta" l-Istati Membri għandhom isiru permezz ta" ║ l-entità ta" kuntatt. Jista' jkun hemm entità ta' kuntatt separata għar-rimborżi skond l-Artikolu 35 u 41 tar-Regolament bażiku.
Artikolu 66
Perjodi ta" bidu u ta" pagament ta" djun
1. Id-djun stabbiliti nefqa reali għandhom jitressqulill-entità ta' kuntatt ta' l-Istat Membru debitur sa mhux aktar tard minn tnax-il xaharmit-tmiem ta" nofs is-sena kalendarja li matulha dawk id-djun ġew reġistrati fil-kontijiet ta' l-istituzzjoni kreditriċi.
2. Klejms għal ammonti fissi għal sena kalendarja jridu jiġu ppreżentati lill-entità ta" kuntatt ta" l-Istat Membru debitur fis-sitt xhur ta" wara x-xahar li matulu l-ispejjeż medji għas-sena kkonċernata jkunu ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea. L-inventarji msemmija fl-Artikolu 63(4) tar-Regolament implimentattiv għandhom jiġu ppreżentati sa tmiem is-sena ta' wara s-sena ta' referenza.
3. Id-djun imdaħħla wara l-perjodi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma jiġux ikkunsidrati.
4. Il-klejms għandhom jitħallsulill-entità ta" kuntatt ta' l-Istat Membru kreditur imsemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament implimentattiv mill-istituzzjoni debitriċi qabel it-tmiem tax-xahar li matulu jkunuġew ippreżentati lill-entità ta" kuntatt ta" l-Istat Membru debitur. Dan ma japplikax għall-klejms li .l-istituzzjoni debitriċi tkun ċaħdet għal raġuni rilevanti qabel it-tmiem ta" dak il-perjodu
5. Kull tilwima dwarklejmgħandha tkun risolta sa mhux aktar tard minn sena wara x-xahar li fihiddaħħal id-dejn.
6. Il-Bord ta' Verifika għandu jiffaċilita l-għeluq finali tal-kontijiet f'każijiet fejn ma tistax tinstab soluzzjoni fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 5 u, fuq talba motivata minn waħda mill-partijiet, għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar tilwima fi żmien sitt xhur mix-x-xahar li fih il-kwistjoni ġiet referuta lilu.
Artikolu 67
Interessi fuq ħlasijiet li jsiru tardu ħlasijiet parzjali
1. Sa mit-tmiem tal-perjodu ta" sitt xhur imsemmi fl-Artikolu 66(4), tar-Regolamentimplimentattiv, imgħax jista' jiġi mpost mill-istituzzjoni tal-kreditur għalklejms mhux imħallsa sakemm l-istituzzjoni tad-debitur ma tagħmilx, fi żmien sitt xhur mit-tmiem tax-xahar li matulu tkun saret il-klejm, ħlas parzjali ta' mill-inqas 90% tal-klejm totali li tkun saret skond l-Artikolu 66 (1) u (2) tar-Regolament implimentattiv. Għal dawk il-partijiet tal-keljm mhux koperti mill-ħlas parzjali, l-interess jista' jiġi mpost biss. mit-tmiem tal-perjodu ta" sena msemmi fl-Artikolu 66(5) tar-Regolament implimentattiv
2. Dawn l-interessi għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tar-rata ta" referenza applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali tiegħu ta" finanzjament mill-ġdid. Ir-rata ta" referenza applikabbli għandha tkun dik fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar meta l-pagament ikun dovut.
3.L-ebda entità ta' kuntatt m'għandu jkun obbligat jaċċetta ħlas parzjali skond il-paragrafu 1. Madankollu, jekk entità ta" kuntatt tiċħad tali offerta, l-istituzzjoni tal-kreditur m'għandhiex tkun aktar intitolata li tapplika interess dwar ħlas li jsir tard marbut mat-talbiet konċernati lil hinn minn dak li huwa stabbilit fit-tieni sentenza tal-paragrafu 1.
Artikolu 68
Ħlas ta" kontijiet annwali
1. Il-kummissjoni amministrattiva tistabbilixxi s-sitwazzjoni tad-djun għal kull sena kalendarja, b'konformità ma" l-Artikolu 72,(g) tar-Regolamentbażiku, fuq ir-rapport tal-kummissjoni tal-kontabilità. Għal dan il-għan, l-organi ta" kuntatt jinnotifikaw lill-kummissjoni tal-kontabilità, fil-perjodi u skond il-modalitajiet stabbiliti minnha, bl-ammont tad-djun imdaħħla, irregolati jew ikkuntestati (il-pożizzjoni ta" kreditur) min-naħa waħda, u bl-ammont tad-djun irċevuti, irregolati jew ikkuntestati (il-pożizzjoni ta" debitur) min-naħa l-oħra.
2. Il-kummissjoni amministrattiva tista" tmexxi għal proċediment għal kull verifika utli għall-kontroll tal-data statistiċi u kontabili li jservu biex jistabbilixxu s-sitwazzjoni annwali tad-djun speċifikata fil-paragrafu 1, notevolment biex tiżgura ruħha bil-konformità ta" dawn il-data mar-regoli ffissati f'dan it-Titolu.
Fin-nuqqas ta" ftehim imsemmi fl-Artikolu 65(8) tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni tal-post ta" residenza tindirizza lill-istituzzjoni ta" l-Istat Membru li taħt il-leġiżlazzjoni tiegħu l-benefiċjarju kien suġġett l-aħħar it-talba ta" rimborż ta" benefiċċji ta" qgħad skond l-Artikolu 65(6) u (7), tar-Regolament bażiku. It-talba għandha ssir fi żmien sitt xhur minn tmiem in-nofs sena kalendarja li matulha jkun sar l-aħħar tal-benefiċċji ta" qgħad li tagħhom qed jintalab ir-rimborż. It-talba tindika l-ammont tal-benefiċċji mogħtija matul il-perjodi ta" tliet jew ħames xhur imsemmija fl-Artikolu 65(6) u (7) tar-Regolament bażiku, il-perjodu għal liema dawn il-benefiċċji ġew mogħtija u d-dettalji ta" identifikazzjoni tal-persuna qiegħda. Il-klejms għandhom jiddaħħlu u jitħallsu permezz ta" l-entitajiet ta' kuntatt ta' l-Istati Membri konċernati.
Talbiet imressqa wara l-limitu ta' żmien imsemmi fil-paragrafu preċedenti jistgħu ma jiġux ikkunsidrati.
Id-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 65(1) u ta" l-Artikolu 66(4) sa (6) tar-Regolament implimentattivhuma applikabbli mutatis mutandis.
Sa mit-tmiem tal-perjodu ta" sitt xhur imsemmi fl-Artikolu 66(4) tar-Regolament implimentattiv, l-istituzzjoni kreditriċi tista' timponi l-interessi fuq klejms pendenti. Dan l-imgħax għandu jiġi kkalkulat skond l-Artikolu 67(2) tar-Regolament implimentattiv.
L-ammont massimu tar-rimborż imsemmi fit-tielet sentenza ta' l-Artikolu 65(6) tar-Regolament bażiku f'kull każ individwali huwa l-ammont tal-benefiċċju li tkun intitolata għalih il-persuna konċernata skond il-leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru li kienet soġġetta l-aħħar għaliha jekk kienet irreġistrata mas-servizzi ta' l-impjiegi ta' dak l-Istat Membru. Madankollu, fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri elenkati fl-Anness XY, l-istituzzjonijiet kompetenti ta' wieħed minn dawk l-Istati Membri li l-persuna konċernata kienet l-aħħar soġġetta għal-leġiżlazzjoni tiegħu, għandhom jiddeterminaw l-ammont massimu f'kull każ individwali skond l-ammont medju ta' benefiċċji mogħtija lil persuni li ma jkunux impjegati u li huwa stipulat fil-leġiżlazzjoni ta' dan l-Istat Membru fis-sena kalendarja preċedenti.
1. Għall-finijiet ta" l-applikazzjoni ta" l-Artikolu 84 tar-Regolament bażiku u fil-qafas li huwa jiddefinixxi, kull darba li huwa possibbli, l-irkupru tad-djun isir bi prijorità permezz tal-kumpens kemm bejn l-istituzzjonijiet bi kreditu, minn issa "l quddiem imsejħa "l-entitajiet applikanti", u l-istituzzjonijiet bid-dejn, minn issa "l quddiem imsejħa "l-entitajiet rikjesti", kemm fir-rigward tal-persuna assigurata b'konformità ma" l-Artikoli 71 u 72 ta" r-Regolament implimentattiv
Meta parti jew id-dejn kollu ma jkunx jista" jiġi rkuprat permezz tal-kumpens imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-ammonti li jibqgħu dovuti mill-benefiċjarju jiġu rkuprati skond l-Artikoli 73 sa 82 ta" r-Regolament implimentattiv .
2. L-entita' ta" kuntatt irid ikun ikkunsidrat bħala l-entità rikjesta għat-talbiet li huma indirizzati lilu.
Sezzjoni 2
Kumpens
Artikolu 71
Benefiċċji fi flus mhux dovuti jew mħallsa żejda
1. Jekk l-istituzzjoni ta" Stat Membru ħallset lil benefiċjarju benefiċċji ta" somma li taqbeż dik li għaliha għandu dritt, din l-istituzzjoni, fil-kundizzjonijiet u l-limiti speċifikati mil-leġiżlazzjoni li hija tapplika, titlob lill-istituzzjoni ta" kull Stat Membru ieħor debitur ta" benefiċċji favur dan il-benefiċjarju, biex iżżomm l-ammont imħallas żejjed fuq l-ammonti li din għandha tagħti lill-benefiċjarju msemmi. Din l-istituzzjoni ta" l-aħħar tagħmel tnaqqis fil-kundizzjonijiet u l-limiti speċifikati għal tali kumpens mil-leġiżlazzjoni li hija tapplika, daqs li kieku kienu ammonti mħallsa żejda minnha stess, u tittrasferixxi l-ammont imnaqqas lill-istituzzjoni kreditur.
2. Fil-qafas ta" l-Artikolu 6, fi żmien xahrejn wara li l-leġiżlazzjoni applikabbli ġiet determinata jew l-istituzzjoni responsabbli għall-ħlas tal-benefiċċji identifikati, l-istituzzjoni li ħallset benefiċċji fi flus proviżorjament tistabbilixxi t-tnaqqis ta" l-ammont li trid tagħtiha l-istituzzjoni kompetenti. Meta l-kontribuzzjonijiet kienu tħallsu proviżorjament mill-benefiċjarju u/jew minn min iħaddmu, dawn l-ammonti jiġu kkunsidrati biex jiġi stabbilit l-ammont imsemmi.
L-istituzzjoni kompetenti debitriċi ta" benefiċċji favur il-benefiċjarju żżomm l-ammont dovut taħt il-pagament proviżorju fuq l-ammonti li hija trid tagħti lill-interessat. L-istituzzjoni debitriċi tagħmel tnaqqis fil-kundizzjonijiet u l-limiti speċifikati għal tali kumpens mil-leġiżlazzjoni li hija tapplika u tittrasferixxi mingħajr dewmien l-ammont imnaqqas lill-organu kreditur.
3. Meta persuna assigurata bbenefikat mill-assistenza soċjali fi Stat Membru matul perjodu li matulu hija kellha dritt għall-benefiċċji taħt il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru ieħor, l-organu li pprovda l-assistenza jista", jekk jiddisponi minn appell li jista" jiġi aċċettat legalment fuq il-benefiċċji dovuti lill-persuna msemmija, jitlob lill-istituzzjoni ta" kull Stat Membru ieħor debitur ta" benefiċċji favur din il-persuna biex tnaqqas l-ammont minfuq għal din l-assistenza fuq l-ammonti li din tagħti lill-persuna msemmija.
Din il-miżura tapplika mutatis mutandis għall-membru tal-familja ta" persuna assigurata li bbenefika mill-assistenza fuq it-territorju ta" Stat Membru matul perjodu li matulu l-persuna msemmija kellha dritt għal benefiċċji, mill-fatt tal-membru tal-familja kkonċernata, taħt il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru ieħor.
L-istituzzjoni bid-dejn tgħaddi t-tnaqqis ta" l-ammont li huwa dovut lilha lill-istituzzjoni debitriċi. Din tnaqqas l-ammont fil-kundizzjonijiet u l-limiti speċifikati għal tali kumpens mil-leġiżlazzjoni li hija tapplika u tittrasferixxi mingħajr dewmien l-ammont imnaqqas lill-organu kreditur.
4. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3, l-istituzzjoni kompetenti tindirizza lill-persuna kkonċernata nota tas-sitwazzjoni tagħha li turi l-ammonti li għadhom dovuti jew imħallsa żejda fir-rigward tal-leġiżlazzjoni li hija tapplika.
Artikolu 72
Kontribuzzjonijiet mhux dovuti jew imħallsa żejda
Fil-qafas ta" l-Artikolu 6, l-istituzzjoni li ħallset kontribuzzjonijiet żejda b'mod proviżorju lill-persuna assigurata u/jew lil min iħaddimha ma tipproċedix għar-rimborż ta" l-ammonti inkwistjoni favur il-persuni li ħallsuhom ħlief wara li tkun staqsiet lill-istituzzjoni kompetenti dwar l-ammonti li jkunu dovuti lilha fl-applikazzjoni ta" l-Artikolu 6(4).
Sezzjoni 3
Irkupru
Artikolu 73
Talbiet għal tagħrif
1. Fuq talba tal-parti applikanti, il-parti rikjesta tikkomunikalha t-tagħrif li huwa utli għaliha għall-irkupru ta" dejn.
Biex iġġib dan it-tagħrif, il-parti rikjesta teżerċita l-poteri speċifikati mill-miżuri leġiżlattivi, regolamentari jew amministrattivi applikabbli għall-irkupru ta" djun simili li bdew fl-Istat Membru tagħha stess.
2. It-talba għal tagħrif tindika l-isem u l-indirizz u kull tagħrif ieħor li l-parti applikanti normalment ikollha aċċess għalih tal-persuna li dwarha huwa mitlub it-tagħrif kif ukoll in-natura u l-ammont tad-dejn li għalih ġiet magħmula t-talba.
3. L-parti rikjesta mhix marbuta li tittrażmetti tagħrif li hija ma tkunx f'pożizzjoni li tikseb għall-irkupru tad-djun simili li bdew fl-Istat Membru tagħha stess.
4. L-entità rikjesta tinforma lill-parti applikanti bir-raġunijiet li ma jħallux li titwassal l-informazzjoni meħtieġa.
Artikolu 74
Notifika
1. Fuq talba tal-parti applikanti, il-parti rikjesta tipproċedi għan-notifika lid-destinatarju, skond ir-regoli ta" dritt fis-seħħ għan-notifika ta" atti korrispondenti fl-Istat Membru tagħha stess, bl-atti u d-deċiżjonijiet kollha, inklużi dawk ġudizzjarji, relatati ma" dejn jew ma" l-irkupru tiegħu, li joħorġu mill-Istat Membru tal-parti applikanti.
2. It-talba għal notifika tindika l-isem u l-indirizz u kull tagħrif ieħor li għalih l-parti applikanti jkollha aċċess normalment tad-destinatarju, in-natura u l-għan ta" l-att jew tad-deċiżjoni li trid tiġi notifikata u, jekk jingħata l-każ, l-isem u l-indirizz u kull tagħrif ieħor li għalih l-parti applikanti jkollha aċċess normalment tad-debitur u d-dejn imsemmi fl-att jew fid-deċiżjoni, kif ukoll kull tagħrif utli ieħor.
3. L-parti rikjesta tinforma mingħajr dewmien lill-parti applikanti bil-progress magħmul għat-talba ta" notifika u b'mod partikulari ħafna bid-data li fiha d-deċiżjoni jew l-att ġie mibgħut lid-destinatarju.
Artikolu 75
Talba ta" rkupru.
1. It-talba għal irkupru ta" kontribuzzjonijiet jew it-talba għal ripetizzjoni ta" benefiċċji mhux dovuti jew imħallsa żejda, li l-parti applikanti tindirizza lill-parti rikjesta, trid tkun akkumpanjata minn kampjun uffiċjali jew minn kopja ċertifikata b'konformità mad-dokument li jippermetti l-attwazzjoni, maħruġ mill-Istat Membru ta" l-parti applikanti u, jekk jingħata l-każ, mill-oriġinal jew minn kopja ċertifikata b'konformità mad-dokumenti l-oħrajn meħtieġa għall-irkupru.
2. L-partiapplikanti ma tistax tagħmel talba ta" rkupru ħlief:
a)
jekk id-dejn jew id-dokument li jippermetti l-attwazzjoni tiegħu ma jkunux ikkuntestati fl-Istat membru, ħlief fil-każ fejn l-Artikolu 78(2), it-tieni subparagrafu, jiġi applikat;
b)
meta hija timplimenta, fl-Istat Membru tagħha, il-proċeduri ta" rkupru xierqa li jistgħu jiġu adattati fuq il-bażi tad-dokument msemmi fil-paragrafu 1, u li l-miżuri meħuda ma jwasslux għall-pagament sħiħ tad-dejn.
3. It-talba għal irkupru għandha tindika:
a)
l-isem, l-indirizz u kull tagħrif ieħor utli għall-identifikazzjoni tal-persuna kkonċernata u/jew tal-persuni terzi li qegħdin iżommu l-beni tagħha;
b)
kull tagħrif utli għall-identifikazzjoni tal-parti rikjesta;
c)
id-dokument li jippermetti l-attwazzjoni, maħruġ mill-Istat Membru tal-parti applikanti;
d)
in-natura u l-ammont tad-klejm, inkluż is-somma kapitali, l-interessi u l-pieni l-oħrajn, multi u spejjeż dovuti, bl-ammont ikun indikat fil-munita ta" l-Istati Membri taż-żewġ entitajiet;
id-data li minnha u l-perjodu li matulu l-attwazzjoni hija possibbli skond ir-regoli ta" dritt fis-seħħ fl-Istat Membru ta" l-entità applikanti;
g)
kull tagħrif utli ieħor.
4. It-talba għal irkupru għandha tinkludi barra minn hekk dikjarazzjoni tal-parti applikanti li tikkonferma li l-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 2 huma ssodisdata.
5. L-parti applikanti għandha, kif ikollha kwalunkwe informazzjoni rilevanti rigward il- kwistjoni li wasslet għat-talba għal irkupru,.tibgħatha.lill-parti rikjesta║
Artikolu 76
Dokument li jippermetti l-attwazzjoni ta" l-irkupru
1. Id-dokument li jippermetti l-attwazzjoni ta" l-irkupru tad-dejn huwa direttament magħruf u pproċessat awtomatikament bħala strument li jippermetti l-attwazzjoni ta" dejn ta" l-partirikjesta.
2. Minkejja l-paragrafu 1, id-dokument eżekutorju li jippermetti l-irkupru tad-dejn jista", jekk jingħata l-każ u b'konformità mal-miżuri fis-seħħ fl-Istat Membru ta" l-parti rikjesta, ikun omologat bħala, magħruf bħala, komplut minn jew sostitwit minn dokument li jawtorizza l-attwazzjoni fit-territorju ta" dan l-Istat Membru.
Fit-tliet xhur ta" wara d-data ta" riċevuta tat-talba, l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu minn kollox biex iwettqu l-formalitajiet li jikkonsistu f'li d-dokument jiġi omologat, magħruf, komplut jew sostitwit, ħlief fil-każijiet fejn il-miżuri tat-tielet subparagrafu jiġu applikati. Dawn ma jistgħuxjirrifjutaw li jwettqu dawn il-formalitajiet, jekk id-dokument huwa miktub korrettament. Fil-każ li jgħaddi l-perjodu ta" tliet xhur, l-parti rikjesta tinforma lill-parti applikanti bir-raġunijiet li wasslu għal din il-qabża ta" żmien.
Jekk waħda kwalunkwe minn dawn il-formalitajiet twassal għal tilwima dwar id-dejn u/jew id-dokument eżekutorju li jippermetti l-irkupru maħruġ mill-parti applikanti, l-Artikolu 78 japplika.
Artikolu 77
Modalitajiet u żmien għal pagament
1. L-irkupru jsir fil-munita ta" l-Istat Membru tal-parti rikjesta. L-parti rikjesta għandha tittrasferixxi lill-parti applikanti l-ammont kollu tal-klejm li hija rkuprat.
2. L-parti rikjesta tista", jekk il-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru tagħha jippermettulha, u wara li tkun ikkonsultat lill-partiapplikanti, tagħti lil min għandu d-dejn tul ta" żmien għal ħlas jew tawtorizza ħlas imqassam. L-interessi miġbura mill-parti rikjesta minħabba dan it-tul ta" żmien għal ħlas huma ugwalment trasferiti l-partiapplikanti.
Mid-data li fiha d-dokument li jippermetti l-attwazzjoni ta" l-irkupru tad-dejn ikun direttament magħruf jew omologat, magħruf, komplut jew sostitwit b'konformità ma" l-Artikolu 76, jinġabru interessi għal kull dewmien ta" ħlas skond il-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru ta" l-parti rikjesta u jiġu ugwalment trasferiti l-parti applikanti.
Artikolu 78
Tilwima dwar il-klejm jew id-dokument li jippermetti l-attwazzjoni ta" l-irkupru
1. Jekk, matul il-proċedura ta" rkupru, il-klejm jew id-dokument li jippermetti l-attwazzjoni ta" l-irkupru tiegħu maħruġ mill-Istat Membru tal-parti applikanti jkunu kkuntestati mill-interessat, l-azzjoni tittieħed minn dan quddiem awtorità kompetenti ta" l-Istat Membru tal-parti applikanti, b'konformità mar-regoli ta" dritt fis-seħħ f'dak l-Istat Membru. Din l-azzjoni trid tkun notifikata mill-partiapplikanti lill-parti rikjesta. Hija tista" barra minn hekk tkun notifikata mill-interessat lill-parti rikjesta.
2. Minn meta l-partirikjesta tirċievi n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, kemm min-naħa tal-parti applikanti, kemm min-naħa ta" l-interessat, hija tissospendi l-proċedura ta" attwazzjoni waqt li tistenna d-deċiżjoni ta" l-awtorità kompetenti f'dan il-qasam, ħlief fuq talba kuntrarja magħmula mill-parti applikanti, b'konformità mat-tieni subparagrafu. Jekk hija taħseb li huwa neċessarju, hija tista" tirrikorri għal miżuri protettivi biex tiżgura l-irkupru sakemm il-miżuri leġiżlattivi jew regolamentari fis-seħħ fl-Istat Membru tagħha jippermettu għal klejms simili.
Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-parti applikanti tista", b'konformità mal-liġijiet, mar-regolamenti u mal-prattiki amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru tagħha, titlob lill-parti rikjesta biex tirkupra dejn ikkuntestat, sakemm il-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta jippermettu. Jekk it-tmiem tat-tilwima jkun favorevoli għad-debitur, l-entità applikanti hija marbuta li tirrimborża kull somma miġbura, kif ukoll kull kumpens dovut, b'konformità mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-Istat Membru ta" l-parti rikjesta.
3. Meta t-tilwima tiffoka fuq il-miżuri ta" attwazzjoni meħuda fl-Istat Membru tal-parti rikjesta, l-azzjoni tittella" quddiem l-awtorità kompetenti ta" dan l-Istat Membru, b'konformità mal-miżuri leġiżlattivi u regolamentari tagħha.
4. Meta l-awtorità kompetenti li quddiemha ttellgħet l-azzjoni, b'konformità mal-paragrafu 1, hija qorti ġudizzjarja jew amministrattiva, id-deċiżjoni ta" din il-qorti sakemm hija tkun favorevoli għall-parti applikanti u hija tippermetti l-irkupru tad-dejn fl-Istat Membru tal-parti applikanti, tikkostitwixxi d-"dokument li jippermetti l-attwazzjoni" u l-irkupru tad-dejn isir fuq il-bażi ta" din id-deċiżjoni.
Artikolu 79
Limiti ta" l-għajnuna
L-parti rikjesta mhix marbuta:
a)
li tagħti l-għajnuna speċifikata fl-Artikoli 73 sa 78 jekk l-irkupru tad-dejn huwa ta" natura, minħabba s-sitwazzjoni ta" min għandu d-dejn, li jikkaġuna diffikultajiet serji ta" tip ekonomiku jew soċjali fl-Istat Membru tiegħu, sakemm il-liġijiet jew ir-regolamenti u l-prattiki amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru tal-partirikjesta jippermettu tali miżura fil-każ ta" djun nazzjonali analogi;
b)
l-għajnuna speċifikata fl-Artikoli 73 sa 78 tar-Regolament implementattiv meta t-talba inizjali taħt l-Artikoli 73 sa 75 tar-Regolament implementattiv, tad-djun li ilhom aktar minn ħames snin, minn meta d-dokument li jippermetti l-irkupru huwa stabbilit b'konformità mal-miżuri leġiżlattivi, regolamentari jew mal-prattiki amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti applikanti, sad-data tat-talba. Madankollu, jekk id-dejn jew id-dokument huwa suġġett ta" tilwima, it-tul ta" żmien jibda minn meta l-Istat applikant jistabbilixxi li d-dejn jew id-dokument eżekutorju li jippermetti l-irkupru ma jistax ikun aktar suġġett ta" tilwima.
Artikolu 80
Miżuri ta" prevenzjoni
Fuq talba magħmula mill-parti applikanti, l-parti rikjesta tieħu miżuri ta" prevenzjoni biex tiżgura l-irkupru ta" dejn sakemm il-miżuri leġiżlattivi jew regolamentari fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta jippermettulha.
Għall-implimentazzjoni ta" l-ewwel subparagrafu, il-miżuri u l-proċeduri msemmija fl-Artikoli 73 sa 75 u 77 tar-Regolament implementattiv japplikaw mutatis mutandis.
Artikolu 81
Spejjeż
1. Ma tintalab l-ebda spiża ta" attwazzjoni meta d-dejn huwa rkuprat bil-metodu ta" kumpens imsemmi fl-Artikoli 71 u 72 tar-Regolament implementattiv.
2. Il-parti rikjesta tirkupra ugwalment mill-persuna kkonċernata l-ispejjeż kollha marbutin ma" l-irkupru fil-qafas ta" l-Artikoli 73 sa 77 u 81 u żżomm l-ammont tagħhom, b'konformità mal-miżuri leġiżlattivi u regolamentari ta" l-Istat Membru tiegħu, li huma applikabbli għal djun analogi.
3. L-Istati Membri jċedu minn naħa u minn oħra kull restituzzjoni ta" spejjeż li jirriżultaw mill-għajnuna reċiproka li huma jagħtu fl-applikazzjoni tar-regoli tar-Regolament bażiku jew tar-Regolament implementattiv.
4. Meta rkupri jippreżentaw diffikultà partikulari, li huma kkaratterizzati b'ammont għoli ħafna ta" spejjeż, l-partijiet applikanti u l-partijiet rikjesti jistgħu jiftiehmu dwar modalitajiet speċifiċi ta" rimborż għal każijiet bħal dawn.
L-awtorità kompetenti ta" l-Istat Membru tal-parti applikanti tibqa" marbuta, fir-rigward ta" l-awtorità kompetenti ta" l-Istat Membru tal-parti rikjesta, bl-ispejjeż kollha li saru u b'kull telf minħabba l-azzjonijiet meqjusa bħala mhux ġustifikati fir-rigward ta" l-attwalità tad-dejn jew tal-validità tad-dokument maħruġ mill-parti applikanti.
Titolu V
Miżuri diversi, tranżitorji u finali
Artikolu 82
Kontroll amministrattiv u mediku
1. Mingħajr preġudizzju għall-miżuri ta" l-Artikolu 27, meta benefiċjarju ta" benefiċċji msemmija fil-Kapitoli I, II u IV tat-Titolu III jagħmel żjara jew joqgħod fuq it-territorju ta" Stat Membru li mhux dak fejn qiegħda l-istituzzjoni debitriċi, l-eżami mediku għandu jsir, fuq it-talba ta" din l-istituzzjoni, mill-istituzzjoni tal-post ta" żjara jew ta" residenza tal-benefiċjarju skond il-modalitajiet speċifikati mil-leġiżlazzjoni li din l-istituzzjoni ta" l-aħħar tapplika. F'dan il-każ, l-istituzzjoni debitriċi hija marbuta mill-konsultazzjonijiet magħmula mill-istituzzjoni tal-post ta" żjara jew ta" residenza.
Jekk l-istituzzjoni tal-post ta" żjara jew ta" residenza tissejjaħ, skond l-Artikolu 82 tar-Regolament bażiku, biex tagħmel xhieda medika, hija tipproċedi skond il-modalitajiet speċifikati mil-leġiżlazzjoni li hija tapplika. F'nuqqas ta" tali modalitajiet, hija tindirizza ruħha lill-istituzzjoni debitriċi biex issir taf il-modalitajiet li għandhom jiġu applikati.
L-istituzzjoni debitriċi żżomm id-dritt li wara tipproċedi biex teżamina lill-benefiċjarju minn tabib ta" l-għażla tagħha. Madankollu, il-benefiċjarju ma jistax ikun mistieden biex imur fl-Istat Membru ta" l-istituzzjoni debitriċi ħlief bil-kundizzjoni li huwa jkun jiflaħ jagħmel il-vjaġġ mingħajr ma dan ikun ta" dannu għal saħħtu u li l-ispejjeż tal-vjaġġ u taż-żjara relatati ma" dan ikunu r-responsabbiltà ta" l-istituzzjoni debitriċi.
2. Meta benefiċjarju ta" benefiċċji msemmija fil-Kapitoli I, II u IV tat-Titolu III imur għal żjara jew joqgħod fuq it-territorju ta" Stat membru li mhux dak fejn qiegħda l-istituzzjoni debitriċi, il-kontroll amministrattiv isir, fuq it-talba ta" din l-istituzzjoni, mill-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew ta" residenza tal-benefiċjarju. L-istituzzjoni debitriċi tikkomunika lill-istituzzjoni tal-post ta" żjara jew ta" residenza l-punti li fuqhom irid isir il-kontroll amministrattiv. F'nuqqas ta" dan, l-istituzzjoni tal-post ta" żjara jew ta" residenza tipproċedi għall-kontroll skond il-modalitajiet speċifikati mil-leġiżlazzjonitagħha.
L-istituzzjoni tal-post ta" żjara jew ta" residenza hija marbuta li tagħmel rapport lill-istituzzjoni debitriċi li talbet il-kontroll.
Artikolu 83
Notifiki
1. L-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dettalji ta" l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 (m), (q) u (r), tar-Regolament bażiku u fl-Artikolu 1(2)(a) u (b), tar-Regolament implimentattiv, kif ukoll ta" l-istituzzjonijiet innominatiskond ir-Regolament implimentattiv.
2. L-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 irid ikollhom identità elettronika fil-forma ta" kodiċi ta" identifikazzjoni u ta" indirizz elettroniku.
3. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi l-istruttura, il-kontenut u l-modalitajiet, inklużi l-format komuni u l-mudell, għan-notifika tad-dettalji msemmija fil-paragrafu 1.
4. L-Anness IVtar-Regolament implimentattiv jifformula l-bażi ta" data aċċessibbli għall-pubbliku li tiġbor l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Il-bażi ta" data għandha tiġi stabbilita u mmaniġġjata mill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom, madankollu, ikunu responsabbli biex idaħħlu f'din il-bażi ta" data, l-informazzjoni ta' kuntatt nazzjonali tagħhom stess. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-eżattezza tad-dħul ta' l-informazzjoni ta' kuntatt nazzjonali meħtieġa skond il-paragrafu 1.
5. L-Istati Membri jiżguraw l-aġġornament permanenti ta" l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1.
▌
Artikolu 84
Informazzjoni
1. Il-kummissjoni amministrattiva telabora l-informazzjoni meħtieġa biex tgħarraf lill-interessati bid-drittijiet tagħhom kif ukoll bil-formalitajiet amministrattivi li jridu jitwettqu biex jiġu evalwati. It-tqassim ta" l-informazzjoni huwa żgurat b'mod privileġġjat b'mezz elettroniku billi titqiegħed fuq l-internet fuq siti aċċessibbli għall-pubbliku. Il-kummissjoni amministrattiva tieħu ħsieb li jkunu aġġornati regolarment.
2. Il-kumitat konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 75 tar-Regolament bażiku jista" joħroġ opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet għat-titjib ta" l-informazzjoni u tat-tqassim tagħha.
3. L-Istati Membri jieħdu ħsieb li l-informazzjoni meħtieġa titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-persuni koperti mir-Regolament bażiku biex turihom it-tibdiliet li saru fir-Regolament bażiku u f'dan ir-Regolament b'tali mod li jippermettulhom li jaffermaw id-drittijiet tagħhom.
4. L-awtoritajiet kompetenti jieħdu ħsieb li l-istituzzjonijiet tagħhom ikunu infurmati u japplikaw il-miżuri Komunitarji kollha leġiżlattivi jew le, inklużi d-deċiżjonijiet tal-kummissjoni amministrattiva, fl-oqsma u l-kundizzjonijiet tar-Regolament bażiku u tar-Regolament implementattiv.
Artikolu 85
Konverżjoni ta" muniti
Għall-applikazzjoni tal-miżuri tar-Regolament bażiku u r-Regolament implimentattiv, ir-rata tal-kambju bejn żewġ muniti hija r-rata tal-kambju ta" referenza maħruġa mill-Bank Ċentrali Ewropew.
Artikolu 86
Statistiki
L-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu u jittrażmettu l-istatistiki ta" applikazzjoni tar-Regolament (KE) bażiku u tar-Regolament implimentattiv lis-segretarjat tal-kummissjoni amministrattiva. Din id-data huma miġbura u organizzati skond il-pjan u l-metodu definit mill-kummissjoni amministrattiva. Il-Kummissjoni tiżgura t-tqassim ta" din l-informazzjoni.
Artikolu 87
Emenda ta" l-Annessi
L-Annessi I, II, III u IV ta" dan ir-Regolament implimentattiv kif ukoll l-Annessi I, VI, VII, VIII, IX, tar-Regolament bażiku jistgħu jiġu emendati minn Regolament tal-Kummissjoni fuq it-talba ta" Stat Membru wieħed jew aktar interessati jew ta" l-awtoritajiet kompetenti tagħhom u wara ftehim unanimu tal-kummissjoni amministrattiva.
Madankollu, ir-Regolament (KEE) Nru 574/72 jibqa" fis-seħħ u l-effetti ġuridiċi tiegħu jinżammu għall-finijiet:
a)
tar-Regolament (KE) Nru 859/2003 tal-Kunsill ta" l-14 ta" Mejju 2003 bil-mira li jestendi l-miżuri tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 għaċ-ċittadini ta" pajjiżi terzi li m'humiex diġà koperti minn dawn il-miżuri unikament minħabba n-nazzjonalità tagħhom(10) sakemm ir-Regolament imsemmi ma jiġix revokat jew emendat;
b)
tar-Regolament (KEE) Nru 1661/85 tal-Kunsill tat-13 ta" Ġunju 1985 li jistabbilixxi l-adattamenti tekniċi tar-regolamentazzjoni Komunitarja fil-qasam ta" sigurtà soċjali tal-ħaddiema emigranti għal dak li għandu x'jaqsam mal-Groenlandja(11), sakemm ir-Regolament imsemmi ma jiġix revokat jew emendat;
c)
tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea(12), tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewrope u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles tal-persuni(13) u ftehimiet oħrajn li jinkludu referenza għar-Regolament (KEE) Nru 574/72, sakemm il-ftehimiet imsemmija ma jiġux emendati minħabba dan ir-Regolament.
2. Skond id-Direttiva 98/49/KE tal-Kunsill tad-29 ta" Ġunju 1998 relatata mal-ħarsien tad-drittijiet għal pensjoni supplimentari għal ħaddiema bil-paga jew self-employed li jiċċaqalqu ġewwa l-Komunità(14) r-referenzi għar-Regolament (KEE) Nru 574/72 jinftiehmu daqs li kieku saru f'dan ir-Regolament.
Artikolu 90
Dispożizzjonijiet finali
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ sitt xhur wara l-jum ta" wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi║,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
ANNESS I
Dispożizzjonijiet ta" applikazzjoni għal ftehimiet bilaterali miżmuma fis-seħħ u dispożizzjonijiet ġodda ta" applikazzjoni għal ftehimbilaterali
(l-Artikoli 8(1) u 9(2))
ANNESS II
Skemi speċjali applikabbli għal impjegati ċivili
(l-Artikoli 32 u 41)
A. Skemi speċjali applikabbli għal impjegati ċivili li għalihom ma japplikawx il-miżuri tat-Titolu III, il-Kapitolu 1, tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 li jsemmu l-benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali
1. Il-Ġermanja
Versorgungssystem für Beamte (skema ta" mard għall-impjegati ċivili)
2. Spanja
Mutualismo administrativo (skema speċjali applikabbli għall-impjegati ċivili, għall-forzi armati u għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja)
B. Skemi speċjali applikabbli għall-impjegati ċivili li għalihom ma japplikawx il-miżuri tat-Titolu III, il-Kapitolu 2, tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 li jsemmu l-benefiċċji mhux fi flus iżda f'servizzi ta" valur ugwali
1. Il-Ġermanja
Unfallfürsorge für Beamte (skema ta" inċidenti għall-impjegati ċivili)
ANNESSIII
Stati Membri li jirrimborżaw l-ispejjeż ta" benefiċċji abbażi ta" rati fissi
(l-Artikolu 62(1))
ANNESS IV
Awtoritajiet u istituzzjonijiet kompetenti, istituzzjonijiet tal-post ta" residenza u ta" żjara, punti ta" aċċess, istituzzjonijiet u organi nnominati mill-awtoritajiet kompetenti.
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut ta" l-Anness XI (COM(2006)0007 – C6-0029/2006 – 2006/0008(COD))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill (COM(2006)0007),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill (COM(2007)0376),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 42 u 308 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0029/2006),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 42 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0229/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni COM(2006)0007 kif emendata;
3. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-9 ta' Lulju 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni Regolament (KE) Nru .../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut ta" annessi tiegħu
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 42 u 308 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni║,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),
Waqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(3),
Billi:
(1)Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta" April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta" sistemi ta" sigurtà soċjali(4) jipprevedi li l-kontenut ta" l-Annessi II, X u XI ta" dan ir-Regolament jiġi determinat qabel id-data ta" l-applikazzjoni ta" dan ir-Regolament.
(2)L-Annessi I, III, IV, VI, VII, VIII u IX tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandhom jiġu adattati biex jitqiesu kemm il-ħtiġijiet ta" l-Istati Membri li ngħaqdu ma" l-Unjoni Ewropea wara li ġie adottat ir-Regolament u kif ukoll l-iżviluppi ġodda fi Stati Membri oħra.
(3) L-Artikoli 56(1) u 83 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 ▌ jipprovdu għal dispożizzjonijiet speċjali li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta" l-Istati Membri li jridu jiġu stipulati fl-Anness XI għal dak ir-Regolament. L-Anness XI huwa maħsub biex jieħu f'konsiderazzjoni l-partikolaritajiet tad-diversi sistemi tas-sigurtà soċjali ta" l-Istati Membri sabiex jiffaċilita l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-koordinazzjoni.
(4) Għadd ta" Stati Membri talbu l-inklużjoni ta" entrati li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali fl-Anness XI u pprovdew lill-Kummissjoni bi spjegazzjonijiet legali u prattiċi tal-leġiżlazzjoni u s-sistemi tagħhom.
(5) F'konformità mal-ħtieġa għar-razzjonalizzazzjoni u s-simplifikazzjoni tar-Regolament il-ġdid, hija meħtieġa strateġija komuni biex jiġi żgurat li l-entrati għal Stati Membri differenti li huma ta" natura simili jew li jsegwu l-istess għan ikunu fil-prinċipju ttrattati bl-istess mod.
(6) L-għan tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 huwa li jikkoordina leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali li għaliha l-Istati Membri huma esklussivament responsabbli, entrati li m'humiex kompatibbli mal-fini jew l-għanijiet tiegħu ║, u entrati li jfittxu biss li jiċċaraw l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, m'għandhomx ikunu inklużi f'dak ir-Regolament.
(7) Xi talbiet mill-Istati Membri qajmu kwistjonijiet li huma komuni għal diversi Stati Membri: Huwa ║ xieraq li dawk il-kwistjonijiet jiġu ttrattati fuq livell aktar ġenerali, jew permezz ta" kjarifika fil-korp tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 jew f'xi ieħor mill-Annessi tiegħu, li ║ għandu jiġi emendat kif hemm bżonn, jew permezz ta" dispożizzjonijiet fir-regolament implimentattiv msemmi fl-Artikolu 89 ta' dak ir-Regolament, milli permezz ta" entrati simili fl-Anness XI għal diversi Stati Membri.
(8) Huwa wkoll xieraq li xi kwistjonijiet speċifiċi jiġu trattati f'annessi oħra li mhumiex l-Anness XI, skond l-għan u l-kontenut tagħhom ║, sabiex jiġi zgurat li l-annessi għar-Regolament (KE) Nru 883/2004 ikunu koerenti sew internament u sew bejn xulxin.
(9) Biex tħaffef l-użu tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 miċ-ċittadini meta jitolbu tagħrif jew meta jagħmlu t-talbiet lill-istituzzjonijiet ta" l-Istati Membri, riferenzi għal-leġiżlazzjoni ta" l-Istati Membri kkonċernati għandhom isiru wkoll fil-lingwa oriġinali kull fejn huwa meħtieġ sabiex jiġi evitat kull nuqqas ta" ftehim possibbli.
(10) Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.
(11) Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 jgħid li huwa għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-regolament implimentattiv. Dan ir-Regolament għandu għalhekk japplika mill-istess data,
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 huwa emendat kif ġej:
1.Il-premessa li ġejja għandha tiddaħħal wara l-Premessa 5: "
(5 bis) "(5a) L-entrati ta" ċerti Stati Membri fl-Anness VI għar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 issa huma koperti permezz ta" ċerti dispożizzjonijiet ġenerali fir-Regolament (KE) Nru 883/2004. Taħt it-titolu trattament indaqs għall-benefiċċji, dħul, fatti jew avvenimenti, per eżempju l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 jipprovdi li fejn, skond il-leġiżlazzjoni ta" l-Istat Membru kompetenti, prattiċi legali jiġu attribwiti għall-okkorrenza ta" ċerti fatti jew avvenimenti, dawn l-effetti legali jridu ikunu attribwiti għal fatti jew avvenimenti li jseħħu fi Stat Membru ieħor. Għaldaqstant, għadd ta' entrati fl-Anness VI għar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 ġew superfluwi.".
"
2.Il-premessa li ġejja għandha tiddaħħal wara l-Premessa 8:"
(8a)Il-membri tal-familja ta" dawk li qabel kienu ħaddiema tal-fruntieri għandhom ikunu jistgħu ikomplu t-trattament mediku f'dak li qabel kien il-pajjiż ta" l-impjieg tal-persuna assigurata wara l-irtirar tagħha.
"
3.Il-premessa li ġejja għandha tidħol wara Premessa 17:"
(17a)Meta leġiżlazzjoni tiġi applikabbli għal persuna taħt it-Titolu II tar-Regolament, il-kondizzjonijiet għas-sħubija u l-intitolament għall-benefiċċji għandhom jiġu definiti mil-leġiżlazzjoni ta" l-Istat Membru kompetenti, filwaqt li tiġi rispettata l-liġi tal-Komunità.
"
4.Il-premessa li ġejja għandha tiddaħħal wara l-Premessa 18:"
(18a)Il-prinċipju ta" l-unità tal-leġiżlazzjoni applikabbli huwa importanti ħafna u għandu jittejjeb. Madankollu, dan m'għandux ifisser li l-għoti biss ta" benefiċċju, b'konformita? m' dan ir-Regolament u li jikkonsisti fil-ħlas tal-kontributi ta" l-assigurazzjoni jew il-kopertura ta" l-assigurazzjoni għall-benefiċjarju, jagħmel il-leġiżlazzjoni ta" l-Istat Membru - fejn istituzzjoni tkun ħarġet dan l-għoti ta" benefiċċju - il-leġiżlazzjoni applikabbli għal din il-persuna*.
____________
*Kawżi konġunti C-502/01 u C-31/02, Gaumain-Cerri u Barth, ECR [2004] I-6483.
"
5.Fl-Artikolu 1, għandu jiddaħħal il-punt li ġej wara punt (v):"
(va) "benefiċċji mhux fi flus" għandha tfisser dawk il-benefiċċji mhux fi flus previsti skond il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru maħsuba biex jipprovdu, jagħmlu disponibbli, iħallsu direttament jew jirrimborżaw il-ħlas fuq kura jew prodotti tal-mediċina jew servizzi anċillari għal din il-kura, inklużi benefiċċji mhux fi flus għall-kura fit-tul.".
"
6.L-Artikolu 3(5) għandu jinbidel b'dan li ġej:"
5. "5. Dan ir-Regolament m'għandux japplika:
a)
għal assistenza soċjali u medika; jew
b)
(b) għal beneficcji li għalihom Stat Membru jassumi r-responsabbiltà għad-danni ta" persuni u jipprovdi kumpens, bħal f'każ ta" vittmi tal-gwerra u azzjonijiet militari jew il-konsegwenzi tagħhom; vittmi ta" atti kriminali, qtil jew terroriżmu; vittmi ta" dannu kkawżat minn aġenti ta" l-Istat Membru waqt il-qadi ta" dmirijiethom; jew vittmi li batew żvantaġġ minħabba raġunijiet politiċi jew reliġjużi jew raġunijiet ta" dixxendenza.".
"
7.
L-Artikolu 14, paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:" 4. Fejn il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru tagħmel id-dħul f'assigurazzjoni volontarja jew assigurazzjoni kontinwa mhux obbligatorja suġġett għar-residenza f'dak l-Istat Membru jew abbażi ta" attività preċedenti bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha, l-Artikolu 5(b) għandu japplika biss għall-persuni li kienu suġġetti, f'xi stadju aktar bikri, għal-leġiżlazzjoni ta" dak l-Istat Membru fuq il-bażi ta" attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha. 5. Fejn il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru tagħmel id-dħul f'assigurazzjoni volontarja jew skema ta" assigurazzjoni kontinwa mhux obbligatorja suġġett għal li l-persuna jkollha perjodi kompluti ta" assigurazzjoni, tali dħul għandu jkun konċess biss lill-persuni li jkunu kkompletaw qabel perjodi ta" assigurazzjoni f'dak l-Istat Membru taħt l-istess skema."
8.L-Artikolu 18(2) għandu jinbidel b'dan li ġej:"
2.Il-membri tal-familja ta' ħaddiem li jaħdem bejn il-fruntieri għandhom ikunu intitolati għal benefiċċji mogħtija in natura matul iż-żjara tagħhom fl-Istat Membru kompetenti. Madankollu, sakemm l-Anness III għadu fis-seħħ, meta l-Istat Membru kompetenti jkun imniżżel f'Anness III, il-membri tal-familja ta' ħaddiem li jaħdem bejn il-fruntieri li joqogħdu fl-istess Stat Membru tal-ħaddiem tal-fruntiera għandhom ikunu intitolati għal benefiċċji mogħtija in natura fl-Istat Membru kompetenti biss taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1).
"
9.L-Artikolu 28(1) għandu jinbidel b'dan li ġej:"
1.Ħaddiem li kien jaħdem bejn il-fruntieri u li rtira minħabba l-età jew invalidità huwa intitolat, fil-każ ta' mard, li jibqa' jirċievi benefiċċji mogħtija in natura fl-Istat Membru fejn l-aħħar li wettaq l-attività tiegħu bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha, sakemm dan jikkostitwixxi t-tkomplija ta' trattament mibdi f'dak l-Istat Membru. Il-kliem "tkomplija ta' trattament" tfisser it-tkomplija ta' l-investigazzjoni, tad-dijanjosi u tat-trattament ta' mardagħat-tul kollu tagħha.
L-ewwel subparagrafu għandu japplika mutatis mutandis għall-membri tal-familja tal-ħaddiem tal-fruntiera rtirat.
"
10. L-Artikolu 51(3), għandu jinbidel b'dan li ġej:."
3."3. Fejn il-leġiżlazzjoni jew skema speċifika ta" Stat Membru tagħmel il-kisba, iż-żamma jew l-irkupru tad-dritt għal benefiċċji kondizzjonali fuq jekk il-person konċernata kinetx assigurata meta immaterjalizza ruħu r-riskju, din il-kondizzjoni għandha titqies bħallikieku kienet sodisfatta jekk din il-persuna kienet assigurata qabel skond il-leġiżlazzjoni jew l-iskema speċifika ta" dan l-Istat Membru u, fiż-żmien meta jseħħ ir-riskju, hija assigurata skond il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru ieħor għall-istess riskju jew, fin-nuqqas ta" dan, intitolata għal benefiċċju skond il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru ieħor għall-istess riskju. Il-kondizzjoni ta" l-aħħar għandha, madankollu, titqies li tkun ġiet issodisfata, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 57.".
"
11.
L-Artikolu 52, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:" 4.4 fejn il-kalkolu skond il-paragrafu (1)(a) fi Stat Membru jirriżulta dejjem f'li l-benefiċċju indipendenti jiġi daqs jew ogħla mill-benefiċċju pro rata kalkulat skond il-paragrafu (1)(b), l-istituzzjoni kompetenti tista" tirrinunzja għall-kalkolu pro rata bil-kundizzjoni li:
a)
din is-sitwazzjoni msemmija hija stipulata fil-parti 1 ta'l-Anness VIII;
b)
l-ebda leġiżlazzjoni li r-regoli tagħha ma jippermettux li partijiet jikkoinċidu, li hemm referenza għaliha fl-Artikoli 54 u 55, ma hija applikabbli jekk il-kundizzjonijiet stipulati f'Artikolu 55(2) ma jkunux sodisfatti; u.
(c)
L-Artikolu 57 ma japplikax f'każ ta" perjodi kompletati skond il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru ieħor fiċ-ċirkostanzi stipulati f'dan il-każ speċifiku.
"
12.Fl-Artikolu 52, għandu jiżdied il-paragrafu li gej:"
4a.Minkejja d-dispożizzjonijiet tas- subparagrafi 1, 2 u 3, il-kalkolu pro rata ma japplikax għal skemi li jipprovdu benefiċċji f'każ li l-perjodi taż-żmien m'għandhom l-ebda relevanza għall-kalkolu, skond jekk dawn l-iskemi humiex imniżżla fil-parti 2 ta" l-Anness VIII. F'dawn il-każijiet, il-persuna kkonċernata għandha tkun intitolata għall-benefiċċju kkalkulat skond il-leġiżlazzjoni ta" l-Istat Membru konċernat.
"
13. Fl-Artikolu 56(1)(c), qabel il-kliem "skond il-proċeduri stipulati fl-Anness XI", għandu jiddaħħal il-kliem "fejn meħtieġ".
14.Fl-Artikolu 56, għandu jiddaħħal il-paragrafu li gej:"
1a.Fil-każ li l-paragrafu 1(c) ma japplikax minħabba li l-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru tipprovdi li l-benefiċċju jrid jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta" elementi oħra barra l-perjodi ta" l-assigurazzjoni jew residenza li mhumiex marbuta maż-żmien, l-istituzzjoni kompetenti għandha tikkunsidra, għal kull perjodu ta" assigurazzjoni jew residenza kompletati skond il-leġiżlazzjoni ta" xi Stat Membru ieħor, l-ammont tal-kapital akkumulat, il-kapital li huwa kkunsidrat li ġie akkumulat u kull element ieħor għall-kalkolu skond il-leġiżlazzjoni li tamministra diviż bl-unitajiet li jikkorrispondu ta" perjodi fl-iskema tal-pensjoni konċernata.
"
15.Fl-Artikolu 57, għandu jiddaħħal il-paragrafu li gej:"
3a.Dan l-Artikolu m'għandux japplika għal skemi mniżżla fil-parti 2 ta' l-Anness VIII.
"
16.L-Artikolu 62(3) għandu jinbidel b'dan li ġej:"
3.B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, sa fejn huma konċernati persuni mingħajr impjieg koperti mill-Artikolu 65(5)(a), l-istituzzjoni tal-post ta' residenza għandha tikkunsidra l-paga jew id-dħul professjonali li l-persuna konċernata rċeviet fl-Istat Membru li kienet suġġetta għal-leġislazzjoni tiegħu matul l-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew bħala persuna impjegata għal rasha, skond ir-Regolament ta' Implimentazzjoni.
"
17.L-Artikolu li ġej għandu jidħol wara l-Artikolu 68:"
Artikolu 68a
Provvista ta" benefiċċji
Fil-każ li l-benefiċċji tal-familja ma jintużawx mill-persuna li lilha għandhom ikunu provduti għall-manteniment tal-membri tal-familja, l-istituzzjoni kompetenti twettaq l-obbligi legali tagħha billi tipprovdi l-benefiċċji msemmija lill-persuna naturali jew legali li fil-fatt tkun qed tmantni l-membri tal-familja, fuq it-talba ta", u permezz ta" l-aġenzija ta", l-istituzzjoni ta' l-Istat Membru fejn joqogħdu jew ta" l-istituzzjoni mqabbda jew korp appuntat għal dan il-għan mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn joqogħdu.
"
18.Fl-Artikolu 87, għandu jiżdied il-paragrafu li gej wara l-paragrafu 10:"
10a.L-Anness III għandu jiġi revokat 5 snin wara d-data ta' applikazzjoni tar-Regolament.
"
19. L-Annessi huma emendati f'konformità ma" l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Implimentattiv imsemmi fl-Artikolu 89 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi ║,
Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill
Il-President Il-President
ANNESS
L-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 883/2004 huma emendati kif ġej.
1. L-Anness I, Parti I għandu jiġi emendat kif ġej:
a)
wara l-entrata taħt l-intestatura "A. IL-BELĠJU", għandha tiddaħħal l-entrata li ġejja:" Aa.IL-BULGARIJA Ħlas ta" manteniment mill-istat skond l-Artikolu 92 tal-Kodiċi tal-Familja"
b)
wara l-entrata "C. IL-ĠERMANJA" jidħlu l-entrati li ġejjin:" Ca.L-ESTONJA Allowances ta" manteniment skond l-Att dwar l-Allowance għall-Manteniment tal-21 ta" Frar 2007 Cb.SPANJA Ħlasijiet minn qabel ta" ħlas tal-manteniment skond id-Digriet Irjali 1618/2007 tas-7 ta" Diċembru 2007"
(c)
Wara l-entrata taħt l-intestatura "D. FRANZA", għandhom jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:" Da.IL-LITWANJA Ħlasijiet mill-Fond ta' Manteniment tat-Tfal skond il-Liġi dwar il-Fond tal-Manteniment tat-Tfal Db.IL-LUSSEMBURGU Ħlas minn qabel u rkupru ta" ħlas tal-manteniment skond it-tifsira ta" l-Att tas-26 ta" Lulju 1980"
d)
wara l-entrata taħt l-intestatura "I. L-AWSTRIJA", għandha tiddaħħal l-entrata li ġejja:" Ea.IL-POLONJA Il-benefiċċji mill-Fond ta' l-Alimenti skond l-Att ta' Għajnuna lill-Persuni Intitolati għall-Alimenti"
e)
wara l-entrata taħt l-intestatura "F. IL-PORTUGALL", għandhom jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:" Fa.IS-SLOVENJA Bidla fil-manteniment skond l-Att ta" Garanzija Pubblika u l-Fond tal-Manteniment tar-Repubblika tas-Slovenja tal-25 ta" Lulju 2006 Fb.IS-SLOVAKKJA Sostitut tal-benefiċċju ta" l-alimenti (sostitut tal-ħlas tal-manteniment) skond l-Att Nru 452/2004 Coll. dwar is-sostitut tal-benefiċċju ta" l-alimenti kif emendat mir-regolamenti ta" wara"
2.L-Anness I, Parti II għandu jiġi emendat kif ġej:
a)
wara l-entrata taħt l-intestatura "A. IL-BELĠJU", għandhom jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:" Aa.IL-BULGARIJA Allowance ta" somma flus f'daqqa għall-maternità skond il-Liġi għall-Allowances tal-Familja għat-Tfal Ab.IR-REPUBBLIKA ĊEKA Allowance fit-twelid Ac.L-ESTONJA Allowance fit-twelid Allowance għall-adozzjoni"
b)
l-entrata "B. SPANJA" għandha tiġi sostitwita b'dan li ġej:" B.SPANJA Għotjiet tat-twelid u l-adozzjoni fil-forma ta' pagament uniku";"
c)
taħt l-intestatura C. FRANZA" għandu jiddaħħal il-kliem li ġej:" , għajr meta jitħallsu lil persuna li tibqa" suġġetta għal-leġiżlazzjoni Franċiża skond l-Artikolu 12 jew l-Artikolu 16";"
(d)
Wara l-entrata taħt l-intestatura "C. FRANZA", għandhom jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:" C bis."Ca. LATVJA Għoti ta" somma flus fit-twelid Allowance għall-adozzjoni Cb.IL-LITWANJA Għoti ta" somma flus f'daqqa għall-wild"
e) wara l-entrata taħt l-intestatura "D. IL-LUSSEMBURGU", għandhom jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:"
Da.L-UNGERIJA
Għoti ta" flus għall-maternità
Db.IL-POLONJA
Għoti ta" ħlas ta" darba fit-twelid skond l-Att dwar il-Benefiċċji għall-Familja
Dc.IR-RUMANIJA
Allowance fit-twelid
Għież għal tfal li għadhom jitwieldu
Dd.IS-SLOVENJA
Għoti ta" somma flus fit-twelid
De.IS-SLOVAKKJA
Allowance fit-twelid
Suppliment għall-allowance fit-twelid
"
3.L-Anness II għandu jinbidel b'dan li ġej:"
ANNESS II
DISPOŻIZZJONIJIET TA" KONVENZJONIJIET LI JIBQGĦU FIS-SEĦĦ U LI, FEJN JAPPLIKA, HUMA RISTRETTI GĦALL-PERSUNI KOPERTI MINNHOM
[Artikolu 8(1)]
Kummenti ġenerali
Ta' min jinnota li d-dispożizzjonijiet ta' konvenzjonijiet bilaterali, li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament jew li jibqgħu fis-seħħ bejn l-Istati Membri, mhumiex elenkati f'dan l-Anness. Dan jinkludi l-obbligi bejn l-Istati Membri li ġejjin minn konvenzjonijiet li jipprovdu, pereżempju, għal dispożizzjonijiet fir-rigward ta' aggregar ta' perjodi ta' assigurazzjoni sodisfatti f'pajjiż terz.
Dispożizzjonijiet ta" konvenzjonijiet dwar sigurtà soċjali li jibqgħu applikabbli
(a)IL-BELĠJU - IL-ĠERMANJA
L-Artikoli 3 u 4 tal-Protokoll Finali tas-7 ta" Diċembru 1957 tal-Konvenzjoni Ġenerali ta" l-istess data, bħal fil-Protokoll Kumplimentari tal-10 ta" Novembru 1960 (ħlas ta" perjodi ta" assigurazzjoni kompluti f'ċerti reġjuni tal-fruntiera qabel, matul u wara t-Tieni Gwerra Dinjija).
(b)IL-BELĠJU - IL-LUSSEMBURGU
Il-Konvenzjoni dwar is-sigurta? soċjali għall-ħaddiema tal-fruntiera ta' l-24 ta' Marzu 1994 (dwar ir-rimbors komplementari b'rata fissa).
(c)IL-BULGARIJA - IL-ĠERMANJA
L-Artikolu 28(1)(b) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tas-17 ta" Diċembru 1997 (jinżammu l-konvenzjonijiet konkluzi bejn il-Bulgarija u l-ex Repubblika Demokratika Ġermaniża għall-persuni li diġà ħadu pensjoni qabel l-1996).
(d)IL-BULGARIJA - L-AWSTRIJA
L-Artikolu 38(3) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali ta" l-14 ta" April 2005 (ħlas ta" perjodi ta" assigurazzjoni kompluti qabel is-27 ta" Novembru 1961); l-applikazzjoni ta" dan il-punt hija limitata għall-persuni koperti minn din il-Konvenzjoni.
(e)IL-BULGARIJA - IS-SLOVENJA
L-Artikolu 32(2) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tat-18 ta" Diċembru 1957 (ħlas ta" perjodi ta" assigurazzjoni kompluti sal-31 ta" Diċembru 1957).
(f)IR-REPUBBLIKA ĊEKA - IL-ĠERMANJA
L-Artikolu 39(1)(b) u (c) tal-Ftehima dwar is-Sigurtà Soċjali tas-27 ta" Lulju 2001 (tinżamm il-konvenzjoni konkluża bejn l-ex Repubblika Federali Ċekoslovakka u l-ex Repubblika Demokratika Ġermaniża għall-persuni li ħadu pensjoni qabel l-1996; ħlas ta" perjodi ta" assigurazzjoni kompluti f'wieħed mill-istati fil-kuntratt għall-persuni li diġà ħadu pensjoni għal dawn il-perjodi fl-1 ta" Settembru 2002 mill-istat kontraenti l-ieħor, meta kienu joqogħdu fit-territorju ta" dak l-istat kontraenti ieħor).
(g)IR-REPUBBLIKA ĊEKA - ĊIPRU
L-Artikolu 32(4) tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tad-19 ta" Jannar 1999 (li jiddetermina l-kompetenza għall-kalkolu tal-perjodi ta" l-impjieg kompluti skond il-Konvenzjoni relevanti ta" l-1976); l-applikazzjoni ta" dan il-punt hija limitata għall-persuni koperti minn dik il-Konvenzjoni.
(h)IR-REPUBBLIKA ĊEKA - Il-LUSSEMBURGU
L-Artikolu 52(8) tal-Konvenzjoni tas-17 ta" Novembru 2000 (ħlas ta" perjodi ta" assigurazzjoni fuq pensjoni ta" rifuġjati politiċi).
(i)IR-REPUBBLIKA ĊEKA - L-AWSTRIJA
L-Artikolu 32(3) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali ta" l- 20 ta" Lulju 1999 (ħlas ta" perjodi ta" assigurazzjoni kompluti qabel is-27 ta" Novembru 1961); l-applikazzjoni ta" dan il-punt hija limitata għall-persuni koperti minn din il-Konvenzjoni.
(j)IR-REPUBBLIKA ĊEKA - IS-SLOVAKKJA
L-Artikoli 12, 20 u 33 tal-Konvenzjoni tas-sigurtà soċjali tad- 29 ta" Ottubru 1992 (l-Artikolu 12 jiddetermina l-kompetenza għall-għoti ta" benefiċċji għas-superstiti; L-Artikolu 20 jiddetermina l-kompetenza għall-kalkolu tal-perjodi ta" assigurazzjoni kompluti sad-data tad-diżintegrazzjoni tar-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka; L-Artikolu 33 jiddetermina l-kompetenza għall-ħlas ta" pensjonijiet mogħtija qabel sad-data tad-diżintegrazzjoni tar-Repubblika Federali Ċeka u Slovakka).
(k)ID-DANIMARKA - IL-FINLANDJA
L-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-sigurtà soċjali tat-18 ta" Awissu 2003 (dwar il-ħlas ta" spejjeż żejda għall-ivvjaġġar f'każ ta" mard waqt soġġorn f'pajjiż Nordiku ieħor li jikkawża l-ħtieġa ta" vjaġġ iktar għoli għar-ritorn lejn il-pajjiż tar-residenza).
(l)ID-DANIMARKA - L-ISVEZJA
L-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-sigurtà soċjali tat-18 ta" Awissu 2003 (dwar il-ħlas ta" spejjeż żejda għall-ivvjaġġar f'każ ta" mard waqt is-soġġorn f'pajjiż Nordiku ieħor li jikkawża l-ħtieġa ta" vjaġġ iktar għoli għar-ritorn lejn il-pajjiż tar-residenza).
(m)IL-ĠERMANJA - SPANJA
L-Artikolu 45(2) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali ta" l-4 ta" Diċembru 1973 (rappreżentazzjoni permezz ta" l-awtoritajiet diplomatiċi u konsulari).
(n)IL-ĠERMANJA - FRANZA
(i)Ftehima Komplementari Nru 4 ta" l-10 ta" Lulju 1950 għall-Konvenzjoni Ġenerali ta" l-istess data, kif stabbilit fil-Ftehima Supplimentari Nru 2 tat-18 ta" Ġunju 1955 (ħlas ta" perjodi ta" l-assigurazzjoni kompluti bejn l-1 ta" Lulju 1940 u t-30 ta" Ġunju 1950);
(ii)Titolu I ta' dik il-Ftehima Supplimentari Nru 2 (ħlas ta" perjodi ta" l-assigurazzjoni kompluti qabel it- 8 ta" Mejju 1945);
iii) il-punti 6, 7 u 8 tal-Protokoll Ġenerali ta' l-10 ta" Lulju 1950 għal dik il-Konvenzjoni Ġenerali (arranġamenti amministrattivi);
(iv)It-Titoli II, III u IV tal-Ftehima ta" l-20 ta" Diċembru 1963 (sigurtà soċjali f'Saar).
(o)IL-ĠERMANJA - IL-LUSSEMBURGU
L-Artikoli 4 sa 7 tal-Konvenzjoni tal-11 ta" Lulju 1959 (ħlas ta" perjodi ta" assigurazzjoni kompluti bejn Settembru ta" l-1940 u Ġunju ta" l-1946).
(p)IL-ĠERMANJA - L-UNGERIJA
L-Artikolu 40(1)(b) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tat-2 ta" Mejju 1998 (tinżamm il-konvenzjoni konkluża bejn l-ex Repubblika Demokratika Ġermaniża u l-Ungerija għal persuni li ħadu pensjoni qabel l-1996).
(q)IL-ĠERMANJA - L-OLANDA
L-Artikoli 2 u 3 tal-Ftehima Komplementari Nru 4 tal-21 ta" Diċembru 1956 għall-Konvenzjoni tad-29 ta" Marzu 1951 (ħlas tad-drittijiet mirbuħa taħt l-iskema ta" l-assigurazzjoni soċjali Ġermaniża mill-ħaddiema Olandiżi bejn it-13 ta" Mejju 1940 u l-1 ta" Settembru 1945).
(r)IL-ĠERMANJA - L-AWSTRIJA
(i)L-Artikolu 1(5)u l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni dwar l-Assigurazzjoni Kontra l-Qgħad tad-19 ta" Lulju 1978 u l-Artikolu 10 tal-Protokoll Finali għal din il-Konvenzjoni (għoti ta" allowances f'każ ta" qgħad lill-ħaddiema tal-fruntiera mill-istat fejn wieħed kien jaħdem qabel) se jibqgħu japplikaw għall-persuni li wettqu attività bħala ħaddiema tal-fruntiera fl-1 ta" Jannar 2005 jew qabel u ġew qiegħda qabel l-1 ta" Jannar 2011;
(ii)L-Artikolu 14(2)(g), (h), (i) u (j) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali ta" l-4 ta" Ottubru 1995 dwar id-diviżjoni tal-kompetenzi bejn iż-żewġ pajjiżi f'każijiet ta" assigurazzjoni fil-passat u perjodi ta" assigurazzjoni akkumulati (id-determinazzjoni tal-kompetenzi bejn iż-żewġ pajjiżi f'każijiet ta" assigurazzjoni fil-passat u perjodi ta" assigurazzjoni akkumulati); l-applikazzjoni ta" dan il-punt hija limitata għall-persuni koperti minn din il-Konvenzjoni.
(s)IL-ĠERMANJA - IL-POLONJA
(i)Il-Konvenzjoni tad-9 ta" Ottubru 1975 dwar id-dispożizzjonijiet dwar ix-xjuħija u inċidenti fuq ix-xogħol, skond il-kundizzjonijiet u l-kamp ta' applikazzjoni definiti fl-Artikolu 27(2), (3) u (4) tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tat-8 ta" Diċembru 1990 (jinżamm l-istat legali, skond il-konvenzjoni ta" l-1975, tal-persuni li kienu stabbilixxew ir-residenza tagħhom fit-territorju tal-Ġermanja jew tal-Polonja qabel l-1 ta" Jannar 1991 u li għadhom joqogħdu hemm);
(ii)L-Artikoli 27(5) u 28(2) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tat-8 ta" Diċembru 1990 (jinżamm l-intitolament għall-pensjoni li titħallas skond il-konvenzjoni ta" l-1957 konkluża bejn l-ex Repubblika Demokratika Ġermaniża u l-Polonja; ħlas ta" perjodi ta" assigurazzjoni kompluti minn impjegati Pollakki skond il-konvenzjoni ta" l-1988 konkluża bejn l-ex Repubblika Demokratika Ġermaniża u l-Polonja).
(t)IL-ĠERMANJA - IR-RUMANIJA
L-Artikolu 28(1)(b) tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tat-8 ta" April 2005 (tinżamm il-konvenzjoni konkluża bejn l-ex Repubblika Demokratika Ġermaniża u r-Rumanija għall-persuni li diġà ħadu pensjoni qabel l-1996).
(u)IL-ĠERMANJA - IS-SLOVENJA
L-Artikolu 42 tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali ta" l-24 ta" Settembru 1997 (ħlas tad-drittijiet mirbuħa qabel l-1 ta" Jannar 1956 taħt l-iskema tas-sigurtà soċjali tal-pajjiż l-ieħor fil-kuntratt); l-applikazzjoni ta" dan il-punt hija limitata għall-persuni koperti minn din il-Konvenzjoni.
(v)IL-ĠERMANJA - IS-SLOVAKKJA
It-tieni u t-tielet subparagrafi ta' l-Artikolu 29(1) tal-Ftehim tat-12 ta" Settembru 2002 (tinżamm il-konvenzjoni konkluża bejn l-ex Repubblika Ċekoslovakka u l-ex Repubblika Demokratika Ġermaniża għall-persuni li ħadu pensjoni qabel l-1996; ħlas ta" perjodi ta" assigurazzjoni kompluti f'wieħed mill-istati tal-kuntratt għall-persuni li diġà ħadu pensjoni għal dawn il-perjodi fl-1 ta" Diċembru 2003 mill-istat l-ieħor fil-kuntratt, meta kienu joqogħdu fit-territorju ta' l-Istat kontraenti ieħor).
(w)IL-ĠERMANJA - IR-RENJU UNIT
(i)L-Artikolu 7(5) u (6) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali ta" l- 20 ta" April 1960 (leġiżlazzjoni applikabbli għal nies mhux militari li ħadmu fil-forzi militari);
(ii)L-Artikolu 5(5) u (6) tal-Konvenzjoni dwar l-Assigurazzjoni fuq il-Qgħad ta" l- 20 ta" April 1960 (leġiżlazzjoni applikabbli għal nies ċivili li ħadmu fil-forzi militari).
(x)L-IRLANDA - IR-RENJU UNIT
L-Artikolu 19(2) tal-Ftehima dwar is-sigurtà soċjali ta" l-14 ta" Diċembru ta" l-2004 (it-trasferiment u l-ħlas ta" ċertu kreditu għad-disabbiltà).
(y)SPANJA - IL-PORTUGALL
L-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Ġenerali tal-11 ta" Ġunju 1969 (esportazzjoni ta" benefiċċji għall-qgħad). Din l-entrata tibqa' valida għal sentejn mid-data ta' l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004.
(z)L-ITALJA - IS-SLOVENJA
(i)Il-Ftehima dwar ir-regolament għall-obbligi reċiproċi fl-assigurazzjoni soċjali b'referenza għall-paragrafu 7 ta" l-Anness XIV għat-Trattat ta" Paċi (konkluż permezz ta" skambju ta" notamenti fil-5 ta" Frar 1959) (ħlas ta" perjodi ta" assigurazzjoni kompluti qabel it-18 ta" Diċembru 1954); l-applikazzjoni ta" dan il-punt hija limitata għall-persuni koperti minn dik il-Ftehima,
(ii)L-Artikolu 45(3) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tas-7 ta" Lulju 1997 dwar ex Żona B tat-Territorju Ħieles ta" Trieste (ħlas ta" perjodi ta" assigurazzjoni kompluti qabel il-5 ta" Ottubru 1956); l-applikazzjoni ta" dan il-punt hija limitata għall-persuni koperti minn din il-Konvenzjoni.
(aa)IL-LUSSEMBURGU - IL-PORTUGALL
Il-Ftehima ta' l-10 ta' Marzu 1997 (dwar ir-rikonoxximent ta' deċiżjonijiet minn istituzzjonijiet fil-parti kontraenti dwar l-istat ta' invalidita? għal applikanti għall-pensjoni minn istituzzjonijiet fil-parti kontraenti l-oħra).
(ab)IL-LUSSEMBURGU - IS-SLOVAKKJA
L-Artikolu 50(5) tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tat-23 ta" Mejju 2002 (ħlas ta" perjodi ta" assigurazzjoni għall-pensjoni ta" refuġjati politiċi).
(ac)L-UNGERIJA - L-AWSTRIJA
L-Artikolu 36(3) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-31 ta" Marzu 1999 (ħlas ta" perjodi ta" assigurazzjoni kompluti qabel is-27 ta" Novembru 1961); l-applikazzjoni ta" dan il-punt hija limitata għall-persuni koperti minn din il-Konvenzjoni.
(ad)L-UNGERIJA - IS-SLOVENJA
L-Artikolu 31 tal-Konvenzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali tas-7 ta" Ottubru 1957 (ħlas ta" perjodi ta" assigurazzjoni kompluti qabel id-29 ta" Mejju 1956); l-applikazzjoni ta" dan il-punt hija limitata għall-persuni koperti minn din il-Konvenzjoni.
(ae)L-UNGERIJA - IS-SLOVAKKJA
L-Artikolu 34(1) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tat-30 ta" Jannar 1959 (Artikolu 34(1) tal-Konvenzjoni jipprovdi li l-perjodi ta" l-assigurazzjoni mogħtija qabel id-data ta" l-iffirmar tal-Konvenzjoni huma l-perjodi ta" l-assigurazzjoni ta" l-Istat kontraenti li fih kienet toqgħod il-persuna intitolata għall-assigurazzjoni); l-applikazzjoni ta" dan il-punt hija limitata għall-persuni koperti minn din il-Konvenzjoni.
(af)L-AWSTRIJA - IL-POLONJA
L-Artikolu 33(3) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tas-7 ta" Settembru 1998 (ħlas ta" perjodi ta" assigurazzjoni kompluti qabel is-27 ta" Novembru 1961); l-applikazzjoni ta" dan il-punt hija limitata għall-persuni koperti minn din il-Konvenzjoni.
(ag)L-AWSTRIJA - IR-RUMANIJA
L-Artikolu 37(3) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tas-28 ta" Ottubru 2005 (ħlas ta" perjodi ta" assigurazzjoni kompluti qabel is-27 ta" Novembru 1961); l-applikazzjoni ta" dan il-punt hija limitata għall-persuni koperti minn din il-Konvenzjoni.
(ah)L-AWSTRIJA - IS-SLOVENJA
L-Artikolu 37 tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-10 ta" Marzu 1997 (ħlas ta" perjodi ta" assigurazzjoni kompluti qabel l-1 ta" Jannar 1956); l-applikazzjoni ta" dan il-punt hija limitata għall-persuni koperti minn din il-Konvenzjoni.
(ai)L-AWSTRIJA - IS-SLOVAKKJA
L-Artikolu 34(3) tal-Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal- 21 ta'Diċembru 2001 (ħlas ta" perjodi ta" assigurazzjoni kompluti qabel is-27 ta" Novembru 1961); l-applikazzjoni ta" dan il-punt hija limitata għall-persuni koperti minn din il-Konvenzjoni.
(aj)IL-PORTUGALL - IR-RENJU UNIT
Artikolu 2(1) tal-Protokoll dwar trattament mediku tal-15 ta" Novembru November 1978.
(ak)IL-FINLANDA - L-ISVEZJA
L-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni Nordika dwar is-sigurtà soċjali tat-18 ta" Awissu 2003, dwar il-ħlas ta" spejjeż żejda ta" l-ivvjaġġar f'każ ta" mard waqt soġġorn f'pajjiż Nordiku ieħor li jikkawża l-ħtieġa ta" vjaġġ iktar għoli għar-ritorn lejn il-pajjiż tar-residenza.
"
4.L-Anness III għandu jiġi emendat kif ġej:
a)
wara l-entrata "ID-DANIMARKA", tiddaħħal l-entrata "L-ESTONJA".
b)
wara l-entrata "L-IRLANDA", jiddaħħal l-entrati li ġejjin:" IL-LITWANJA L-UNGERIJA"
5.L-Anness IV għandu jiġi emendat kif ġej:
a)
wara l-entrata "IL-BELĠJU", jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:" IL-BULGARIJA IR-REPUBBLIKA ĊEKA"
b)
wara l-entrata "FRANZA", għandha tiddaħħal l-entrata "ĊIPRU";
c)
wara l-entrata "IL-LUSSEMBURGU", għandhom jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:" L-UNGERIJA"
L-OLANDA;"
d)
wara l-entrata "L-AWSTRIJA", għandhom jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:" IL-POLONJA IS-SLOVENJA"
6.L-Anness VI għandu jiġi emendat kif ġej:
(a)
Għandhom jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:" -A.IR-REPUBBLIKA ĊEKA Pensjoni sħiħa f'każ ta" diżabbiltà għal persuni li żviluppaw diżabbiltà totali qabel ma għalqu tmintax-il sena u li ma kinux assigurati għall-perjodu meħtieġ (Taqsima 42 ta" l-Att għall-Assigurazzjoni għall-Pensjoni Nru 155/1995 Coll.). -Aa.L-ESTONJA (i)Pensjonijiet għall-invalidità mogħtija qabel l-1 ta" April 2000 taħt l-Att għall-Allowances mill-Istat li baqgħu miżmuma taħt l-Att ta" l-Assigurazzjoni għall-Pensjoni ta" l-Istat. (ii)Pensjonijiet nazzjonali mogħtija abbażi ta" invalidità skond l-Att ta" l-Assigurazzjoni għall-Pensjoni ta" l-Istat. (iii)Pensjonijiet għall-invalidità mogħtija skond l-Att dwar is-Servizz tal-Forzi tad-Difiża, l-Att dwar is-Servizz tal-Pulizija, l-Att dwar l-Uffiċċju tal-Prosekutur, l-Att dwar l-Istatus ta" l-Imħallfin, is-Salarji tal-Membri tar-Riigikogu, l-Att dwar il-Pensjonijiet u Garanziji Soċjali Oħra u l-Att dwar il-Benefiċċji Uffiċjali tal-President tar-Repubblika."
b)
is-sekwenza ta' l-entrati għal "A. IL-GREĊJA" u "B. L-IRLANDA" għandhom jitqiegħdu bil-maqlub biex jinqraw hekk: "A. L-IRLANDA" u "B. IL-GREĊJA";
c)
l-entrata taħt l-intestatura "B. L-IRLANDA" għandha tinbidel b'dan li ġej:" Parti II, Kapitolu 17 ta" l-Att dwar il-Konsolidazzjoni ta" l-Assistenza Soċjali 2005"
d)
wara l-entrata taħt l-intestatura "B. IL-GREĊJA", għandha tiddaħħal l-entrata li ġejja:" Ba.IL-LATVJA Pensjonijiet għall-invalidità (it-tielet grupp) taħt l-Artikolu 16(1)(2) tal-Liġi għall-Pensjonijiet ta" l-Istat ta" l-1 ta" Jannar 1996."
e)
l-entrati taħt l-intestatura "C. IL-FINLANDJA" għandhom jiġu emendati kif ġej:" Pensjonijiet Nazzjonali għall-persuni mwielda b'diżabbiltà jew ġew diżabbli ta" età żgħira (l-Att dwar il-Pensjoni Nazzjonali, 568/2007); Pensjonijiet għall-invalidità determinati skond regoli transizzjonali u mogħtija qabel l-1 ta" Jannar 1994 (Att dwar l-Infurzar tal-Pensjonijiet Nazzjonali, 569/2007)."
7.L-Anness VII għandu jiġi emendat kif ġej:
a)
fit-tabelli intestati "IL-BELĠJU" u "FRANZA", għandhom jitħassru l-kolonni relatati mal-Lussemburgu.
b)
għandha titħassar it-tabella intestata "IL-LUSSEMBURGU".
8. L-Anness VIII għandu jinbidel b'dan li ġej:"
ANNESS VIII
KAŻIJIET LI FIHOM IL-KALKOLU PRO RATA JIĠI RINUNZJAT JEW MA JAPPLIKAX
[Artikolu 52(4) u (5)]
Parti 1: Każijiet li fihom il-kalkolu pro rata jiġi rinunzjat skond Artikolu 52(4)
A.ID-DANIMARKA
L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjonijiet li hemm referenza għalihom fil-liġi dwar il-pensjonijiet soċjali, bl-eċċezzjoni ta' dawk imsemmija f'Anness IX.
B.L-IRLANDA
L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjoni ta" l-istat (transitorja), pensjoni ta" l-istat (kontributorja), pensjoni (kontributorja) għan-nisa romol u pensjoni (kontributorja) għall-irġiel romol.
C.ĊIPRU
L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjonijiet ta" l-eta?, l-invalidità, in-nisa romol u l-irġiel romol.
D.IL-LATVJA
(a)L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjonijiet ta" l-invalidità (Il-Liġi dwar il-Pensjonijiet ta" l-Istat ta" l-1 ta" Jannar 1996);
(b)L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjonijiet tas-superstiti (Il-Liġi dwar il-Pensjonijiet ta" l-Istat ta" l-1 ta" Jannar 1996; il-Liġi dwar il-Pensjonijiet Imħallsa mill-Istat ta" l-1 ta" Lulju 2001).
E.IL-LITWANJA
L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjonijiet mill-assigurazzjoni soċjali ta" l-Istat għas-superstiti ikkalkulati fuq il-bażi ta" l-ammont bażiku tal-pensjoni tas-superstiti (Il-Liġi dwar il-Pensjonijiet mill-Assigurazzjoni Soċjali ta" l-Istat).
F.L-OLANDA
L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjonijiet ta" l-età skond il-liġi dwar l-assigurazzjoni ġenerali għall-età.
G.L-AWSTRIJA
(a)L-applikazzjonijiet kollha għall-benefiċċji skond il-liġi federali tad-9 ta" Settembru 1955 dwar l-assigurazzjoni soċjali ġenerali, il-liġi federali tal-11 ta" Ottubru 1978 dwar l-assigurazzjoni soċjali għall-persuni li jaħdmu għal rashom fin-negozju u l-kummerċ, il-liġi federali tal-11 ta" Ottubru 1978 dwar l-assigurazzjoni soċjali għall-bdiewa li jaħdmu għal rashom u l-liġi federali tat-30 ta" Novembru 1978 dwar l-assigurazzjoni soċjali għal dawk li jaħdmu għal rashom fil-professjonijiet liberali;
(b)L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjonijiet għall-invalidità bbażati fuq kont tal-pensjoni skond l-att tal-pensjonijiet ġenerali tat-18 ta" Novembru 2004;
(c)L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjonijiet għas-superstiti bbażati fuq kont tal-pensjoni skond l-att tal-pensjonijiet ġenerali tat-18 ta" Novembru 2004, jekk ma trid tiġi applikata l-ebda żieda fil-benefiċċji f'każ ta" żieda fix-xhur ta" l-assigurazzjoni skond l-Artikolu 7(2) ta" l-att tal-pensjonijiet ġenerali.
(d)L-applikazzjonijiet għall-pensjonijiet għall-invalidità u s-superstiti tal- Landesärztekammern (kmamar provinċjali tat-tobba ta" l-Awstrija) ibbażati fuq provvista bażika (benefiċċju bażiku u kwalunkwe benefiċċju supplimentari, jew pensjoni bażika);
(e)L-applikazzjonijiet kollha għall-appoġġ f'każ ta" invalidità permanenti għax-xogħol u appoġġ għas-superstiti mill-fond tat-Österreichische Tierärtztekammer (kamra Awstrijaka tat-tobba veterinarji);
(f)L-applikazzjonijiet kollha għall-benefiċċji minn pensjonijiet għall-invalidità għax-xogħol, ir-romol u l-orfni skond l-istatuti ta" l-istituzzjonijiet tar-Rechtsanwaltskammern (assistenza ta" l-assoċjazzjonijiet) Parti A.
H.IL-POLONJA
L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjonijiet għal diżabbiltà, pensjonijiet għall-età taħt l-iskema għall-benefiċċji u l-pensjonijiet għas-superstiti definiti.
I.IL-PORTUGALL
L-applikazzjonijiet kollha għall-ħlas ta" pensjoni għall-invalidità, l-età u s-superstiti, barra fejn it-total tal-perjodi ta" l-assigurazzjoni kompluti skond il-leġiżlazzjoni ta" iktar minn Stat Membru wieħed huma ugwali jew itwal minn 21 jum kalendarji, il-perjodi nazzjonali ta" l-assigurazzjoni huma ugwali jew inqas minn 20 sena, u l-kalkolu jsir skond l-Artikolu 11 tad-Digriet-Liġi Nru No. 35/2002, tad-19 ta" Frar 2002.
J.IS-SLOVAKKJA
(a)L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjoni tas-superstiti (pensjonijiet għan-nisa romol, irġiel romol u orfni) ikkalkulata skond il-leġiżlazzjoni fis-seħħ qabel l-1 ta" Jannar 2004 li l-ammont tagħha jrid jittieħed minn pensjoni li qabel tħallset lill-mejjet,
(b)L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjonijiet ikkalkulati skond l-Att Nru 461/2003 Coll. dwar is-sigurtà soċjali kif emendat.
K.L-ISVEZJA
L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjoni ta" garanzija f'forma ta" pensjoni għall-età (Att 1998:702) u pensjoni għall-età f'forma ta" pensjoni supplimentari (Att 1998:674).
L.IR-RENJU UNIT
L-applikazzjonijiet kollha għall-pensjoni ta" l-irtirar, benefiċċji għan-nisa romol u mewt, barra għal dawk li:
a)
matul is-sena tat-taxxa li tibda fis-6 ta" April 1975 jew wara:
i)
il-parti konċernata kienet wasslet sat-tmiem perjodi ta" assigurazzjoni, impjieg jew residenza skond il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit u Stat Membru ieħor; u
ii)
waħda (jew iktar) mis-snin tat-taxxa li hemm referenza għalihom f'punt (i) ma kinitx ikkunsidrata bħala sena li tikkwalifika fit-tifsira tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit;
b)
il-perjodi ta" l-assigurazzjoni kompluti skond il-leġiżlazzjoni fis-seħħ fir-Renju Unit għall-perjodi qabel il-5 ta" Lulju 1948 jitqiesu għall-finijiet ta" l-Artikolu 52(1)(b) ta' dan ir-Regolament permezz ta" l-applikazzjoni tal-perjodi ta" l-assigurazzjoni, impjieg jew residenza skond il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru ieħor.
L-applikazzjonijiet kollha għal pensjoni addizzjonali skond l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 1992, it-taqsima 44, u l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali (L-Irlanda ta" Fuq) 1992, it-taqsima 44.
Parti 2: Każijiet fejn japplika l-Artikolu 52(5):
A.FRANZA
Skemi bażiċi jew supplimentari li fihom il-benefiċċji ta" l-età huma kkalkulati fuq il-bażi ta" punti ta" l-irtirar.
B.IL-LATVJA
Pensjonijiet għall-età (Liġi għall-pensjonijiet ta" l-Istat ta" l-1 ta" Jannar 1996 u l-Liġi dwar il-Pensjonijiet Imħallsa mill-Istat ta" l-1 ta" Lulju 2001).
C.L-UNGERIJA
Benefiċċji għall-pensjoni bbażati fuq sħubija ma" fondi ta" pensjoni privati.
D.L-AWSTRIJA
(a)Pensjonijiet għall-età bbażati fuq kont ta" pensjoni skond l-l-att tal-pensjonijiet ġenerali tat-18 ta" Novembru 2004.
(b)Allowances obbligatorji skond l-Artikolu 41 tal-Liġi Federali tat-28 ta" Diċembru 2001, BGBl Nr. 154 tal-Pharmazeutische Gehaltskasse fur Osterreich (fond ġenerali għas-salarji ta" l-ispiżjara Awstrijaċi).
(c)Pensjonijiet għall-irtirar u l-irtirar kmieni tal-Landesärztekammern (kmamar reġjonali Awstrijaċi tat-tobba) bbażati fuq provvista bażika (benefiċċju bażiku u kwalunkwe benefiċċju supplimentari, jew pensjoni bażika), u l-benefiċċji kollha għall-pensjoni ta' l-istess korp bbażati fuq provvista addizzjonali (pensjoni addizzjonali jew individwali).
(e)Benefiċċji skond l-istatuti ta" l-istituzzjonijiet ta" asistenza ta" l-assoċjazzjonijiet Awstrijaċi ta" l-avukatura, Partijiet A u B, barra l-applikazzjonijiet għall-benefiċċji mill-pensjonijiet għal diżabbiltà, romol u orfni skond l-istatuti ta" l-istituzzjonijiet ta" assistenza ta" l-istess korp, Parti A.
(f)Benefiċċji mill-istituzzjonijiet ta" assistenza mill-kamra federali tal-periti u l-inġiniera konsulenti skond il-Ziviltechnikerkammergesetz ta' l-1993 (il-liġi dwar il-kamra ta" l-inġiniera ċivili) u l-istatuti ta" l-istituzzjonijiet ta" assistenza, barra l-benefiċċji abbażi ta" invalidità għax-xogħol u benefiċċji għas-superstiti mill-benefiċċji msemmija l-aħħar.
(g)Benefiċċji skond l-istatut ta" l-istituzzjoni ta" assistenza tal-kamra federali ta" l-accountants u l-konsulenti tat-taxxa professjonali skond il-Wirtschaftstreuhandberufsgesetz (il-liġi dwar l-accountants u l-konsulenti tat-taxxa professjonali.
E.IL-POLONJA
Pensjonijiet għall-età skond l-iskema definita ta" kontribuzzjoni.
Pensjoni bbażata fuq id-dħul u pensjoni tal-primjum (Att 1998:674).
I.IR-RENJU UNIT
L-applikazzjonijiet kollha għall-benefiċċji gradati ta" l-irtirar imħallsa skond l-Att dwar l-Assigurazzjoni Nazzjonali 1965, it-taqsimiet 36 u 37, u l-Att dwar l-Assigurazzjoni Nazzjonali (L-Irlanda ta" Fuq) 1966, it-taqsimiet 35 u 36.
J.IL-BULGARIJA
Pensjonijiet għall-età mill-Assigurazzjoni għall-Pensjoni Obbligatorja Supplimentari, skond il-Parti II, Titolu II, tal-Kodiċi għall-Assigurazzjoni Soċjali.
Wara l-entrata taħt l-intestatura "F. L-IRLANDA", għandha tiddaħħal l-entrata li ġejja:" Fa.IL-LATVJA Pensjonijiet għall-invalidità (it-tielet grupp) skond l-Artikolu 16(1)(2) tal-Liġi dwar il-Pensjonijiet ta" l-Istat ta" l-1 ta" Jannar 1996"
(ii)
Taħt l-intestatura "G. L-OLANDA", għandu jiddaħħal il-kliem li ġej:" Il-liġi tal-10 ta" Novembru 2005 dwar ix-xogħol u d-dħul skond il-kapaċità għax-xogħol"
(iii)
L-entrata taħt l-intestatura "H. IL-FINLANDJA" tinbidel b'dan li ġej:" Pensjonijiet nazzjonali għall-persuni li twieldu diżabbli jew saru diżabbli ta" età żgħira (l-Att dwar il-Pensjonijiet Nazzjonali, 568/2007) Pensjonijiet nazzjonali u pensjonijiet għall-konjuġi jiġu determinati skond ir-regoli transitorji u mogħtija qabel l-1 ta" Jannar 1994 (l-Att dwar l-Infurzar tal-Pensjonijiet Nazzjonali, 569/2007) L-ammont addizzjonali tal-pensjoni tat-tfal meta jiġi kkalkulat il-benefiċċju indipendenti skond l-att dwar il-pensjoni nazzjonali (l-Att dwar il-Pensjonijiet Nazzjonali, 568/2007)"
(iv)
L-entrata taħt l-intestatura "I. L-ISVEZJA" tinbidel b'dan li ġej:" Kumpens għall-mard relatat mad-dħul u kumpens għall-attività ta" l-Isvezja (Att 1962:381); Pensjoni ta" garanzija u kumpens iggarantit ta" l-Isvezja li ssostitwixxew il-pensjonijiet kompluti ta" l-istat Svediż ipprovduti skond il-leġiżlazzjoni dwar il-pensjoni ta" l-istat li kienet tapplika fl-1 ta" Jannar 1993, u l-pensjoni kompluta ta" l-istat ipprovduta skond ir-regoli transitorji tal-leġiżlazzjoni li tapplika minn dik id-data"
(b)Il-Parti II għandha tiġi emendata kif ġej:
(i)
Wara l-entrata taħt l-intestatura "C. L-ITALJA", għandhom jiddaħħlu l-entrati li ġejjin:" Ca.IL-LATVJA Pensjonijiet għas-superstiti kkalkulati fuq il-bażi ta" perjodi assunti ta" assigurazzjoni (l-Artikolu 23(8) tal-Liġi dwar il-Pensjonijiet ta" l-Istat ta" l-1 ta" Jannar 1996) Cb.IL-LITWANJA (a)Pensjonijiet ta" l-istat mill-assigurazzjoni soċjali għall-inkapaċità għax-xogħol, imħallsa skond il-Liġi dwar il-Pensjonijiet ta" l-Istat mill-Assigurazzjoni Soċjali (b)Pensjonijiet ta" l-istat mill-assigurazzjoni soċjali għas-superstiti u l-orfni, ikkalkulati fuq il-bażi tal-pensjoni għall-inkapaċità għax-xogħol tal-mejjet skond il-Liġi dwar il-Pensjonijiet ta" l-Istat mill-Assigurazzjoni Soċjali"
ii)
Wara l-entrata taħt l-intestatura "D. IL-LUSSEMBURGU", għandha tiddaħħal l-entrata li ġejja:" Da.IS-SLOVAKKJA (a)Pensjoni Slovakka għall-invalidità u pensjoni għas-superstiti derivata minnha (b)Pensjoni għall-invalidità għal persuna li saret invalida meta kienet tifel/tifla dipendenti u li dejjem meqjusa li ssodisfat il-perjodu meħtieġ ta" assigurazzjoni (Artikolu 70(2) u 72(3) u Artikolu 73(3) u (4) ta" l-Att Nru 461/2003 dwar l-assigurazzjoni soċjali, kif emendat)"
(c)Fil-Parti III, l-entrata "il-Konvenzjoni Nordika tal-15 ta" Ġunju 1992 dwar is-sigurtà soċjali" għandha tinbidel b'dan li ġej:"
Il-Konvenzjoni Nordika dwar is-Sigurtà Soċjali tat-18 ta" Awissu 2003.
"
10.L-Anness X għandu jinbidel b'dan li ġej:"
ANNESS X
BENEFIĊĊJI SPEĊJALI FI FLUS MHUX KONTRIBUTORJI
[Artikolu 70(2)(c)]
A.IL-BELĠJU
(a)Allowance li tissostitwixxi d-dħul (Liġi tas-27 ta" Frar 1987)
(b)Dħul iggarantit għall-persuni anzjani (Liġi tat-22 ta" Marzu 2001)
B.IL-BULGARIJA
Pensjoni Soċjali għall-età (Artikolu 89 tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali)
C.IR-REPUBBLIKA ĊEKA
Allowance soċjali (Att dwar l-Appoġġ Soċjali ta" l-Istat Nru 117/1995 Sb
Dħul għal sussistenza bażika għall-anzjani u persuni b'kapaċità mnaqqsa ta" qligħ skond Kapitolu 4 tal-Ktieb XII tal-Kodiċi Soċjali
Benefiċċji biex ikopru l-ispejjeż tas-sussistenza skond il-provvediment bażiku għal min qed ifittex ix-xogħol, sakemm, fir-rigward ta" dawn il-benefiċċji, il-ħtiġijiet għall-eliġibbiltà għal suppliment temporanju wara li wieħed ikun irċieva benefiċċju għall-qgħad (Artikolu 24 (1) tal-Ktieb II tal-Kodiċi Soċjali) ma jkunux ġew sodisfati
F.L-ESTONJA
(a)Allowance għall-adulti b'diżabbiltà (l-Att dwar il-Benefiċċji Soċjali għal Persuni b'Diżabilità tas-27 ta" Jannar 1999)
(b)Allowance ta" l-istat għall-qgħad (l-Att dwar is-Servizzi u l-Appoġġ għas-Suq tax-Xogħol tad-29 ta" Settembru 2005)
G.L-IRLANDA
(a)Allowance għal min qed ifittex ix-xogħol (l-Att dwar il-Konsolidazzjoni ta" l-Assistenza Soċjali 2005, Parti 3, Kapitolu 2)
(b)Pensjoni ta" l-istat (mhux kontributorja) (l-Att dwar il-Konsolidazzjoni ta" l-Assistenza Soċjali 2005, Parti 3, Kapitolu 4)
(c)Pensjoni (mhux kontributorja) għan-nisa romol u pensjoni (mhux kontributorja) għall-irġiel romol (l-Att dwar il-Konsolidazzjoni ta" l-Assistenza Soċjali 2005, Parti 3, Kapitolu 6)
(d)Allowance għal diżabbilta? (l-Att dwar il-Konsolidazzjoni ta" l-Assistenza Soċjali 2005, Parti 3, Kapitolu 10)
(e)Allowance għall-mobilità (l-Att dwar is-Saħħa 1970, Taqsima 61)
(f)Pensjoni għan-nuqqas ta" dawl (l-Att dwar il-Konsolidazzjoni ta" l-Assistenza Soċjali 2005, Parti 3, Kapitolu 5)
H.IL-GREĊJA
Benefiċċji speċjali għall-anzjani (Liġi Nru 1296/82)
(b)Benefiċċji fi flus biex jassistu lill-anzjani u l-invalidi li ma jistgħux jaħdmu (Digriet Irjali Nru 2620/81 ta" l-24 ta" Lulju 1981)
(c)Il-benefiċċji ta' pensjoni li ġejjin:
(i)Pensjonijiet mhux kontributorji għall-invalidità u l-irtirar skond kif inhu provdut f'Artikolu 38(1) tat-Test Konsolidat għal-Liġi Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali, approvat mid-Digriet Leġislattiv Irjali Nru 1/1994 ta" l-20 ta" Ġunju 1994 u
(ii)Il-benefiċċji li jissupplimentaw il-pensjonijiet imsemmija f'punt i, kif provdut għalihom fil-leġiżlazzjonijiet tar-reġjuni awtonomi, fejn dawn is-supplimenti jiżguraw dħul minimu ta' sussistenza filwaqt li titqies is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fir- reġjuni awtonomi konċernati
(d)Allowances biex tkun promossa l-mobilità u għall-kumpens ta" l-ispejjeż ta" l-ivvjaġġar (Liġi Nru 13/1982 tas-7 ta" April 1982)
J.FRANZA
(a)Allowances Supplimentari ta":
i)
il-fond speċjali għall-invalidità, u
ii)
il-fond għas-solidarjetà fl-età
Fir-rigward ta" drittijiet miksuba (Liġi tat-30 ta" Ġunju 1956, kodifikata fi Ktieb VIII tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali)
(b)Allowance għall-adulti b'diżabbiltà (Liġi tat-30 ta" Ġunju 1975, kodifikata fi Ktieb VIII tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali)
(c)Allowance speċjali (Liġi tal-10 ta" Lulju 1952, kodifikata fi Ktieb VIII tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali) fir-rigward ta" drittijiet miksuba
(d)Allowance għas-solidarjetà fl-età (l-ordinanza ta" l-24 ta" Ġunju 2004, kodifikata fi Ktieb VIII tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali) mill-1 ta" Jannar 2006
K.L-ITALJA
(a)Pensjonijiet soċjali għal persuni mingħajr mezzi (Liġi Nru 153 tat-30 ta" April 1969)
(b)Pensjonijiet u allowances għad-diżabbli jew invalidi ċivili (Liġi Nru 118 tat-30 ta" Marzu 1974, Nru 18 tal-11 ta" Frar 1980 u Nru 508 tat-23 ta" Novembru 1988)
(c)Pensjonijiet u allowances għal min hu nieqes mis-smigħ u muti (Liġijiet Nru 381 tas-26 ta" Mejju 1970 u Nru 508 tat-23 ta" Novembru 1988)
(d)Pensjonijiet u allowances għaċ-ċivili neqsin mid-dawl (Liġijiet Nru 382 tas-27 ta" Mejju 1970 u Nru 508 tat-23 ta" Novembru 1988)
(e)Benefiċċji li jissuplimentaw il-pensjonijiet minimi (Liġijiet Nru 218 ta" l-4 ta" April 1952, Nru 638 tal-11 ta" Novembru 1983 u Nru 407 tad-29 ta" Diċembru 1990)
(f)Benefiċċji li jissupplimentaw l-allowances għal diżabbiltà (Liġi Nru 222 tat-12 ta" Ġunju 1984)
(g)Allowance soċjali (Liġi Nru 335 tat-8 ta" Awissu 1995)
(h)Żieda soċjali (Artikolu 1(1) u (12) tal-Liġi Nru 544 tad-29 ta" Diċembru 1988 u l-emendi suċċessivi)
L.ĊIPRU
(a)Pensjoni Soċjali (Liġi dwar il-Pensjoni Soċjali ta" l-1995 (Liġi 25(I)/95)
(b)Allowance għal diżabbiltà severa fil-moviment (Deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Ministri Nr 38210 tas-16 ta" Ottubru 1992, 41370 ta" l-1 ta" Awissu 1994, 46183 tal-11 ta" Ġunju 1997 u 53675 tas-16 ta" Mejju 2001)
(c)Għoti speċjali għal persuni neqsin mis-smigħ (Liġi dwar l-Għoti Speċjali ta" l-1996 (Liġi 77(I)/96), kif emendata)
M.IL-LATVJA
(a)Benefiċċju mill-istat għas-sigurtà soċjali (Liġi dwar il-Benefiċċji Soċjali ta" l-Istat ta" l-1 ta" Jannar 2003)
(b)Allowance għall-kumpens ta" l-ispejjeż tat-trasport għal persuni diżabbli b'moviment ristrett (Liġi dwar il-Benefiċċji Soċjali ta" l-Istat ta" l-1 ta" Jannar 2003)
N.IL-LITWANJA
(a)Pensjoni għall-assistenza soċjali (Artikolu 5 tal-Liġi ta" l-2005 dwar il-Benefiċċji ta" l-Istat)
(c)Kumpens għat-trasport għad-diżabbli li għandhom problemi bil-moviment (Artikolu 7 tal-Liġi ta" l-2000 dwar il-Kumpens għat-Trasport)
O.IL-LUSSEMBURGU
Dħul għad-diżabbli serjament (Artikolu 1(2) tal-Liġi tat-12 ta'Settembru 2003), barra persuni rikonoxxuti bħala ħaddiema diżabbli u impjegati fis-suq tax-xogħol ta" din ix-xorta jew f'ambjent protett
(b)Allowance mhux kontributorja għall-età (Att III ta" l- 1993 dwar l-Amministrazzjoni Soċjali u l-Benefiċċji Soċjali)
(c)Allowance għat-trasport (Digriet tal-Gvern Nru 164/1995 (XII 27) dwar Allowances għat-trasport għal Persuni b'Diżabbiltà Fiżika Severa)
Q.MALTA
(a)Allowance supplimentari (Taqsima 73 ta" l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318) 1987)
(b)Pensjoni għall-età (Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318) 1987)
R.L-OLANDA
(a)Wet Arbeidsongeschiktheidsvoorziening jonggehandicapten (Wajong) (Att dwar l-Assistenza għad-Diżabbiltà għaż-Żgħażagħ Diżabbli) tal-24 ta' April 1997
(b)Toeslagenwet (TW) (Att dwar il-Benefiċċji Supplimentari) tas-6 ta" Novembru 1986 (TW)
S.L-AWSTRIJA
Suppliment kumpensatorju (Att Federali tad-9 ta' Settembru 1955 dwar l-Assigurazzjoni Soċjali Ġenerali, Att Federali tal-11 ta' Ottubru 1978 dwar l-Assigurazzjoni soċjali għall-persuni li jaħdmu fin-negozju u l-kummerċ tal 11 ta' Ottubru 1978 u l-Att Federali dwar l-Assigurazzjoni soċjali għall-bdiewa
T.IL-POLONJA
Pensjoni soċjali (Att tas-27 ta' Ġunju 2003 dwar il-pensjonijiet soċjali)
U.IL-PORTUGALL
(a)Pensjoni mhux kontributorja ta" l-istat għall-età u l-invalidità (Digriet-Liġi Nru 464/80 tat-13 ta" Ottubru 1980)
(b)Pensjoni mhux kontributorja għar-romol (Digriet Regolatorju Nru 52/81 tal- 11 ta" Novembru 1981)
(c)Suppliment ta" solidarjetà għall-anzjani (Digriet-Liġi Nru 232/2005 tad-29 ta" Diċembru 2005, emendat mid-Digriet-Liġi Nru 236/2006 tal-11 ta" Diċembru 2006
V.IS-SLOVENJA
(a)Pensjoni ta" l-istat (Att dwar l-Assigurazzjoni għall-Pensjoni u d-Diżabbiltà tat-23 ta" Diċembru 1999)
(b)Appoġġ għad-dħul tal-pensjonanti (Att dwar l-Assigurazzjoni għall-Pensjoni u d-Diżabbiltà tat-23 ta" Diċembru 1999)
(c)Allowance għall-Manteniment (Att dwar l-Assigurazzjoni għall-Pensjoni u d-Diżabbiltà tat-23 ta" Diċembru 1999)
W.IS-SLOVAKKJA
(a)Aġġustament mogħti qabel l-1 ta" Jannar 2004 lil dawk li l-uniku dħul tagħhom hi l-pensjoni
(b)Pensjoni soċjali li ngħatat qabel l-1 ta" Jannar 2004
(a)Kreditu ta" l-Istat għall-Pensjoni (Att dwar il-Kreditu ta'l-Istat għall-Pensjoni 2002 u Att dwar il-Kreditu ta" l-Istat għall-Pensjoni (l-Irlanda ta" Fuq) 2002)
(b)Allowances ibbażati fuq id-dħul għal min ifittex ix-xogħol (Att għal Min Ifittex ix-Xogħol 1995 u l-Ordni għal Min Ifittex ix-Xogħol (l-Irlanda ta" Fuq) 1995)
(c)Appoġġ għad-dħul (Att dwar il-Kontribuzzjonijiet għas-Sigurtà Soċjali u l-Benefiċċji 1992 u Att dwar il-Kontribuzzjonijiet għas-Sigurtà Soċjali u l-Benefiċċji (l-Irlanda ta" Fuq) 1992)
(d)Allowance għall-Ħajja b'Diżabbiltà b'komponent ta" moviment (Att dwar il-Kontribuzzjonijiet għas-Sigurtà Soċjali u l-Benefiċċji 1992 u Att dwar il-Kontribuzzjonijiet għas-Sigurtà Soċjali u l-Benefiċċji (l-Irlanda ta" Fuq) 1992)
"
11. L-Anness XI jinbidel b'dan li ġej:"
ANNESS XI
DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-APPLIKAZZJONI TAL-LEĠIŻLAZZJONI TA" L-ISTATI MEMBRI
[L-Artikoli 51(3), 56(1) u 83]
A. Il-BELĠJU
Xejn.
B.IL-BULGARIJA
L-Artikolu 33(1), ta" l-Att dwar l-Assigurazzjoni fuq is-Saħħa tal-Bulgarija japplika għall-persuni kollha li l-Bulgarija hija l-Istat Membru kompetenti tagħhom skond il-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament.
C. Ir-REPUBBLIKA ĊEKA
Xejn.
D. Id-DANIMARKA
▌
1. (a) Għall-fini tal-kalkolu tal-pensjoni taħt il-lov om social pension (l-Att dwar il-Pensjoni Soċjali), perjodi ta" attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha kkompletati skond il-leġiżlazzjoni Daniża minn ħaddiem tal-fruntiera jew ħaddiem li mar id-Danimarka biex jagħmel xogħol staġonali huma meqjusa bħala perjodi ta" residenza kkompletati fid-Danimarka mill-konjugi superstitu(a), safejn, matul dawk il-perjodi, il-konjugi superstitu(a) kien(kienet) marbut(a) ma" t'hawn fuq imsemmi(ja) ħaddiem(a) biż-żwieġ mingħajr separazzjoni materjali u fiżika jew separazzjoni de facto għal raġunijiet ta" inkompatibbiltà u sakemm matul dawk il-perjodi l-konjugi kien(kienet) (j)tirresjedi fit-territorju ta" Stat Membru ieħor.
Għall-finijiet ta" dan il-paragrafu, "xogħol ta" natura staġonali" ifisser xogħol li, billi jiddependi fuq in-newba ta" l-istaġuni, jerġa" jinħoloq awtomatikament kull sena.
(b) Għall-fini tal-kalkolu tal-pensjoni taħt il-lov om social pension (l-Att dwar il-Pensjoni Soċjali), perjodi ta" attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha kompluti skond il-leġiżlazzjoni Daniża qabel l-1 ta" Jannar 1984 minn persuna li għaliha ma japplikax paragrafu 2(a) għandhom jitqiesu bħala perjodi ta" residenza kkompletati fid-Danimarka mill-konjugi superstitu(a), safejn, matul dawk il-perjodi, il-konjugi superstitu(a) kien(kienet) marbut(a) persuna biż-żwieġ mingħajr separazzjoni materjali u fiżika jew separazzjoni de facto għal raġunijiet ta" inkompatibbiltà u sakemm matul dawk il-perjodi l-konjugi kien(kienet) (j)tirresjedi fit-territorju ta" Stat Membru ieħor.
(c) Perjodi li jridu jittieħdu fil-konsiderazzjoni taħt il-punti (a) u (b) m'għandhomx jitqiesu jekk ikunu fl-istess perjodi li jkunu tqiesu għall-kalkolu tal-pensjoni dovuta lil dik il-persuna kkonċernata taħt il-leġiżlazzjoni ta" l-assigurazzjoni obbligatorja ta" Stat Membru ieħor jew fl-perjodi li matulhom il-persuna kkonċernata rċeviet pensjoni taħt tali leġiżlazzjoni. Dawk il-perjodi għandhom, madankollu, jitqiesu jekk l-ammont annwali tal-pensjoni msemmija huwa anqas minn nofs l-ammont bażiku tal-pensjoni soċjali.
2. (a) Minkejja d-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 6, persuni li ma kinux impjegati bi qligħ f'wieħed jew aktar mill-Istati Membri huma intitolati għal pensjoni soċjali Daniża fil-każ biss li kienu, jew kienu qabel, residenti permanenti fid-Danimarka minn ta" l-anqas għal tliet snin, suġġetti għal-limiti ta" l-età preskritti mil-leġiżlazzjoni Daniża. Bla ħsara għall-Artikolu 4, l-Artikolu 7 ma japplikax għal pensjoni soċjali Daniża li d-dritt għaliha jkun inkiseb minn tali persuni.
(b) Id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq ma japplikawx għad-dritt għal pensjoni soċjali Daniża għall-membri tal-familja ta" persuni li huma jew kienu impjegati bi qligħ fid-Danimarka, jew għall-istudenti jew il-membri tal-familji tagħhom.
3. Il-benefiċċju temporanju għal persuni qiegħda li ddaħħlu fil-ledighedsydelse (l-iskema ta" "impjieg flessibbli") (Il-Liġi Nru 455 ta" l-10 ta" Ġunju 1997) huwa kopert mit-Titolu III, il-Kapitolu 6 ta" dan ir-Regolament. Fir-rigward ta" persuni qiegħda li jmorru fi Stat Membru ieħor, l-Artikoli 64 u 65 japplikaw meta dan l-Istat Membru jkollu skemi ta" impjiegi simili għall-istess kategorija ta" persuni.
4. Fejn il-benefiċjarju ta" pensjoni soċjali Daniża huwa intitolat ukoll għal pensjoni tas-superstiti minn Stat Membru ieħor, dawn il-pensjonijiet għat-twettiq tal-leġiżlazzjoni Daniża għandhom jitqiesu bħala benefiċċji ta" l-istess tip fit-tifsir ta" l-Artikolu 53(1), suġġett għall-kondizzjoni, madankollu, li l-persuna li l-perjodi tagħha ta" assigurazzjoni jew ta" residenza jservu bħala l-bażi għall-kalkolu tal-pensjoni tas-superstiti kienet akkwistat ukoll id-dritt għal pensjoni soċjali Daniża.
E. IL-ĠERMANJA
▌
1. Minkejja l-Artikolu 5(a) tar-Regolament u l-Artikolu 5(4) punt 1, tas-Sozialgesetzbuch VI (SGB VI) (il-Volum VI tal-Kodiċi Soċjali), persuna li tirċievi pensjoni ta" l-età skond il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru ieħor tista' titlob li tkun assigurata b'mod fl-iskema ta" assigurazzjoni tal-pensjoni fil-Ġermanja.
2. Minkejja l-Artikolu 5(a) ta" dan ir-Regolament u l-Artikolu 7 (1) u (3)tas-Sozialgesetzbuch VI (il-Volum VI tal-Kodiċi Soċjali), persuna li hija assigurata b'mod obbligatorju fi Stat Membru ieħor jew li tirċievi pensjoni ta" l-età taħt il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru ieħor tista" tissieħeb fl-iskema ta" assigurazzjoni volontarja fil-Ġermanja.
3.Għall-fini li jingħataw benefiċċji fi flus skond paragrafu 47(1) ta" SGB V, paragrafu 47(1) ta" SGB VII u §200(2) tar- Reichsversicherungsordnung (skema ta' assigurazzjoni imperjali) lil persuni assigurati li jgħixu fi Stat Membru ieħor, l-iskemi ta" l-assigurazzjoni tal-Ġermanja jikkalkulaw il-paga netta, li tintuża biex jiġu vvalutati l-benefiċċji, daqs li kieku l-persuna assigurata għexet il-Ġermanja, sakemm il-persuna assigurata ma titlobx valutazzjoni abbażi tal-paga netta li tirċievi.
4.Ċittadini ta" Stati Membri oħra li l-post tar-residenza tas-soltu jew ordinarja huwa barra l-Ġermanja u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ġenerali ta" l-iskema ta" l-assigurazzjoni għall-pensjoni fil-Ġermanja jistgħu jħallsu kontribuzzjonijiet volontarji biss jekk kienu assigurati volontarjament jew b'mod obbligatorju fl-iskema ta" l-assigurazzjoni għall-pensjoni fil-Ġermanja f'xi żmien qabel; dan japplika wkoll għal persuni bla stat u refuġjati li l-post tar-residenza tas-soltu jew ordinarja huwa fi Stat Membru ieħor.
5. Il-pauschale Anrechnungszeit (il-perjodu ta" kreditu fiss) skond l-Artikolu 253 ta' l-SGB VI ║ għandu jiġi determinat esklussivament b'riferenza għal perjodi Ġermaniżi.
6. F'każijiet li fihom hija applikabbli l-leġiżlazzjoni Ġermaniża tal-pensjoni fis-seħħ fil-31 ta" Diċembru 1991 għall-kalkolu mill-ġdid tal-pensjoni, il-leġiżlazzjoni Ġermaniża ║ biss tapplika għall-ikkreditar ta" Ersatzzeiten (perjodi sostituttivi ▌) Ġermaniżi.
7.Il-leġiżlazzjoni Ġermaniża dwar l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard marbut max-xogħol ikkompensati skond il-liġi li tirregola l-pensjonijiet barranin u l-benefiċċji għal perjodi ta" assigurazzjoni li jistgħu jiġu kkreditati skond il-liġi li tirregola l-pensjonijiet barranin fit-territorji msemmija fil-paragrafu 1(2)(3) tal-Bundesvertriebenengesetz (il-Liġi dwar persuni bla stat u refuġjati) tkompli tapplika skond it-tifsira ta" l-applikazzjoni tar-Regolament minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 tal-Fremdrentengesetz (il-Liġi dwar il-pensjonijiet barranin).
8.Għall-kalkolu ta" l-ammont teoretiku li hemm referenza għalih f'Artikolu 52(1)(b)(i) tar-Regolament, fl-iskemi tal-pensjoni għall-professjonijiet liberali, l-istituzzjoni kompetenti għandha tieħu bħala bażi, għal kull sena ta" assigurazzjoni kompluta skond il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru ieħor, il-medja ta" l-intitolament tal-pensjoni annwali akkwistata fil-perjodu tas-sħubija ma" l-istituzzjoni kompetenti permezz tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet.
F. L-ESTONJA
Għall-fini tal-kalkolu tal-benefiċċju tal-ġenituri, perjodi ta" impjieg fi Stati Membri l-oħra minbarra l-Estonja għandhom jitqiesu li huma msejsa fuq l-istess ammont medju ta" Taxxa Soċjali li tħallset matul il-perjodi ta" impjieg fl-Estonja li magħhom jingħaddu. Jekk matul is-sena ta" riferenza l-persuna kienet impjegata biss fi Stati Membri oħra, il-kalkolu tal-benefiċċju għandu jitqies li jkun ibbażat fuq il-medja ta" Taxxa Soċjali mħallsa fl-Estonja bejn is-sena ta" riferenza u l-lif tal-maternità.
G. IL-GREĊJA
1.Il-Liġi Nru 1469/84 dwar sħubija volontarja ma" l-iskema ta" l-assigurazzjoni għall-pensjoni għaċ-ċittadini Griegi u ċittadini barranin ta" oriġini Griega tapplika għal ċittadini ta" Stati Membri oħra, persuni bla stat u rifuġjati, fejn il-persuni konċernati, irrispettivament mill-post tar-residenza jew fejn joqogħdu, f'xi żmien fil-passat kienu msieħba b'mod obbligatorju jew volontarju ma" l-iskema ta" l-assigurazzjoni għall-pensjoni tal-Greċja.
2.Minkejja l- Artikolu 5(a) tar-Regolament u l-Artikolu 34 tal-Liġi Nru 1140/81, persuna li tirċievi pensjoni għal inċidenti fuq il-post tax-xogħol jew mard marbut max-xogħol skond il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru ieħor tista" titlob li tkun assigurata skond il-leġiżlazzjoni applikata mill-OGA, sakemm huwa/hija jkollu/ha attività li taqa" skond it-tifsira ta" din il-leġiżlazzjoni.
H. SPANJA
▌
1. Għall-finijiet tat-twettiq ta" l-Artikolu 52(1)(b)(i) tar-Regolament, is-snin li l-ħaddiem ikun jonqsu biex jilħaq l-età pensjonabbli jew l-età ta" l-irtirar obbligatorju kif stipulata fil-punt 4 skond l-Artikolu 31(4) tal-verżjoni konsolidata tal-Ley de clases pasivas del Estado (Il-Liġi dwar il-Pensjonanti ta" l-Istat) jitqiesu bħala s-snin proprja tas-servizz lill-Istat fil-każ biss li fiż-żmien ta" l-avveniment li għalih tkun dovuta pensjoni ta" invalidità jew ta" mewt, il-benefiċjarju kien kopert mill-iskema speċjali Spanjola għall-impjegati ċivili jew wettaq attività mdaħħlaskondl-iskema, jew jekk, fiż-żmien ta" l-avveniment li għalih ikunu dovuti pensjonijiet, il-benefiċjarju wettaq attività li kienet tirrikjedi li l-persuna konċernata tkun inkluża skond l-iskema speċjali ta" l-Istat għall-impjegati ċivili, il-forzi armati jew il-ġudikatura, li kieku l-attività twettqet fi Spanja.
2. (a) Taħt l-Artikolu 56(1)(c), il-kalkolu tal-benefiċċju teoretiku Spanjol għandu jsir fuq il-bażi tal-kontribuzzjonijiet attwali tal-persuna matul is-snin li jiġu immedjatament qabel il-ħlas ta" l-aħħar kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali Spanjola. Fejn, fil-kalkolu ta" l-ammont bażiku għall-pensjoni, perjodi ta" assigurazzjoni u/jew ta" residenza taħt il-leġiżlazzjoni ta" Stati Membri oħra ikollhom jittieħdu f'konsiderazzjoni, il-bażi tal-kontribuzzjoni fi Spanja li tiġi l-eqreb fiż-żmien mill-perjodi ta" riferenza għandha tintuża għall-perjodi msemmija qabel, waqt li jitqies l-iżvilupp ta" l-indiċi tal-prezzijiet bl-imnut.
(b) L-ammont ta" pensjoni miksub għandu jiżdied bl-ammont taż-żidiet u r-rivalutazzjonijiet ikkalkulati għal kull sena suċċessiva għal pensjonijiet ta" l-istess tip.
3. Perjodi kkompletati fi Stati Membri oħra li għandhom jiġu kkalkulati fl-iskema speċjali għall-impjegati taċ-ċivil, il-forzi armati u l-amministrazzjoni ġudizzjarja, jiġu trattati bl-istess mod, għall-finijiet ta" l-Artikolu 56 ta' dan ir-Regolament, bħall-perjodi l-eqreb fiż-żmien kopert bħala impjegat taċ-ċivil fi Spanja.
4.L-ammonti addizjonali bbażati fuq l-età li hemm referenza għalihom fit-Tieni Dispożizzjoni Transitorja tal-Liġi Ġenerali dwar is-Sigurtà Soċjali għandhom ikunu applikabbli għall-benefiċjarji kollha tar-Regolament li għandhom kontribuzzjonijiet f'isimhom skond il-leġiżlazzjoni Spanjola qabel l-1 ta" Jannar 1967; mhuwiex possibbli, bl-applikazzjoni ta" l-Artikolu 5 tar-Regolament, li perjodi ta" assigurazzjoni kreditati fi Stat Membru ieħor qabel id-data msemmija qabel jiġu trattati daqs li kieku kienu l-istess bħall-kontribuzzjonijiet imħallsa fi Spanja, għall-għanijiet preżenti biss. Id-data li tikkorrispondi għall-1 ta" Jannar 1967 għandha tkun l-1 ta" Awissu 1970 għall-Iskema Speċjali għall-Baħħara u l-1 ta" April 1969 għall-Iskema tas-Sigurtà Soċjali Speċjali għall-Minjieri tal-Faħam.
I. FRANZA
1.Ċittadini ta" Stati Membri oħra li l-post tar-residenza jew fejn is-soltu joqogħdu huwa barra Franza u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ġenerali ta" l-iskema ta" l-assigurazzjoni għall-pensjoni fi Franza jistgħu jħallsu kontribuzzjonijiet volontarji biss jekk kienu assigurati volontarjament jew b'mod obbligatorju fl-iskema ta" l-assigurazzjoni għall-pensjoni fi Franza f'xi żmien qabel; dan japplika wkoll għal persuni bla stat u refuġjati li l-post tar-residenza jew fejn is-soltu joqogħdu huwa fi Stat Membru ieħor.
2. Għall-persuni li jirċievu benefiċċji mhux fi flus fi Franza skond l-Artikoli 17, 24 u 26 tar-Regolament li huma residenti fit-territorji Franċiżi ta" Haut-Rhin, Bas-Rhin jew Moselle, benefiċċji mhux fi flus ipprovduti f'isem l-istituzzjoni ta" Stat Membru ieħor li huwa responsabbli għall-ispejjeż tagħhom jinkludu l-benefiċċji pprovduti kemm mill-iskema ta" assigurazzjoni ta" mard ġenerali kemm mill-iskema obbligatorja supplimentari lokali ta" mard ta" l-Alsace-Moselle.
3. Il-leġiżlazzjoni Franċiża applikabbli għal persuna li taħdem, jew li kienet taħdem, f'attività bħala persuna impjegata jew għal rasha għall-applikazzjoni tal-Kapitolu 5 tat-Titolu III ta' dan ir-Regolament tinkludi kemm l-iskema(i) bażika(ċi) ta" assigurazzjoni ta" l-età u kemm l-iskema(i) supplimentari ta" l-irtirar li għalihom il-persuna kkonċernata kienet suġġetta.
J. L-IRLANDA
1. Minkejja l-Artikolu 21(2) u l-Artikolu 62 ta' dan ir-Regolament, għall-finijiet ta" kalkolu tad-dħul stipulat li jitħallas fil-ġimgħa ta" persuna assigurata għall-għoti tal-benefiċċju tal-mard jew tal-qgħad taħt leġiżlazzjoni Irlandiża, ammont ekwivalenti għall-paga medja fil-ġimgħa għas-sena relevanti stipulata ta" persuni impjegati għandu jiġi kkreditat lil dik il-persuna assigurata għal kull ġimgħa ta" attività bħala persuna impjegata taħt il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru ieħor matul is-sena stipulata.
2. Fejn japplika l-Artikolu 46 ta' dan ir-Regolament,, jekk il-persuna kkonċernata ssofri inkapaċità għax-xogħol li twassal għall-invalidità waqt li tkun suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru ieħor, l-Irlanda għandha, għall-finijiet tat-Taqsima 118(1)(a) ta" l-Att Konsolidat tal-Assistenza Soċjali 2005, tqis dawk il-perjodi kollha li matulhom, fir-rigward ta" l-invalidità li segwiet dik l-inkapaċità għax-xogħol, hija kienet tkun meqjusa bħala inkapaċi għax-xogħol taħt il-leġiżlazzjoni Irlandiża.
K. L-ITALJA
Xejn.
L. ĊIPRU
Għall-fini ta" l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta" l-Artikoli 6, 51 u 61, għal kull perjodu li jibda fis-6 ta" Ottubru 1980 jew wara, ġimgħa ta" assigurazzjoni skond il-leġiżlazzjoni tar-Repubblika ta" Ċipru hija determinata billi ssir id-diviżjoni tad-dħul totali assigurabbli għall-perjodu rilevanti bl-ammont tad-dħul bażiku fil-ġimgħa assigurabbli applikabbli fis-sena ta" kontribuzzjoni rilevanti, sakemm in-numru ta" ġimgħat hekk determinat ma jaqbiżx in-numru ta" ġimgħat kalendarji fil-perjodu rilevanti.
M. IL-LATVJA
Xejn
N. IL-LITWANJA
Xejn
O. IL-LUSSEMBURGU
Xejn.
P. L-UNGERIJA
Xejn
Q. MALTA
Dispożizzjonijiet speċjali għall-impjegati ċivili:
(a)Għall-finijiet ta" l-applikazzjoni ta" l-Artikoli 49 u 60 tar-Regolament biss, persuni impjegati skond l-Att dwar il-Forzi Armati (Kapitolu 220 tal-Liġijiet ta" Malta), l-Att dwar il-Pulizija (Kapitolu 164 tal-Liġijiet ta" Malta) u l-Att dwar il-Ħabs (Kapitolu 260 tal-Liġijiet ta" Malta) ikunu trattati bħala impjegati ċivili.
(b)Pensjonijiet li jitħallsu skond l-Attijiet imsemmija hawn fuq u skond l-Ordinanza dwar il-Pensjonijiet (Kapitolu 93 tal-Liġijiet ta" Malta) ikunu, għall-finijiet ta" l-Artikolu 1(e) tar-Regolament biss, ikkunsidrati bħala "skemi speċjali għall-impjegati ċivili
"
R. L-OLANDA
1. Assigurazzjoni fuq il-kura tas-saħħa
(a) Fir-rigward ta" l-intitolament għall-benefiċċji mhux fi flus taħt il-leġiżlazzjoni Olandiża, persuni intitolati għall-benefiċċji mhux fi flus għall-fini ta" l-implimentazzjoni tal-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu III ta" dan ir-Regolament għandhom ifissru:
i)
persuni li, taħt l-Artikolu 2 taż-Zorgverzekeringswet (Att dwar l-Assigurazzjoni fuq il-Kura tas-Saħħa), huma obbligati jagħmlu assigurazzjoni ma" assiguratur tal-kura tas-saħħa; u
ii)
safejn huma m'humiex diġà inklużi taħt il-punt (i), membri tal-familja tal-persunal militari attiv li qed jgħixu fi Stat Membru ieħor u persuni li huma residenti fi Stat Membru ieħor u li, taħt ir-Regolament huma intitolati għall-kura tas-saħħa fl-istat ta" residenza tagħhom, u l-ispejjeż tħallashom l-Olanda.
(b) Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1(a)(i) għandhom, skond id-dispożizzjonijiet taż-Zorgverzekeringswet (l-Att dwar l-Assigurazzjoni fuq il-Kura tas-Saħħa) jagħmlu assigurazzjoni ma" assiguratur tal-kura tas-saħħa, u l-persuni msemmija fil-paragrafu 1(a)(ii) għandhom jirreġistraw mal-College voor zorgverzekeringen (Il-Bord ta" l-Assigurazzjoni fuq il-Kura tas-Saħħa).
(c) Id-dispożizzjonijiet taż-Zorgverzekeringswet (l-Att dwar l-Assigurazzjoni fuq il-Kura tas-Saħħa) u ta" l-Algemene Wet Bijzondere Ziektekosten (L-Att Ġenerali dwar l-Ispejjeż Mediċi Eċċezzjonali) li jikkonċernaw l-obbligu tal-ħlas ta" kontribuzzjonijiet għandhom japplikaw għall-persuni msemmija taħt il-paragrafu 1(a) u l-membri tal-familji tagħhom. Fir rigward ta" membri tal-familja, il-kontribuzzjonijiet għandhom jintalbu mill-persuni li minnhom ikun ġej id-dritt għall-kura tas-saħħa barra l-membri tal-familja ta" persunal militari li jgħixu fi stat membru ieħor li jintalbu l-kontribuzzjonijiet direttament.
(d) Id-dispożizzjonijiet taż-Zorgverzekeringswet (l-Att dwar l-Assigurazzjoni fuq il-Kura tas-Saħħa) dwar assigurazzjoni li ssir tard għandhom japplikaw mutatis mutandis fil-każ ta" reġistrazzjoni magħmula tard mal-College voor zorgverzekeringen (il-Bord ta" l-Assigurazzjoni fuq il-Kura tas-Saħħa) fir-rigward tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1(a)(ii).
(e) Persuni intitolati għall-benefiċċji mhux fi flus bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru għajr l-Olanda li jirresjedu fl-Olanda jew joqogħdu temporanjament fl-Olanda għandhom ikunu intitolati għall-benefiċċji mhux fi flus skond il-polza offruta lil persuni assigurati fl-Olanda mill-istituzzjoni tal-post tar-residenza jew il-post fejn ikunu qegħdin, billi jittieħed f'konsiderazzjoni l-Artikolu 11(1), (2) u (3) u l-Artikolu 19(1) taż-Zorgverzekeringswet (l-Att dwar l-Assigurazzjoni fuq il-Kura tas-Saħħa), kif ukoll għall-benefiċċji mhux fi flus ipprovduti mill-Algemene wet bijzondere ziektekosten (l-Att Ġenerali dwar l-Ispejjez Mediċi Eċċezzjonali).
(f) Għall-finijiet ta" l-Artikoli 23 sa 30, il-benefiċċji li ġejjin (u l-pensjonijiet koperti mit-Titolu III, Kapitoli 4 u 5) għandhom jiġu ttrattati bħala pensjonijiet dovuti taħt il-leġiżlazzjoni Olandiża:
–
pensjonijiet mogħtija taħt l-Algemene burgerlijke pensioenwet tas-6 ta" Jannar 1966 (il-Liġi dwar il-pensjonijiet għall-ħaddiema taċ-ċivil u s-superstiti tagħhom║;
–
pensjonijiet mogħtija taħt l-Algemene militaire pensioenwet tas-6 ta" Ottubru 1966 (il-Liġi dwar il-pensjonijiet tal-persunal militari u s-superstiti tagħhom ║;
–
benefiċċji ta" l-inkapaċità għax-xogħol mogħtija taħt il-Wet arbeidsongeschiktheidsvoorziening militairen tas-7 ta" Ġunju 1972 (il-Liġi dwar il-benefiċċji ta" l-inkapaċità għax-xogħol għall-persunal militari ║;
–
pensjonijiet mogħtija taħt il-Liġi tal-15 ta" Frar 1967 dwar il-pensjonijiet għall-impjegati ta" l-NV Nederlandse Spoorwegen (Il-Kumpanija tal-Ferroviji Olandiża) u dawk li jibqgħu ħajjin warajhom (Spoorwegpensioenwet) (Att dwar il-Pensjonijiet tal-Ħaddiema tal-Ferroviji);
–
pensjonijiet mogħtija taħt ir-Reglement Dienstvoorwaarden Nederlandse Spoorwegen (Ir-Regolament li jirregola l-kondizzjonijiet ta" l-impjiegi mal-Kumpanija tal-Ferroviji Olandiża);
–
benefiċċji mogħtija lil persuni rtirati qabel ma jilħqu l-età tal-pensjoni ta" 65 sena taħt pensjoni maħsuba biex tipprovdi dħul għall-persuni li kienu impjegati, fl-età ta" l-anzjanità tagħhom, jew benefiċċji pprovduti fil-każ ta" tluq qabel iż-żmien mis-suq tax-xogħol taħt skema mwaqqfa mill-istat jew permezz ta" ftehim industrijali għal persuni fl-età ta" 55 jew aktar ▌.
–
benefiċċji mħallsa lil persunal militari u impjegati ċivili skond skema applikabbli f'każ ta" tkeċċija, pensjoni u rtirar kmieni.
(g) Għall-finijiet tal-Kapitoli 1 u 2 tat-Titolu III ta" dan ir-Regolament, ir-rifużjoni għan-nuqqas ta" talbiet ipprovduta fl-iskema Olandiża fil-każ ta" użu limitat tal-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa għandha titqies li hija benefiċċju għall-mard fi flus.
▌
2. L-Applikazzjoni ta" l-Algemene Ouderdomswet (WAOW) (Il-Leġiżlazzjoni Olandiża dwar l-assigurazzjoni ġenerali ta" l-età)
(a) It-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 13(1) ta" ║l-AOW ║ m'għandux jiġi applikat għas-snin kalendarji ta" qabel l-1 ta" Jannar 1957 li matulhom persuna li tirċievi ma tissodisfax il-kondizzjonijiet biex dawn is-snin jiġu ttrattati bħala perjodi ta" assigurazzjoni:
–
kienet residenti fl-Olanda bejn l-età ta" 15 u 65, jew
–
filwaqt li kienet residenti fi Stat Membru ieħor, ħadmet fl-Olanda għal prinċipal stabbilit fl-Olanda, jew
–
ħadmet fi Stat Membru ieħor matul perjodi meqjusa bħala perjodi ta" assigurazzjoni taħt is-sistema tas-sigurtà soċjali Olandiża.
Permezz ta" deroga mill-Artikolu 7 ta" l-WAOW, kull min kien residenti jew ħadem biss fl-Olanda skond il-kondizzjonijiet ta" hawn fuq qabel l-1 ta" Jannar 1957 għandu wkoll jitqies bħala intitolat għal pensjoni.
(b) It-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 13(1) ta" l-WAOW m'għandux japplika għas-snin kalendarji ta" qabel it-2 ta' Awissu 1989 li matulhom, bejn l-età ta" 15 u 65, persuna li hija jew kienet miżżewġa ma kinitx assigurata taħt il-leġiżlazzjoni ta" hawn fuq, filwaqt li kienet residenti fit-territorju ta" Stat Membru għajr l-Olanda, jekk dawn is-snin kalendarji jaqgħu fl-istess perjodi ta" assigurazzjoni kkompletati mill-konjugi tal-persuna taħt dik il-leġiżlazzjoni jew fl-istess snin kalendarji li jridu jitqiesu taħt il-paragrafu 2(a), sakemm iż-żwieġ tal-koppja eżista matul dak iż-żmien.
Permezz ta" deroga mill-Artikolu 7 ta" l-WAOW, tali persuna għandha titqies bħala intitolata għal pensjoni.
(c) It-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 13(2) ta" l-WAOW m'għandux japplika għas-snin kalendarji ta" qabel l-1 ta' Jannar 1957 li matulhom il-persuna konjugi ta" pensjonant li tonqos milli tissodisfa l-kondizzjonijiet biex ikollha dawn is-snin ittrattati bħala perjodi ta" assigurazzjoni:
–
kienet residenti fl-Olanda bejn l-età ta" 15 u 65, jew
–
filwaqt li kienet residenti fi Stat Membru ieħor, ħadmet fl-Olanda għal prinċipal iwaqqaf fl-Olanda, jew
–
ħadmet fi Stat Membru ieħor matul perjodi meqjusa bħala perjodi ta" assigurazzjoni taħt is-sistema tas-sigurtà soċjali Olandiża.
(d) It-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 13(2) tal-WAOW m'għandux japplika għas-snin kalendarji ta" qabel it-2 ta' Awissu 1989 li matulhom, bejn l-età ta" 15 u 65, il-persuna konjugi ta" pensjonant li tirresjedi fi Stat Membru għajr l-Olanda ma kinitx assigurata taħt il-leġiżlazzjoni ta" hawn fuq, jekk dawk is-snin kalendarji jaqgħu fl-istess perjodi ta" assigurazzjoni kkompletati mill-pensjonant taħt dik il-leġiżlazzjoni jew ma" snin kalendarji li jridu jitqiesu taħt il-paragrafu 2(a), sakemm iż-żwieġ tal-koppja kien eżista matul dak iż-żmien.
(e) Il-paragrafi 2(a), 2(b), 2(c) u 2(d) m'għandhomx japplikaw għall-perjodi li jaqgħu fl-istess:
–
perjodi li jistgħu jitqiesu fil-kalkolu tad-drittijiet tal-pensjoni taħt il-leġiżlazzjoni ta" l-assigurazzjoni ta" l-età ta" Stat Membru għajr l-Olanda, jew
–
perjodi li għalihom il-persuna kkonċernata ħadet pensjoni ta" l-età taħt tali leġiżlazzjoni.
Perjodi ta" assigurazzjoni volontarja taħt is-sistema ta" Stat Membru ieħor m'għandhomx jitqiesu għall-finijiet ta" din id-dispożizzjoni.
(f) Il-paragrafi 2(a), 2(b), 2(c) u 2(d) għandhom japplikaw biss jekk il-persuna kkonċernata kienet residenti fi Stat Membru wieħed jew aktar għal sitt snin wara l-età ta" 59 u għal dak iż-żmien biss li dik il-persuna kienet residenti f'wieħed minn dawk l-Istati Membri.
(g) Permezz ta" deroga mill-Kapitolu IV ta" l-WAOW, kull min hu residenti fi Stat Membru għajr l-Olanda li l-persuna konjugi tiegħu hija koperta minn assigurazzjoni obbligatorja taħt dik il-leġiżlazzjoni għandu jkun awtorizzat li jagħmel assigurazzjoni volontarja taħt dik il-leġiżlazzjoni għal perjodi li matulhom il-persuna konjugi hija assigurata b'mod obbligatorju.
Din l-awtorizzazzjoni m'għandhiex tieqaf fejn l-assigurazzjoni obbligatorja tal-persuna konjugi tintemm b'riżultat ta" mewtha u fejn il-persuna superstita tirċievi biss pensjoni taħt l-Algemene nabestaandenwet (║ dwar liġi ġenerali għas-superstiti).
Fi kwalunkwe każ, l-awtorizzazzjoni fir-rigward ta" l-assigurazzjoni volontarja tieqaf fid-data li fiha l-persuna tilħaq l-età ta" 65.
Il-kontribuzzjoni li trid titħallas għall-assigurazzjoni volontarja għandha tiġi ffissata skond id-dispożizzjonijiet relatati mad-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni għall-assigurazzjoni volontarja taħt l-WAOW. Madankollu, jekk l-assigurazzjoni volontarja ssegwi minn perjodu ta" assigurazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2(b), il-kontribuzzjoni għandha tiġi ffissata skond id-dispożizzjonijiet relatati mad-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni għall-assigurazzjoni obbligatorja taħt l-WAOW, u d-dħul li jiġi kkunsidrat fil-kalkolu ta" din il-kontribuzzjoni jitqies li ġie riċevut fl-Olanda.
(h) L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 2(g) m'għandha tingħata lil ħadd li jkun assigurat taħt il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru ieħor dwar il-pensjonijiet u l-benefiċċji tas-superstiti.
(i) Kull min jixtieq jagħmel assigurazzjoni volontarja taħt il-paragrafu 2(g) għandu jintalab japplika għaliha lill-Sociale Verzekeringsbank (il-Bank ta" l-Assigurazzjoni Soċjali) sa mhux aktar tard minn sena wara d-data li fiha l-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni jkunu ssodisfatti.
(j) Għall-finijiet ta" l-Artikolu 52(1)(b), huma biss il-perjodi ta" assigurazzjoni kkompletati taħt il-WAOW wara l-età ta" 15 li għandhom jitqiesu bħala perjodi ta" assigurazzjoni.
3. L-applikazzjoni tal-Algemene nabestaandenwet (ANW) (Il-Liġi ġenerali Olandiża dwar qraba superstiti)
▌
(a) Fejn il-persuna konjugi superstita hija intitolata għal pensjoni tas-superstiti taħt ║ l-ANW ║ skond l-Artikolu 51(3), dik il-pensjoni għandha tiġi kkalkulata skond l-Artikolu 52(1)(b) ta' dan ir-Regolament.
Għall-applikazzjoni ta" dawn id-dispożizzjonijiet, il-perjodi ta" assigurazzjoni qabel l-1 ta" Ottubru 1959 għandhom jitqiesu wkoll bħala perjodi ta" assigurazzjoni kkompletati taħt il-leġiżlazzjoni Olandiża jekk matul dawk il-perjodi l-persuna assigurata, wara l-età ta" 15:
–
kienet residenti fl-Olanda, jew
–
filwaqt li kienet residenti fi Stat Membru ieħor, ħadmet fl-Olanda għal prinċipal imwaqqaf fl-Olanda, jew
–
ħadmet fi Stat Membru ieħor matul il-perjodi meqjusa bħala perjodi ta" assigurazzjoni taħt is-sistema tas-sigurtà soċjali Olandiża.
(b) M'għandhomx jittieħdu f'konsiderazzjoni dawk il-perjodi li se jiġu kkunsidrati taħt paragrafu 3(b) li jaqgħu fl-istess perjodi ta" assigurazzjoni obbligatorja kkompletati taħt il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru ieħor fil-każ ta" pensjonijiet tas-superstiti.
(c) Għall-finijiet ta" l-Artikolu 52(1)(b), huma biss il-perjodi ta" assigurazzjoni kkompletati taħt il-leġiżlazzjoni Olandiża wara l-età ta" 15 li jitqiesu bħala perjodi ta" assigurazzjoni.
(d) Permezz ta" deroga mill-Artikolu 63a(1) ta" l-ANW, persuna residenti fi Stat Membru għajr l-Olanda li l-persuna konjugi tiegħu hija assigurata b'mod obbligatorju taħt l-ANW għandha tkun awtorizzata li tagħmel assigurazzjoni volontarja taħt dik il-leġiżlazzjoni, sakemm assigurazzjoni bħal din tkun diġà bdiet sa ...(5), iżda tkun biss għal perjodi li matulhom il-persuna konjugi tkun assigurata b'mod obbligatorju. Din l-awtorizzazzjoni għandha tieqaf mid-data tat-tmiem ta" l-assigurazzjoni obbligatorja tal-persuna konjugi taħt l-ANW, kemm-il darba l-assigurazzjoni obbligatorja tal-persuna konjugi ma tintemmx b'riżultat tal-mewt tagħha u fejn il-persuna superstita tirċievi biss pensjoni taħt l-ANW.
Fi kwalunkwe każ, l-awtorizzazzjoni fir-rigward ta" l-assigurazzjoni volontarja tieqaf fid-data li fiha l-persuna tilħaq l-età ta" 65.
Il-kontribuzzjoni li trid titħallas għall-assigurazzjoni volontarja għandha tiġi ffissata skond id-dispożizzjonijiet relatati mad-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni għall-assigurazzjoni volontarja taħt l-ANW. Madankollu, jekk l-assigurazzjoni volontarja ssegwi minn perjodu ta" assigurazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2(b), il-kontribuzzjoni għandha tiġi ffissata skond id-dispożizzjonijiet relatati mad-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni għall-assigurazzjoni obbligatorja taħt l-ANW, u d-dħul ikkunsidrat fil-kalkolu ta" din il-kontribuzzjoni jitqies li ġie riċevut fl-Olanda.
4. L-Applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Olandiża dwar l-inkapaċità għax-xogħol
▌
(a) Fejn, skond l-Artikolu 51(3) tar-Regolament,, il-persuna kkonċernata hija intitolata għal benefiċċju ta" invalidità Olandiż, l-ammont imsemmi fl-Artikolu 52(1)(b) għall-kalkolu ta" dak il-benefiċċju għandu jiġi ddeterminat:
i)
fejn, qabel l-okkorrenza ta" l-inkapaċità għax-xogħol, il-persuna tkun ħadmet l-aħħar bħala persuna impjegata fit-tifsir ta" l-Artikolu 1(a); skond
–
skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti Wet op arbeidsongeschiktheidsverzekering (WAO) (il-Liġi dwar l-inkapaċità għax-xogħol) jekk l-inkapaċità għax-xogħol seħħet qabel l-1 ta" Jannar 2004 jew
–
id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Wet Werk en inkomen naar arbeidsvermogen (WIA) (il-Liġi dwar l-impjieg u d-dħul skond il-kapaċità għax-xogħol) jekk l-inkapaċità għax-xogħol seħħet fl-1 ta" Jannar 2004 jew qabel.
ii)
fejn, qabel l-okkorrenza ta" l-inkapaċità għax-xogħol, il-persuna konċernata tkun ħadmet l-aħħar bħala persuna li taħdem għal rasha fit-tifsir ta" l-Artikolu 1(b), skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Wet arbeidsongeschiktheidsverzekering zelfstandigen (WAZ) (il-Liġi dwar l-inkapaċita għax-xogħol ta' persuni li jaħdmu għal rashom) jekk l-inkapaċità seħħet qabel l-1 ta" Awissu 2004.
(b) Fil-kalkolu tal-benefiċċji jew taħt il-WAO, WIA jew taħt il-WAZ, l-istituzzjonijiet Olandiżi għandhom iqisu:
–
perjodi ta" impjieg bi ħlas u perjodi ttrattati bħala tali, ikkompletati fl-Olanda qabel l-1 ta" Lulju 1967;
–
perjodi ta" assigurazzjoni kkompletati taħt il-WAO;
–
perjodi ta" assigurazzjoni kkompletati mill-persuna kkonċernata, wara l-età ta" 15, taħt l-Algemene Arbeidsongeschiktheidswet (AAW) (il-Liġi ġenerali dwar l-inkapaċita? għax-xogħol), sakemm dawn ma jaqgħux fl-istess perjodi ta" assigurazzjoni kkompletati taħt il-WAO;
–
perjodi ta" assigurazzjoni kkompletati taħt il-WAZ.
–
perjodi ta" assigurazzjoni kkompletati taħt il-WAZ.
▌
S. L-AWSTRIJA
1. Għall-finijiet ta" l-akkwist ta" perjodi fl-assigurazzjoni għall-pensjoni, l-attendenza fi skola jew stabbiliment edukattiv komparabbli fi Stat Membru ieħor għandha titqies bħala ekwivalenti għal attendenza fi skola jew fi stabbiliment edukattiv skond l-Artikoli 227(1)(1) u 228(1)(3) ta" l-Allgemeines Sozialversicherungsgesetz (ASVG) (il-liġi ġenerali dwar is-sigurtà soċjali), l-Artikolu 116(7) tal-Gewerbliches Sozialversicherungsgesetz (GSVG) (il-liġi federali dwar l-assigurazzjoni soċjali għall-persuni li jaħdmu fin-negozju u l-kummerċ) u l-Artikolu 107(7) tal-Bauern-Sozialversicherungsgesetz (BSVG) (il-liġi dwar is-sigurtà soċjali għall-bdiewa), meta l-persuna kkonċernata kienet suġġetta f'xi żmien għal-leġiżlazzjoni Awstrijaka minħabba r-raġunijiet li huwa żvolġa attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha, u li l-kontribuzzjonijiet speċjali pprovdutiskond l-Artikolu 227(3) tal-ASVG, l-Artikolu 116(9) tal-GSVG u l-Artikolu 107(9) tal-BSGV għax-xiri ta" dawn il-perjodi ta" edukazzjoni, huma mħallsa.
▌
2. Għall-kalkolu tal-benefiċċju pro rata msemmi fl-Artikolu 52(1)(b), żidiet speċjali fil-kontribuzzjonijiet għal assigurazzjoni supplimentari u l-benefiċċju supplimentari tal-minatur taħt il-leġiżlazzjoni Awstrijaka għandu jiġi injorat. F'dawn il-każijiet, il-benefiċċju pro rata kkalkulat mingħajr dawk il-kontribuzzjonijiet għandu, jekk approprjat, jiżdied b'żiediet speċjali mhux imnaqqsa fil-kontribuzzjonijiet għal assigurazzjoni supplimentari u l-benefiċċju supplimentari tal-minatur.
3. Fejn f'konformità ma" l-Artikolu 6 perjodi sostituttivi taħt skema ta" assigurazzjoni tal-pensjoni Awstrijaka ġew ikkompletati, iżda dawn ma jistgħux jikkostitwixxu l-bażi għall-kalkolu skond l-Artikoli 238 u 239 ta" ║ l-ASVG ║, l-Artikoli 122 u 123 tal-║ GSVG ║ jew l-Artikoli 113 u 114 tal-║BSVG (l-att dwar is-sigurtà soċjali għall-bdiewa), il-bażi tal-kalkolu għall-perjodi ta" kura tat-tfal skond l-Artikolu 239 ta" l-ASVG, l-Artikolu 123 ta" l-GSVG u l-Artikolu 114 ta" l-BSVG għandhom jintużaw.
▌
T. Il-POLONJA
Xejn
U. Il-PORTUGALL
Xejn
V.IR-RUMANIJA
Xejn
W. Is-SLOVENJA
Xejn
X. Is-SLOVAKKJA
Xejn
Y. Il-FINLANDJA
▌
1. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-dritt u tal-kalkolu ta" l-ammont tal-pensjoni nazzjonali Finlandiża taħt l-Artikoli 52 sa 54, il-pensjonijiet akkwistati taħt il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru ieħor huma ttrattati bl-istess mod bħall-pensjonijiet akkwistati taħt leġiżlazzjoni Finlandiża.
2. Fl-applikazzjoni ta" l-Artikolu 52(1)(b)(i) għall-fini tal-kalkolu tad-dħul għall-perjodu kkreditat taħt il-leġiżlazzjoni Finlandiża dwar pensjonijiet relatati mad-dħul, fejn individwu għandu perjodi ta" assigurazzjoni tal-pensjoni msejsa fuq attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha fi Stat Membru ieħor għal parti mill-perjodu ta" riferenza taħt il-leġiżlazzjoni Finlandiża, id-dħul għall-perjodu kkreditat għandu jkun ekwivalenti għas-somma tad-dħul miksuba matul il-parti tal-perjodu ta" riferenza Finlandiżi diviż bin-numru ta" xhur li għalihom kien hemm perjodi ta" assigurazzjoni Finlandiżi matul il-perjodu ta" riferenza.
Z. L-IŻVEZJA
1. Meta titħallas allowance tal-lif tal-ġenituri taħt id-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 67 lil membru ta" familja li m'huwiex impjegat, l-allowance tal-lif tal-ġenituri titħallas f'livell li jikkorrispondi għal-livell bażiku jew l-aktar baxx.
2.Għall-fini li jiġi kkalukulat l-allowance għal-lif tal-ġenituri skond il-Kapitolu 4, paragrafu 6 tal- Lag (1962:381) om allmän försäkring (il-Liġi dwar l-assigurazzjoni nazzjonali) għall-persuni eliġibbli għal allowance għal-lif tal-ġenituri bbażat fuq ix-xogħol, għandu japplika dan li ġej:
Għall-ġenitur li d-dħul iġġenerat mill-benefiċċju għall-mard tiegħu huwa kkalkulat fuq il-bażi tad-dħul minn impjieg bi ħlas fl-Isvezja, il-ħtieġa li wieħed ikun assigurat għall-benefiċċju tal-mard "il fuq mil-livell minimu ta" mill-inqas 240 jum konsekuttiv qabel it-twelid tat-tarbija trid tiġi sodisfatta jekk, matul il-perjodu msemmi, il-ġenitur kellu dħul minn impjieg bi ħlas fi Stat Membru ieħor li jikkorrispondi għall-assikurazzjoni li taqbeż il-livell minimu.
3. Id-dispożizzjonijiet ta" dan ir-Regolament dwar l-akkumulazzjoni ta" perjodi ta" assigurazzjoni jew perjodi ta' residenza m'għandhomx japplikaw għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali fil-leġiżlazzjoni Svediża dwar l-intitolament għal pensjoni ggarantita għal persuni mwielda fl-1937 jew qabel li kienu residenti fl-Iżvezja għal perjodu speċifikat qabel ma" applikaw għal pensjoni (l-Att 2000:798).
4. Għall-fini tal-kalkolu tad-dħul nozzjonali għal kumpens tal-mard relatat mal-paga u għall- kumpens fuq l-attività relatata mal-paga skond il-Kapitolu 8 tal-Lag (1962:381) om allmän försäkrings (il-Liġi dwar l-assigurazzjoni nazzjonali), għandu japplika dan li ġej:
a)
fejn il-persuna assigurata, matul il-perjodu ta" riferenza, kienet ukoll suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru wieħed ieħor jew aktar bis-saħħa ta" attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha, d-dħul fl-Istat(i) Membru(i) kkonċernat(i) għandu jitqies li huwa ekwivalenti għad-dħul gross medju tal-persuna assigurata fl-Iżvezja matul il-parti tal-perjodu ta" riferenza Svediż, ikkalkulat bid-diviżjoni tad-dħul fl-Iżvezja bin-numru ta" snin li matulhom kien hemm dak id-dħul;
b)
fejn il-benefiċċji huma kkalkulati skond l-Artikolu 46 u l-persuni ma jkunux assigurati fl-Iżvezja, il-perjodu ta" riferenza għandu jiġi ddeterminat skond il-Kapitolu 8, il-paragrafi 2 u 8 ta" l-Att imsemmi hawn fuq daqs li kieku l-persuni kkonċernati kienu assigurati fl-Iżvezja. Jekk il-persuna kkonċernata m'għandha l-ebda dħul li jwassal għall-pensjoni matul dan il-perjodu taħt l-Att dwar il-pensjoni ta" l-età relatata mal-paga (1998:674), il-perjodu ta" riferenza għandu jitħalla jiddekorri mill-aktar punt bikri fiż-żmien minn meta l-persuna assigurata kellha dħul minn attivita? bi qligħ fl-Iżvezja.
5. (a) Għall-fini tal-kalkolu ta' l-assi nozzjonali pensjonabbli għall-pensjoni relatata mal-paga tal-persuna superstita (Att 2000:461), jekk il-ħtieġa fil-leġiżlazzjoni Svediża għad-dritt tal-pensjoni f'minn ta" l-anqas tlieta mill-ħames snin kalendarji li jiġu immedjatament qabel il-mewt tal-persuna assigurata (perjodu ta" riferenza) ma tiġix issodisfatta, għandhom jitqiesu wkoll perjodi ta" assigurazzjoni kkompletati fi Stati Membri oħra daqs li kieku kienu kkompletati fl-Iżvezja. Perjodi ta" assigurazzjoni fi Stati Membri oħra għandhom jitqiesu bħala msejsa fuq il-medja tal-bażi tal-pensjoni Svediża. Jekk il-persuna konċernata għandha sena waħda biss fl-Iżvezja b'bażi ta" pensjoni, kull perjodu ta" assigurazzjoni fi Stat Membru ieħor għandu jitqies bħala li jikkostitwixxi l-istess ammont.
(b) Għall-fini tal-kalkolu tal-krediti nozzjonali tal-pensjoni, għall-pensjonijiet tan-nisa romol relatati ma" mwiet fl-1 ta" Jannar 2003 jew wara, jekk il-ħtiġijiet tal-leġiżlazzjoni Svediża għall-krediti tal-pensjoni f'minn ta" l-anqas tnejn mill-erba" snin li jiġu immedjatament qabel il-mewt tal-persuna assigurata (il-perjodu ta" riferenza) ma jiġux issodisfatti u perjodi ta" assigurazzjoni kienu kkompletati fi Stat Membru ieħor matul il-perjodu ta" riferenza, dawk is-snin għandhom jitqiesu bħala msejsa fuq l-istess krediti tal-pensjoni bħal tas-sena Svediża.
Ir-RENJU UNIT
1. Fejn, skond il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, persuna jista" jkollha d-dritt għal pensjoni ta" l-irtirar jekk:
a)
il-kontribuzzjonijiet tal-konjugi preċedenti jitqiesu daqs li kieku kienu l-kontribuzzjonijiet ta" dik il-persuna nnifisha; jew
b)
il-kondizzjonijiet rilevanti tal-kontribuzzjoni huma ssodisfatti mill-konjugi jew il-konjugi preċedenti ta" dik il-persuna,
u sakemm, f'kull każ, li l-konjugi jew il-konjugi ta" qabel tkun jew kienet tiżvolġi attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha, u kienet suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta" żewġ Stati Membri jew aktar, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 5 tat-Titolu III ta" dan ir-Regolament għandhom japplikaw sabiex jiġi ddeterminat id-dritt taħt il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit. F'dan il-każ, riferenzi f'dan il-Kapitolu 5 għal "perjodi ta" assigurazzjoni" għandhom jinftehmu bħala riferenzi għal perjodi ta" assigurazzjoni kkompletati minn:
i)
konjugi jew konjugi ta" qabel fejn issir talba minn:
–
mara miżżewġa; jew
–
persuna li ż-żwieġ tagħha ntemm għal raġunijiet għajr il-mewt tal-konjugi, jew
ii)
konjugi ta" qabel, fejn issir talba minn:
–
armel li immedjatament qabel l-età pensjonabbli m'huwiex intitolat għal allowance ta" ġenituri romol; jew
–
armla li immedjatament qabel l-età tal-pensjoni m'hijiex intitolata għal allowance ta" omm armla, allowance ta" ġenituri romol jew pensjoni ta" armla, jew li hija ntitolata biss għal pensjoni ta" armla relatata ma" l-età, ikkalkulata skond l-Artikolu 52(1)(b), u għal dan il-fini "pensjoni ta" armla relatata ma" l-età" tfisser pensjoni ta" armla li titħallas b'rata mnaqqsa skond it-taqsima 39(4) ta" l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 1992.
2. Għall-finijiet ta" l-applikazzjoni ta" l-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-intitolament għal allowance ta" assistenza fid-dar, allowance ta" kuranti u allowance ta" kuranti li toqgħod mal-pensjonanta, perjodu ta" impjieg, impjieg għal rasu(ha) kkompletata fit-territorju ta" Stat Membru għajr ir-Renju Unit għandhom jitqiesu sakemm huwa meħtieġ biex jissodisfaw il-kondizzjonijiet dwar il-perjodi meħtieġa ta' preżenza fir-Renju Unit, qabel il-jum li fih isir dovut l-intitolament għall-benefiċċju rilevanti.
3. Għall-finijiet ta" l-Artikolu 7 tar-Regolament, f'każ ta" benefiċċji fi flus għall-invalidità, ta" l-età jew tas-superstiti, pensjonijiet għal inċidenti fuq ix-xogħol jew mard okkupazzjonali jew ta" għotjiet relatati ma" mewt, kull benefiċjarju taħt il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit li qed joqgħod fit-territorju ta" Stat Membru ieħor, għandu, matul il-qagħda, ikun ikkunsidrat daqs li kieku joqgħod fit-territorju ta" dak l-Istat Membru ieħor.
4. Fejn japplika l-Artikolu 46, jekk il-persuna konċernata ssofri inkapaċità għax-xogħol li twassal għall-invalidità waqt li tkun suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru ieħor, ir-Renju Unit għandu, għall-finijiet tat-Taqsima 30A (5) ta" l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 1992, iqis il-perjodi kollha li matulhom il-persuna kkonċernata rċeviet, minħabba dik l-inkapaċità għax-xogħol:
a)
għotjiet ta" flus minħabba mard jew pagi jew salarji minflokhom,
b)
benefiċċji fit-tifsir tal-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu III mogħtija fir-rigward ta" l-invalidità li segwiet dik l-inkapaċità għax-xogħol,
taħt il-leġiżlazzjoni ta" l-Istat Membru l-ieħor, daqs li kieku kienu perjodi ta" benefiċċju għall-inkapaċità għal żmien qasir imħallsa skond it-Taqsimiet 30A (1)-(4) ta" l-Att dwar il-Kontribuzzjonijiet u l-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali 1992.
5. Fl-applikazzjoni ta" l-Artikolu 46, għandhom jitqiesu biss perjodi li matulhom il-persuna kienet inkapaċi għax-xogħol fit-tifsir tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit.
6. (a) Għall-fini tal-kalkolu tal-fattur ta" qligħ sabiex jiġi ddeterminat l-intitolament għall-benefiċċji taħt il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, għal kull ġimgħa ta" attività bħala persuna impjegata taħt il-leġiżlazzjoni ta" Stat Membru ieħor, u li tkun bdiet matul is-sena rilevanti tat-taxxa fuq id-dħul fit-tifsir tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit, il-persuna konċernata għandha titqies li ħallset il-kontribuzzjonijiet ta" persuna impjegata li qalgħet il-flus, jew jkollha dħul li fuqu tħallsu l-kontribuzzjonijiet, fuq il-bażi ta" qligħ ekwivalenti għal żewġ terzi ta" l-ogħla limitu ta" dħul għal dik is-sena.
fi kwalunkwe sena tat-taxxa fuq id-dħul li tibda fis-6 ta" April 1975 jew wara, persuna li tiżvolġi attività bħala persuna impjegata u kkompletat perjodi ta" assigurazzjoni, ta" impjieg jew ta" residenza esklussivament fi Stat Membru għajr ir-Renju Unit, u l-applikazzjoni tal-paragrafu 6(a) imsemmi hawn fuq tirriżulta li dik is-sena tingħadd bħala sena li tikkwalifika fit-tifsir tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit għall-finijiet ta" l-Artikolu 52(1)(b)(i), hija għandha titqies li kienet assigurata għal 52 ġimgħa f'dik is-sena f'dak l-Istat Membru l-ieħor;
ii)
kwalunkwe sena tat-taxxa fuq id-dħul li tibda fis-6 ta" April 1975 jew wara ma tgħoddx bħala sena li tikkwalifika fit-tifsir tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit għall-finijiet ta" l-Artikolu 52(1)(b)(i), kull perjodi ta" assigurazzjoni, ta" impjieg jew ta" residenza kkompletati f'dik is-sena għandhom jiġu injorati.
(c) Għall-fini tal-konverżjoni ta" fattur tad-dħul f'perjodi ta" assigurazzjoni, il-fattur tad-dħul miksub fis-sena rilevanti tat-taxxa fuq id-dħul fit-tifsir tal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit għandu jiġi diviż bil-limitu l-aktar baxx tad-dħul ta" dik is-sena. Ir-riżultat għandu jkun espress bħala numru sħiħ, u tiġi injorata kull frazzjoni li jibqa". Iċ-ċifra hekk ikkalkulata għandha tiġi ttrattata daqs li kieku tirrappreżenta n-numru ta" ġimgħat ta" assigurazzjoni kkompletati taħt il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit matul dik is-sena sakemm dik iċ-ċifra ma taqbiżx in-numru ta" ġimgħat li matulhom f'dik is-sena l-persuna kienet suġġetta għal dik il-leġiżlazzjoni.".
+ ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru.../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistipula l-proċedura tar-Regolament implimentattiv (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni ta" sistemi ta" sigurtà soċjali.
Estensjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 għaċ-ċittadini ta" pajjiżi terzi li m'humiex diġà koperti b'dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba n-nazzjonalità tagħhom *
286k
40k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/2004 u tar-Regolament (KE) Nru […] għaċ-ċittadini ta" pajjiżi terzi li m'humiex diġà koperti b'dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba n-nazzjonalità tagħhom (COM(2007)0439 – C6-0289/2007 – 2007/0152(CNS))
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni (COM(2007)0439),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 63(4) tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0289/2007),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0209/2008),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jistieden lill-Kunsill biex jerġa" jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal Regolament Premessa 3 a (ġdida)
(3a)Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u l-prinċipji rikonoxxuti, mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta" l-Unjoni Ewropea b'mod partikolari, u notevolment l-Artikolu 34(2) tagħha.
Emenda 2 Proposta għal Regolament Premessa 6 a (ġdida)
(6a) il-promozzjoni ta' livell għoli ta" protezzjoni soċjali u t-titjib ta' l-istandard ta" l-għajxien u tal-kwalità tal-ħajja fl-Istati Membri huma obbjettivi ta" l-Unjoni Ewropea.
Formazzjoni ta" gruppi politiċi (Emenda ta' l-Artikolu 29 tar-Regoli ta' Proċedura)
368k
42k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008 dwar l-emenda ta' l-Artikolu 29 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament - Formazzjoni ta" gruppi politiċi (2006/2201(REG))
2. Grupp politiku għandu jkun magħmul minn Membri eletti f' minn ta' l-inqas wieħed minn ħamsa ta' l-Istati Membri In-numru minimu ta" Membri meħtieġa biex jiffurmaw grupp politiku għandu jkun ta" għoxrin.
2. Grupp politiku għandu jkun magħmul minn Membri eletti ta' l-inqas minn kwart ta' l-Istati Membri. In-numru meħtieġ ta" Membri biex jiġi ffurmat grupp politiku għandu jkun ta" ħamsa u għoxrin.
Emenda 1 Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Artikolu 29 − paragrafu 2 a (ġdid)
2a.Meta grupp jinżel taħt il-limitu meħtieġ, il-President, bi ftehim mal-Konferenza tal-Presidenti, jista" jippermetti li l-grupp ikompli jeżisti sas-seduta kostituttiva tal-Parlament li jkun imiss, kemm-il darba jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
- il-membri jkomplu jirrappreżentaw mhux inqas minn wieħed minn kull ħames Stati Membri;
- il-grupp ikun ilu jeżisti għal perjodu ta" aktar minn sena.
Il-President m'għandux japplika din id-deroga fejn ikun hemm biżżejjed evidenza li wieħed jissuspetta li tkun qed tiġi abbużata.
L-irwol ta' l-imħallef nazzjonali fis-sistema ġudizzjarju Ewropea
397k
81k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008 dwar l-irwol ta' l-imħallef nazzjonali fis-sistema ġudizzjarju Ewropea (2007/2027(INI))
– wara li kkunsidra l-Artikolu 61 tat-Trattat KE, li jipprovdi għat-twaqqif progressiv ta" zona ta" libertà, sigurtà u ġustizzja inklużi miżuri fil-qasam tal-koperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili u kriminali,
– wara li kkunsidra l-Programm ta" l-Aja għat-tisħiħ tal-libertà, tas-sikurezza u tal-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea(1), adottat mill-Kunsill Ewropew fi Brussell fil-5 ta" Novembru 2004, u l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni ta' l-10 ta' Mejju 2005 dwar "Il-Programm ta" L-Aja: Għaxar prijoritajiet għall-ħames snin li ġejjin" (COM(2005)0184),
– wara li kkunsidra t-talba li saret fl-14-15 ta" Diċembru 2001 mill-Kunsill Ewropew ta' Laeken, għat-twaqqif mgħaġġel ta' netwerk Ewropew li jħeġġeġ it-taħriġ għall-ġudikatura, bl-għan li tiġi żviluppata fiduċja bejn dawk involuti fil-koperazzjoni ġudizzjarja,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu ta" l-10 ta" Settembru 1991 dwar l-istabbiliment ta" Akkademja tal-Liġi Ewropea(2) u ta" l-24 ta" Settembru 2002 dwar in-Netwerk Ewropew għat-Taħriġ Ġudizzjarju(3) *(EJTN),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tad-29 ta" Ġunju 2006 dwar it-taħriġ ġudizzjarju ta" l-Unjoni Ewropea (COM(2006)0356), tal-5 ta" Settembru 2007 dwar Ewropa li tikseb ir-riżultati: l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja (COM(2007)0502), u ta" l-4 ta" Frar 2008 dwar il-ħolqien ta" Forum għad-diskussjoni dwar il-politiki u l-prattika tal-ġustizzja ta" l-UE (COM(2008)0038),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/79/KE, Euratom ta" l-20 ta" Diċembru 2007 li temenda l-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja(4), u l-modifiki sussegwenti tar-Regoli ta" Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja li permezz tagħhom iddaħħlet proċedura ta' deċiżjoni preliminari urġenti,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 81(2)(h) u 69a(1)(c) tat-Trattat futur dwar l-Iffunzjonar ta" l-Unjoni, kif imdaħħla mit-Trattat ta" Liżbona, li se jipprovdu bażi legali għal miżuri li għandhom l-għan li jipprovdu appoġġ għat-taħriġ tal-ġudikatura u ta" l-istaff ġudizzjarju,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0224/2008),
A. billi stħarriġ li sar għall-finijiet ta' din ir-riżoluzzjoni waqt it-tieni nofs ta" l-2007 ġibed l-attenzjoni għal:
–
disparitajiet sinifikanti fl-għarfien tal-liġi Komunitarja(5) li għandhom l-imħallfin nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, b'attenzjoni li dan l-għarfien xi kultant huwa limitat ħafna,
–
il-ħtieġa urġenti għat-titjib tal-kapaċitajiet ġenerali ta" lingwa barranija għall-imħallfin nazzjonali,
–
id-diffikultajiet li l-imħallfin nazzjonali għaddew minnhom biex jaċċessaw informazzjoni speċifika u aġġornata dwar il-liġi Komunitarja,
–
il-ħtieġa li jittejjeb u li jkun intensifikat it-taħriġ inizjali u tul il-ħajja ta" l-imħallfin nazzjonali fil-liġi Komunitarja,
–
in-nuqqas relattiv min-naħa ta" l-imħallfin, tal-familjarità mal-proċedura ta' deċiżjoni preliminari u l-ħtieġa għall-infurzar tad-djalogu bejn l-imħallfin nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja,
–
il-fatt li ħafna mħallfin jipperċepixxu l-liġi Komunitarja bħala waħda kumplessa u opaka żżejjed,
–
il-ħtieġa li jkun żgurat li l-liġi Komunitarja ikollha valur ogħla fl-applikazzjoni tagħha mill-imħallfin nazzjonali,
B. billi r-responsabilità primarja għat-taħriġ ġudizzjarju, inkluża d-dimensjoni Ewropea tiegħu, tibqa" f'idejn l-Istati Membri; billi l-programm ta' l-Aja msemmi hawn fuq fih dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew li tgħid li "komponent ta" l-UE għandu jiġi inkluż b'mod sistematiku fit-taħriġ ta" awtoritajiet ġudizzjarji"(6), u billi t-taħriġ tal-ġudikatura f'kull Stat Membru huwa madankollu kwistjoni ta" tħassib komuni għall-istituzzjonijiet ta" l-UE u għal kull Stat Membru,
C. billi l-liġi Komunitarja m'għandhiex tkun perċepita bħala zona riżervata għal entità elitista ta" speċjalisti, u billi l-opportunitajiet ta" taħriġ f'dan il-qasam m'għandhomx ikunu limitati għal imħallfin ta' qrati ogħla, imma għandhom ikunu estiżi ugwalment għall-imħallfin fil-livelli kollha tas-sistema ġudizzjarja,
D. billi ċertu entitajiet li għandhom appoġġ finanzjarju mill-Komunità dejjem qed ikollhom suċċess ikbar, u diġà qed iħarrġu numri kbar ta" mħallfin u ta" prosekuturi statali,
E. billi l-għarfien ta" lingwi barranin huwa kruċjali sabiex tiġi żgurata koperazzjoni ġudizzjarja xierqa f'oqsma fejn isir kuntatt dirett bejn l-imħallfin, b'mod partikolari fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, u biex ikun żgurat l-aċċess għall-programmi ta" skambju għall-imħallfin,
F. billi d-dewmien medju attwali ta' proċedura ta' deċiżjoni preliminari, minkejja l-isforzi kostanti min-naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja, jibqa" twil iżżejjed u jnaqqas b'mod konsiderevoli l-attrazzjoni ta" din il-proċedura għall-imħallfin nazzjonali,
G. billi l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li hija r-responsabilità ta" l-Istat Membru li tiġi stabbilita sistema ta' soluzzjonijiet u proċeduri legali li jiżguraw ir-rispett għad-dritt ta' protezzjoni ġudizzjarja effettiva ta" drittijiet li joriġinaw mil-liġi Komunitarja(7),
H. billi xejn minn din ir-riżoluzzjoni m'għandu jitqies li qed jaffetwa l-indipendenza ta" l-imħallfin u tas-sistemi legali nazzjonali, skond ir-Rakkomandazzjoni Nru R(94)12 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill ta" l-Ewropa u skond il-Karta Ewropea ta" l-1998 dwar l-istatut ta" l-imħallfin,
L-imħallef nazzjonali bħala l-ewwel imħallef tal-liġi Komunitarja
1. Jinnota li l-Komunità Ewropea hi komunità bbażata fuq l-istat tad-dritt(8); jinnota li l-liġi Komunitarja tibqa' ittra mejta jekk ma tiġix applikata kif suppost fl-Istati Membri, inkluża l-applikazzjoni mill-imħallfin nazzjonali, li għalhekk huma l-ġebla tax-xewka tas-sistema ġudizzjarja ta' l-Unjoni Ewropea u li għandhom irwol ċentrali u indispensabbli fit-twaqqif ta' ordni legali Ewropea waħdanija, mhux b'inqas fid-dawl tal-kisbiet reċenti mil-leġiżlatura Komunitarja(9) sabiex tinvolvihom b'mod aktar attiv, u tagħtihom aktar responsabilità, fl-implimentazzjoni tal-liġi Komunitarja;
2. Jilqa" b'sodisfazzjon ir-rikonoxximent tal-Kummissjoni li l-imħallfin nazzjonali għandhom irwol essenzjali biex jiżguraw ir-rispett għal-liġi Komunitarja, pereżempju permezz tal-prinċipji tal-preminenza tal-liġi Komunitarja, ta" l-effett dirett, tal-konsistenza fl-interpretazzjoni u r-responsabilità ta' l-Istat meta jsir ksur tal-liġi Komunitarja; jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli miexja bl-isforzi tagħha f'din id-direzzjoni flimkien ma' l-inizzjattivi settorjali li diġà jeżistu; aktar minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni biex tipproċedi mingħajr dewmien bil-pubblikazzjoni ta" nota ta" informazzjoni dwar azzjoni għad-danni għall-ksur tal-liġi Komunitarja mill-awtoritajiet nazzjonali;
Kwistjonijiet relatati ma' lingwa
3. Jikkunsidra li l-lingwa hija l-għodda ewlenija għal min jipprattika l-ġustizzja; iqis li l-livell attwali ta" taħriġ ta" lingwa barranija għall-imħallfin nazzjonali, flimkien mal-livell attwali ta' tagħrif tal-liġi Komunitarja, jillimita mhux biss il-possibilitajiet għall-koperazzjoni ġudizzjarja dwar strumenti speċifiċi, imma jillimita wkoll l-iżvilupp ta" fiduċja reċiproka, l-użu xieraq tad-duttrina acte clair, u l-parteċipazzjoni fi programmi ta' skambju; jistieden lil kull min hu involut fit-taħriġ ġudizzjarju sabiex jagħti attenzjoni speċifika lit-taħriġ ta" l-imħallfin fil-lingwi barranin;
4. Jinnota li l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja mill-imħallfin nazzjonali hi sfida kumplessa għall-imħallfin nazzjonali, partikolarment għal dawk fl-Istati Membri li ngħaqdu ma' l-Unjoni Ewropea f'Mejju 2004 u għalhekk, hemm il-ħtieġa li jissaħħu l-miżuri li jippromovu t-taħriġ professjonali għall-imħallfin f'dawk l-Istati Membri;
5. Aktar minn hekk, huwa ta" l-opinjoni li billi saru sensiela ta" regolamenti li fihom regoli ta" kunflitt tal-liġi, il-leġiżlatura Komunitarja għamlet għażla ta" politika li tinvolvi l-applikazzjoni ta" liġi barranija mill-imħallfin nazzjonali, li possibilment tkun tinvolvi wkoll approċċ komparattiv; jikkunsidra li dawn l-elementi, meħudin flimkien, isaħħu aktar il-każ biex jiżdied it-taħriġ f'lingwa barranija;
6. Iqis li hu fl-interess tal-pubbliku li jitjiebu l-kapaċitajiet lingwistiċi tal-ġudikatura fl-Istati Membri; għalhekk jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li taħriġ bħal dan isir bla ħlas u jkun faċilment aċċessibbli, u sabiex iqisu l-possibilità li mħallfin ikunu jistgħu jistudjaw lingwa barranija fi Stat Membru fejn hi mitkellma, per eżempju flimkien ma' parteċipazzjoni ta' skambju ġudizzjarju;
7. Iqis importanti l-aċċess għal-letteratura akkademika f'ilsien art twelid l-imħallef, sabiex il-liġi Komunitarja tkun tinftiehem aktar, u jinnota nuqqas li jidher li hemm ta" letteratura speċjalizzata dwar il-liġi Komunitarja f'ċerti lingwi uffiċjali ta" l-UE, pereżempju rigward kwistjonijiet ta" liġi internazzjonali privata, u jinnota l-konsegwenzi potenzjali gravi li dan għandu għall-bini ta" ordni legali komuni li tirrifletti diversità ta" tradizzjonijiet legali; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-iżvilupp ta" letteratura ta' dan it-tip, b'mod partikulari fil-lingwi uffiċjali l-inqas mitkellma;
Aċċess għal sorsi tal-liġi relevanti
8. Jinnota li informazzjoni sħiħa u aġġornata dwar il-liġi Komunitarja mhix disponibbli b'mod sistematiku u xieraq għal ħafna mħallfin nazzjonali u li l-liġi Komunitarja hija kultant rappreżentata b'mod fqir f'ġurnali uffiċjali, f'kodiċi, f'kummentarji, f'rivisti u fil-kotba ta' l-istudju fil-livell domestiku u bbażata fuq traduzzjonijiet li mhux dejjem ikunu ta' kwalità għolja; jistieden lill-Istati Membri sabiex isaħħu l-isforzi tagħhom f'dan il-qasam;
9. Huwa ta" l-opinjoni li zona ġudizzjarja Ewropea effettiva, fejn jista' jkun hemm koperazzjoni ġudizzjarja effikaċi, għandha bżonn mhux biss għarfien tal-liġi Ewropea, imma wkoll għarfien reċiproku ġenerali tas-sistemi legali ta' l-Istati Membri l-oħra; jenfasizza l-inkonsistenzi fit-trattament tal-liġi barranija madwar l-Unjoni Ewropea u jqis li din il-kwistjoni importanti għandha tiġi indirizzata fil-futur; f'dan ir-rigward, jieħu nota ta" l-istudju orizzontali li jmiss tal-Kummissjoni dwar it-trattament tal-liġi barranija fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, u ta" l-istudji li għaddejjin fi ħdan il-qafas tal-Konferenza ta' L-Aja dwar il-Liġi Internazzjonali Privata;
10. Jilqa" b'sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tappoġġja d-disponibilità mtejba tal-bażijiet tad-dejta dwar sentenzi mill-qrati nazzjonali rigward il-liġi Komunitarja; iqis li dawn il-bażijiet tad-dejta għandhom ikunu sħaħ u kemm jista" jkun faċli biex jintużaw; aktar minn hekk, iqis li l-Konvenzjonijiet u r-Regolament dwar il-ġurisdizzjoni u l-infurzar ta" sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali jkunu eżempju ċar għal bażi tad-dejta Ewropea, minħabba l-użu frekwenti mill-imħallfin nazzjonali;
11.Huwa ta" l-opinjoni li l-imħallfin kollha għandu jkollhom aċċess għal bażijiet tad-dejta li fihom referenzi sospiżi għal deċiżjonijiet preliminari mill-Istati Membri kollha; iqis daqstant ieħor importanti li tingħata pubbliċità ikbar lis-sentenzi ta" qrati ta" riferiment li jkunu applikaw deċiżjonijiet preliminari, kif diġà ssemma fin-nota ta' informazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar riferimenti minn qrati nazzjonali għal deċiżjoni preliminari(10); 12.Iqis li, minħabba l-ammont kbir ta' informazzjoni disponibbli online dwar il-liġi Komunitarja, l-imħallfin għandhom jitħarrġu mhux biss fis-sustanza tal-liġi, imma wkoll kif wieħed għandu jkollu aċċess għal sorsi legali aġġornati b'mod effiċjenti; 13.Jilqa" b'sodisfazzjon l-impenn tal-Kummissjoni biex tippubblika ġabriet fil-qosor ta" l-atti legali Komunitarji magħmula għaċ-ċittadini, u jqis li dawn il-ġabriet fil-qosor mhux legali jgħinu wkoll lil min jipprattika l-liġi biex ikollu aċċessa aktar malajr informazzjoni relevanti; 14.Iħeġġeġ l-iżvilupp ta" għodod online u ta" inizjattivi fil-qasam ta" l-e-learning li għalkemm m'humiex is-soluzzjoni sħiħa għat-taħriġ, għandhom jitqiesu bħala kumplimentari għall-kuntatt wiċċ'imb wiċċ bejn l-imħallfin u min qed iħarriġġhom (trainers); Lejn qafas aktar strutturat għal taħriġ ġudizzjarju fl-Unjoni Ewropea
15. Jappella sabiex, fit-taħriġ fil-livell nazzjonali tal-membri kollha tal-ġudikatura, ikun hemm id-dimensjoni Ewropea:
–
li tkun inkorporata sistematikament fit-taħriġ u fl-eżamijiet għall-professjonijiet ġudizzjarji,
–
li tkun imsaħħa aktar sa mill-ewwel stadju possibbli "l quddiem, b'konċentrazzjoni akbar fuq l-aspetti ta" prattika,
–
li tkopri metodi ta" interpretazzjoni u prinċipji legali li jista" jkun li ma jkunux magħrufa fl-ordni legali domestika, imma li għandhom irwol importanti fil-liġi Komunitarja;
16. Jieħu nota tas-suċċess li qed jikber tal-programm ta" skambju għal membri tal-ġudikatura; jinkoraġixxi l-EJTN sabiex jipprovdi aċċess għal kemm jista" jkun imħallfin, u sabiex tiġi żgurata inklużjoni adegwata ta" mħallfin mill-oqsma ċivili, kummerċjali u amministrattivi; jilqa" b'sodisfazzjon l-attivitajiet tan-Netwerk fil-qasam tat-taħriġ fil-lingwi u l-estensjoni tal-programm ta" skambju għall-Qorti tal-Ġustizzja, għall-Eurojust u għall-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;
17. Iqis id-disponibilità ta" l-imħallfin nazzjonali sabiex jipparteċipaw f'taħriġ bażiku u avvanzat bħala kwistjoni loġistika u finanzjarja għall-Istati Membri; fil-prinċipju, iqis li l-imħallfin m'għandhomx jagħmlu tajjeb għall-ebda spejjeż marbuta mat-taħriġ tagħhom fil-liġi Komunitarja; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi lill-Parlament l-estimi ta" l-ispejjeż involuti għal kull Stat Membru, sabiex dawk l-imħallfin li jipparteċipaw fi programmi ta" skambju, ikun hemm min jieħu posthom għal żmien qasir;
18. Filwaqt li jqis ir-rikonoxximent tal-Kummissjoni li l-EJTN igawdi monopolju de facto fit-tħaddim tal-Programm ta' Skambju għall-Awtoritajiet Ġudizzjarji, jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-proċeduri li bihom l-EJTN japplika għall-fondi għal dan il-Programm ta' Skambju jkunu jirriflettu din is-sitwazzjoni ta' monopolju; b'mod partikulari jitlob li dawn il-proċeduri jiġu standardizzati sabiex l-EJTN ikun jista' jorganizza u jħaddem programm effiċjenti li jissodisfa l-aspettattivi ta' l-iskejjel nazzjonali li jkunu qed jipparteċipaw, ta' l-imħallfin u tal-prosekuturi u tal-korpi internazzjonali u li jżomm ukoll l-impenji li jkunu sarulhom; iqis li, jekk dan ma jkunx il-każ, il-kredibilità tal-Programm ta' Skambju tista' tiġi kompromessa, għad-detriment ta' l-imħallfin u l-prosekuturi nazzjonali interessati biex jipparteċipaw u għad-detriment tal-progress ta' fiduċja reċiproka madwar il-ġudikaturi Ewropej;
19. Jieħu nota ta" l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni li l-aktar għażla xierqa sabiex jiġi promoss it-taħriġ fil-qasam ġudizzjarju Ewropew bħalissa hija l-appoġġ finanzjarju ta" korpi varji permezz tal-Programm ta' Qafas għad-Drittijiet Fundamentali u l-Ġustizzja għas-snin 2007-2013, u li l-kwistjoni li l-istrutturi Ewropej ta" taħriġ ġudizzjarju jiġu żviluppati f'forom oħra tista' terġa' titqajjem meta dan il-programm ikun wasal biex jintemm;
20. Jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl ta' din ir-riżoluzzjoni, sabiex tifformula proposti ġodda għall-iżvilupp u d-diversifikazzjoni ta' miżuri li jippromovu t-taħriġ professjonali għall-imħallfin;
21. Madankollu, jikkunsidra li wasal iż-żmien għal soluzzjoni istituzzjonali pragmatika għall-kwistjoni tat-taħriġ ġudizzjarju fil-livell ta" UE, li tagħmel użu sħiħ mill-istrutturi eżistenti filwaqt li tevita duplikazzjoni ta" programmi u ta' strutturi bla bżonn; jitlob, għalhekk, għat-twaqqif ta' l-EJTN magħmula minn Netwerk Ewropew għat-Taħriġ Ġudizzjarju u l-Akkademja tal-Liġi Ewropea; jitlob li din is-soluzzjoni istituzzjonali tqis l-esperjenza relevanti li nkisbet fit-tħaddim tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija;
22. Iqis li l-imħallfin nazzjonali ma jistgħux jadottaw attitudni passiva għal-liġi Komunitarja, kif jidher ċar fil-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar kif il-qrati nazzjonali jqajmu kwistjonijiet ta" liġi Komunitarja minn jeddhom(11);
23. Jitlob biex jissaħħaħ it-taħriġ għall-kandidati għal ħatra ġudizzjarja mill-bidu nett u b'analoġija mas-suġġerimenti u proposti dwar l-imħallfin nazzjonali;
Djalogu infurzat mill-ġdid bejn l-imħallfin nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja
24. Iqis li l-proċedura ta' deċiżjoni preliminari hija garanzija essenzjali għall-koerenza ta" l-ordni legali tal-Komunità u għall-applikazzjoni uniformi tal-liġi Komunitarja;
25. Jistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja u lill-partijiet kollha kkonċernati sabiex inaqqsu aktar it-tul medju tal-proċedura ta' deċiżjoni preliminari, b'hekk din tkun opportunità kruċjali għad-djalogu aktar attraenti għall-imħallfin nazzjonali;
26. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tinvestiga jekk xi regoli proċedurali nazzjonali humiex ta" tfixkil proprju jew għandhom il-potenzjal li jfixklu l-possibilità li kwalunkwe qorti jew tribunal ta' Stat Membru jagħmel riferiment preliminari, kif provdut fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 234 tat-Trattat KE, u biex b'mod vigoruż jikkundannaw il-ksur li dan it-tfixkil jirrappreżenta;
27. Iqis li l-limitazzjonijiet tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, b'mod partikulari dawk li jirrigwardaw it-Titolu IV tat-Trattat KE, jippreġudikaw bla bżonn l-applikazzjoni uniformi tal-liġi Komunitarja u jintbagħat messaġġ negattiv lill-maġġoranza kbira ta' mħallfin li jiltaqgħu ma' kwistjonijiet bħal dawn, b'tali mod li jkun impossibbli għalihom li jagħmlu kuntatt dirett mal-Qorti tal-Ġustizzja u għalhekk jinħoloq dewmien bla bżonn;
28. Jiddispjaċih li, skond l-Artikolu 10 tal-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet tranżitorji annessi mat-Trattat ta' Liżbona, is-setgħat tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward ta' atti fil-qasam ta' koperazzjoni tal-pulizija u koperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat, għandhom jibqgħu l-istess għaliex qegħdin fit-Trattat ta' l-UE attwali għal perjodu tranżizzjonali ta' ħames snin; jilqa' b'sodisfazzjon id-dikjarazzjoni magħmula mill-Konferenza Intergovernattiva dwar l-artikolu tal-Protokoll u dwar dan iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex jingħaqdu mal-Parlament biex jadottaw mill-ġdid dawk l-atti, fil-qasam ta' koperazzjoni tal-pulizija u ta' koperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, li kienu adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona;
29. Jaqbel mal-Kunsill li, fid-dawl ta" din l-introduzzjoni tal-proċedura ta' deċiżjoni preliminari urġenti, huwa importanti għall-Qorti tal-Ġustizzja li tipprovdi gwida li l-imħallfin nazzjonali jkunu jistgħu jirreferu għaliha meta jiddeċiedu jekk għandhomx jitolbu l-proċedura urġenti;
30. Jistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tqis it-titjib kollu possibbli għall-proċedura ta' deċiżjoni preliminari li tkun tinvolvi l-imħallef ta' riferiment aktar mill-qrib fil-proċeduri tiegħu, inkluż possibilitajiet imtejba għall-kjarifikazzjoni ta' riferiment u ta' parteċipazzjoni fil-proċeduri orali;
31. Iqis li, f'ordni legali Komunitarja deċentralizzata u matura, l-imħallfin nazzjonali m'għandhomx jiġu marġinalizzati iżda għall-kuntrarju għandhom jingħataw iktar responsabilità u għandhom jiġu mħeġġa iżjed fl-irwol tagħhom bħala l-ewwel imħallfin tal-liġi Komunitarja; għalhekk iħeġġeġ il-konsiderazzjoni ta' sistema ta' awtorizzazzjoni ("green light") fejn l-imħallfin nazzjonali jkunu jistgħu jinkludu t-tweġibiet proposti tagħhom għall-mistoqsijiet li huma jirreferu lill-Qorti tal-Ġustizzja, li mbagħad tkun tista' tiddeċiedi fi żmien speċifiku jekk taċċettax is-sentenza proposta jew jekk tiddeċidiex hija stess bħala qorti ta' l-appell;
Liġijiet imfassla aħjar għall-applikazzjoni mill-imħallfin nazzjonali
32. Jinnota l-ħolqien ta' Forum biex jiġu diskussi l-politiki u l-prattika dwar il-ġustizzja ta' l-UE, u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-Forum iwettaq id-deliberazzjonijiet b'manjiera trasparenti; jinnota l-impenn tal-Kummissjoni li tirrapporta fuq bażi regolari kemm lill-Parlament kif ukoll lill-Kunsill;
33. Jinsisti fuq il-bżonn ta' lingwaġġ aktar ċar fil-leġiżlazzjoni Komunitarja, u aktar koerenza terminoloġika bejn l-istrumenti legali; jappoġġja partikolarment l-użu ta' Qafas ta' Referenza Komuni ippjanat fil-liġi kuntrattwali Ewropea bħala strument għal tfassil aħjar tal-liġijiet;
34. Jappoġġja bil-qawwa l-insistenza tal-Kummissjoni li l-Istati Membri sistematikament jipprovdu tabelli ta' korrelazzjoni li jistabbilixxu kif id-direttivi tal-Komunità qed jiġu applikati fir-regolamenti nazzjonali; jaqbel li dawn it-tabelli jipprovdu informazzjoni importanti bi spejjeż u piż minimi; barra minn hekk, iqis li t-tabelli ta' korrelazzjoni jżidu t-trasparenza fl-implimentazzjoni tal-liġi Komunitarja u jagħtu lill-imħallfin nazzjonali u lill-partijiet li jidhru quddiemhom l-opportunità realistika li jaraw jekk liġi Komunitarja hijiex fl-isfond ta' regola nazzjonali u jivverifikaw huma stess jekk u, meta jkun il-każ, kif traspożizzjoni tkun ġiet implimentata b'mod korrett;
o o o
35. Jagħti istruzzjonijiet lill-President sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rapport dwar il-kumitat responsabbli lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja u lill-Ombudsman Ewropew.
Ara per eżempju r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni stipulati fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008 dwar it-tilwim fl-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti dwar allegazzjonijiet ta' sussidji lill-Airbus u lill-Boeing
– wara li kkunsidra t-tilwim fl-Organizzazzjoni Dinjija għall-Kummerċ (WTO) bejn l-Unjoni Ewropea (UE) u l-Istati Uniti dwar allegazzjonijiet ta' sussidji lill-Airbus u lill-Boeing,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta" l-1 ta" Ġunju 2006 dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi translatlantiċi bejn l-UE u l-Istati Uniti(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tas-Senat ta' l-Istati Uniti (Res. 632) tat-8 ta' Diċembru 2006 li tħeġġeġ lill-Istati Uniti u lill-UE biex jaħdmu flimkien biex isaħħu s-suq transatlantiku,
– wara li kkunsidra l-Laqgħa Għolja UE-Stati Uniti tat-30 t'April 2007,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
A. billi jagħti valur lis-sħubija transatlantika bejn l-UE u l-Istati Uniti u jappoġġa politika tal-kummerċ ġusta u bbilanċjata b'mod ġenerali,
B. billi, tul l-aħħar għaxar snin, ir-relazzjoni ekonomika transatlantika għaddiet minn perjodu ta' integrazzjoni mingħajr preċedenti, bl-investiment Ewropew fl-Istati Uniti jirrappreżenta 75% tad-dħul totali ta' investiment fl-Istati Uniti fl-2006 u bl-investiment ta' l-Istati Uniti fl-Ewropa jitla' għal ċifra rekord ta' USD 128 biljun (128 000 000 000), jew 59% ta' l-investiment dirett barrani li ħareġ mill-Istati Uniti, fl-2006,
C. billi l-importanza ta' l-industrija ta' l-inġenji ta' l-ajru għall-impjiegi u l-ħolqien ta' l-impjiegi, b'mod partikulari f'setturi li jirrikjedu ħiliet ta' livel għoli, kif ukoll f'firxa wiesgħa ta' industriji oħra, għall-iżvilupp reġjonali u għal koperazzjoni industrijali transnazzjonali bl-aħjar teknika moderna hija ta' rilevanza partikolari,
D. billi fl-industrija civili ta' l-inġenji ta' l-ajru, kemm l-Airbus u kemm il-Boeing bħalissa għandhom il-kapaċità li jfasslu u jintegraw ajruplani kummerċjali kbar u huwa fl-interess tal-linji ta' l-ajru u tal-klijenti tagħhom li jżommu livell għoli ta' kompetizzjoni b'saħħtiha,
E. billi fl-1992, l-UE u l-Istati Uniti ffirmaw ftehima bilaterali dwar il-kummerċ f' inġenji ta' l-ajru ċivili kbar (il-Ftehima ta' l-1992) li ħolqot kundizzjonijiet indaqs b'regoli li jirregolaw l-għajnuna mill-gvern,
F. billi l-UE konsistentement żammet ma' l-ispirtu u ma' l-ittra tal-Ftehima ta' l-1992 u pprovidet regolarment provi dokumentati tal-konformità,
G. billi l-Istati Uniti fil-biċċa l-kbira injorat l-obbligi tagħha skond il-Ftehima ta' l-1992 billi ma rrapurtatx is-sussidji tagħha lill-Boeing kif ukoll billi pprovdiet sussidji ikbar mil-limiti miftiehma u billi tat sussidji pprojbiti lill-Boeing,
H. billi l-Ftehima ta' l-1992 żammet l-istabilità fis-settur sa l-2004, meta l-Istati Uniti uriet l-intenzjoni li tirtira minnha unilateralment u fetħet kawża quddiem id-WTO kontra l-UE, fejn iċċitat il-finanzjament li jista' jitħallas lura ta' l-UE, li jikkonforma għal kollox mal-Ftehima ta' l-1992 u li huwa simili għal dak li tibbenefika minnu l-Boeing għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta' partijiet kbar mis-787 tagħha fil-Ġappun u pajjiżi oħra li jaqsmu r-riskji,
I. billi minkejja diversi sforzi b'rieda tajba mill-UE, s'issa ma kienx possibbli li tkun stabbilita bażi ġusta u bbilanċjata għal soluzzjoni nnegozjata,
J. billi jafferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għad-disponibilità konsistenti tal-Kummissjoni għal soluzzjoni bbilanċjata u nnegozjata mingħajr prekundizzjonijiet,
K. billi appoġġ mill-gvern ibbilanċjat u ġust għall-qasam ta' l-ajruspazju fuq iż-żewġ naħat ta' l-Atlantiku irriżulta f'riċerka u innovazzjoni, iktar sikurezza, prestazzjoni ambjentali aħjar, u effiċjenza fit-trasport bl-ajru,
L. billi l-finanzjament ta' l-Istati Membri għall-Airbus huwa strettament limitat, irid jitħallas lura bl-interessi u evidentement m'għandu l-ebda impatt fuq il-kapaċità tal-Boeing li tikkompeti, ladarba l-Airbus ħallset lura 40 % iktar milli rċiviet mill-gvernijiet ta' l-Istati Membri mill-1992 'l hawn u ħallset lura iktar minn EUR 7 biljun s'issa,
M. billi l-UE qed tikkontesta diversi sussidji Federali, mill-Istati u lokali li huma pprojbiti u azzjonabbli li bbenefikaw lill-Boeing, għal total ta' USD 23.7 biljun f'sussidji li ma jridux jitħallsu lura li ngħataw tul l-aħħar għoxrin sena u sa' l-2004,
N. billi jafferma mill-ġdid it-twemmin tiegħu fl-importanza ta' kompetizzjoni ġusta u miftuħa fil-kompetizzjonijiet ta' akkwist pubbliku u nnota b'mod favorevoli l-kuntratt li ngħata lit-tim tal-kumpannija Awronawtika Ewropea ta' Difiża u ta' l-Ispazju Northrop Grumman (EADS) għal programm tat-tankers ta" l-ajru ta' l-Istati Uniti fuq bażi ta' kriterji newtrali imfassla biex jidentifikaw u jqiegħdu f'idejn il-Forza ta' l-Ajru ta' l-Istati Uniti l-aqwa tagħmir li hu wkoll l-iktar adattat;
O. billi jinnota, madankollu, bi tħassib kbir, l-attakki ħorox mill-Boeing bl-għan li jagħtu immaġni li l-operazzjonijiet ta' l-EADS u ċerti Stati Membri huma sħab inaffidabbli tan-negozju fil-qasam ta' l-ajruspazju u riskju ta' sigurtà għall-istat ta' tħejjija militari ta' l-Istati Uniti; messaġġ li ma għaddhiex mingħajr ma ġie nnutat fl-Ewropa;
P. Ir-rapport ta' l-Uffiċċju tal-Kontabilità tal-Gvern li jsostni l-protesta tat-talba tal-Boeing, huwa rikonoxxut bħala sempliċiment evalwazzjoni tal-proċess ta' selezzjoni u mhux tal-merti ta' l-ajruplan; il-Parlament jafferma mill-ġdid it-twemmin tiegħu li l-integrità tal-proċess ta' akkwist tad-Dipartiment tad-Difiża ta' l-Istati Uniti, trid tibqa' intatta għall-kompetituri kollha;
1. Jindirizza r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin lill-Kummissjoni, li qed taġixxi f'isem l-UE fid-difiża ta' l-interessi ta' l-Istati Membri u ta' l-industrija ta' inġenji ta' l-ajru ċivili kbar ta' l-UE:
(a)
Il-Parlament jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex tiżgura li kwalunkwe azzjoni anti-kompettitiva fil-politika leġiżlattiva jew eżekuttiva li tirrestrinġi b'mod mhux xieraq il-kapaċità tal-kumpaniji ta' l-UE li jikkompetu kemm għall-programmi ċivili kemm għal dawk militari għandha tingħata tweġiba xierqa mill-Komunità u l-Istati Membri tagħha;
(b)
Il-Parlament jappoġġa għal kollox id-difiża ta' l-interessi ta' l-UE fil-proċeduri pendenti għas-soluzzjoni tat-tilwim quddiem id-WTO u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli bl-isforzi tagħha f'dan ir-rigward: jiddubita, madankollu, jekk id-deċiżjonijiet tad-WTO hux se jipprovdu, fihom infushom, is-soluzzjoni fuq perjodu ta' żmien twil li s-suq jeħtieġ bħala bażi għall-kompetizzjoni ġejjiena fil-paċi u ġusta f'dan il-qasam, li minn naħa l-oħra, tista' tiġi pprovduta minn soluzzjoni nnegozjata;
(c)
Il-Parlament iqis li l-punt tat-tluq għal kwalunkwe diskussjoni jeħtieġ ikun dak ta' diskussjoni mingħajr prekundizzjonijiet dwar il-pattijiet tan-negozjati, li juri li hemm intenzjoni ġenwina miż-żewġ naħat li jaslu għal bilanċ pragmatiku bejn l-appoġġ ċivili ta' l-UE u l-iskema militari-industrijali ta' l-Istati Uniti, li tistipula dawk l-aspetti ta' l-involviment tal-gvern li ġenwinament jaffettwaw l-istabbiliment ta' kundizzjonijiet verament indaqs.
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-President u lill-Kungress ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika.
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem ''Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija ta' l-Enerġija (SET-Plan): Lejn ġejjieni ta' emissjonijiet baxxi tal-karbonju'' (COM(2007)0723) (Il-Komunikazzjoni SET-Plan),
– wara li kkunsidra l-evalwazzjoni sħiħa ta' l-impatt (SEC(2007)1508), il-'Mappa Teknoloġika' (SEC(2007) 1510) u l-'Mappa tal-Kapaċitajiet' (SEC(2007)1511) li jakkumpanjaw il-Komunikazzjoni SET-Plan,
- wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem ''20 għal darbtejn sa l-2020: L-opportunità dwar il-bidla fil-klima għall-Ewropa'' (COM(2008)0030),
- wara li kkunsidra l-evalwazzjoni ta' l-impatt tal-Pakkett ta' miżuri ta' implimentazzjoni għall-objettivi ta' l-UE dwar il-bidla fil-klima u s-sorsi ta' enerġija li jiġġeddu għall-2020 (SEC(2008)0085),
- wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem ''L-Appoġġ għal Turija minn Kmieni tal-Produzzjoni Sostenibbli ta' l-Enerġija mill-Fjuwils Fossili'' (COM(2008)0013),
– wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni bl-isem "L-appoġġ tal-produzzjoni ta' l-elettriku minn sorsi ta' enerġija li jiġġeddu" (SEC(2008)0057),
- wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem ''Politika dwar l-Enerġija għall-Ewropa'' (COM(2007)0001),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bl-isem "Riformi ekonomiċi u kompetittività: il-messaġġi prinċipali mir-Rapport dwar il-Kompetittività Ewropea 2006" (COM(2006) 0697),
- wara li kkunsidra l-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni ta" l-użu ta" l-enerġija minn sorsi rinnovabbli'' (COM(2008)0019),
- wara li kkunsidra l-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex ittejjeb u twessa' s-sistema Komunitarja għall-iskambju tal-kwoti ta' l-emissjonijiet ta' gassijiet serra (COM(2008)0016),
- wara li kkunsidra l-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE, 96/61/KE, id-Direttivi 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (COM(2008)0018),
- wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013)(1),
- wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/976/Euratom tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku li jimplimenta s-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (Euratom) għal attivitajiet ta' riċerka nukleari u attivitajiet ta' taħriġ (2007-2011)(2),
- wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 2006 li tistabbilixxi Programm ta' Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007-2013)(3),
- wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jwaqqaf Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (COM(2007)0571),
- wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Settembru 2007 dwar il-Pjan Direzzjonali għal sorsi ta' enerġija li jiġġeddu fl-Ewropa(4),
- wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-31 ta' Jannar 2008 dwar Pjan ta' Azzjoni għall-Effiċjenza ta' l-Enerġija: Inwettqu l-Potenzjal(5),
- wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2008 dwar l-Effiċjenza Globali ta' l-Enerġija u l-Fond għas-Sorsi ta' l-Enerġija li Jiġġeddu(6),
- wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2008 dwar l-Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija(7),
- wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Brussell tat-8 u d-9 ta' Marzu 2007,
- wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-Trasport, it-Telekomunikazzjonijiet u l-Enerġija tat-28 ta' Frar 2008 dwar il-Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija ta' l-Enerġija,
- wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Brussell tat-13 u l-14 ta' Marzu 2008,
- wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
- wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0255/2008),
A. billi stqarrijiet suċċessivi min-naħa tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni enfasizzaw li l-objettivi tal-politika Ewropea dwar l-enerġija u l-klima huma s-soluzzjoni għall-problema tal-bidla fil-klima, it-titjib tas-sigurtà ta' l-enerġija u t-tisħiħ tal-kompetittività ta' l-ekonomija Ewropea,
B. billi t-theddida kkawżata mill-bidla fil-klima qiegħda tkompli tikber u d-diskussjonijiet tal-COP14 f'Poznan u tal-COP15 f'Kopenħagen se jkunu ta' importanza kbira biex tintlaħaq ftehim internazzjonali dwar il-bidla fil-klima li tissostitwixxi l-iskema tal-protokoll ta' Kyoto,
C. billi l-Analiżi Stern dwar l-Ekonomija tal-Bidla fil-Klima tirrikonoxxi li l-ispiża tan-nuqqas ta' azzjoni biex jittaffa l-effett tal-bidla fil-klima hi ħafna ikbar mill-ispiża biex tittieħed azzjoni,
D. billi d-dipendenza ta' l-UE mill-importazzjonijiet tal-fjuwils fossili tista' tiżdied għal 65% tal-konsum totali sa l-2030,
E. billi l-Kummissjoni qieset li se jkun jiswa EUR 70 biljun kull sena sa l-2020 biex jintlaħqu l-objettivi ta' l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-tnaqqis tal-gassijiet b'effett ta' serra u fir-rigward tas-sorsi ta' enerġija li jiġġeddu,
F. billi t-titjib ta' l-effiċjenza fl-enerġija huwa fost l-orħos mezzi biex jonqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra,
G. billi r-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku huma importanti biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika Ewropea dwar l-enerġija,
H. billi sinerġija aħjar fir-riċerka Ewropea tal-ġejjieni dwar it-teknoloġija ta' l-enerġija ma tagħmilx għajr tistimula t-tkabbir ekonomiku sostenibbli, tagħti kontribut għall-vantaġġi komparattivi ta' l-ekonomija Ewropea, ittejjeb l-impjiegi biex b'hekk tgħin ħalli jintlaħqu l-objettivi ta' l-istrateġija ta' Liżbona kif ukoll tikkumbatti l-bidla fil-klima,
I. billi s-Seba' Programm ta' Qafas (FP7) jalloka biss EUR 2.3 biljun għar-riċerka fl-enerġija tul il-perjodu ta' seba' snin,
J. billi l-investiment tas-settur privat fir-riċerka dwar it-teknoloġiji ta' l-enerġija hu limitat ħafna fl-Unjoni Ewropea meta jitqabbel ma' l-isforzi li qegħdin isiru mill-kompetituriminn pajjiżi terzi , kif ukoll minn setturi oħra ta' l-UE,
K. billi l-baġits pubbliċi u privati għar-riċerka fl-enerġija fl-Unjoni Ewropea ilhom jonqsu b'mod sostanzjali sa mis-snin 80, u billi l-Unjoni Ewropea ma taqtax figura tajba meta jitqabblu l-indikaturi ta' l-innovazzjoni bbażati fuq il-livelli ta' l-infiq għar-riċerka dwar it-teknoloġika mal-bqija tad-dinja,
L. billi l-intervent pubbliku għall-appoġġ ta' teknoloġiji ta' l-enerġija ġodda u li jniġġsu anqas hu meħtieġ u ġustifikat minħabba li inizjalment dawn jiġu jiswew aktar mit-teknoloġiji li jissostitwixxu, kif ukoll, fl-istadju inizjali tal-penetrazzjoni fis-suq, jistgħu ma jkunux akkompanjati minn profitti kummerċjali immedjati jew prezzijiet aħjar għall-konsumaturi,
Bżonn ta' Pjan Strateġiku għat-Teknoloġija ta' l-Enerġija
1. Jilqa' b'sodisfazzjon il-Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija ta' l-Enerġija (il-Pjan SET); jikkunsidra li l-politika Ewropea għat-teknoloġija ta' l-enerġija b'appoġġ finanzjarju adegwat hija fundamentali sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' l-Unjoni Ewropea għall-2020 fir-rigward ta' l-enerġija u tal-bidla fil-klima;
2. Jenfasizza li l-Unjoni Ewropea għandha tilħaq l-objettivi tagħha rigward it-tnaqqis ta' gassijiet b'effett ta' serra, l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija kif ukoll tas-sorsi ta' enerġija li jiġġeddu sa l-2020 filwaqt li żżomm ekonomija kompetittiva u sostenibbli; jemmen li l-iżvilupp u l-użu ta' teknoloġiji ta' l-enerġija innovattivi, irħas u b'karbonju baxx, l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija u s-sorsi ta' enerġija li jiġġeddu huma essenzjali biex titnaqqas l-ispiża għat-tnaqqis ta' l-emissjonijiet, biex jinħolqu swieq ġodda għall-industrija ta' l-UE kif ukoll biex ikun żgurat impenn dinji biex jinstab tarf tal-bidla fil-klima;
3. Jikkunsidra li sabiex jintlaħqu dawn il-miri hu importanti ħafna li titnaqqas l-ispiża ta' l-enerġija ħadra u li l-innovazzjoni tingħata spinta fis-settur ta' l-enerġija; jemmen li dan jesiġi li jittejjeb il-proċess tat-trasferiment tat-teknoloġija miċ-ċentri ta' riċerka għall-impriżi, li jitnaqqas iż-żmien ta' penetrazzjoni fis-swieq, li tintemm l-inerzja teknoloġika u regolatorja attwali u li tissaħħaħ l-interkonnettività tan-networks;
4. Jemmen li teknoloġiji ġodda, b'mod partikolari s-sorsi ta' enerġija li jiġġeddu u t-teknoloġiji effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija, huma wkoll meħtieġa biex titħaffef id-diversifikazzjoni tas-sorsi ta' l-enerġija, biex titnaqqas id-domanda għall-enerġija u biex jiġu provduti metodi li jniġġsu inqas u li jkunu aktar sikuri għall-użu ta' riżorsi indiġeni, b'riżq is-sigurtà tal-provvista ta' l-enerġija; jistieden lill-Kummissjoni biex tagħmel evalwazzjoni tar-riżorsi ta' l-enerġija ta' l-Unjoni Ewropea;
5. Jemmen li l-Pjan SET għandu jkun ta' appoġġ għal għadd kbir ta' attivitajiet li jistimulaw id-dibattitu pubbliku dwar il-merti ta' teknoliġiji ta' l-enerġija ġodda differenti, jiġifieri permezz ta' l-edukazzjoni tal-konsumaturi u l-kampanji ta' informazzjoni;
6. Jemmen li teknoloġiji orħos, iktar effikaċi u b'karbonju baxx jistgħu jgħinu biex tintlaħaq ftehim internazzjonali ġdida dwar il-bidla fil-klima li tissostitwixxi l-iskema tal-protokoll ta' Kyoto;
Koordinazzjoni u Ppjanar Strateġiku
7. Jenfasizza l-bżonn li titjieb il-koordinazzjoni tat-Teknoloġiji Strateġiċi ta' l-Enerġija f'bosta livelli u bejn is-sieħba differenti; jenfasizza wkoll il-bżonn li tiġi evitata burokrazija eċċessiva, li jiġu żgurati s-sempliċità u ċ-ċarezza kif ukoll li tiġi żgurata parteċipazzjoni wiesgħa tas-sieħba potenzjali kollha meta tittejjeb il-koordinazzjoni, pereżempju permezz tal-Grupp ta' Tmexxija tal-Komunità Ewropea propost għat-Teknoloġiji Strateġiċi ta' l-Enerġija u l-Alleanza Ewropea għar-Riċerka fl-Enerġija proposta, li għandha tkun miftuħa għaċ-ċentri ta' riċerka Ewropej kollha irrispettivament mid-dimensjoni jew mir-riżorsi tagħhom;
8. Jagħti l-appoġġ tiegħu għat-twaqqif ta' Grupp ta' Tmexxija ta' Livell Għoli u ta' sistema ta' informazzjoni dwar it-teknoloġija ta' l-enerġija li tkun trasparenti u aċċessibbli faċliment b'mod partikolari, għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, u jitlob lill-Kummissjoni biex iżżomm lill-Parlament mgħarraf dwar it-twaqqif ta' dan il-grupp u l-ħidma tiegħu kif ukoll dwar l-istrateġija ta' l-informazzjoni;
9. Jinnota li l-istrumenti żviluppati skond il-Programmi ta' Qafas (ERA-NETs, NoEs, ETPs) jistgħu jintużaw bħala appoġġ għas-Sistema Ewropea ta' l-Informazzjoni futura dwar it-Teknoloġija ta' l-Enerġija;
10. Jenfasizza li koperazzjoni koordinata ma' l-Istati Membri hi importanti ħafna sabiex jintlaħqu l-miri stabbiliti, jiġu mmassimizzati l-benefiċċji u jitnaqqsu l-ispejjeż; jemmen li l-istrumenti Komunitarji li joperaw fil-livell nazzjonali, bħal ma huma l-Fondi Strutturali, jistgħu jsostnu l-kapaċitajiet tar-riċerka, ta' l-iżvilupp u ta' l-innovazzjoni f'dawn l-oqsma;
11. Jenfasizza l-importanza fundamentali li tittejjeb ukoll il-koordinazzjoni mal-pajjiżi terzi, u l-infurzar tal-koperazzjoni internazzjonali sabiex tiġi implimentata strateġija koerenti u varjata fir-rigward ta' ekonomiji żviluppati, ekonomiji li qegħdin jiżviluppaw u ekonomiji emerġenti;
12. Jisħaq fuq il-ħtieġa li titkabbar il-kapaċità tal-bażi ta' riċerka ta' l-UE u fuq il-fatt li l-edukazzjoni u t-taħriġ aktar avvanzati huma essenzjali biex ikun hemm il-kwantità u l-kwalità ta' riżorsi umani meħtieġa biex jittieħed il-vantaġġ kollu mill-opportunitajiet tat-teknoloġiji l-ġodda li qegħdin jitwieldu; jemmen li approċċ integrat fil-Programmi Speċifiċi tal-FP7 jista' jkun ta' benefiċċju f'dan ir-rigward;
13. Jiġbed l-attenzjoni għar-riskju potenzjali ta' duplikazzjoni u ta' multiplikazzjoni ta' inizjattivi ġodda; jistieden lill-Kummissjoni biex tqis kif l-Inizjattivi Industrijali Ewropej (EIIs) ġodda se jsibu posthom mal-programmi eżistenti, inkluż l-FP7, u b'mod iktar speċifiku mal-Pjattaformi tat-Teknoloġija Ewropea u l-Inizjattivi Konġunti tat-Teknoloġija li ġew deċiżi taħt l-FP7, mal-Programm ta' Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP), u b'mod partikulari, ma' l-Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija u mal-Komunitajiet tat-Tagħrif u l-Informazzjoni (KIC) tiegħu rigward il-bidla fil-klima u l-enerġija; jistieden lill-Kummissjoni biex tispjega kif l-EIIs se jgħinu s-sinerġiji bejn il-livell Komunitarju u dak nazzjonali;
14. Itenni li l-pjan SET jeħtieġ li jibni kapaċità ta' riċerka fl-enerġija u fl-innovazzjoni fuq l-iskala ta'l-Unjoni Ewropea; jaqbel mal-Kummissjoni li l-infrastrutturi tar-riċerka panewropej jiffurmaw parti mis-soluzzjoni; jitlob għalhekk lill-Forum Strateġiku Ewropew għall-Infrastrutturi ta' Riċerka sabiex jidentifika l-ħtieġa ta' infrastrutturi ta' riċerka Ewropej fil-qasam tat-teknoloġiji ta' l-enerġija innovattiva, bħat-teknoloġiji ta' l-enerġija li tiġġedded;
15. Jemmen li n-networks ta' l-enerġija transewropej kif ukoll il-proċeduri ta' awtorizzazzjoni simplifikati f'dan is-settur għandhom sehem fundamentali fil-politika strateġika ta' l-enerġija ta' l-Unjoni Ewropea;
Trasferiment ta' riċerka u teknoloġija
16. Jenfasizza li l-koordinazzjoni meħtieġa għandha testendi għall-oqsma xjentifiċi u teknoloġiċi varji li, minħabba n-natura multidixxiplinari tagħhom, għandhom sehem fir-riċerka u fl-iżvilupp tat-teknoloġija ta' l-enerġija; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa li tissaħħaħ ir-riċerka fix-xjenzi bażiċi bħall-bijoloġija, it-teknoloġija ta' l-informazzjoni, ix-xjenza tal-materjali u l-makroteknoloġiji;
17. Jitlob lill-Kummissjoni biex tqis il-potenzjal għall-użu tat-teknoloġiji ta' l-enerġija fl-Istati Membri li daħħlu reċentement u biex iddaħħal mekkaniżmi ta' appoġġ ibbażati fuq il-politiki ta' l-UE;
18. Jenfasizza l-ħtieġa li jitjieb it-trasferiment ta' teknoloġija miċ-ċentri ta' riċerka għall-impriżi; iħeġġeġ sabiex l-Istitut Ewropew il-ġdid dwar l-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għandu jkollu rwol f'dan il-qasam;
19. Jinsisti li s-settur privat jinvesti aktar fir-riċerka u jassumi aktar riskji, billi dawn huma prerekwiżiti biex l-Unjoni Ewropea tkun minn ta' quddiem f'dan is-settur;
Inizjattivi Industrijali Ewropej
20. Jemmen bil-qawwa li tinħtieġ żieda fl-appoġġ għal teknoloġiji b'karbonju baxx fil-fażi tad-dimostrazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni għal teknoloġiji ġodda deċentralizzati li jiġġeddu; għalhekk jilqa' b'sodisfazzjon l-EIIs proposti; jenfasizza, madankollu, il-bżonn li jiżdied ukoll l-appoġġ għar-riċerka u l-iżvilupp fit-teknoloġiji li jkunu meħtieġa għal żmien fit-tul, b'enfasi partikolari fuq teknoloġiji li jkunu importanti b'mod strateġiku bħat-teknoloġiji ta' l-enerġija solari li jistgħu jwasslu biex l-Unjoni Ewropea fil-ġejjieni ssir indipendenti fis-settur ta' l-enerġija;
21. Jikkunsidra li l-EIIs għandhom jiffukaw fuq oqsma li għandhom l-ikbar potenzjal li jgħinu sabiex jintlaħqu l-objettivi ta' l-Unjoni Ewropea fuq bażi sostenibbli fir-rigward tal-bidla fil-klima, ta' l-effiċjenza fl-enerġija u tas-sorsi ta' l-enerġija li jiġġeddu u għal tnaqqis fl-ispejjeż u fir-repliki għal żmien fit-tul;
22. Jitlob biex jitqiesu ċ-ċiklu tal-ħajja ta' kull teknoloġija u l-evalwazzjoni ta' l-impatt tagħha f'kull fażi tal-proċessi tal-produzzjoni meta jiġu pprijoritizzati l-EIIs; jitlob biex titqies il-possibilità li dawn it-teknoloġiji jkunu trasferiti għal ekonomiji li qegħdin jiżviluppaw sabiex tonqos id-differenza teknoloġika ma' dawn il-pajjiżi;
23. Jitlob għal titjib fit-trasferiment tat-teknoloġija mal-pajjiżi żviluppati u għat-twaqqif tal-koperazzjoni xjentifika ma' dawk il-pajjiżi għall-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda ta' l-enerġija;
24. Jagħti l-appoġġ tiegħu għall-proposta li l-EIIs għandhom ikunu żviluppati b'mod differenti sabiex jissodisfaw il-bżonnijiet għal teknoloġiji speċifiċi; jemmen li din l-addatabilita' tippermetti l-iżvilupp ta' alleanzi strateġiċi bejn l-Istati Membri, il-gvernijiet lokali u reġjonali, iċ-ċentri ta' riċerka u s-settur privat għall-iżvilupp ta' teknoloġiji partikulari; jitlob lil dawn l-entitajiet biex jaħdmu flimkien sabiex jiżviluppaw proposti dettaljati ta' EIIs b'mod urġenti;
25. Jagħti l-appoġġ qawwi tiegħu għall-proposti ta' l-EIIs dwar l-enerġija tar-riħ, l-enerġija solari, il-bijoenerġija, il-ġbir, it-trasport u l-ħżin tas-CO2, in-networks ta' l-elettriku u l-fissjoni nukleari;
26. Jitlob, b'mod partikulari, sabiex ir-riċerka fuq il-bijofjuwils tkun intensifikata ħalli tiżgura li l-impatt ambjentali ġenerali tal-produzzjoni ta' dawn il-fjuwils ikun ta' benefiċċju mingħajr l-ebda ekwivoku;
27. Jinnota l-importanza li tkun żviluppata fuq skala kbira l-bidla tal-bijomassa f'gass biex jiġu prodotti l-idroġenu u fjuwils likwidi sintetiċi għat-teknoloġiji sostenibbli tat-trasport;
28. Jenfasizza li l-EII dwar il-fissjoni nukleari għandha tippermetti kontinwità u tinkludi l-ħidma dwar ir-riċerka u l-iżvilupp tat-teknoloġiji tat-tielet u r-raba' ġenerazzjoni;
29. Jiddispjaċih li l-Pjan SET jiffoka l-aktar fuq il-miżuri marbuta mal-provvista u jħalli barra l-miżuri għat-tnaqqis tad-domanda ta' l-enerġija, bħall-iffrankar u l-effiċjenza ta' l-enerġija;
30. Jinsisti li l-effiċjenza ta' l-enerġija għandha tkun minn ta' quddiem nett fil-Pjan SET, billi hija l-qasam bl-ikbar potenzjal għal tnaqqis ta' l-emissjonijiet bi spiża żgħira għal żmien medju, b'mod partikolari fis-settur tal-bini, li jlaħħaq għal 40% tal-konsum totali ta' l-enerġija ta' l-UE; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni biex iżżid it-teknoloġiji ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija, inklużi l-koġenerazzjoni u l-poliġenerazzjoni, fost l-oqsma koperti mill-EIIs; jagħti l-appoġġ tiegħu għall-inklużjoni ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija bħala waħda mill-prijoritajiet koperti mill-EIIs;
31. Jitlob lill-Kummissjoni biex tinvestiga l-possibilità li jkunu estiżi l-EIIs proposti għal setturi oħra b'potenzjal sinifikanti għat-tnaqqis ta' l-emissjonijiet bħall-koġenerazzjoni, l-idroġenu, is-settur tal-kostruzzjoni u d-djar, is-sistema tat-tisħin u t-tkessiħ, infrastrutturi aħjar għall-ħżin u d-distribuzzjoni ta' l-enerġija kif ukoll l-interkonnessjoni tan-networks;
32. Jemmen li l-iżvilupp tat-teknoloġija tal-ġbir u l-ħżin tal-karbonju (CCS) jista' jkollu sehem fit-tnaqqis ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, sakemm ikunu żgurati l-effiċjenza u s-sikurezza tagħha; jistieden lill-Kummissjoni biex tħaffef it-twettiq ta' sa 12-il proġett komplet ta' dimostrazzjoni tas-CCS proposti fi ħdan l-EIIs; jinnota li l-appoġġ għal teknoloġiji tal-faħam li ma jniġġsux, bħall-bidla mill-faħam għall-gass, jagħmilha eħfef biex jintuża s-CCS bil-possibilità li jsir obbligatorju għall-ġejjieni;
Finanzjament
33. Jistenna bil-ħerqa l-Komunikazzjoni proposta mill-Kummissjoni dwar il-finanzjament għal teknoloġiji ġodda b'karbonju baxx u s-CCS; jiddispjaċih li dik il-Komunikazzjoni ma ġietx ippubblikata flimkien mal-Pjan SET;
34. Jenfasizza li l-Pjan SET m'għandux jiġi ffinanzjat permezz ta' l-allokazzjoni mill-ġdid ta' fondi li jkunu ġew allokati għall-enerġija fl-FP7 jew s-CIP;
35. Jemmen li, minħabba l-prijorità marbuta ma' kwistjonijiet ta' bidla fil-klima u ma' l-enerġija, hemm il-ħtieġa ta' iktar riżorsi ta' l-UE għal teknoloġiji effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija u b'sorsi ta' enerġija li jiġġeddu u li dawn għandhom jintużaw sabiex jgħinu lill-Unjoni Ewropea tilħaq l-objettivi tagħha sa l-2020;
36. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżgura b'mod urġenti finanzjament u appoġġ adegwati għal riċerka u żvilupp, dimostrazzjoni u kummerċjalizzazzjoni ġodda ta' teknoloġiji b'karbonju baxx u mingħajr karbonju, biex mill-2009 'l quddiem, mill-inqas EUR 2 biljun tal-baġit ta' l-Unjoni Ewropea jintefqu kull sena fuq appoġġ għal dawn it-teknoloġiji, indipendentement mill-FP7 u mis-CIP, u jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tressaq proposti għal riżorsi addizzjonali fir-reviżjoni interim tal-qafas finanzjarju 2007-2013;
37. Jikkunsidra li għandu jsir użu aħjar u aktar wiesa' mir-riżorsi finanzjarji u umani sabiex għall-ġejjieni jitħaffef l-iżvilupp u l-użu ta' teknoloġiji li ma jiniġġsux;
38. Jisħaq fuq il-ħtieġa li tiżdied il-kapaċità ta' l-UE fir-riċerka; jitlob għalhekk biex ikun hemm aktar finanzjament għar-riżorsi umani u għat-taħriġ fis-settur tat-teknoloġija ta' l-enerġija; jitlob ukoll li jkun hemm koordinazzjoni akbar bejn il-Komunità u l-istrumenti finanzjarji nazzjonali għall-appoġġ tat-taħriġ u r-riċerka, b'mod partikularil-FP7;
39. Jagħti l-appoġġ tiegħu, fid-dawl tal-ħtieġa ta' aktar komplementarjetà bejn il-fondi ta' l-UE, għall-proposti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu "Reġjuni Ewropej kompetittivi permezz tar-riċerka u l-innovazzjoni" (COM(2007)0474); jilqa' b'sodisfazjon f'dak il-kuntest il-gwida prattika tal-Kummissjoni għall-koordinazzjoni tal-fondi ta' l-UE minn sorsi reġjonali, nazzjonali, ta' l-UE u tal-BEI fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp kif ukoll ta' l-innovazzjoni; jaqbel mal-Kummissjoni li hemm il-ħtieġa li ssir komunikazzjoni aħjar mal-partijiet interessati dwar id-dispożizzjonijiet ta'l-Artikolu 54(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006(8)rigward l-użu ta' fondi minn żewġ sorsi differenti tal-Komunità għall-istess sett ta' spejjeż eliġibbli;
40. 40 Jistieden lill-Kummissjoni biex, meta tippreżenta l-pjan finanzjarju, tispjega fejn azzjoni konġunta ta' l-UE tipprovdi valur miżjud fis-setturi varji tat-teknoloġija u sabiex tagħti r-riżultati marbuta mas-sostenibilità ta' l-iżviluppi varji teknoloġiċi;
41. Jinnota l-bżonn biex ir-riżorsi jintużaw fi sħubija ma' l-industrija, biex jinfluwenzaw l-investimenti tas-settur privat f'teknoloġiji ġodda b'karbonju baxx; jenfasizza l-bżonn għal viżjoni ċara u fit-tul u għal qafas finanzjarju, bl-appoġġ ta' l-istituzzjonijiet finanzjarji bħall-BEI, sabiex is-sieħba barranin tas-settur privat jingħataw biżżejjed ċertezza biex jinvestu; jenfasizza l-bżonn li jiġu involuti l-SMEs, b'mod partikulari fit-teknoloġiji għal sistemi ta' provvista ta' enerġija mxerrda;
42. Jinnota li, skond ir-reviżjoni proposta ta' l-Iskema għall-Iskambju tal-Kwoti ta' l-Emissjonijiet ta' l-UE, id-dħul mis-subbasti jista' jipprovdi sors sinifikanti ta' finanzjament sabiex tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvista ta' l-enerġija ta' l-Unjoni Ewropea filwaqt li jintlaħqu l-miri tagħha dwar il-bidla fil-klima, l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija u s-sorsi ta' enerġija li jiġġeddu;
o o o
43. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri.
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar approċċ komuni Ewropew għal Fondi ta' Investimenti Sovraniv (COM(2008)0115),
– wara li kkunsidra l-ħidma li qed issir mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) u, b'mod partikulari, mill-Grupp Internazzjonali ta' Ħidma dwar il-Fondi ta' Investimenti Sovrani,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Investiment ta' l-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD) adottat fl-4 t'April 2008,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 64 u 65 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea (TFUE) (dawk li qabel kienu l-artikoli 57 u 58 tat-Ttrattat li Jistabilixxi l-Komunità Ewropea),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
A. billi l-fondi ta' investimenti sovrani ilhom attivi fis-swieq finanzjarji globali għal iktar minn 50 sena,
B. billi l-ebda diżordni fis-swieq finanzjarji ma tista' tkun attribwita għall-attivitajiet tal-fondi ta' investimenti sovrani,
C. billi l-istruttura tas-sjieda tal-fondi ta' investimenti sovrani tfisser li dawn ma jidħlux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regolament ta' l-EU tas-suq finanzjarju,
D. billi l-istrateġija ta' investiment tal-fondi ta' investimenti sovrani wriet preferenza għall-investimenti stabbli fuq perjodu ta' żmien twil,
E. billi hemm xi tħassib dwar in-nuqqas ta' trasparenza f'xi fondi ta' investimenti sovrani rigward l-assi, l-istrateġiji ta' investiment, il-profitti u l-istrutturi ta' tmexxija tagħhom,
F. wara li kkunsidra l-irwol li wettqu l-fondi ta' investimenti sovrani matul il-kriżi finanzjarja riċenti sabiex xi istituzzjonijiet finanzjarji kbar ikunu salvati mill-falliment,
G. wara li kkunsidra l-potenzjal għat-tkabbir tal-fondi ta' investimenti sovrani,
H. billi l-Unjoni Ewropea għandha tibqa' tibqa" żżomm sod l-impenn tagħha għall-politika ta' ftuħ għall-investimenti u moviment ħieles tal-kapital,
1. Iqis li l-fondi ta' investimenti sovrani ma kinux il-kawża ta' diżordni fis-swieq tal-kapital, iżda li l-istruttura, id-daqs u t-tkabbir mgħaġġel tagħhom jitolbu analiżi b'attenzjoni ta' l-irwol u l-influwenza tagħhom; jirrikonoxxi l-fatt li l-approċċ tal-fondi ta' investimenti sovrani lejn it-trasparenza u t-tmexxija ivarja;
2. Huwa mħasseb minħabba li n-nuqqas ta' trasparenza ta' ċerti fondi ta' investimenti sovrani tista' ma jippermettix fehim ċar ta' l-istrutturi u l-motivazzjonijiet tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni biex tirrikonoxxi l-fatt li t-trasparenza u l-iżvelar ta' l-informazzjoni jikkostitwixxu l-prinċipju ewlieni biex ikunu stabbiliti kundizzjonijiet tassew indaqs u biex is-swieq b'mod ġenerali jaħdmu mingħajr problemi;
3. Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar fondi ta' investimenti sovrani, li tafferma mill-ġdid l-importanza tas-swieq miftuħa u l-impenn tal-Kummissjoni għal soluzzjoni globali; jinnota l-inizjattivi varji jew f'livell nazzjonali jew fil-fora internazzjonali biex tissaħħaħ it-trasparenza u tittejjeb it-tmexxija, u jitlob lill-Kummissjoni biex taħdem mill-qrib ma' l-IMF u l-OECD biex ikun stabbilit kodiċi ta' mġiba globali;
4. Iqis, madankollu, li l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar fondi ta' investimenti sovrani għandha tkun meqjusa bħala l-ewwel pass, u għaldaqstant jitlob lill-Kummissjoni biex timmonitorja l-attivitajiet tal-fondi ta' investimenti sovrani u biex twettaq l-irwol ta' koordinazzjoni tagħha sabiex tiżgura li inizjattivi nazzjonali ma jmorrux kontra l-impenn għall-ftuħ għall-investimenti u ma jqiegħdux fil-periklu l-pożizzjoni ta' l-Unjoni Ewropea fis-swieq globali;
5. Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel analiżi ta' l-istrumenti għad-dispożizzjoni ta' l-Unjoni Ewropea li jinsabu disponibbli taħt it-Trattati tal-KE jew taħt il-leġiżlazzjoni eżistenti - bħal obbligi ta' trasparenza, id-drittijiet tal-vot, id-drittijiet ta' dawk li għandhom ishma u l-ishma tad-deheb - li jippermettu xi reazzjoni f'każ ta' problemi ta' sjieda minħabba intervent tal-fondi ta' investimenti sovrani;
6. Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jevalwaw il-marġni ta' manuvra li jibqa' għall-isitituzzjonijiet ta' l-UE skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 64 u 65 tat-TFUE, sabiex jivverifikaw l-għażliet rigward l-azzjoni kkoordinata fil-livell ta' UE, li hija essenzjali għall-interessi ta' l-UE u għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern; jitlob lill-Kummissjoni biex tfassal lista ta' setturi li jistgħu jkunu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 65 rigward il-politika pubblika;
7. Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jagħmlu analiżi bir-reqqa tal-funzjonament tas-swieq finanzjarji globali u biex jiddefinixxu u jippromwovu viżjoni b'saħħitha ta' l-UE, filwaqt li jitqiesu l-inizjattivi globali, ta' liema għandhom ikunu l-prinċipji u r-regoli li jiggwidaw il-funzjonament tagħhom; huwa tal-fehma li pożizzjoni komuni ta' dan it-tip issaħħaħ il-pożizzjoni ta' l-UE fil-fora internazzjonali; jitlob lill-Kummissjoni biex tapplika l-prinċipju tar-reċiproċità, fejn ikun xieraq;
8. Huwa mħasseb dwar il-prezzijiet taż-żejt u l-konsegwenzi tagħhom fuq ir-rata tal-kambju ta' l-euro/dollaru, minħabba li l-profitti miż-żejt ta' sikwit ikunu investiti mill-ġdid permezz tal-fondi ta' investimenti sovrani f'assi dominati mill-euro u swieq fiz-zona ta' l-euro b'mod ġenerali;
9. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Lejn kultura ġdida għall-mobiltà urbana
339k
84k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008 dwar "Lejn kultura ġdida għall-mobiltà urbana" (2008/2041(INI))
– wara li kkunsidra l-Green Paper intitolata "Lejn kultura ġdida għall-mobiltà urbana" (COM(2007)0551),
– wara li kkunsidra l-White Paper intitolata "Il-Politika Ewropea tat-Trasport għall-2010: wasal iż-żmien li niddeċiedu" (COM(2001)0370),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata "Inżommu lill-Ewropa miexja - Il-mobilità sostenibbli għall-kontinent tagħna: Reviżjoni ta" nofs it-term tal-White Paper tat-Trasport ta" l-2001 tal-Kummissjoni Ewropea" (COM(2006)0314),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata "Lejn Mobilità aktar Sikura, aktar Nadifa u aktar Effiċjenti madwar l-Ewropa: L-Ewwel Rapport dwar il-Karozzi Intelliġenti" (COM(2007)0541),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata "Qafas Regolatorju Kompetittiv tal-Karozzi għas-Seklu 21 – Pożizzjoni tal-Kummissjoni għar-Rapport Finali tal-Grupp ta" Livell Għoli CARS 21, Kontribuzzjoni għall-Iżvilupp ta" l-UE u l-Istrateġija ta" l-Impjiegi (COM(2007)0022),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata "Dwar l-Inizjattiva tal-Karozza Intelliġenti: Inżidu l-Għarfien dwar it-Teknoloġiji ta" l-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ITC) għal Vetturi aktar Intelliġenti, aktar Sikuri u aktar Nodfa" (COM(2006)0059),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata "Il-Loġistika tat-Trasport tal-Merkanzija fl-Ewropa – Iċ-Ċavetta għal Mobiltà Sostenibbli" (COM(2006)0336),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata "Pjan ta" Azzjoni għal-Loġistika tat-Trasport tal-Merkanzija" (COM(2007)0607),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni rigward "Strateġija Tematika dwar l-Ambjent Urban" (COM(2005)0718),
– wara li kkunsidra l-proposti u l-linji gwida tal-Kummissjoni u l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew dwar il-fondi strutturali, il-fond ta" koeżjoni u s-Seba' Programm ta' Qafas għar-Riċerka,
– wara li kkunsidra l-proposta riveduta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi għat-trasport tat-triq li huma effiċjenti fl-użu ta" l-enerġija u li ma jniġġsux (COM(2007)0817),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta" l-20 ta" Frar 2008 dwar il-kontribut ghall-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegha 2008 rigward l-Istrateġija ta' Liżbona(1),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta" Lulju 2007 dwar "Inżommu lill-Ewropa miexja - Il-mobilità sostenibbli għall-kontinent tagħna"(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta" Jannar 2008 dwar CARS 21: Qafas Regolatorju Kompetittiv tal-Karozzi(3),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta" Settembru 2007 dwar Il-Loġistika tat-Trasport tal-Merkanzija fl-Ewropa - is-soluzzjoni għal mobilità sostenibbli(4),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta" Settembru 2006 dwar l-istrateġija tematika dwar l-ambjent urban(5),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-"Mobiltà Urbana",
– wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta" l-Ikel u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0252/2008),
A. billi ċ-ċentri urbani (il-bliet u l-inħawi tagħhom) huma f'ħafna modi importanti ħafna fil-ħajja taċ-ċittadini ta' l-UE; billi ċ-ċentri urbani jiffaċċjaw problemi u sfidi simili fir-rigward tat-tniġġis, il-konġestjoni, l-istorbju u s-sikurezza tat-toroq bħala konsegwenza tal-mobiltà urbana, minkejja d-differenzi fid-daqs u l-istruttura tagħhom,
B. billi hemm ħtieġa urġenti għal ħsieb ġdid u kunċetti innovattivi dwar il-mobiltà fil-bliet peress li t-trasport urban huwa kontributur ewlieni għall-bidla fil-klima, għat-tniġġis u għal problemi ambjentali oħra kif ukoll għall-effetti ħżiena marbuta fuq il-kwalità tal-ħajja u s-saħħa ta" min jgħix fil-bliet; billi jeħtieġ li nsibu tarf dawn il-problemi biex l-istrateġija globali ta' l-UE għall-ġlieda kontra l-bidla fil-klima u kontra problemi ambjentali oħra, tirnexxi,
C. billi jrid ikun żgurat tqassim xieraq tal-kompiti bejn l-UE u l-bliet, tqassim li fih l-UE għandu jkollha sehem stabbilit b'mod ċar; billi b'konformità mal-prinċipju tar-regolamentazzjoni aħjar u mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, azzjoni Komunitarja dwar il-moblità urbana għandha tittieħed biss meta jkun hemm valur miżjud ta' l-UE ċar,
D. billi l-prinċipji tas-suq intern ta" l-UE għandhom jitqiesu wkoll fil-qasam tal-mobiltà urbana,
E. billi l-bliet Ewropej għandhom ikunu jistgħu jagħżlu minn firxa wiesgħa ta" strumenti flessibbli sabiex titfassal ġabra ta" politiki maqtugħa għalihom li jipprovdu soluzzjonijiet integrati, sostenibbli, soċjalment effettivi u ekonomikament vijabbli għall-problemi speċifiċi tagħhom ta" mobiltà; billi soluzzjonijiet loġistiċi aħjar u bidla għal metodi ta" trasport aktar sostenibbli huma l-mira fl-oqsma u fil-mezzi kollha tat-trasport (min ikun bil-mixi, ċiklisti, trasport tal-passiġġieri pubbliku u privat, tqassim tal-merkanzija, u servizzi) sabiex ikun hemm aċċessibilità tajba għaċ-ċentri tal-bliet u biex it-traffiku jimxi bla xkiel, żewġ punti li huma importanti ħafna għar-residenti, għall-viżitaturi, għal min jidħol f'belt regolarment, għall-produtturi u għall-fornituri ta' prodotti u servizzi - partikolarment l-SMEs; billi għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-interoperabilità ta" l-istrumenti magħżula sabiex fi stadju "l quddiem, l-awtoritajiet ikunu jistgħu jinfurzaw il-ksur tar-regoli tat-traffiku marbuta maz-zoni urbani fuq bażi transkonfinali,
F. billi l-politika Ewropea dwar it-trasport urban trid tqis il-koeżjoni ekonomika, soċjali, territorjali u ambjentali; billi trid tingħata attenzjoni speċjali lill-problemi u l-kundizzjonijiet partikulari fl-Istati Membri l-"ġodda",
G. billi trid tingħata attenzjoni partikulari lill-ħtiġijiet partikulari tal-ħaddiema (min jidħol fil-bliet regolarment), ta" nies b'anqas mobiltà, tat-tfal (pushchairs), ta" dawk l-anqas għonja u ta" l-anzjani; billi għandna nżommu f'moħħna li t-tixjiħ mgħaġġel tal-popolazzjoni ta' l-Ewropa jwassal għal bidliet demografiċi u għal ħtiġijiet ġodda ta' mobiltà fis-soċjetajiet,
H. billi huwa essenzjali li jiġi adottat approċċ ġdid għall-ippjanar strateġiku għaz-zoni urbani sabiex ikunu antiċipati l-isfidi ambjentali, ta' l-enerġija u tal-mobiltà li se jitfaċċaw fid-deċennji li ġejjin,
I. billi l-internalizzazzjoni ta" spejjeż esterni hija pass importanti lejn l-għan li jkun hemm ipprezzar veru fil-qasam tat-trasport; billi jeħtieġ li tkun evalwata l-possibiltà ta" kontrosussidjar ta" kunċetti sostenibbli dwar it-trasport urban, sabiex ikun żgurat it-trattament ugwali bejn it-trasport ta" prodotti u ta" passiġġieri u bejn il-mezzi differenti ta" trasport; billi jridu jsiru sforzi sabiex jiġu żviluppati strumenti finanzjarji ġodda u sabiex isir użu aħjar u aktar frekwenti ta" strumenti finanzjarji eżistenti bħall-Fondi Strutturali u ta" Koeżjoni fl-interess ta" soluzzjonijiet sostenibbli għall-mobiltà urbana,
L-irwol ta" l-Unjoni Ewropea
1. Jilqa" b'sodisfazzjon il-Green Paper imsemmija hawn fuq bħala bażi xierqa għal diskussjoni; jilqa" b'sodisfazzjon ukoll l-involviment komprensiv ta" min hu kkonċernat fil-proċess li jwassal għal opinjonijiet differenti u tat-tiswir ta" politiki futuri ta" l-UE dwar it-trasport urban;
2. Iqis li hija meħtieġa delineazzjoni ċara ta" l-oqsma ta" responsabiltà ta" l-UE, b'konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità stipulati fit-Trattati; jirrikonoxxi l-prinċipju li l-awtoritajiet lokali huma ħielsa li jadottaw il-politiki ta" mobiltà tagħhom stess sakemm ma jiksrux il-leġiżlazzjoni rilevanti nazzjonali u Komunitarja; jistenna fl-istess ħin li – filwaqt li jiġu applikati l-prinċipji msemmija hawn fuq – l-Istati Membri u l-bliet ikunu konxji mir-responsabiltà tagħhom stess għall-organizzazzjoni u l-ippjanar aħjar tal-mobiltà urbana; jirrikonoxxi, madankollu, li azzjoni magħquda dwar il-mobiltà urbana fil-Komunità tista" ġġib valur miżjud ċar f'xi oqsma;
3. Jemmen li l-UE għandha tfassal strateġija globali dwar il-mobiltà urbana li twassal għal użu iktar razzjonali ta" karozzi privati u għandha tippromwovi bidla modali lejn mezzi sostenibbli ta" trasport, sabiex ikunu appoġġjati l-impenji ta" l-UE dwar il-ħarsien ambjentali u dwar it-tnaqqis ta" l-emissjonijiet ta" gassijiet b'effett ta" serra;
4. Jemmen li trid tittieħed azzjoni fil-livell Ewropew fl-oqsma li ġejjin u jitlob
-
li jkun żviluppat approċċ globali integrat għall-mobiltà urbana li jservi bħala qafas ta' referenza komuni għall-partijiet interessati Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali (il-muniċipalitajiet, iċ-ċittadini, in-negozji u l-industrija); li dan l-approċċ għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji tas-suq intern ta" l-UE fil-qasam tal-mobiltà sostenibbli u għandu jqis il-vijabilità tal-bliet u l-effett fuq id-demografija (migrazzjoni "l barra mill-bliet); jenfasizza li dan għandu jkun stimolu ċar għall-bliet u għaz-zoni urbani biex jistabbilixxu Pjani Sostenibbli ta' Mobiltà Urbana (SUMPs) li jkunu integrati u komprensivi, b'enfasi fuq l-ippjanar tal-bliet għall-futur imbiegħed u fuq l-ippjanar ta" l-ispazji; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni biex tara sew kif jintrabtu s-SUMPs mal-Kofinanzjament ta" l-UE tal-proġetti tat-trasport fil-bliet ta" aktar minn 100 000 ruħ u mal-leġiżlazzjoni, mad-deċiżjonijiet u mal-miri ta" l-UE dwar it-tnaqqis ta" l-inċidenti, l-emissjonijiet tas-CO2, l-emissjonijiet lokali tal-gass u l-istorbju;
-
li tinġabar u titqassam b'mod effettiv dejta komparabbli u ta" min joqgħod fuqha dwar l-aspetti kollha tal-mobiltà urbana u sottourbana, filwaqt li jitqiesu bidliet futuri fil-kundizzjonijiet ta' qafas (eż. bidliet demografiċi, tkabbir ekonomiku, bidla fil-klima);
-
li ssir lista kompleta ta" regoli Komunitarji li huma fis-seħħ attwalment u li jaffettwaw il-mobiltà urbana, b'mod dirett jew indirett, filwaqt li f'kull każ jitqies il-potenzjal għal titjib u għal simplifikazzjoni;
-
li ssir evalwazzjoni ta" l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni mill-Istati Membri tal-leġiżlazzjoni Ewropea li taffettwa t-trasport urban, partikolarment it-trasport pubbliku tal-passiġġieri;
-
li ssir lista ta" l-inizjattivi lokali meħuda sabiex jingħelbu ftit mill-problemi msemmija fil-Green Paper (eż. il-ħlas għat-toroq, iz-zoni ħodor, is-sikurezza fuq it-trasport pubbliku, il-protezzjoni taċ-ċiklisti, eċċ.); jittama li din il-lista tista" tkun il-bażi għall-iskambju ta" l-aqwa prattika f'dawn l-oqsma;
-
li jkun hemm monitoraġġ ta" miżuri lokali marbuta ma" l-aċċess għaċ-ċentri tal-bliet sabiex ikunu evitati ostakli ġodda għall-kummerċ fis-suq intern ta" l-UE;
-
li titwaqqaf "Pjattaforma Ewropea għall-Mobiltà Urbana" jew kwalunkwe forum ieħor effettiv, li tiġbor flimkien id-dejta, l-aqwa prattiki u l-informazzjoni politika kollha dwar il-mobiltà urbana b'mod li jinftiehem sabiex iċ-ċittadini u l-politiċi jkollhom aċċess faċli għal informazzjoni vitali meħtieġa biex jiġu żviluppati politiki dwar il-mobiltà urbana; jenfasizza li pjattaforma bħal din għandha tieħu kemm tista" minn bażijiet ta" dejta, riżorsi u istituzzjonijiet eżistenti, sabiex tkun evitata l-burokrazija;
-
li ssir evalwazzjoni ta" l-ispejjeż esterni tad-diversi mezzi ta" trasport kif ukoll evalwazzjoni tal-possibiltà li jkunu internalizzati;
5. Jistieden lill-Kummissjoni biex taħdem ma" l-Istati Membri biex jingħelbu l-ostakli nazzjonali għall-iskemi urbani, mingħajr madankollu ma tipproponi leġiżlazzjoni ta" l-UE, li tista" tillimita l-flessibiltà lokali meħtieġa biex jingħelbu l-problemi ta" mobiltà;
Leġiżlazzjoni
6. Jikkunsidra li jeħtieġ li l-UE tqis il-ħtiġijiet partikulari tat-trasport urban fl-oqsma ta" politika fejn għandha setgħa leġiżlattiva (eż. il-politika baġitarja, il-politika ambjentali, il-politika soċjali u tas-suq tax-xogħol, il-politika tal-kompetizzjoni, il-politika ta" l-industrija, il-politika reġjonali u ta" koeżjoni, il-politika tat-trasport u tas-sikurezza tat-toroq, u l-politika ta" l-enerġija);
Standardizzazzjoni u armonizzazzjoni
7. Jitlob li jsiru regoli u/jew linji gwida speċifiċi Ewropej għall-istandardizzazzjoni u l-armonizzazzjoni ta" dan li ġej:
-
id-disinn u t-tħaddim ta" zoni ħodor u tal-ħlas għat-toroq; iqis li d-deċiżjoni dwar jekk dawn il-miżuri jiddaħħlux jew le għandha tittieħed f'livell lokali filwaqt li titqies is-sitwazzjoni speċifika ta' kull konurbazzjoni; billi skond il-prinċipji tas-suq intern ta" l-UE, għandha ssir enfasi speċjali fuq l-istruttura interoperabbli tagħhom sabiex it-traffiku ikun jista" jimxi bla xkiel u sabiex ikun evitat l-istabbiliment ta" inizjattivi diverġenti fi Stati Membri differenti;
-
rekwiżiti tekniċi u organizzattivi għall-interoperabilità tad-diversi mezzi ta' trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija;
–
mobiltà ta" persuni b'diżabilità, ta" l-anzjani, tal-persuni bi tfal żgħar u tal-persuni l-anqas għonja;
-
titjib tas-sikurezza tat-toroq skond il-leġiżlazzjoni Ewropea u nazzjonali;
–
aċċessibilità u interoperabilità ta" teknoloġiji ta" Sistemi Intelliġenti tat-Trasport (SIT) għal applikazzjonijiet fl-Ewropa kollha;
Tixrid u skambju ta" l-aqwa prattiki
8. Jitlob ukoll li jittieħdu miżuri xierqa għall-promozzjoni ta' l-iskambju ta' l-aqwa prattiki, partikolarment dwar:
-
l-aħjar użu ta" l-infrastruttura disponibbli, pereżempju permezz ta" kunċetti flessibbli ta" l-użu tat-toroq,
sistemi integrati ta" ħruġ ta" biljetti u ta" kontijiet li jissimplifikaw l-aċċess għal, u l-użu komodali ta", mezzi differenti ta" trasport,
-
it-tfassil ta" pjanijiet ta" mobiltà sostenibbli skond il-każ u l-appoġġ ta' miżuri għall-ippjanar reġjonali u urban ('belt b'distanzi qosra'), proċess li l-partijiet kollha konċernati għandhom ikunu involuti fih minn stadju bikri,
–
linji gwida li jiżguraw koperazzjoni fost l-aġenziji tad-dipartimenti kollha tal- gvernijiet lokali u reġjonali u l-kumpaniji ta" servizzi bażiċi meta jkun qed isir l-ippjanar fiz-zoni urbani;
-
soluzzjonijiet innovattivi għat-trasport effiċjenti ta" merkanzija, partikolarment għat-tqassim ta" merkanzija lokali fil-bliet, inklużi sistemi ta" tagħbien u ta" ħatt ta" min joqgħod fuqhom sabiex ikunu ffaċilitati operazzjonijiet fl-aħħar stadju,
-
servizzi tat-trasport sostenibbli biex tkun żgurata l-mobiltà tat-turisti f'zoni urbani u suburbani,
-
linji gwida għal politika ta' l-akkwist pubbliku li tagħti kas ta" l-ambjent,
-
titjib fit-trasport pubbliku u lokali tal-passiġġieri li jkun nadif b'enfasi fuq l-effiċjenza, fuq kemm iħajjar lin-nies, fuq it-tnaqqis ta" l-emissjonijiet u fuq l-aċċessibilità, anke għall-persuni b'diżabilità u għall-persuni b'anqas mobiltà, kif ukoll fokus fuq is-sikurezza u s-sigurtà,
l-organizzazzjoni aħjar ta" trasport fuq distanzi qosra,
-
miżuri ta" mmaniġġjar tat-traffiku biex jittejjeb kemm jista" jkun l-immaniġġjar tal-loġistika u l-mobiltà sabiex jitnaqqas l-użu tat-trasport u/jew ikun evitat, bħax-xogħol mid-dar jew ħinijiet tax-xogħol flessibbli fil-postijiet tax-xogħol u fl-iskejjel,
l-introduzzjoni ta" zoni ħodor u tal-ħlas għat-toroq,
-
il-politiki u l-prattiki tal-parkeġġ, bħall-introduzzjoni ta" sistemi ta" gwida għall-parkeġġ,
-
it-titjib u t-twessigħ ta" l-użu tas-STI;
9. Jitlob li tinxtered kemm jista" jkun dejta dwar kwistjonijiet rilevanti għall-mobiltà urbana, bħall-istatistika ta" l-Eurostat u l-CARE (Bażi ta" dejta Komunitarja dwar l-Inċidenti fit-Toroq fl-Ewropa); jitlob li jinfetaħ l-aċċess għall-bażi ta" dejta tal-CARE, li tkun għodda b'saħħitha għall-iskambju ta" informazzjoni u ta" għarfien fost il-professjonisti fil-qasam tat-trasport;
10. Jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja lill-awtoritajiet lokali billi tippromwovi proġetti pilota u sperimentali, partikolarment dawk bil-għan li japplikaw approċċ integrat għall-kwistjoni tal-mobiltà urbana u li jipprovdu għajnuna għar-riċerka fil-qasam ta" l-ippjanar urban;
Riċerka u żvilupp
11. Jenfasizza l-ħtieġa għal riċerka u żvilupp fil-qasam tat-trasport sostenibbli, partikolarment għall-promozzjoni tal-progress teknoloġiku fl-iżvilupp ta' teknoloġiji ta' vetturi aktar nodfa; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jinvestu f'sistemi tat-trasport urban nodfa, aktar effiċjenti, aħjar għall-konsumaturi u sikuri, u biex jieħdu miżuri sabiex jinħoloq suq għal sistemi bħal dawn;
12. Jiġbed l-attenzjoni li l-UE għandha rwol fl-iżvilupp u l-promozzjoni tas-STI u fil-finanzjament ta" teknoloġiji innovattivi, peress li jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti, pereżempju, lit-titjib tas-sikurezza tat-toroq u ta" kif jimxi t-traffiku kif ukoll ta" l-effiċjenza loġistika; iqis, għalhekk, li għandu jkun promoss aktar żvilupp u, fuq kollox adozzjoni tas-STI fl-UE;
13. Jistieden lill-Kummissjoni biex tfassal listi aċċessibbli u kompatibbli ta" proġetti ta" riċerka u ta" żvilupp dwar il-mobiltà urbana taħt il-programmi ta" qafas differenti ta" l-UE, filwaqt li turi eżempji applikati fil-prattika;
Koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet
14. Jenfasizza li l-iskambju ta" l-aqwa prattiki dwar il-governanza tal-mobiltà u koordinazzjoni aħjar, huwa essenzjali għat-titjib tat-trasport u l-mobiltà urbani, peress li qed jibdew jidhru nuqqasijiet bħan-nuqqas ta" allokazzjoni xierqa ta" responsabiltajiet, nuqqas ta" koordinazzjoni bejn diversi awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali u koordinazzjoni insuffiċjenti bejn l-ippjanar ta" sistemi tat-trasport urbani, sottourbani u rurali; jiġbed l-attenzjoni li koordinazzjoni ħażina bejn l-awtoritajiet lokali twassal għal spejjeż ogħla ta" provvista, aktar traffiku u għalhekk aktar tniġġis ambjentali;
15. Jitlob b'urġenza għal koordinazzjoni aħjar bejn awtoritajiet lokali ġirien sabiex ikun żgurat ċertu livell ta' konsistenza u sabiex ikun hemm żvilupp sostenibbli u armonizzat ta' infrastrutturi tat-trasport lokali u reġjonali f'zoni transkonfinali u f'inħawi oħra;
Approċċ integrat
16. Iqis li jeħtieġ li l-iżvilupp u l-ippjanar urban isiru fuq bażi integrata, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet attwali u fil-futur tat-trasport urban; l-introduzzjoni ta" konnessjonijiet veloċi tal-ferrovija bejn ċentri ta" bliet u waqfiet oħra max-xmajjar, tal-ferrovija u fl-ajruporti u partikolarment ma" reġjuni fil-periferija għandha tkun prijorità għall-iżvilupp u l-modernizzazzjoni urbani fuq skala kbira;
17. Ifakkar li, minħabba l-urbanizzazzjoni dejjem aktar mgħaġġla, għandha tingħata aktar attenzjoni lis-subborgi u lill-konurbazzjonijiet;
Responsabiltà individwali
18. Jenfasizza r-responsabiltà individwali taċ-ċittadini u jqis li jeħtieġ li jiġu mħeġġa jevalwaw l-imġiba tagħhom b'mod kritiku bħala utenti tat-toroq u jekk possibbli, li jipparteċipaw attivament f'forums lokali dwar il-mobiltà urbana; jemmen li kważi kull ċittadin jista" jbiddel id-drawwiet tiegħu, pereżempju rigward l-użu tal-karozza privata u mezzi alternattivi ta' trasport (mixi, roti jew trasport pubbliku), u b'hekk jagħti kontribut individwali għat-titjib ta' l-indafa u tal-kwalità tal-ħajja fiz-zoni urbani; jitlob li l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali jipprovdu għażliet alternattivi ta" mobiltà biex dawn il-bidliet ikunu aktar faċli; barra minn hekk, jistieden lill-awtoritajiet Ewropej nazzjonali, reġjonali u lokali biex iwaqqfu kampanji edukattivi u ta' l-informazzjoni sabiex iċ-ċittadini jsiru aktar konxji dwar l-imġiba tagħhom fit-toroq; jisħaq fuq l-importanza partikulari ta' kampanji edukattivi għall-ġenerazzjoni żagħżugħa;
19. Jenfasizza f'dan ir-rigward l-importanza u s-suċċess dejjem jikber tal-"Jum bla Karozzi" fil-kuntest tal-Ġimgħa tal-Mobiltà ta" l-UE; jinnota li, fl-2007, 1, 909 bliet minn 23 Stat Membru ħadu sehem f'din l-inizjattiva; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jibqgħu jinkuraġġixxu din l-inizjattiva u biex jaħdmu għall-adozzjoni wiesgħa tagħha;
20. Jikkunsidra li għandu jsir studju li juri biċ-ċar u li jkun fih informazzjoni dettaljata dwar l-aspetti kollha ta" l-għażliet u l-possibilitajiet taċ-ċittadini rigward il-mobiltà urbana (trasport privat imqabbel mat-trasport pubbliku); jitlob ġbir ta" dejta ġdid u standardizzat dwar kwistjonijiet li ma tantx saru studji dwarhom bħall-imġiba taċ-ċiklisti u ta" min ikun bil-mixi u l-motivazzjoni taċ-ċittadini meta jużaw ċerti mezzi ta" trasport minflok oħrajn;
Finanzjament
21. Jemmen li l-UE tista" tagħti kontribut kbir lill-finanzjament ta" miżuri tat-trasport urban tal-passiġġieri u tal-merkanzija, pereżempju bl-użu tal-Fondi Strutturali u ta" Koeżjoni, u jistieden lill-Kummissjoni biex tonora r-responsabiltà tagħha f'dan ir-rigward; ifakkar fir-responsabiltà ta" finanzjament ta" l-Istati Membri għal miżuri li jolqtu l-ambjent u t-trasport kif stipulat fil-liġi Komunitarja;
22. Jistieden lill-Kummissjoni biex tfassal strumenti speċifiċi orjentati lejn l-ekonomija tas-suq sabiex jinħoloq qafas bilanċjat u favorevoli għall-mobiltà sostenibbli fiċ-ċentri urbani;
23. Jitlob, fil-kuntest ta" l-evalwazzjoni li se ssir dalwaqt tal-baġit ta" l-UE, li l-finanzjament ta" proġetti minn fondi ta" l-UE jkun marbut aktar mill-qrib ma" kundizzjonijiet u rekwiżiti marbuta mat-trasport sostenibbli u l-protezzjoni ambjentali fil-futur u jqis li dan huwa strument xieraq għal-promozzjoni ta" kunċetti ta' trasport li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent u li jkun aċċessibbli ħafna;
24. Jistieden lill Kummissjoni biex taħdem, għal rasha jew mal-Bank Ewropew ta' l-Investiment, pereżempju, fuq l-evalwazzjoni tal-possibiltajiet attwali u futuri għall-finanzjament tat-trasport urban; jissuġġerixxi li titfassal gwida komprensiva li tistabbilixxi b'mod sistematiku l-fondi kollha disponibbli għat-trasport urban; barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina l-kwistjoni tal-kontrosussidjar fil-qasam tat-trasport sabiex ikun żgurat trattament ugwali bejn il-mezzi kollha tat-trasport u bejn it-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija; għandhom ikunu evalwati wkoll l-aspetti kollha ta' sħubijiet bejn il-gvern u l-privat u l-kontribut li jistgħu jagħtu lil kunċetti sostenibbli rigward il-mobiltà urbana;
25. Jistieden lill-Bureau tal-Parlament Ewropew, u lis-servizzi tiegħu, biex jagħti l-eżempju billi jimplimenta d-deċiżjonijiet tiegħu stess u billi jagħti spinta lil miżuri ta" mmaniġġjar għall-Membri, l-istaff u l-viżitaturi bil-għan li l-mobiltà sostenibbli tiġi integrata fl-applikazzjoni tar-Regolament EMAS mill-Parlament;
o o o
26. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
– wara li kkunsidra r-Rapport Annwali ta" l-2007 tal-Bank Ċentrali Ewropew (ECB),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat KE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 15 tal-Protokoll ta' l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropej(1) anness mat-Trattat,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' April 1998 dwar ir-responsabilità demokratika fit-tielet fażi ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja(2),
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-20 ta' Frar 2008 dwar il-Linji Gwida Integrati għat-Tkabbir u l-Impjiegi (Taqsima: linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi ta' l-Istati Membri u l-Komunità): It-tnedija taċ-ċiklu l-ġdid (2008-2010)(3),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar EMU@10: suċċessi u sfidi wara 10 snin mill-Unjoni Ekonomika u Monetarja (COM(2008)0238),
– wara li kkunsidra r-Reviżjoni ta" l-Istabbiltà Finanzjarja ta" l-ECB f'Diċembru 2007 u r-rapport tiegħu dwar l-Integrazzjoni Finanzjarja fl-Ewropa ta" April 2008,
– wara li kkunsidra t-tbassir ekonomiku tar-Rebbiegħa mill-Kummissjoni għall-2008-2009,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0241/2008),
A. billi fl-2007 il-GDP taż-żona ta" l-Euro kibret bi 2,6 % (meta mqabbla ma' 2,7 % fl-2006) minkejja inċertezza akbar li ġejja mit-taqlib finanzjarju fit-tieni nofs tas-sena,
B. billi r-rata ta" l-inflazzjoni kienet 2,1 % meta mqabbla ma' 2,2% fl-2006, minkejja ambjent ekonomiku kkaratterizzat minn pressjonijiet sinifikanti sabiex jiżdiedu l-prezzijiet,
C. billi l-ECB baqa" jimmodifika r-rati ta" interess fl-2007, għal 4,0 % f'Ġunju 2007 minn 3,5 % f'Diċembru 2006, u żamm dan il-livell matul it-tieni semestru,
D. billi dikjarazzjonijiet magħmula mill-Fond Monetarju Internazzjonali u mill-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku jappellaw għal approċċ kawt ħafna fir-rigward ta' żiediet firr-rati ta" l-interess fiż-żona ta" l-Euro,
E. billi fl-2007 r-rata tal-kambju ta" l-Euro rat żieda fil-valur b"6,3 % f'termini nominali effettivi, u li b'mod partikulari ż-żieda fil-valur spikkat fir-rigward tad-Dollaru Amerikan (11,8 %),
F. billi t-taqlib finanzjarju u l-iżbilanċi globali kbar jirrappreżentaw riskju għat-tkabbir ekonomiku dinji u għall-iżviluppi tar-rata tal-kambju,
G. billi huwa mistenni li l-inflazzjoni se titla' sa bejn 2,0 % u 3,0 % fl-2008 fiż-żona ta' l-Euro, li tirrifletti ħafna x-xejra attwali ta" żieda fil-prezzijiet tal-prodotti, qabel ma jinżlu għal marġni aktar moderat ta' bejn 1,2 % u 2,4 % fl-2009,
H. billi l-għan ewlieni tal-Bank Ċentrali Ewropew u tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (ESCB) huwa li tinżamm l-istabilità tal-prezzijiet filwaqt li jiġu appoġġjati l-politiki ekonomiċi ġenerali tal-Komunità, kif huwa stipulat fl-Artikolu 105 tat-Trattat KE; filwaqt li tiġi rikonoxxuta l-indipendenza sħiħa tal-Bank Ċentrali Ewropew u ta' l-ESCB f'dan il-kuntest.
I. billi l-Bank Ċentrali Ewropew għandu dilemma biex jaffaċċja l-isfidi kkważati minn inflazzjoni li qed togħla u l-ewwel sinjali ta' tnaqqis fl-attività ekonomika minħabba t-taqlib finanzjarju ta' dawn l-aħħar xhur,
J. billi l-Parlament jixtieq jgħin fit-tisħiħ ta' l-irwol u ta' l-awtorità internazzjonali ta' l-ECB u taż-żona ta' l-Euro fix-xena internazzjonali,
L-ECB illum
1. Jilqa" b'sodisfazzjon il-fatt li għaxar snin wara t-tnedija ta" l-unjoni ekonomika u monetarja (EMU), kemm l-ECB kif ukoll l-Euro huma rispettati u ġeneralment aċċettati fl-ekonomija globali u jinnota li l-Euro saret munita b'importanza globali kważi daqs dik tad-Dollaru Amerikan;
2. Ifakkar li t-Trattat KE jiddistingwi b'mod ċar bejn l-objettivi ta' l-ECB ta' l-istabilità tal-prezzijiet fuq naħa waħda u l-appoġġ għall-politiki ekonomiċi ġenerali fuq in-naħa l-oħra, u li, għaldaqstant, dawn iż-żewġ objettivi ma jistgħux sempliċiment jiġu trattati bħallikieku jistgħu jissostitwixxu lil xulxin; jirrikonoxxi l-indipendenza sħiħa ta" l-ECB fil-qadi tal-mandat doppju tiegħu, u jilqa" b'sodisfazzjon il-fatt li permezz tat-Trattat ta" Liżbona l-ECB għandu jsir istituzzjoni ta" l-UE b'personalità legali u pożizzjoni politika u finanzjarja indipendenti stabbilita b'mod ċar; jemmen li r-rikonoxximent ta' l-ECB bħala istituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea żżid ir-responsabilità tal-Parlament u, b'mod partikulari, dik tal-kumitat tiegħu li għandu r-responsabilità għall-affarijiet ekonomiċi u monetarji, bħala istituzzjoni li l-ECB irid jagħti kont lilha għad-deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja;
3. Jagħti merħba lil Ċipru u lil Malta fl-EMU u jinnota d-dħul tagħhom b'suċċess;
Stabilità finanzjarja
4. Jirrikonoxxi x-xogħol eċċellenti ta" l-ECB fil-ġestjoni tat-taqlib finanzjarju ikkawżat mill-kriżi ta' l-Amerika ta' ipoteki tat-tip subprime ("subprime mortage crises"), b'mod partikulari l-operazzjoni mnedija fid-9 ta" Awissu 2007, li pprovdiet likwidità f'ammont ta" EUR 95 biljun lis-swieq bħala valur ta" rata fissa ta" 4,00%, permezz ta" l-istess proċedura użata fl-operazzjoni normali tas-suq ta" l-ECB; jinnota li l-operazzjoni, flimkien ma' l-operazzjonijiet ta" perfezzjoni u l-operazzjonijiet abbundanti ta' finanzjament mill-ġdid ta" kull ġimgħa li ġew wara, irnexxielha tistabilizza r-rati ta' l-interess li japplikaw fuq perjodu qasir ħafna; għal darb'oħra jqis li dan juri l-valur tal-politika monetarja komuni kif ipprovduta mill-ECB, li tistabbilizza l-ekonomija f'perjodi ta" instabilità;
5. Jaqbel ma" l-opinjoni ta" l-ECB li l-kumplessità li qed tiżdied ta" l-istrumenti finanzjarji u l-opaċità ta" skoperturi ta" l-istituzzjonijiet finanzjarji jistgħu jwasslu għal aktar inċertezza rigward il-livell ta' riskju involut, min finalment iġġorr ir-riskju, u l-proporzjon ta" telf potenzjali;
6. Jenfasizza l-bżonn li jkun stabbilit qafas ta" l-UE għas-superviżjoni finanzjarja, jenfasizza li għalkemm it-Trattat KE ma jagħtix lill-ECB ir-responsabilità diretta relatata mas-superviżjoni prudenzjali ta" l-istituzzjonijiet ta" kreditu u ma" l-istabilità tas-sistema finanzjarja, l-ECB jeħtieġ li jkun involut mill-qrib fis-superviżjoni.
7. Jemmen li l-ECB, bil-mod kif tratta b'suċċess il-kriżi finanzjarja li għaddejja bħalissa, issaħħaħ; jilqa" b'sodisfazzjon il-kredibilità msaħħa u r-rikonoxximent internazzjonali ta' l-ECB; jistieden lill-Grupp Euro biex jimxi fuq l-eżempju ta' l-ECB u jżid l-għarfien espert tiegħu u l-koordinazzjoni f'oqsma relatati mar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tas-swieq finanzjarji;
8. Jenfasizza ż-żieda fil-ħtieġa għall-koperazzjoni bejn il-banek ċentrali u l-awtoritajiet superviżorji, sabiex tinżamm l-istabilità fis-swieq finanzjarji, u b'mod partikulari filwaqt li jitqiesu s-sistemi finanzjarji dejjem aktar integrati; jitlob lill-ECB sabiex ikompli jinsisti għal integrazzjoni u komunikazzjoni aħjar fil-livell intra-UE kif ukoll fir-relazzjoni tiegħu ma' banek ċentrali u istituzzjonijiet relevanti oħra, b'mod partikulari fir-rigward tar-relazzjoni mal-Bank ta" l-Ingilterra, peress li Londra hija l-aktar ċentru finanzjarju importanti fl-Unjoni Ewropea; jistieden lill-ECB sabiex ikollu rwol attiv fil-forums varji fejn jiġu diskussi l-bidliet fis-superviżjoni, bħas-segwitu ta" Lamafalussy;
9. Jirrikonoxxi l-fatt li banek ċentrali kbar bħall-ECB u bħar-Riserva Federali ta" l-Istati Uniti wissew kontra s-sottovalutar tar-riskji għall-ekonomija qabel il-bużżieqa ta" l-informatika tas-sena 2000/2001 jew il-kriżi ta' ipoteki tat-tip subprime fl-2007; jinnota li s-swieq finanzjarji naqsu li jirrispondu għal dawn it-twissijiet; għalhekk jitlob lill-ECB sabiex janalizza dan ir-rispons u jissuġġerixxi mod kif titjieb il-korrelazzjoni bejn twissijiet ta" previżjoni bħal dawn u r-reazzjonijiet tas-suq; fid-dawl tat-taqlib finanzjarju riċenti, jistieden lill-ECB sabiex janalizza u jevalwa l-effett ta" wara l-kriżi finanzjarja u jeżamina jekk għandux biżżejjed strumenti sabiex jindirizza kriżi finanzjarja transkonfinali Ewropea, u liema poteri għandu bżonn sabiex itejjeb is-superviżjoni makroprudenzjali fiż-żona ta" l-Euro;
Żviluppi ekonomiċi u monetarji
10. Jinnota li d-diskussjoni li għaddejja dwar kif għandha tiġi definita l-istabilità tal-prezzijiet, suġġett li fir-rigward tiegħu xi wħud jargumentaw favur mira inflazzjonarja diretta; madankollu jemmen li sistema fuq żewġ pilastri bbażata fuq M3 hija l-aħjar mod kif titkejjel l-istabilità tal-prezzijiet; jistieden lill-ECB biex jieħu miżuri li kontinwament itejbu dik is-sistema; jirrikonoxxi l-valur miżjud ta" l-informazzjoni addizzjonali u tat-twissija minn kmieni tar-riskji inflazzjonarji u d-diskrezzjoni operazzjonali li tipprovdi sistema bħal din;
11. Jenfasizza li r-riskji ta" żviluppi ekonomiċi asimmetriċi fiż-żona ta" l-Euro jistgħu jiżdiedu bi sħubija akbar hekk kif id-differenzi fil-kobor u fil-maturità bejn l-ekonomiji tal-membri jiżdiedu; jistieden lill-ECB biex jagħti attenzjoni partikulari lil din is-sitwazzjoni u jindirizza dawn ir-riskji fi stadju bikri u kif ukoll li jikkomunikahom lill-Istati Membri;
12. Jistieden lill-Istati Membri kollha li qed jipparteċipaw fiż-żona ta" l-Euro, lill-Istati Membri li għażlu li jibqgħu barra, kif ukoll lill-Istati Membri li qed japplikaw biex jissieħbu sabiex jieħdu nota ta" dawn l-isfidi u sabiex għaldaqstant jirrispettaw b'mod sħiħ il-kriterji tal-Patt ta" l-Istabilità u tat-Tkabbir u sabiex jissodisfaw il-kriterji ta" Maastricht, kif inhu xieraq, minħabba li dan, flimkien ma' konsolidazzjoni fiskali u politika tas-salarji li jkunu konformi ma' l-iżviluppi rigward it-tkabbir u l-produttività, jipprovdi l-aktar protezzjoni b'saħħitha kontra l-isfidi li jiġu ma" l-iżviluppi asimmetriċi;
13. Jenfasizza li fl-isfond tal-korrezzjoni riċenti tat-tkabbir mistenni, kwalunkwe żieda oħra fir-rati ta" interessi għandha ssir b'kawtela sabiex ma tipperikolax it-tkabbir ekonomiku; jiġbed l-attenzjoni li sabiex ikun appoġġjat l-irkupru ekonomiku, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw kemm ir-riformi strutturali neċessarji u kemm l-attivitajiet ta" investiment;
14. Jistenna li l-Kunsill jitratta b'mod indaqs lill-Istati Membri applikanti għaż-żona ta' l-Euro u li jirrispetta b'mod sħiħ l-evalwazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet ta' l-ECB rigward il-preparazzjoni tagħhom sabiex jissieħbu fiż-żona ta' l-Euro;
15. Jieħu nota taż-żieda fil-valur ta" l-Euro speċjalment fir-rigward tad-Dollaru Amerikan; jenfasizza l-għan ta' l-istabilità tal-prezzijiet, imma jirrikonoxxi li bidliet qawwija u mgħaġġla fil-kambju ta" l-Euro ma għandhomx ifixklu l-abilità ta" l-ECB li jimmaniġġja l-politika monetarja tiegħu, konfrontat b'sors ta" inflazzjoni, jew, alternattivament, prospettivi diffiċli tat-tkabbir għall-pajjiżi dipendenti fuq l-esportazzjoni; jitlob lill-ECB sabiex jimmoniterja dan l-iżvilupp u jieħu azzjoni jekk ikun neċessarju u jistieden lill-Grupp Euro, lill-Kummissjoni u lill-ECB biex iżidu l-koordinazzjoni ta" l-azzjoni tagħhom fil-qasam tal-politika tar-rati tal-kambju;
16. Jirrikonoxxi l-pressjoni li teżisti sabiex l-inflazzjoni tkompli tiżdied, li b'mod partikolari jikkontribwixxu għaliha l-prezzijiet ta" l-ikel u ta" l-enerġija; jistieden lill-ECB biex isaħħaħ id-djalogu tiegħu mal-banek ċentrali nazzjonali dwar il-kwistjoni sabiex tingħata attenzjoni qawwija lill-istabilità tal-prezzijiet b'mod globali;
Governanza u teħid effettiv ta" deċiżjonijiet
17. Ifakkar li għadu qed jintalab li jkun hemm aktar trasparenza fl-ECB, xi ħaġa li tissarraf f'aktar kredibilità u prevedibilità, u japprezza t-titjib li diġà ġie implimentat f'dan il-qasam; f'dan ir-rigward jirrikonoxxi d-diffikultajiet relatati mal-pubblikazzjoni tal-minuti tal-laqgħat tal-Kunsill Regolatorju ta" l-ECB, minħabba li differenzi fil-pożizzjonijiet individwali jistgħu jiġu interpretati bħala rappreżentanza ta" interessi nazzjonali, li jwasslu għal aktar pressjoni mill-gvernijiet ta" l-Istati Membri fuq il-membri tal-Kunsill Regolatorju; jitlob lill-ECB biex jipprovdi lill-Parlament u lill-pubbliku b'sommarju annwali tal-miżuri meħuda biex titjieb il-prestazzjoni tiegħu skond din ir-riżoluzzjoni;
18. Iqis li d-djalogu dwar il-politika monetarja bejn il-Parlament u l-ECB kien suċċess u kien djalogu li wieħed għandu jibni fuqu; jenfasizza li r-responsabilità ex-post ta' l-ECB hija ta" importanza kbira għall-kunfidenza, u konsegwenza ta' dan, għall-istabilità, tas-swieq finanzjarji; iqis li huwa importanti għall-unità tal-Bord Eżekuttiv u tal-Kunsill Regolatorju ta' l-ECB li jkomplu jkunu kunfidenti fil-preżentazzjoni pubblika tagħhom; jappoġġja politika ta' informazzjoni mmirata min-naħa ta' l-ECB fir-rigward tal-Parlament, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Grupp Euro; huwa diżappuntat bil-livell baxx ta" impenn li l-ECB wera fit-tweġiba tiegħu għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-12 ta" Lulju 2007 dwar ir-rapport annwali ta' l-ECB għall-2006(4); jenfasizza b'mod qawwi li t-talba li jkun hemm titjib għall-politika ta' komunikazzjoni ta' l-ECB għandha titqies biss fil-kuntest li fl-istess ħin tkun preżervata l-indipendenza ta' l-ECB u l-entitajiet tiegħu;
19. Jistieden lill-ECB sabiex fl-istqarrijiet ta" wara d-deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsill Regolatorju tiegħu, jelabora b'mod ċar dwar jekk waqt id-diskussjonijiet ikunx intlaħaq konsensus malajr jew jekk kienx hemm xi diverġenzi persistenti, minħabba li dan jipprovdi lis-swieq b'aktar informazzjoni mingħajr ma ssir ħsara lill-prospettiva komuni Ewropea għad-deċiżjoni tal-Kunsill Regolatorju ta" l-ECB;
20. Jistieden lill-ECB biex jippreżenta l-ideat tiegħu għar-riforma ta' l-istruttura tal-Kunsill Regolatorju, minħabba li n-numru tal-gvernaturi hu mistenni li jaqbeż il-15 mill-1 ta' Jannar 2009; jinnota li aktar ma jiżdiedu pajjiżi fiż-żona ta" l-Euro, ir-riformi se jsiru dejjem aktar neċessarji; jappoġġja s-suġġeriment li sar qabel mill-ECB li l-piż ekonomiku ta' l-Istati Membri parteċipanti għandu jiġi ttrattat bħala l-aktar fattur sinifikanti għad-drittijiet tal-votazzjoni li jgħaddu minn id għall-oħra, u li n-numru ta' min jieħu d-deċiżjonijiet għandu jinżamm baxx sabiex tkun żgurata l-effiċjenza;
21. Iqis li l-indipendenza ta' l-ECB, inkluża l-proċedura għall-ħatra tal-membri tal-Bord Eżekuttiv tiegħu, uriet il-valur tagħha; jenfasizza li l-Artikolu 112 (2)(b) tat-Trattat KE jistipula li l-membri tal-Bord Eżekuttiv għandhom jinħatru minn fost persuni ta" reputazzjoni rikonoxxuta u li għandhom esperjenza professjonali f'oqsma monetarji u bankarji, u jenfasizza li n-nazzjonalità tagħhom għandha tkun irrelevanti u li huma se jkomplu jkunu ġġudikati skond il-kriterji stretti stabbiliti fit-Trattat KE, pereżempju skond il-kriterji dwar il-kwalifiki tagħhom; iqis li r-responsabilità demokratika u t-trasparenza ex-ante jitjiebu jekk il-Kunsill jevalwa diversi kandidati potenzjali u jekk il-kandidati proposti mill-Kunsill ikunu suġġetti għal vot ta" approvazzjoni mill-Parlament;
22. Jemmen li minħabba l-istatus futur ta' l-ECB skond it-Trattat ta" Liżbona, l-irwol tal-Parlament fil-ħatra tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jissaħħaħ; jenfasizza r-rieda tiegħu, flimkien ma" l-istituzzjonijiet l-oħra, li jesplora titjib possibbli għall-proċedura ta' ħatra qabel it-tiġdid li jmiss tal-Bord Eżekuttiv fl-2010;
23. Jirrikonoxxi l-irwol li dejjem qed jikber tal-Grupp Euro u tal-President tiegħu sabiex tiġi stabbilita l-biċċa l-kbira ta' l-aġenda ekonomika fl-Unjoni Ewropea, b'mod partikulari l-istruttura aktar formali u l-irwol ċentrali sabiex tkun ikkoordinata l-politika ekonomika fil-Grupp Euro, kif stabbilit fl-Artikolu 136 tat-Trattat KE, kif emendat bit-Trattat ta" Liżbona, kif ukoll għall-Istati Membri li ma" jipparteċipawx fiż-żona ta" l-Euro; jappoġġa t-tisħiħ ta" l-iżvilupp ta' żona Euro li titkellem b'vuċi waħda fil-forums internazzjonali kif inhu previst fl-Artikolu 138 tat-Trattat KE, kif emendat bit-Trattat ta" Liżbona, u mill-President tal-Grupp Euro;
24. Jilqa" b'sodisfazzjon il-koperazzjoni bejn l-ECB, il-Kummissjoni u l-industrija tas-servizzi finanzjarji fit-tnedija b'suċċess ta" l-inizjattivi taż-Żona Ewropea Waħda għal Pagamenti (Single European Payment Area – SEPA) u ta' l-inizjattivi tal-Karta Ewropea għal Żmien Qasir (Short-Term European Paper – STEP); jikkunsidra li dawn huma kontribuzzjonijiet pożittivi mill-industrija tas-servizzi finanzjarji sabiex tingħata spinta 'l quddiem lill-integrazzjoni finanzjarja fl-Unjoni Ewropea;
25. Jilqa b'sodisfazzjon il-bidu ta" l-operazzjonijiet Target 2 u l-attivitajiet finalizzati ta" migrazzjoni għal pjattaforma unika kondiviża; iqis li l-użu ta' pjattaforma maqsuma waħda huwa pass importanti fid-direzzjoni lejn integrazzjoni finanzjarja u lejn tnaqqis ta" l-ispejjeż ta" ħlas u kumpens (clearing and settlement costs); jemmen li hija xi ħaġa urġenti li l-ECB issa jipproponi struttura ta' governanza għat-titoli Target 2 (T2S);
Id-dimensjoni esterna ta" l-Euro
26. Jinnota tkabbir sod fl-istatus ta" l-Euro bħala munita internazzjonali; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-rappreżentazzjoni ta" l-Unjoni Ewropea li tikkonċerna l-affarijiet ekonomiċi u monetarji fil-forums internazzjonali tirrifleti ħażin il-piż ekonomiku veru taż-żona ta" l-Euro u li din tista" tidher bħala ostaklu għal aktar influwenza fl-affarijiet finanzjarji internazzjonali; għalhekk jitlob li jittieħdu passi konkreti lejn rappreżentazzjoni unita taż-żona ta" l-Euro fl-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali bħall-IMF;
27. Iħeġġeġ lill-ECB sabiex ikompli miexi lejn it-tisħiħ tar-rwol ta" koordinazzjoni tiegħu fil-kuntesti finanzjarji internazzjonali; jemmen li status internazzjonali aktar b'saħħtu għall-Euro se jwassal għal benefiċċji għaż-żona ta' l-Euro li jħeġġu lill-Istati Membri li bħalissa mhux qed jipparteċipaw sabiex ifittxu li jissieħbu;
o o o
28. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Grupp ta' l-Euro u lill-Bank Ċentrali Ewropew.