Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 2 ta' Settembru 2008 - Brussell
L-istabbiliment tal-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni għall-perjodu 2007-2013 ***I
 L-Istabbiliment tal-programm Kultura (2007-2013) ***I
 L-istabbiliment tal-programm "Ewropa għaċ-Ċittadini" għall-perjodu 2007-2013 li jippromwovi ċittadinanza Ewropea attiva ***I
 L-istabbiliment tal-programm ta" azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja ***I
 Il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni KE-Użbekistan *
 Il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni KE-Kirgiżtan *
 Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-KE u t-Taġikistan *
 Passiv separat ta' Montenegro fir-rigward ta' self fit-tul mogħti mill-Komunità lill-Unjoni ta' l-Istati tas-Serbja u l-Montenegro*
 Il-produzzjoni organika u l-ittikkettjar ta' prodotti organiċi *
 Il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim tas-Sajd fin-Nofsinhar ta' l-Oċean Indjan *
 L-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 5/2008
 Network Ġudizzjarju Ewropew *
 Applikazzjoni tal-prinċipju ta" rikonoxximent reċiproku ta" sentenzi f'materji kriminali *
 Is-Sajd u l-Akkwakultura fil-kuntest ta" Amministrazzjoni Integrata taz-Zona Kostali fl-Ewropa
 L-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) taħt il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen ***I
 It-tisħiħ tal-Eurojust u l-emenda tad-Deċiżjoni 2002/187/GAI *
 L-evalwazzjoni tas-sistema ta' Dublin
 Ċerti kwistjonijiet relatati ma" l-assikurazzjoni tal-vetturi
 Strateġija koordinata bil-għan li titjieb il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa
 L-involviment tal-Presidenti tas-sottokumitati (Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 182)
 It-tħabbir tas-sena 2011 bħala s-Sena Ewropea tal-Volontarjat
 Id-dedikazzjoni ta' aktar attenzjoni lir-responsabilizzazzjoni taż-żgħażagħ fil-politiki ta' l-UE
 Il-koperazzjoni ta' emerġenza biex jinstabu t-tfal neqsin (dikjarazzjoni bil-miktub)

L-istabbiliment tal-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni għall-perjodu 2007-2013 ***I
PDF 287kWORD 35k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE li tistabbilixxi l-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni għall-perjodu 2007-2013 (COM(2008)0056 – C6-0057/2008 – 2008/0023(COD))
P6_TA(2008)0369A6-0274/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0056),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 149(4) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0057/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0274/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru .../2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1719/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-programm Żgħażagħ fl-Azzjoni għall-perjodu 2007-2013

P6_TC1-COD(2008)0023


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, id-Deċiżjoni Nru 1349/2008/KE.)


L-Istabbiliment tal-programm Kultura (2007-2013) ***I
PDF 285kWORD 34k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE li tistabbilixxi l-programm Kultura (COM(2008)0057 – C6-0058/2008 – 2008/0024(COD))
P6_TA(2008)0370A6-0273/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0057),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 151(5), l-ewwel inċiż, tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0058/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0273/2008),

1.  Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru .../2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE li tistabbilixxi l-programm "Kultura" (2007-2013)

P6_TC1-COD(2008)0024


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, id-Deċiżjoni Nru 1352/2008/KE.)


L-istabbiliment tal-programm "Ewropa għaċ-Ċittadini" għall-perjodu 2007-2013 li jippromwovi ċittadinanza Ewropea attiva ***I
PDF 287kWORD 35k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1904/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-programm "Ewropa għaċ-Ċittadini" għall-perjodu 2007-2013 li jippromwovi ċittadinanza Ewropea attiva (COM(2008)0059 – C6-0060/2008 – 2008/0029(COD))
P6_TA(2008)0371A6-0275/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0059),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 151 u 308 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0060/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0275/2008),

1.  Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta' Settembru 2008bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva Nru .../2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1904/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-programm "Ewropa għaċ-Ċittadini" għall-perjodu 2007-2013 li jippromwovi ċittadinanza Ewropea attiva

P6_TC1-COD(2008)0029


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, id-Deċiżjoni Nru 1358/2008/KE.)


L-istabbiliment tal-programm ta" azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja ***I
PDF 286kWORD 34k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE li tistabbilixxi programm ta" azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja (COM(2008)0061 – C6-0064/2008 – 2008/0025(COD))
P6_TA(2008)0372A6-0276/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0061),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251 (2) u l-Artikoli 149 (4) u 150(4) tat-Trattat KE, skond liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0064/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0276/2008),

1.  Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru .../2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE li tistabbilixxi programm ta" azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja

P6_TC1-COD(2008)0025


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, id-Deċiżjoni Nru 1357/2008/KE.)


Il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni KE-Użbekistan *
PDF 200kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda u r-Repubblika ta' l-Użbekistan min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma' l-Unjoni Ewropea (COM(2007)0117 – C6-0213/2008 – 2007/0044(CNS))
P6_TA(2008)0373A6-0306/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (COM(2007)0117),

–   wara li kkunsidra Ftehim ta" Partenarjat u Kooperazzjoni mar-Repubblika tal-Użbekistan,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 44(2), l-Artikolu 47(2), l-aħħar sentenza, l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133, 181a, u l-Artikolu 300(2), it-tieni sentenza, tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 101 tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu (62) ta" l-Att ta" l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0213/2008),

–   wara li kkunsidra wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0306/2008),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Użbekistan.


Il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni KE-Kirgiżtan *
PDF 202kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Partenarjat u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika Kirgiża, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea (COM(2007)0133 – C6-0228/2008 – 2007/0047(CNS))
P6_TA(2008)0374A6-0307/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (COM(2007)0133),

–   wara li kkunsidra Ftehim ta" Partenarjat u Koperazzjoni mar-Repubblika Kirgiża,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 44(2), l-Artikolu 47(2), l-aħħar sentenza, l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133, 181a, u l-Artikolu 300(2), it-tieni sentenza, tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 101 tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 6(2) ta" l-Att ta" l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0228/2008]),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0307/2008),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u tar-Repubblika Kirgiża.


Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-KE u t-Taġikistan *
PDF 203kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fl-Unjoni Ewropea (COM(2007)0143 – C6-0254/2008 – 2007/0050(CNS))
P6_TA(2008)0375A6-0320/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (COM(2007)0143,

–   wara li kkunsidra l-Ftehim ta" Sħubija u Kooperazzjoni mar-Repubblika tat-Taġikistan,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 44(2), l-Artikolu 47(2), l-aħħar sentenza, l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133, 181a, u l-Artikolu 300(2), it-tieni sentenza, tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 101 tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 6(2) ta" l-Att ta" l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0254/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0320/2008),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u tar-Repubblika tat-Taġikistan.


Passiv separat ta' Montenegro fir-rigward ta' self fit-tul mogħti mill-Komunità lill-Unjoni ta' l-Istati tas-Serbja u l-Montenegro*
PDF 202kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi passiv separat ta' Montenegro u tnaqqas proporzjonalment il-passiv tas-Serbja fir-rigward ta' self fit-tul mogħti mill-Komunità lill-Unjoni ta' l-Istati tas-Serbja u l-Montenegro (magħrufa qabel bħala r-Repubblika Federali tal-Jugożlavja) skond id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/549/KE u 2002/882/KE (COM(2008)0228 – C6-0221/2008 – 2008/0086(CNS))
P6_TA(2008)0376A6-0281/2008

(Proċedura ta' Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0228),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat tal-KE, skond liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta mal-Parlament (C6-0221/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 43(1) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0281/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob il-ftuħ tal-proċedura ta' konċiljazzjoni prevista fid-Dikjarazzjoni Konġunta ta' l-4 ta' Marzu 1975 jekk il-Kunsill ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Il-produzzjoni organika u l-ittikkettjar ta' prodotti organiċi *
PDF 195kWORD 31k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u l-ittikkettjar ta' prodotti organiċi (COM(2008)0314 – C6-0219/2008 – 2008/0097(CNS))
P6_TA(2008)0377A6-0311/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0314),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37(2) tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0219/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A6-0311/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim tas-Sajd fin-Nofsinhar ta' l-Oċean Indjan *
PDF 203kWORD 37k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim tas-Sajd fin-Nofsinhar ta' l-Oċean Indjan (COM(2007)0831 – C6-0047/2008 – 2007/0285(CNS))
P6_TA(2008)0378A6-0315/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2007)0831),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 u l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skond liema l-Kunsill ikkonsulta l-Parlament (C6-0047/2008),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 35 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6–0315/2008),

1.  Japprova l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill kif emendata u japprova l-konklużjoni tal-ftehima;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex iressaq il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill – att li jemenda
Ċitazzjoni 1
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 flimkien ma" l-ewwel sentenza ta" l-ewwel subparagrafu ta" l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta" l-Artikolu 300(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 flimkien ma" l-ewwel sentenza ta" l-ewwel subparagrafu ta" l-Artikolu 300(2) u t-tieni subparagrafu ta" l-Artikolu 300(3) tiegħu,

L-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 5/2008
PDF 202kWORD 32k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 5/2008 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III - Kummissjoni (11571/2008 – C6-0294/2008 – 2008/2161(BUD))
P6_TA(2008)0379A6-0328/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, kif ġie adottat b'mod aħħari fit-13 ta' Diċembru 2007(2),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda(3),

–   wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda Nru 5/2008 ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, ippreżentat mill-Kummissjoni fl-18 ta" Ġunju 2008 (COM(2008)0381),

–   wara li kkunsidra l-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 5/2008, imħejji mill-Kunsill fit-22 ta' Lulju 2008 (11571/2008 – C6-0294/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0328/2008),

1.  Japprova bla emendi l-Abbozz ta' Baġit ta' Emenda Nru 5/2008;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex iressaq din ir-Riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(2) ĠU L 71, 14.3.2008, p. 1.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


Network Ġudizzjarju Ewropew *
PDF 562kWORD 224k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar l-inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża, bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar in-Network Ġudizzjarju Ewropew (5620/2008 – C6-0074/2008 – 2008/0802(CNS))
P6_TA(2008)0380A6-0292/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża (5620/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 34(2)(c) tat-Trattat tal-UE,

–   wara li kkunsidra Artikolu 39(1) tat-Trattat tal-UE, skont liema l-Kunsill ikkonsulta l-Parlament (C6–0074/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6–0292/2008),

1.  Japprova l-inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kunsill sabiex konsegwentement ibiddel it-test;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża b'mod sustanzjali;

5.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona, biex jagħtu prijorità lil kull proposta futura li temenda d-Deċiżjoni bi qbil mad-Dikjarazzjoni Nru 50 rigward l-Artikolu 10 tal-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali li għandu jkun anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar l-Iffunzjonar tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija Atomika Ewropea;

6.  Hu determinat li jeżamina kull proposta futura ta' dan it-tip permezz tal-proċedura urġenti bi qbil mal-proċedura msemmija fil-paragrafu 5 u b'koperazzjoni mill-qrib mal-parlamenti nazzjonali;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvern tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża.

Test propost minn 14-il Stat Membru   Emenda
Emenda 1
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża
Premessa 7
7)  Jeħtieġ li tissaħħaħ il-koperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u li l-punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew u tal-Eurojust jitħallew jikkomunikaw għal dan il-fini kulmeta jkun meħtieġ, direttament u b'mod aktar effiċjenti permezz ta' netwerks siguri ta' telekomunikazzjonijiet,
(7) Jeħtieġ li tissaħħaħ il-koperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u li l-punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew u tal-Eurojust jitħallew jikkomunikaw għal dan il-fini kulmeta jkun meħtieġ, direttament u b'mod aktar effiċjenti permezz ta' konnessjonijiet siguri ta' telekomunikazzjonijiet,
Emenda 2
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża
Premessa 7 a (ġdida)
(7a)  F'dak li jirrigwarda l-ipproċessar ta' data personali, għandha tapplika d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill (.../.../GIA) dwar il-Protezzjoni ta' Data Personali Proċessata fil-Qafas tal-Koperazzjoni bejn il-Pulizija u l-Ġudikatura f'Affarijiet Kriminali1, li tipprevedi livell xieraq ta' protezzjoni tad-data. L-Istati Membri għandhom jassiguraw livell ta' protezzjoni ta' data personali fil-liġijiet nazzjonali tagħhom li jkun tal-anqas ekwivalenti għal dak previst mill-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni ta' Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data Personali tat-28 ta' Jannar 1981 u l-Protokoll Addizzjonali tagħha tat-8 ta' Novembru 2001, u waqt li jagħmlu dan, għandhom iqisu lir-Rakkomandazzjoni Nru R (87) 15 tas-17 ta' Settembru 1987 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa lill-Istati Membri li tirregola l-użu ta' data personali fis-settur tal-pulizija, u li tapplika wkoll meta data ma tkunx proċessata awtomatikament.
1ĠU L...
Emenda 3
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża
Artikolu 2 – paragrafu 3
3.  Kull Stat Membru għandu jaħtar, minn fost il-punti ta' kuntatt, korrispondent nazzjonali għan-Network Ġudizzjarju Ewropew.
3.  Kull Stat Membru għandu jaħtar, minn fost il-punti ta' kuntatt, korrispondent nazzjonali għan-Network Ġudizzjarju Ewropew, kif ukoll punt ta' kuntatt nazzjonali għall-informazzjoni.
Emenda 4
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża
Artikolu 2 – paragrafu 4
4.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-punti ta' kuntatt tiegħu ikollhom funzjonijiet fir-rigward tal-koperazzjoni ġudizzjarja f'affarijiet kriminali u konoxxenza adegwata ta' lingwa tal-Unjoni Ewropea minbarra dik tal-lingwa nazzjonali tiegħu, b'kont meħud tal-ħtieġa li tkun tista' ssir komunikazzjoni mal-punti ta' kuntatt fl-Istati Membri l-oħrajn. Qabel jinħatar punt ta' kuntatt ġdid, l-Istati Membri jistgħu jiksbu l-opinjoni tal-korrispondenti internazzjonali.
4.  Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-punti ta' kuntatt tiegħu ikollhom funzjonijiet fir-rigward tal-koperazzjoni ġudizzjarja f'affarijiet kriminali u konoxxenza adegwata ta' lingwa tal-Unjoni Ewropea minbarra dik tal-lingwa nazzjonali tiegħu, b'kont meħud tal-ħtieġa li tkun tista' ssir komunikazzjoni mal-punti ta' kuntatt fl-Istati Membri l-oħrajn. Meta jagħżlu l-punti ta' kuntatt, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mal-kriterji stipulati fil-Linji Gwida għall-għażla tal-punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew.
Emenda 5
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża
Artikolu 2 – paragrafu 4 a (ġdid)
4a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-punti ta' kuntatt tagħhom għandhom riżorsi biżżejjed biex iwettqu b'mod adegwat il-ħidmiet tagħhom bħala punti ta' kuntatt.
Emenda 6
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża
Artikolu 2 – paragrafu 5
5.  Meta l-maġistrati ta' kollegament imsemmijin fl-Azzjoni Konġunta 96/277/ĠAI jkunu nħatru fi Stat Membru u jkollhom doveri analogi ma' dawk assenjati bl-Artikolu 4 għall-punti ta' kuntatt, dawn għandhom ikunu marbutin man-Network Ġudizzjarju Ewropew u ma' netwerks siguri ta' telekomunikazzjonijiet skont l-Artikolu 10, mill-Istat Membru li jaħtar il-maġistrat ta' kollegament f'kull każ, skont il-proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti minn dak l-Istat.
5.  Meta l-maġistrati ta' kollegament imsemmijin fl-Azzjoni Konġunta 96/277/ĠAI jkunu nħatru fi Stat Membru u jkollhom doveri analogi ma' dawk assenjati bl-Artikolu 4 għall-punti ta' kuntatt, dawn għandhom ikunu marbutin man-Network Ġudizzjarju Ewropew u mal-konnessjonijiet siguri ta' telekomunikazzjonijiet skont l-Artikolu 10, mill-Istat Membru li jaħtar il-maġistrat ta' kollegament f'kull każ, skont il-proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti minn dak l-Istat.
Emenda 7
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża
Artikolu 2 – paragrafu 7
7.  In-Network Ġudizzjarju Ewropew għandu jkollu Segretarjat li għandu jkun responsabbli għall-amministrazzjoni tan-network, f'koperazzjoni u f'konsultazzjoni mal-Presidenza tal-Kunsill. Is-segretarjat jista' jirrappreżenta n-Netwerk, f'konsultazzjoni mal-Presidenza.
7.  In-Network Ġudizzjarju Ewropew għandu jkollu Segretarjat li għandu jkun responsabbli għall-amministrazzjoni tan-network.
Emenda 8
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża
Artikolu 3 – punt b
(b) għandu jorganizza laqgħat perjodiċi tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 5, 6 u 7;
(b) għandu jorganizza laqgħat perjodiċi tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6;
Emenda 9
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża
Artikolu 3 – punt c
(c) għandu kontinwament jipprovdi ċertu ammont ta' informazzjoni ta' sfond aġġornata, partikolarment permezz ta' network xieraq ta' telekomunikazzjonijiet, taħt il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 8, 9 u 10.
(c) għandu kontinwament jipprovdi ċertu ammont ta' informazzjoni ta' sfond aġġornata, partikolarment permezz ta' strument tal-IT skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 8 u 9, kif ukoll jipprovdi għal konnessjonijiet siguri tat-telekomunikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 10.
Emenda 10
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża
Artikolu 4 – Titolu
Funzjonijiet ta' punti ta' kuntatt li jinkludu l-korrispondent nazzjonali
Funzjonijiet tal-punti ta' kuntatt, tal-korrispondenti nazzjonali u tal-punti ta' kuntatt għall-informazzjoni
Emenda 11
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża
Artikolu 4 – paragrafu 1
1.  Il-punti ta' kuntatt, inkluż il-korrispondent nazzjonali, għandhom ikunu intermedjarji attivi bil-kompitu li jiffaċilitaw il-koperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari fl-azzjoni tal-ġlieda kontra forom ta' kriminalità serja. Huma għandhom ikunu disponibbli sabiex jagħmluha possibbli għall-awtoritajiet ġudizzjarji lokali u l-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn f'pajjiżhom, għall-punti ta' kuntatt fil-pajjiżi l-oħrajn u l-awtoritajiet kompetenti ġudizzjarji lokali jew oħrajn fil-pajjiżi l-oħrajn li jistabbilixxu l-kuntatti diretti l-aktar xierqa.
1.  Il-punti ta' kuntatt għandhom ikunu intermedjarji attivi bil-kompitu li jiffaċilitaw il-koperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari fl-azzjoni tal-ġlieda kontra forom ta' kriminalità serja. Huma għandhom ikunu disponibbli sabiex jagħmluha possibbli għall-awtoritajiet ġudizzjarji lokali u l-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn f'pajjiżhom, għall-punti ta' kuntatt fil-pajjiżi l-oħrajn u l-awtoritajiet kompetenti ġudizzjarji lokali jew oħrajn fil-pajjiżi l-oħrajn li jistabbilixxu l-kuntatti diretti l-aktar xierqa.
Dawn jistgħu, jekk ikun meħtieġ, jivvjaġġaw sabiex jiltaqgħu ma' punti ta' kuntatt ta' l-Istati Membri l-oħrajn, abbażi ta' ftehim bejn l-amministrazzjonijiet ikkonċernati.
Dawn jistgħu, jekk ikun meħtieġ, jivvjaġġaw sabiex jiltaqgħu ma' punti ta' kuntatt ta' l-Istati Membri l-oħrajn sabiex jippermettu l-iskambju ta' esperjenzi u problemi utli, speċjalment rigward l-operat tan-netwerk fl-Istati Membri kkonċernati.
Emenda 12
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża
Artikolu 2 – paragrafu 2
2.  Il-punti ta' kuntatt, li jinkludu l-korrispondent nazzjonali, għandhom jipprovdu l-informazzjoni ġuridika u prattika meħtieġa lill-awtoritajiet ġudizzjarji lokali f'pajjiżhom, lill-punti ta' kuntatt fil-pajjiżi l-oħrajn u lill-awtoritajiet ġudizzjarji lokali fil-pajjiżi l-oħrajn sabiex dawn ikunu jistgħu jħejju talba effettiva għal koperazzjoni ġudizzjarja jew itejbu l-koperazzjoni ġudizzjarja b'mod ġenerali.
2.  Il-punti ta' kuntatt għandhom jipprovdu l-informazzjoni ġuridika u prattika meħtieġa lill-awtoritajiet ġudizzjarji lokali f'pajjiżhom, lill-punti ta' kuntatt fil-pajjiżi l-oħrajn u lill-awtoritajiet ġudizzjarji lokali fil-pajjiżi l-oħrajn sabiex dawn ikunu jistgħu jħejju talba effettiva għal koperazzjoni ġudizzjarja jew itejbu l-koperazzjoni ġudizzjarja b'mod ġenerali.
Emenda 13
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża
Artikolu 4 – paragrafu 3
3.  Fil-livell rispettiv tagħhom il-punti ta' kuntatt, inkluż il-korrispondent nazzjonali, għandhom jorganizzaw sessjonijiet ta' taħriġ dwar il-koperazzjoni ġudizzjarja għall-benefiċċju ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru tagħhom, f'koperazzjoni man-Network ta' Taħriġ Ġudizzjarju Ewropew.
3.  Fil-livell rispettiv tagħhom il-punti ta' kuntatt għandhom ikunu involuti u jippromwovu l-organizzazzjoni ta' sessjonijiet ta' taħriġ dwar il-koperazzjoni ġudizzjarja għall-benefiċċju tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tagħhom, meta jkun xieraq f'koperazzjoni man-Network ta' Taħriġ Ġudizzjarju Ewropew.
Emenda 14
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża
Artikolu 4 – paragrafu 3 a (ġdid)
3a.  Il-punti ta' kuntatt għandhom itejbu l-kordinazzjoni tal-koperazzjoni ġudizzjarja fil-każi meta sensiela ta' talbiet mill-awtoritajiet ġudizzjarji lokali fi Stat Membru joħolqu l-ħtieġa ta' azzjoni kkordinata fi Stat Membru ieħor.
Emenda 15
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża
Artikolu 4 - paragrafu 3 b (ġdid)
3b.  Il-korrispondenti nazzjonali, apparti d-dmirijiet tagħhom bħala punti ta' kuntatt, kif imsemmijin fil-paragrafi 1 sa 3a, għandhom:
(a) ikunu responsabbli, fl-Istat Membru tagħhom, għal kwistjonijiet relatati mal-iffunzjonar intern tan-network, inkluża l-koordinazzjoni tat-talbiet għal informazzjoni u t-tweġibiet maħruġa mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti;
(b) ikunu responsabbli għall-kuntatti mas-segretarjat tan-Network Ġudizzjarju Ewropew, inkluż għall-parteċipazzjoni fil-laqgħat imsemmijin fl-Artikolu 6;
(c) meta jintalbu mill-Istat Membru rispettiv, jagħtu opinjoni dwar il-ħatra ta' punti ta' kuntatt ġodda.
Emenda 16
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża
Artikolu 4 – paragrafu 3 c (ġdid)
3c.  Il-punti ta' kuntatt nazzjonali għall-informazzjoni, apparti d-dmirijiet tagħhom bħala punt ta' kuntatt, kif imsemmijin fil-paragrafi 1 sa 3a, għandhom jiżguraw li l-informazzjoni relatata ma' l-Istati Membri tagħhom u msemmijin fl-Artikolu 8 tiġi pprovduta u aġġornata bi qbil ma' l-Artikolu 9.
Emenda 17
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża
Artikolu 5 – Titolu
Fini tal-laqgħat perjodiċi
tal-punti ta' kuntatt
Laqgħat tal-Plenarja
tal-punti ta' kuntatt
Emenda 18
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża
Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  L-għanijiet tal-laqgħat perjodiċi tan-Network Ġudizzjarju Ewropew, li għalihom għandhom jiġu mistiedna mill-inqas żewġ punti ta' kuntatt minn kull Stat Membru, għandhom ikunu kif ġej:
1.  L-għanijiet tal-laqgħat plenarji tan-Network Ġudizzjarju Ewropew, li għalihom għandhom jiġu mistiedna mill-inqas tliet punti ta' kuntatt minn kull Stat Membru, għandhom ikunu kif ġej:
Emenda 19
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża
Artikolu 5 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.  Il-laqgħat plenarji għandhom jiġu organizzati b'mod regolari mill-inqas tliet darbiet fis-sena. Darba fis-sena tista' tiġi organizzata laqgħa fil-bini tal-Kunsill fi Brussell, skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill. Għandhom jiġu mistiedna żewġ punti ta' kuntatt għal-laqgħat li jkunu organizzati fil-bini tal-Kunsill.
Emenda 20
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża
Artikolu 5 - paragrafu 2 b (ġdid)
2b.  Madankollu, jistgħu jiġu organizzati laqgħat alternattivi fl-Istati Membri sabiex ikun possibbli li l-punti ta' kuntatt tal-Istati Membri kollha jiltaqgħu ma l-awtoritajiet tal-Istat ospitanti minbarra mal-punti ta' kuntatt tiegħu u jżuru korpi speċifiċi f'dak l-Istat b'responsabbilitajiet fil-qasam tal-koperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali jew tal-ġlieda kontra ċerti forom ta' kriminalità serja.
Emenda 21
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża
Artikolu 6 – Titolu
Frekwenza tal-laqgħat plenarji
Laqgħat tal-korrispondenti nazzjonali
Emenda 22
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża
Artikolu 6
Il-plenarja tan-Network Ġudizzjarju Ewropew, magħmula mill-korrispondenti nazzjonali, għandha tiltaqa' perjodikament fuq bażi ad hoc, mill-inqas darba f'sena u skond kif il-membri tagħha jqisu meħtieġ, fuq l-istedina tal-Presidenza tal-Kunsill, li għandha tieħu wkoll kont tax-xewqat ta' l-Istati Membri li n-Network jiltaqa'.
Il-korrispondenti nazzjonali, għandhom jiltaqgħu perjodikament fuq bażi ad hoc, mill-inqas darba f'sena u skont kif iħossu l-bżonn, fuq l-istedina tal-Presidenza tal-Kunsill, li għandha tieħu wkoll kont tax-xewqat tal-Istati Membri li n-Network jiltaqa'. Matul dawn il-laqgħat kwistjonijiet relatati mal-ħidmiet tagħhom skond l-Artikolu 4(3b) għandhom jiġu diskussi, inkluża l-kwistjoni ta' kif l-aċċess għas-sigurtà tat-telekomunikazzjoni tista' tkun ottimizzata u pprovduta għall-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.
Emenda 23
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża
Artikolu 7
Artikolu 7
imħassar
Post tal-laqgħat
1.  Il-laqgħat jistgħu jsiru fil-bini tal-Kunsill fi Brussell, skond id-dispożizzjonijiet stabiliti fir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill.
2.  Madankollu, jistgħu jsiru laqgħat alternattivi fl-Istati Membri sabiex ikun possibbli li l-punti ta' kuntatt ta' l-Istati Membri kollha jiltaqgħu ma l-awtoritajiet ta' l-Istat ospitanti minbarra mal-punti ta' kuntatt tiegħu u jżuru korpi speċifiċi f'dak l-Istat b'responsabbilitajiet fil-kuntest tal-koperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali jew tal-ġlieda kontra ċerti forom ta' kriminalità serja.
Emenda 24
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża
Artikolu 8 – Titolu
Kontenut ta' l-informazzjoni disseminata
fi ħdan in-Network Ġudizzjarju Ewropew
Informazzjoni pprovduta
min-Network Ġudizzjarju Ewropew
Emenda 25
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża
Artikolu 8 – parti introduttorja
In-Network Ġudizzjarju Ewropew għandu jagħmel disponibbli l-informazzjoni li ġejja għall-punti ta' kuntatt u għall-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti:
Is-segretarjat tan-Network Ġudizzjarju Ewropew għandu jagħmel disponibbli l-informazzjoni li ġejja għall-punti ta' kuntatt u għall-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti:
Emenda 26
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża
Artikolu 8 – punt 2
2) għodda ta' l-IT li tippermetti lill-awtorità emittenti ta' Stat Membru sabiex tidentifika l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor li għandha tirċievi u tesegwixxi t-talba tiegħu għal koperazzjoni ġudizzjarja, inklużi l-Mandati għal Arrest Ewropej, il-Mandati Ewropej għal Provi, l-ordnijiet għall-iffriżar ta' assi u t-talbiet għal assistenza ġuridika reċiproka;
(2) informazzjoni li tippermetti lill-awtorità emittenti ta' Stat Membru sabiex tidentifika l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor li għandha tirċievi u tesegwixxi t-talba tiegħu għal koperazzjoni ġudizzjarja, inklużi l-Mandati għal Arrest Ewropej, il-Mandati Ewropej għal Provi, l-ordnijiet għall-iffriżar ta' assi u t-talbiet għal assistenza ġuridika reċiproka permezz ta' għodda informatika;
Emenda 27
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża
Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt b
(b) jiġi stabbilit network sigur ta' telekomunikazzjonijiet għall-ħidma operattiva tal-punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew;
(b) jiġu stabbiliti konnessjonijiet siguri ta' telekomunikazzjonijiet għall-ħidma operattiva tan-Network Ġudizzjarju Ewropew;
Emenda 28
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża
Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt c
(c) in-network sigur ta' komunikazzjoni jagħmel possibbli l-fluss ta' data u tat-talbiet kollha għal koperazzjoni ġuridika bejn l-Istati Membri, kif ukoll bejniethom u l-membri nazzjonali, il-korrispondenti nazzjonali ta' l-Eurojust u l-maġistrati ta' kollegament maħturin mill-Eurojust.
(c) il-konnessjonijiet siguri ta' telekomunikazzjoni jagħmlu possibbli l-fluss ta' data u tat-talbiet kollha għal koperazzjoni ġuridika bejn l-Istati Membri, kif ukoll bejniethom u l-membri nazzjonali, il-korrispondenti nazzjonali tal-Eurojust u l-maġistrati ta' kollegament maħturin mill-Eurojust.
Emenda 29
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża
Artikolu 10 – paragrafu 2
2)  In-network sigur ta' komunikazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 jista' jintuża wkoll mill-korrispondenti nazzjonali, il-korrispondenti nazzjonali għal materji terroristiċi, il-membri nazzjonali ta' l-Eurojust u l-maġistrati ta' kollegament maħturin mill-Eurojust għall-ħidma operattiva tagħhom. Jistgħu jkunu konnessi mas-Sistema tal-Ġestjoni ta' Każijiet tal-Eurojust imsemmija fl-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI.
2.  Il-konnessjonijiet siguri ta' telekomunikazzjoni msemmijin fil-paragrafu 1 jistgħu jintużaw ukoll mill-korrispondenti nazzjonali, il-korrispondenti nazzjonali għal affarijiet relatati mat-terroriżmu, il-membri nazzjonali tal-Eurojust u l-maġistrati ta' kollegament maħturin mill-Eurojust għall-ħidma operattiva tagħhom. Jistgħu jkunu konnessi mas-Sistema tal-Ġestjoni ta' Każijiet tal-Eurojust imsemmija fl-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI.
Emenda 30
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża
Artikolu 10 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.  L-użu ta' telekomunikazzjonijiet siguri ma jipprekludix kuntatti diretti bejn punti ta' kuntatt jew bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.
Emenda 31
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża
Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt a
(a)  L-Eurojust għandu jkollha aċċess għal informazzjoni ċentralizzata min-Network Ġudizzjarju Ewropew skond l-Artikolu 8 ta' din id-Deċiżjoni u għan-network sigura ta' telekomunikazzjoni stabbilita taħt l-Artikolu 10 ta' din id-Deċiżjoni.
(a)  L-Eurojust għandu jkollha aċċess għal informazzjoni ċentralizzata min-Network Ġudizzjarju Ewropew skont l-Artikolu 8 ta' din id-Deċiżjoni u għall-konnessjonijiet siguri ta' telekomunikazzjoni stabbiliti taħt l-Artikolu 10 ta' din id-Deċiżjoni.
Emenda 32
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża
Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt b
(b) mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI dwar l-Eurojust u skond l-Artikolu 4(4) ta' din id-Deċiżjoni, il-punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew għandhom, abbażi ta' każijiet individwali, jinfurmaw lill-Eurojust dwar każijiet li jinvolvu żewġ Stati Membri u dwar il-qasam ta' kompetenza ta' l-Eurojust:
(b) flimkien ma' l-obbligu li l-informazzjoni tiġi mgħoddija lill-Eurojust kif stipulat fl-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni 2002/187/ĠAI dwar il-Eurojust, il-punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew għandhom, abbażi ta' każijiet individwali, jinfurmaw lill-membru nazzjonali tal-Eurojust bil-każijiet l-oħra kollha li għalihom il-Eurojust meqjusa li tkun f'pożizzjoni aħjar biex tindirizzahom.
– f'każijiet fejn x'aktarx ikun hemm konflitti ta' ġurisdizzjoni
jew
– f'każijiet ta' rifjut ta' talba għal koperazzjoni ġudizzjarja, inklużi l-Mandati għal Arrest Ewropej, il-Mandati Ewropej għal Provi, l-ordnijiet għall-iffriżar ta' assi u t-talbiet għal assistenza ġuridika reċiproka
Emenda 33
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża
Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt c
(c)  Il-punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew għandhom jinfurmaw ukoll lill-Eurojust, abbażi ta' każijiet individwali, dwar il-każijiet kollha li jaqgħu fil-qasam ta' kompetenza ta' l-Eurojust u li jinvolvu mill-inqas tliet Stati Membri.
imħassar
Emenda 34
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża
Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt f
(f) il-membri nazzjonali tal-Eurojust jistgħu jattendu għal laqgħat tan-Network Ġudizzjarju Ewropew fuq l-istedina ta' dan tal-aħħar. Il-punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew jistgħu jiġu mistiedna abbażi ta' każijiet individwali sabiex jattendu l-laqgħat ta' l-Eurojust.
(f) il-membri nazzjonali tal-Eurojust jistgħu jattendu għal laqgħat tan-Network Ġudizzjarju Ewropew fuq l-istedina ta' dan tal-aħħar. Bl-istess mod, il-punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew jistgħu jattendu għal laqgħat tal-Eurojust fuq l-istedina tiegħu.
Emenda 35
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża
Artikolu 11 a (ġdid)
Artikolu 11a
Protezzjoni tad-data
1.  Meta jkun hemm skambju ta' data personali bejn l-awtoritajiet kompetenti jew bejn il-punti ta' kuntatt ta' l-Istati Membri, dawn għandhom jiżguraw li:
– l-awtorità kompetenti li tirċievi d-data tipproċessaha biss għall-iskopijiet li għalihom ġiet ipprovduta d-data;
– jittieħdu passi biex jiġi żgurat li d-data personali tkun protetta b'mod effettiv kontra qerda aċċidentali jew mhux awtorizzata, telf aċċidentali, aċċess mhux awtorizzat, alterazzjoni mhux awtorizzata jew aċċidentali u żvelar mhux awtorizzat.
2.  Kategoriji speċifiċi ta' data (data personali li tiżvela oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, sħubija ma' partit jew trade union, orjentazzjoni sesswali jew saħħa jew data relatata ma' reati, kundanni kriminali jew miżuri ta' sigurtà) għandhom jiġu pproċessati biss meta jkun strettament meħtieġ għat-twettiq tal-attivitajiet tan-Network Ġudizzjarju Ewropew. F'dak il-każ, għandhom jiġu implimentati salvagwardji addizzjonali, bħal:
– aċċess għad-data konċernata għal ħadd ħlief għal dak l-istaff li hu responsabbli għat-twettiq tal-ħidma leġittima li tiġġustifika l-ipproċessar;
– qlib tad-data f'kodiċi b'saħħtu għat-trażmissjoni;
– żamma tad-data għal mhux iktar minn kemm hemm bżonn biex l-awtoritajiet kompetenti u l-punti ta' kuntatt iwettqu dmirijithom.
Emenda 36
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża
Artikolu 12
Artikolu 12
imħassar
Rappurtar lill-Kunsill u lill-Kummissjoni
Id-Direttur Amministrattiv ta' l-Eurojust u l-Presidenza tal-Kunsill, għandhom jirrapportaw lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bil-kitba kull sentejn dwar l-attivitajiet u l-ġestjoni, inkluż il-ġestjoni baġitarja, tan-Network Ġudizzjarju Ewropew. Għal dak il-għan, il-Presidenza għandha tħejji rapport bi-annwali dwar l-attivitajiet tan-Network Ġudizzjarju Ewropew u dwar kwalunkwe problema ta' politika kriminali fl-Unjoni enfasizzata b'riżultat ta' l-attivitajiet tan-Network Ġudizzjarju Ewropew. F'dak ir-rapport, in-Network Ġudizzjarju Ewropew, permezz tal-Presidenza, jista' jagħmel proposti għat-titjib tal-koperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali. In-Network Ġudizzjarju Ewropew jista' jippreżenta wkoll kwalunkwe rapport jew kwalunkwe informazzjoni oħra dwar l-operat tan-Network Ġudizzjarju Ewropew li jistgħu jkunu meħtieġa mill-Kunsill jew mill-Presidenza.
Emenda 37
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża
Artikolu 15 – Titolu
Evalwazzjoni tal-operat tan-Network Ġudizzjarju Ewropew
Rapporti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u evalwazzjoni tal-operat tan-Network Ġudizzjarju Ewropew
Emenda 38
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju tal-Isvezja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika Slovakka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika tal-Awstrija u tar-Repubblika Portugiża
Artikolu 15
1.  In-Network Ġudizzjarju Ewropew għandu jirraporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bil-miktub kull tieni sena dwar l-attivitajiet u l-ġestjoni tiegħu, inkluża l-ġestjoni baġitarja tiegħu. Fir-rapport tiegħu, in-Network Ġudizzjarju Ewropew jista' wkoll jindika kwalunkwe problema fil-qasam tal-politika kriminali li ġiet enfasizzata bħala riżultat ta' l-attivitajiet tan-Network Ġudizzjarju Ewropew u jista' wkoll jagħmel proposti għat-titjib tal-koperazzjoni ġudizzjarja f'affarijiet kriminali.
2.  In-Network Ġudizzjarju Ewropew jista' jippreżenta wkoll kwalunkwe rapport jew jipprovdi kwalunkwe informazzjoni oħra dwar l-operat tan-Network Ġudizzjarju Ewropew li jistgħu jintalbu mill-Kunsill.
Kull erba' snin, il-Kunsill għandu jwettaq evalwazzjoni tal-operat tan-Network Ġudizzjarju Ewropew abbażi ta' rapport imfassal mill-Kummissjoni, f'koperazzjoni man-Network Ġudizzjarju Ewropew.
3.  Kull erba' snin, il-Kunsill għandu jwettaq evalwazzjoni tal-operat tan-Network Ġudizzjarju Ewropew abbażi ta' rapport imfassal mill-Kummissjoni, f'koperazzjoni man-Network Ġudizzjarju Ewropew.

Applikazzjoni tal-prinċipju ta" rikonoxximent reċiproku ta" sentenzi f'materji kriminali *
PDF 659kWORD 379k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar l-inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju ta' l-Iżvezja, tar-Repubblika tas-Slovakkja, tar-Renju Unit u tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja bil-ħsieb ta' l-adozzjoni ta' Deċiżjoni ta" Qafas tal-Kunsill dwar l-infurzar ta' deċiżjonijiet mogħtija in absentia u li temenda d-Deċiżjoni ta" Qafas 2002/584/ĠAI dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri, id-Deċiżjoni ta" Qafas 2005/214/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta" rikonoxximent reċiproku ta" penali finanzjarji, id-Deċiżjoni ta" Qafas 2006/783/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta" rikonoxximent reċiproku ta" ordnijiet ta" konfiska u d-Deċiżjoni ta" Qafas 2008/.../ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi f'materji kriminali li jimponu sentenzi jew miżuri ta' kustodja li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà għall-finijiet ta' l-eżekuzzjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea (5598/2008 – C6-0075/2008 – 2008/0803(CNS))
P6_TA(2008)0381A6-0285/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju ta' l-Iżvezja, tar-Repubblika tas-Slovakja, tar-Renju Unit u tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja (5598/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 34(2)(b) tat-Trattat UE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat UE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0075/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0285/2008),

1.  Japprova l-inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju ta' l-Iżvezja, tar-Repubblika tas-Slovakja, tar-Renju Unit u tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kunsill sabiex ibiddel it-test f'dan is-sens;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju ta' l-Iżvezja, tar-Repubblika tas-Slovakja, tar-Renju Unit u tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja b'mod sustanzjali;

5.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta" Liżbona, biex jagħtu prijorità lil kull proposta, fil-futur, li temenda d-Deċiżjoni bi qbil mad-Dikjarazzjoni Nru 50 rigward l-Artikolu 10 tal-Protokoll dwar dispożizzjonijiet tranżizzjonali li jridu jkunu annessi mat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar l-Iffunzjonar ta' l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika;

6.  Huwa determinat li jeżamina kull proposta bħal din fil-futur bi proċedura urġenti bi qbil mal-proċedura stipulata fil-paragrafu 5 u b'koperazzjoni mill-qrib mal-parlamenti nazzjonali;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, tar-Repubblika Ċeka, tar-Renju ta' l-Iżvezja, tar-Repubblika tas-Slovakja, tar-Renju Unit u tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Test propost minn seba' Stati Membri   Emenda
Emenda 1
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Titolu
Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill dwar l-infurzar ta' deċiżjonijiet mogħtija in absentia u li temenda d-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri, id-Deċiżjoni Kwadru 2005/214/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta" rikonoxximent reċiproku ta" penali finanzjarji, id-Deċiżjoni Kwadru 2006/783/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta" rikonoxximent reċiproku ta" ordnijiet ta" konfiska u d-Deċiżjoni Kwadru 2008/.../ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi f'materji kriminali li jimponu sentenzi jew miżuri ta' kustodja li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà għall-finijiet ta' l-eżekuzzjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea
dwar it-tisħiħ tad-drittijiet taċ-ċittadini, li jippromovi l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku fir-rigward tad-deċiżjonijiet mogħtija wara kawża li fiha l-persuna kkonċernata ma dehritx hi personalment u li temenda d-Deċiżjoni ta" Qafas 2002/584/ĠAI dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri, id-Deċiżjoni ta" Qafas 2005/214/ĠAIdwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta" rikonoxximent reċiproku ta" penali finanzjarji, id-Deċiżjoni ta" Qafas 2006/783/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta" rikonoxximent reċiproku ta" ordnijiet ta" konfiska u d-Deċiżjoni ta" Qafas 2008/.../ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi f'materji kriminali li jimponu sentenzi jew miżuri ta' kustodja li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà għall-finijiet ta' l-eżekuzzjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea u d-Deċiżjoni ta" Qafas 2008/.../ĠAI dwar ir-rikonoxximent u s-superviżjoni ta' sentenzi sospiżi, sanzjonijiet alternattivi u sentenzi kundizzjonali
Emenda 2
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Premessa 1 a (ġdida)
(1a)  Jeħtieġ li tissaħħaħ il-fiduċja reċiproka fiz-zona Ewropea ta" libertà, sigurtà u ġustizza fi kwistjonijiet kriminali permezz ta" miżuri f'livell ta' l-Unjoni Ewropea mfassla biex ikunu żgurati aktar armonizzazzjoni u rikonoxximent reċiproku ta" sentenzi fi kwistjonijiet kriminali kif ukoll bl-adozzjoni f'dak il-livell ta' xi dispożizzjonijiet u prattiki fi kwistjonijiet kriminali.
Emenda 3
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Premessa 1 b (ġdida)
(1b)  Salvagwardji proċedurali adegwati huma prekundizzjoni neċessarja għar-rikonoxximent reċiproku ta" deċiżjonijiet ġudizzjarji fi kwistjonijiet kriminali. Għalhekk huwa importanti li tiġi adottata d-deċiżjoni ta" qafas dwar id-drittijiet proċedurali fi proċeduri kriminali malajr kemm jista" jkun.
Emenda 4
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Premessa 4
(4)  Hu għalhekk neċessarju li wieħed jipprovdi soluzzjonijiet ċari u komuni li jagħtu definizzjoni tar-raġunijiet għaċ-ċaħda u tad-diskrezzjoni fdata lill-awtorità ta' l-eżekuzzjoni.
(4)  Hu għalhekk neċessarju li wieħed jipprovdi soluzzjonijiet ċari u komuni li jagħtu definizzjoni tar-raġunijiet għaċ-ċaħda ta" l-eżekuzzjoni ta" deċiżjoni mogħtija wara kawża li fiha l-persuna kkonċernata ma dehritx hi personalment u tad-diskrezzjoni fdata lill-awtorità ta' l-eżekuzzjoni. L-iskop ta' din id-Deċiżjoni ta" Qafas hu li jkunu definiti dawn ir-raġunijiet komuni sabiex l-awtorità eżekuttiva tkun tista' twettaq id-deċiżjoni minkejja n-nuqqas tal-persuna kkonċernata waqt il-kawża. Din mhix imfassla biex tirregola l-forom u l-metodi applikabbli, jew ir-rekwiżiti proċedurali li huma użati biex jintlaħqu r-riżultati speċifiċi f'din id-Deċiżjoni ta" Qafas, li huma kwistjoni li tirrigwarda l-liġi nazzjonali ta' l-Istati Membri. Bit-tkomplija tat-taqsima relevanti għall-mandat ta' arrest Ewropew jew taċ-ċertifikat relevanti skond id-Deċiżjonijiet ta" Qafas l-oħra, l-awtorità emittenti tagħti assigurazzjoni li l-ħtiġiet kienu jew ser jiġu ssodisfati; dan għandu jkun biżżejjed għall-finijiet ta' l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni abbażi tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku.
Emenda 5
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Premessa 6
(6)  Is-soluzzjonijiet komuni dwar ir-raġunijiet għaċ-ċaħda fid-Deċiżjonijiet Kwadru eżistenti rilevanti għandhom jikkunsidraw id-diversità tas-sitwazzjonijet fir-rigward ta' l-informazzjoni dovuta lill-akkużat dwar id-dritt tiegħu għal kawża mill-ġdid.
(6)  Is-soluzzjonijiet komuni dwar ir-raġunijiet għal nuqqas ta' rikonoxximent fid-Deċiżjonijiet ta" Qafas eżistenti rilevanti għandhom jikkunsidraw id-diversità tas-sitwazzjonijet fir-rigward tad-dritt tal-persuna kkonċernata għal kawża mill-ġdid. Kawża mill-ġdid bħal din, li għandha l-għan li tħares id-drittijiet tad-difiża, hi kkaratterizzata mill-elementi li ġejjin: il-persuna kkonċernata għandha d-dritt li tipparteċipa fil-kawża mill-ġdid; il-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, tkun eżaminata (mill-ġdid), u l-proċeduri jistgħu jwasslu biex id-deċiżjoni oriġinali tkun annullata.
Emenda 6
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Premessa 6 a (ġdida)
(6a)  Ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta" deċiżjoni mogħtija wara kawża li fiha l-akkużat ma deherx m'għandhomx ikunu rrifjutati jekk, fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mogħtija mill-Istat emittent, ikun stabbilit b'mod sodisfaċenti li l-akkużat issejjaħ personalment, jew li fil-fatt irċieva informazzjoni uffiċjali permezz ta" mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati għall-kawża. F'dan il-kuntest wieħed jissuponi li l-persuna tkun irċeviet din l-informazzjoni fiż-żmien li suppost, i.e. li jkollha biżżejjed żmien qabel il-kawża li tkun tista' tipparteċipa u li tħaddem id-dritt tagħha ta' difiża b'mod effettiv. L-informazzjoni kollha għandha tingħata b'lingwa li l-akkużat jifhem.
Emenda 7
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Premessa 6 b (ġdida)
(6b)  Ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni wara kawża li fiha l-persuna kkonċernata ma dehritx personalment m'għandhomx ikunu rrifjutati meta l-persuna kkonċernata, wara li tkun infurmata kif xieraq dwar il-kawża skedata, kienet difiża fil-kawża minn konsulent legali li hi tkun tatu mandat espliċitu biex jiddefendiha, biex b'hekk tiżgura li l-assistenza legali kienet prattika u effettiva. F'dan il-kuntest, għandu jkun immaterjali jekk il-persuna, konxja tal-kawża skedata, kienet tat mandat lil konsulent legali li kien magħżul, maħtur u mħallas mill-persuna kkonċernata jew li kien maħtur u mħallas mill-Istat b'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli għad-drittijiet tad-difiża, u hu mifhum li l-persuna konċernata tkun għażlet li tiġi rappreżentata minn konsulent legali minflok li tidher hi waqt il-kawża;
Emenda 8
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Premessa 7 a (ġdida)
(7a)  Waqt kawża mill-ġdid wara li persuna tkun instabet ħatja waqt kawża li fiha l-persuna kkonċernata ma dehritx personalment, dik il-persuna għandha tkun fl-istess pożizzjoni bħal xi ħadd li qed jidher f'kawża għall-ewwel darba. Għalhekk il-persuna konċernata għandu jkollha d-dritt li tkun preżenti fil-kawża mill-ġdid, il-merti tal-każ, inkluża l-evidenza mill-ġdid, għandhom ikunu eżaminati (mill-ġdid), il-kawża mill-ġdid tista" twassal biex id-deċiżjoni oriġinali tkun irrevokata u l-akkużat ikun jista" jappella kontra d-deċiżjoni l-ġdida.
Emenda 9
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 1 – paragrafu 2
2.  Din id-Deċiżjoni Kwadru m'għandhiex ikollha l-effett li timmodifika l-obbligu tar-rispett tad-drittijiet fundamentali u prinċipji legali fundamentali kif proklamati fl-Artikolu 6 tat-Trattat, u kwalunkwe obbligu li jaqa' fuq awtoritajiet ġudizzjarji f'dan ir-rigward ma għandux jiġi milqut.
2.  Din id-Deċiżjoni ta" Qafas m'għandhiex ikollha l-effett li timmodifika l-obbligu tar-rispett tad-drittijiet fundamentali u prinċipji legali fundamentali kif proklamati fl-Artikolu 6 tat-Trattat ta" l-Unjoni Ewropea, u kwalunkwe obbligu li jaqa' fuq awtoritajiet ġudizzjarji f'dan ir-rigward ma għandux jiġi milqut.
Emenda 10
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 1 – paragrafu 3
3.  Il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni Kwadru huwa li jiġu stabbiliti regoli komuni għar-rikonoxximent u/jew l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji fi Stat Membru wieħed (l-Istat Membru ta' l-eżekuzzjoni) maħruġa minn Stat Membru ieħor (l-Istat Membru emittent) konsegwentement għal proċedimenti fejn il-persuna ma kinitx preżenti, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI, l-Artikolu 7(2)(g) tad-Deċiżjoni Kwadru 2005/214/ĠAI, l-Artikolu 8(2)(e) tad-Deċiżjoni Kwadru 2006/783/ĠAI u l-Artikolu 9(1)(f) tad-Deċiżjoni Kwadru ..../.../ĠAI.
3.  Il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni ta" Qafas huwa li jiġu stabbiliti regoli komuni għar-rikonoxximent u/jew l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji fi Stat Membru wieħed (l-Istat Membru ta' l-eżekuzzjoni) maħruġa minn Stat Membru ieħor (l-Istat Membru emittent) konsegwentement għal kawża fejn il-persuna ma kinitx preżenti, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni ta" Qafas 2002/584/ĠAI, l-Artikolu 7(2)(g) tad-Deċiżjoni ta" Qafas 2005/214/ĠAI, l-Artikolu 8(2)(e) tad-Deċiżjoni ta' Qafas 2006/783/ĠAI, l-Artikolu (9(1)(f)) tad-Deċiżjoni ta" Qafas 2008/…/ĠAI u l-Artiklolu (9(1)(h)) tad-Deċiżjoni ta" Qafas 2008/.../ĠAI.
Emenda 11
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1
Deċiżjoni ta" Qafas 2002/584/ĠAI
Artikolu 1 – paragrafu 4
1) fl-Artikolu 1, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
"4. Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni Kwadru, "deċiżjoni mogħtija in absentia" għandha tfisser sentenza ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni meta l-persuna ma dehritx personalment fil-proċedimenti li rriżultaw f'dik id-deċiżjoni."
imħassar
Emenda 12
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 2
Deċiżjoni ta" Qafas 2002/584/ĠAI
Artikolu 4a- titolu u paragrafu 1
Artikolu 4a
Deċiżjonijiet mogħtija in absentia
Artikolu 4a
Deċiżjonijiet mogħtija wara kawża li fiha l-persuna kkonċernata ma dehritx hi personalment
L-awtorità ġudizzjarja ta' l-eżekuzzjoni tista' wkoll tirrifjuta l-eżekuzzjoni tal-mandat ta' arrest Ewropew għall-finijiet li teżegwixxi sentenza ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni, jekk id-deċiżjoni ġiet mogħtija in absentia, sakemm il-mandat ta' arrest Ewropew ma jiddikjarax li l-persuna:
1.  L-awtorità ġudizzjarja ta' l-eżekuzzjoni tista' wkoll tirrifjuta l-eżekuzzjoni tal-mandat ta' arrest Ewropew għall-finijiet li tesegwixxi sentenza ta' kustodja jew ordni ta' detenzjoni, jekk id-deċiżjoni ġiet mogħtija wara kawża li fiha l-persuna kkonċernata ma dehritx hi personalment, sakemm il-mandat ta' arrest Ewropew ma jiddikjarax li l-persuna, b'konformità mal-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru emittent:
Emenda 13
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 2
Deċiżjoni ta" Qafas 2002/584/ĠAI
Artikolu 4a – paragrafu 1 – punt a
(a) ġiet imsejħa personalment jew informata skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru emittent permezz ta' rappreżentant kompetenti u fi żmien debitu, bid-data u l-post skedati tas-seduta li wasslet għad-deċiżjoni mogħtija in absentia u informata dwar il-fatt li tali deċiżjoni tista' tingħata fil-każ li l-persuna ma tidhirx għall-kawża;
(a) fi żmien xieraq, u b'lingwa li tifhem,
(i) jew ġiet imsejħa personalment b'mod dirett jew irċeviet fil-fatt informazzjoni uffiċjali b'mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati b'tali mod li kien stabbilit b'mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża,
u
(ii) kienet informata personalment li d-deċiżjoni tista' tingħata jekk l-persuna ma tidhirx għall-kawża;
jew
Emenda 14
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 2
Deċiżjoni ta" Qafas 2002/584/ĠAI
Artikolu 4a – paragrafu 1 – punt a (ġdid)
(aa) wara li tkun ġiet imsejħa direttament u personalment jew irċeviet l-informazzjoni b'mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati tal-kawża b'tali mod li kien stabbilit b'mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża, kienet tat mandat espliċitu lil konsulent legali li kien magħżul, maħtur u mħallas mill-persuna kkonċernata jew li kien maħtur u mħallas mill-Istat b'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli għad-drittijiet tad-difiża, u li kienet rappreżentata minn dak il-konsulent waqt il-kawża;
Emenda 15
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 2
Deċiżjoni ta" Qafas 2002/584/ĠAI
Artikolu 4a – paragrafu 1 – punt b
(b) wara li ġiet notifikata uffiċjalment bid-deċiżjoni mogħtija in absentia u ġiet informata espressament dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid u d-dritt li tkun preżenti għal dik il-kawża:
(b) wara li ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni u ġiet informata espressament b'lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell*, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, li fiha l-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għar-revoka tad-deċiżjoni oriġinali u li tista' tappella kontra d-deċiżjoni l-ġdida:
(i) iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni mogħtija in absentia;
(i) iddikjarat espressament li hija ma kkontestatx id-deċiżjoni;
jew
jew
(ii) ma talbitx kawża mill-ġdid fl-iskeda ta' żmien applikabbli li kien ta' l-inqas [...] jiem,
(ii) ma talbitx kawża mill-ġdid jew appell fl-iskeda ta' żmien applikabbli, li għandu jkun mill-inqas 10 t'ijiem u mhux iktar minn 15-il ġurnata.
(*Din l-emenda għandha tapplika għat-test kollu. Kull darba li jkun hemm referenza għal kawża mill-ġdid għandu jiżdied "jew appell").
Emenda 16
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 2
Deċiżjoni ta" Qafas 2002/584/ĠAI
Artikolu 4a – paragrafu 1 – punt c
(c) ma ġietx notifikata personalment bid-deċiżjoni mogħtija in absentia iżda:
(c)  (ca) ma ġietx notifikata personalment bid-deċiżjoni iżda:
(i) ser tiġi notifikata bid-deċiżjoni sa mhux iktar tard mill-ħames jum wara ċ-ċediment u ser tkun informata espressament dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid u d-dritt li tkun preżenti għal dik il-kawża;
(i) wara li ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni immedjatament u fi kwalunkwe każ mhux iktar minn tliet t'ijiem wara ċ-ċediment u ser tkun informata espressament b'lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, il-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għar-revoka tad-deċiżjoni oriġinali u li tista' tappella kontra d-deċiżjoni l-ġdida;
u
u
(ii) ser ikollha mill-inqas [...] jiem sabiex titlob kawża mill-ġdid.
(ii) ser tiġi infurmata dwar iż- żmien, li għandu jkun mill-inqas 10 t'ijiem u mhux iktar minn 15-il ġurnata li fih għandha titlob kawża mill-ġdid jew appell;
Emenda 17
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 2
Deċiżjoni ta" Qafas 2002/584/ĠAI
Artikolu 4a – paragrafu 1 a (ġdid)
1a.  Jekk jinħaraġ mandat ta" arrest Ewropew biex tiġi implimentata sentenza ta" kustodja jew ordni ta" detenzjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati f'paragrafu (1)(c) u l-persuna kkonċernata ma tkunx irċeviet minn qabel l-ebda informazzjoni uffiċjali dwar l-eżistenza ta" proċeduri kriminali kontrieha, dik il-persuna, meta tkun infurmata dwar il-kontenut tal-mandat ta" arrest Ewropew, tista" titlob kopja tas-sentenza qabel iċ-ċediment. Immedjatament wara li tkun infurmata dwar dik it-talba, l-awtorità ġudizzjarja emittenti għandha tipprovdi kopja tas-sentenza permezz ta" awtorità ġudizzjarja eżekuttiva lill-persuna li tkun għamlet it-talba. Jekk is-sentenza tingħata b'lingwa li l-persuna kkonċernata ma tifhimx, l-awtorità ġudizzjarja emittenti permezz ta" awtorità ġudizzjarja eżekuttiva għandha tipprovdi estratt tas-sentenza b'lingwa li l-persuna kkonċernata tifhem. Id-dispożizzjoni tas-sentenza jew estratt tas-sentenza lill-persuna kkonċernata għandha tkun għal skopijiet ta" informazzjoni biss; ma għandhomx jitqiesu li jikkostitwixxu servizz formali tas-sentenza u lanqas ma għandhom jattivaw l-ebda limiti ta' żmien applikabbli biex il-persuna kkonċernata titlob kawża mill-ġdid jew appell.
Emenda 18
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 4
Deċiżjoni ta" Qafas 2002/584/ĠAI
Anness – kaxxa d – parti introduttorja u punti 1 u 2
(d)  Indika jekk id-deċiżjoni kinitx mogħtija in absentia:
(d)  Indika jekk il-persuna dehritx personalment fil-proċeduri li wasslu għad-deċiżjoni:
1. ? Le, ma kinitx
1.? Iva, il-persuna dehret personalment għall-kawża li wasslet għad-deċiżjoni.
2. ? Iva, kienet. Jekk weġibt iva, jekk jogħġbok ikkonferma li:
2. ? Le, il-persuna ma dehritx personalment għall-kawża li wasslet għad-deċiżjoni.
Jekk weġibt "le" għall-mistoqsija ta" hawn fuq, jekk jogħġbok indika jekk:
Emenda 19
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 4
Deċiżjoni ta" Qafas 2002/584/ĠAI
Anness – kaxxa d – punt 2 - subpunt 2.1
2.1 il-persuna ġiet imsejħa personalment jew informata skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru emittent permezz ta' rappreżentant kompetenti u fi żmien debitu bid-data u l-post skedati tas-seduta li wasslet għad-deċiżjoni mogħtija in absentia u informata dwar il-fatt li tali deċiżjoni tista' tingħata fil-każ li l-persuna ma tidhirx għall-kawża
2.1 il-persuna ġiet imsejħa direttament u personalment jew tkun irċeviet informazzjoni uffiċjali permezz ta" mezzi oħra, b'lingwa li tifhem, skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru emittent fi żmien debitu bid-data u l-post skedati tal-kawża li wasslet għad-deċiżjoni b'tali mod li kien stabbilit b'mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bid-data u l-post skedati tal-kawża u informata personalment dwar il-fatt li tali deċiżjoni tista' tingħata fil-każ li l-persuna ma tidhirx għall-kawża
Ħin u post ta" meta u fejn il-persuna ssejħet jew ġiet informata b'xi mod ieħor:
Ħin u post ta' meta u fejn il-persuna ġiet imsejħa jew meta rċeviet l-informazzjoni uffiċjali personalment b'mezzi oħra:
……………………………………………
……………………………………………
Il-lingwa li ntużat biex tingħata l-informazzjoni
……………………………………………
Iddeskrivi kif il-persuna ġiet informata:
Iddeskrivi kif il-persuna ġiet informata:
……………………………………………
……………………………………………
Emenda 20
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 4
Deċiżjoni ta" Qafas 2002/584/ĠAI
Anness – kaxxa d – punt 2 - subpunt 2.1 a (ġdid)
2.1a wara li l-persuna kkonċernata ġiet imsejħa direttament u personalment jew irċeviet l-informazzjoni b'mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati għall-kawża b'tali mod li kien stabbilit b'mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża, kienet tat mandat espliċitu lil konsulent legali li kien magħżul, maħtur u mħallas mill-persuna kkonċernata jew li kien maħtur u mħallas mill-Istat b'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli għad-drittijiet tad-difiża, u li kienet rappreżentata minn dak il-konsulent waqt il-kawża;
Agħti informazzjoni dwar kif ġiet issodisfata din il-kundizzjoni:
……………………………………………
Emenda 21
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 4
Deċiżjoni ta" Qafas 2002/584/ĠAI
Anness – kaxxa d – punt 2 - subpunt 2.2
2.2 il-persuna, wara li ġiet notifikata bid-deċiżjoni mogħtija in absentia, iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni mogħtija in absentia
2.2 il-persuna, wara li ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni u wara li ġiet infurmata espressament b'lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell*, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa,li fiha il-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għar-revoka tad-deċiżjoni oriġinali u li tista' tappella kontra d-deċiżjoni l-ġdida, iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni
Iddeskrivi meta u kif il-persuna ddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni mogħtija in absentia:
Iddeskrivi meta l-persuna ġiet notifikata bid-deċiżjoni, meta ġiet infurmata bil-kawża mill-ġdid jew għal appell u meta u kif il-persuna ddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni:
…………………………………………
…………………………………………
Emenda 22
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 4
Deċiżjoni ta" Qafas 2002/584/ĠAI
Anness – kaxxa d – punt 2 - subpunt 2.3.1 – inċiż 1
il-persuna ġiet informata espressament dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid u d-dritt li tkun preżenti għal dik il-kawża; u
- il-persuna ġiet informata espressament b'lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, li fiha l-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għar-revoka tad-deċiżjoni oriġinali, u
Emenda 23
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 4
Deċiżjoni ta" Qafas 2002/584/ĠAI
Anness – kaxxa d – punt 2.3.2
? 2.3.2 il-persuna ma ġietx notifikata bid-deċiżjoni mogħtija in absentia, u
? 2.3.2. il-persuna ma ġietx notifikata bid-deċiżjoni u
– il-persuna ser tiġi notifikata bid-deċiżjoni mogħtija in absentia fi ...... jiem wara ċ-ċediment; u
il-persuna ser tiġi notifikata personalment bid-deċiżjoni fi ...... jiem wara ċ-ċediment; u
meta tiġi notifika bid-deċiżjoni mogħtija in absentia, il-persuna ser tiġi informata espressament dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid u d-dritt li tkun preżenti għal dik il-kawża; u
– wara li ġiet notifikata bid-deċiżjoni u ġiet informata espressament b'lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, il-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għar-revoka tad-deċiżjoni oriġinali u li tista' tappella kontra d-deċiżjoni l-ġdida; u
– wara li tiġi notifikata bid-deċiżjoni mogħtija in absentia, il-persuna jkollha ..... jiem sabiex titlob kawża mill-ġdid.
wara li ġiet informata bid-deċiżjoni , il-persuna jkollha .... jiem sabiex titlob kawża mill-ġdid jew appell.
Jekk immarkajt il-kaxxa 2.3.2, jekk jogħġbok ikkonferma
? jekk il-persuna kkonċernata, meta ġiet infurmata fl-Istat eżekuttiv dwar il-kontenut tal-mandat ta' arrest Ewropew, titlob kopja tas-sentenza qabel iċ-ċediment, u tkun ipprovduta b'kopja tas-sentenza jew estratt tas-sentenza b'lingwa li tifhem .... -il ġurnata wara li ssir it-talba permezz ta" l-awtorità ġudizzjarja eżekuttiva.
Emenda 24
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 3 – punt 1
Deċiżjoni ta" Qafas 2005/214/ĠAI
Artikolu 1 – punt e
1) fl-Artikolu 1 għandu jiddaħħal il-punt li ġej:
"(e) "Deċiżjoni mogħtija in absentia" għandha tfisser deċiżjoni kif definita fil-punt (a) meta l-persuna ma dehritx personalment fil-proċedimenti li rriżultaw f'dik id-deċiżjoni."
imħassar
Emenda 25
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 3 – punt 2 - punt b
Deċiżjoni ta" Qafas 2005/214/ĠAI
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt i - parti introduttorja
(i) skond iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 4, id-deċiżjoni ġiet mogħtija in absentia, sakemm iċ-ċertifikat ma jiddikjarax li l-persuna:
(i) skont iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 4, id-deċiżjoni ġiet mogħtija wara kawża li fiha l-persuna kkonċernata ma dehritx personalment, sakemm iċ-ċertifikat ma jiddikjarax li, skont il-liġi nazzjonali ta" l-Istat mittent, il-persuna:
Emenda 26
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 3 – punt 2 - subpunt b
Deċiżjoni ta" Qafas 2005/214/ĠAI
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt i – punt i
(i) fi żmien xieraq, u b'lingwa li tifhem,
(i) il-persuna ssejħet jew ġiet infurmata skond il-liġi nazzjonali ta" l-Istat emittent permezz ta" rappreżentant kompetenti u fi żmien xieraq dwar id-data u l-post skedati għall-kawża li wasslet għad-deċiżjoni mogħtija in absentia
(a) jew ġiet imsejħa personalment b'mod dirett jew fil-fatt irċeviet informazzjoni uffiċjali b'mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati b'tali mod li kien stabbilit b'mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża,
u
u
kienet infurmata dwar il-fatt li deċiżjoni bħal din tista" tingħata f'każ li l-persuna ma tidhirx għall-kawża;
(b) kienet informata personalment li d-deċiżjoni tista' tingħata jekk hi ma tidhirx għall-kawża;
jew
jew
Emenda 27
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 3 – punt 2
Deċiżjoni ta" Qafas 2005/214/ĠAI
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt 1 – subpunt ia (ġdid)
(ia) wara li tkun ġiet imsejħa direttament u personalment jew irċeviet l-informazzjoni b'mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati għall-kawża b'tali mod li kien stabbilit b'mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża, kienet tat mandat espliċitu lil konsulent legali li kien magħżul, maħtur u mħallas mill-persuna kkonċernata jew li kien maħtur u mħallas mill-Istat b'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli għad-drittijiet tad-difiża, u li kienet rappreżentata minn dak il-konsulent waqt il-kawża; jew
Emenda 28
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 3 – punt 2 - subpunt b
Deċiżjoni ta" Qafas 2005/214/ĠAI
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt i – subpunt ii
(ii) iddikjarat espressament lil awtorità kompetenti li hija ma tikkontestax il-każ; jew
imħassar
Emenda 29
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 3 – punt 2 - subpunt b
Deċiżjoni ta" Qafas 2005/214/ĠAI
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt i – punt iii
(iii) wara li ġiet notifikata uffiċjalment bid-deċiżjoni mogħtija in absentia u ġiet informata espressament dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid u d-dritt li tkun preżenti għal dik il-kawża:
(iii) wara li ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni u ġiet informata espressament b'lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, li fiha l-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għar-revoka tad-deċiżjoni oriġinali u li tista' tappella kontra d-deċiżjoni l-ġdida:
iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni mogħtija in absentia;
- iddikjarat espressament li hija ma kkontestatx id-deċiżjoni;
jew
jew
ma talbitx kawża mill-ġdid fl-iskeda ta' żmien applikabbli li kien ta' l-inqas [...] jiem;
-ma talbitx kawża mill-ġdid jew appell fl-iskeda ta' żmien applikabbli, li għandu jkun mill-inqas 10 t'ijiem u mhux iktar minn 15-il ġurnata;
Emenda 30
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 3 – punt 2 - subpunt b
Deċiżjoni ta" Qafas 2005/214/ĠAI
Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt 1 a (ġdid)
(ia) skont iċ-ċertifikat stipulat fl-Artikolu 4, il-persuna ma dehritx personalment, sakemm iċ-ċertifikat jiddikjara li l-persuna, wara li kienet infurmata espressament dwar il-kawża u dwar il-possibilità li tipparteċipa personalment fil-proċeduri, espressament irrevokat id-dritt għal smigħ u espressament indikat li hija ma kkontestatx il-każ.
Emenda 31
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 3 – punt 3
Deċiżjoni ta" Qafas 2005/214/ĠAI
Anness – kaxxa h – punt 3 - parti introduttorja u subpunti 1 u 2
3.  Indika jekk id-deċiżjoni kinitx mogħtija in absentia:
3.  Indika jekk il-persuna dehritx personalment fil-proċeduri li wasslu għad-deċiżjoni:
1.  Le, ma kinitx
1.   Iva, il-persuna dehret personalment għall-proċeduri li wasslu għad-deċiżjoni.
2.  Iva, kienet. Jekk weġibt iva, jekk jogħġbok ikkonferma li:
2.  Le, il-persuna ma dehritx personalment għall-kawża li wasslet għad-deċiżjoni.
Jekk weġibt "le" għall-mistoqsija ta" hawn fuq, jekk jogħġbok indika jekk:
Emenda 32
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 3 – punt 3
Deċiżjoni ta" Qafas 2005/214/ĠAI
Anness – kaxxa h – punt 3 - subpunt 2.1
2.1 il-persuna ġiet imsejħa personalment jew informata skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru emittent permezz ta' rappreżentant kompetenti u fi żmien debitu bid-data u l-post skedati tas-seduta li wasslet għad-deċiżjoni mogħtija in absentia u informata dwar il-fatt li tali deċiżjoni tista' tingħata fil-każ li l-persuna ma tidhirx għall-kawża
2.1 il-persuna ġiet imsejħa direttament u personalment jew tkun irċeviet informazzjoni uffiċjali permezz ta" mezzi oħra, b'lingwa li tifhem, skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru emittent fi żmien xieraq bid-data u l-post skedati tal-kawża li wasslet għad-deċiżjoni b'tali mod li kien stabbilit b'mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bid-data u l-post skedati tal-proċeduri u informata personalment dwar il-fatt li tali deċiżjoni tista' tingħata fil-każ li l-persuna ma tidhirx għall-kawża.
Ħin u post ta" meta u fejn il-persuna ssejħet jew ġiet informata b'xi mod ieħor:
--  ------------------------------------------------
Ħin u post ta' meta u fejn il-persuna ġiet imsejħa jew meta rċeviet l-informazzjoni uffiċjali personalment b'mezzi oħra:
--  ------------------------------------------------
Il-lingwa li ntużat biex tingħata l-informazzjoni:
--  ------------------------------------------------
Iddeskrivi kif il-persuna ġiet informata:
--  ------------------------------------------------
Iddeskrivi kif il-persuna ġiet informata:
--  ------------------------------------------------
JEW
jew
Emenda 33
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 3 – punt 3
Deċiżjoni ta" Qafas 2005/214/ĠAI
Anness – kaxxa h – punt 3 - subpunt 2.1 a (ġdid)
2.1a. wara li tkun ġiet imsejħa direttament u personalment jew irċeviet l-informazzjoni b'mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati għall-kawża b'tali mod li kien stabbilit b'mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża, kienet tat mandat espliċitu lil konsulent legali li kien magħżul, maħtur u mħallas mill-persuna kkonċernata jew li kien maħtur u mħallas mill-Istat b'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli għad-drittijiet tad-difiża, u li kienet rappreżentata minn dak il-konsulent waqt il-kawża;
Agħti informazzjoni dwar kif ġiet issodisfata din il-kundizzjoni:
………………………………
JEW
Emenda 34
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 3 – punt 3
Deċiżjoni ta" Qafas 2005/214/ĠAI
Anness – kaxxa h – punt 3 - subpunt 2.2
2.2 il-persuna, qabel jew wara li ġiet notifikata bid-deċiżjoni mogħtija in absentia, iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni mogħtija in absentia.
2.2 il-persuna, qabel jew wara li ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni u ġiet informata espressament b'lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, li fiha l-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għal revoka tad-deċiżjoni oriġinali u li tista' tappella kontra d-deċiżjoni l-ġdida, iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni.
Iddeskrivi meta u kif il-persuna ddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni mogħtija in absentia:
Iddeskrivi meta l-persuna ġiet notifikata bid-deċiżjoni, meta ġiet infurmata bil-kawża mill-ġdid jew għal appell u meta u kif il-persuna ddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni:
…………………………………………
JEW
…………………………………………
JEW
Emenda 35
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 3 – punt 3
Deċiżjoni ta" Qafas 2005/214/ĠAI
Anness – kaxxa h – punt 3 - subpunt 2.3
il-persuna ġiet notifikata bid-deċiżjoni mogħtija in absentia fi ................ (jum/xahar/sena) u kellha d-dritt għal kawża mill-ġdid fl-Istat emittent taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:
2.3 il-persuna ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni wara kawża li fiha hi ma dehritx personalment fi ................ (jum/xahar/sena) u kellha d-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell fl-Istat emittent skont il-kondizzjonijiet li ġejjin:
- il-persuna ġiet informata espressament dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid u d-dritt li tkun preżenti għal dik il-kawża; u
- il-persuna ġiet infurmata espressament b'lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, li fiha l-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għal revoka tad-deċiżjoni oriġinali, u
- wara li tkun infurmata dwar dan id-dritt, il-persuna kellha .... ġranet biex titlob kawża mill-ġdid u li l-persuna ma talbitx dan matul dan il-perjodu.
- wara li tkun infurmata dwar dan id-dritt, il-persuna kellha .... ġranet biex titlob kawża mill-ġdid jew appell u li l-persuna ma talbitx dan matul dak il-perjodu.
JEW
Emenda 36
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 3 – punt 3
Deċiżjoni ta" Qafas 2005/214/ĠAI
Anness – kaxxa h – punt 3 - subpunt 2.3 a (ġdid)
2.3a il-persuna, wara li kienet espressament infurmata dwar il-proċeduri u dwar il-possibilità ta" parteċipazzjoni personali fil-kawża, espressament irrevokat id-dritt għal smigħ u espressament indikat li hija ma kkontestatx il-każ.
Iddeskrivi meta u kif il-persuna rrevokat id-dritt għal smigħ u indikat li hija ma kkontestatx il-każ:
…………………………………………
Emenda 37
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 4 – punt 1
Deċiżjoni ta" Qafas 2006/783/ĠAI
Artikolu 2 – punt i
1) fl-Artikolu 2 għandu jiddaħħal il-punt li ġej:
"(i) "Deċiżjoni mogħtija in absentia" għandha tfisser ordni ta' konfiska kif definita fil-punt (c) meta l-persuna ma dehritx personalment fil-proċedimenti li rriżultaw f'dik id-deċiżjoni.";
imħassar
Emenda 38
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 4 – punt 2
Deċiżjoni ta" Qafas 2006/783/ĠAI
Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt e – parti introduttorja
(e) skond iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 4(2), id-deċiżjoni ġiet mogħtija in absentia, sakemm ċ-ċertifikat ma jiddikjarax li l-persuna:
(e) skond iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 4(2), id-deċiżjoni ġiet mogħtija wara kawża li fiha l-persuna kkonċernata ma dehritx personalment, sakemm iċ-ċertifikat ma jiddikjarax li, skont il-liġi nazzjonali ta" l-Istat emittent, il-persuna:
Emenda 39
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 4 – punt 2
Deċiżjoni ta" Qafas 2006/783/ĠAI
Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt e – punt i
(i) fi żmien xieraq, u b'lingwa li tifhem,
(i) il-persuna ssejħet jew ġiet infurmata skond il-liġi nazzjonali ta" l-Istat emittent permezz ta" rappreżentant kompetenti u fi żmien xieraq dwar id-data u l-post skedati għall-kawża li wasslet għad-deċiżjoni ta" konfiska mogħtija in absentia
(a) jew ġiet imsejħa personalment b'mod dirett jew fil-fatt irċeviet informazzjoni uffiċjali b'mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati b'tali mod li kien stabbilit b'mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża,
u
u
kienet infurmata dwar il-fatt li deċiżjoni ta" konfiska bħal din tista" tingħata f'każ li l-persuna ma tidhirx għall-kawża;
(b) kienet infurmata personalment li deċiżjoni ta" konfiska tista" tingħata jekk hija ma dehritx għall-kawża;
jew
jew
Emenda 40
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 4 – punt 2
Deċiżjoni ta" Qafas 2006/783/ĠAI
Artikolu 8 – paragrafu 2 –punt e - punt i a (ġdid)
(ia) wara li tkun ġiet imsejħa direttament u personalment jew irċeviet l-informazzjoni b'mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati għall-kawża b'tali mod li kien stabbilit b'mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża, kienet tat mandat espliċitu lil konsulent legali li kien magħżul, maħtur u mħallas mill-persuna kkonċernata jew li kien maħtur u mħallas mill-Istat b'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli għad-drittijiet tad-difiża, u li kienet rappreżentata minn dak il-konsulent waqt il-kawża;
jew
Emenda 41
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 4 – punt 2
Deċiżjoni ta" Qafas 2006/783/ĠAI
Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt e – punt ii
(ii) wara li ġiet notifikata bl-ordni ta' konfiska mogħtija in absentia u li ġiet informata dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid u d-dritt li tkun preżenti għal dik il-kawża:
(ii) wara li ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni u ġiet informata espressament b'lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, il-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għar-revoka tad-deċiżjoni oriġinali u li tista' tappella kontra d-deċiżjoni l-ġdida:
- iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax l-ordni ta' konfiska;
- iddikjarat espressament li huwa jew hija ma tikkontestax l-ordni ta' konfiska;
jew
jew
- ma talbitx kawża mill-ġdid fl-iskeda ta' żmien applikabbli li kien ta' l-inqas [...] jiem;
- ma talbitx kawża mill-ġdid jew appell fl-iskeda ta' żmien applikabbli, li għandu jkun mill-inqas 10 t'ijiem u mhux iktar minn 15-il ġurnata.
Emenda 42
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 4 – punt 3
Deċiżjoni ta" Qafas 2006/783/ĠAI
Anness – kaxxa j – parti introduttorja u punti 1 u 2
(j)  Indika jekk id-deċiżjoni kinitx mogħtija in absentia:
(j)  Indika jekk il-persuna dehritx personalment fil-proċeduri li wasslu għad-deċiżjoni ta" konfiska:
1.  Le, ma kinitx
1. ? Iva, il-persuna dehret personalment fil-proċeduri li wasslu għad-deċiżjoni ta" konfiska:
2.  Iva, kienet. Jekk weġibt iva, jekk jogħġbok ikkonferma li:
2.   Le, il-persuna ma dehritx personalment għall-proċeduri li wasslu għad-deċiżjoni ta" konfiska.
Jekk weġibt "le" għall-mistoqsija ta" hawn fuq, jekk jogħġbok indika jekk:
Emenda 43
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 4 – punt 3
Deċiżjoni ta" Qafas 2006/783/ĠAI
Anness – kaxxa j – punt 2 - subpunt 2.1
2.1 il-persuna ġiet imsejħa personalment jew informata skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru emittent permezz ta' rappreżentant kompetenti u fi żmien debitu bid-data u l-post skedati tas-seduta li wasslet għad-deċiżjoni mogħtija in absentia u informata dwar il-fatt li tali deċiżjoni tista' tingħata fil-każ li l-persuna ma tidhirx għall-kawża
il-persuna ġiet imsejħa direttament u personalment jew tkun irċeviet informazzjoni uffiċjali permezz ta" mezzi oħra, b'lingwa li tifhem, skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru emittent fi żmien debitu bid-data u l-post skedati tal-kawża li wasslet għad-deċiżjoni ta" konfiska b'tali mod li kien stabbilit b'mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bid-data u l-post skedati tal-kawża u informata personalment dwar il-fatt li tali deċiżjoni tista' tingħata fil-każ li l-persuna ma tidhirx għall-kawża
Ħin u post ta" meta u fejn il-persuna ssejħet jew ġiet informata b'xi mod ieħor:
Ħin u post ta' meta u fejn il-persuna ġiet imsejħa jew meta rċeviet l-informazzjoni uffiċjali personalment b'mezzi oħra:
……………………………………………
……………………………………………
Il-lingwa li ntużat biex tingħata l-informazzjoni:
……………………………………………
Iddeskrivi kif il-persuna ġiet informata:
Iddeskrivi kif il-persuna ġiet informata:
……………………………………………
JEW
……………………………………………
JEW
Emenda 44
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 4 – punt 3
Deċiżjoni ta" Qafas 2006/783/ĠAI
Anness – kaxxa j – punt 2.1 a (ġdid)
2.1a wara li l-persuna kkonċernata ġiet imsejħa direttament u personalment jew irċeviet l-informazzjoni b'mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati għall-kawża b'tali mod li kien stabbilit b'mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża, kienet tat mandat espliċitu lil konsulent legali li kien magħżul, maħtur u mħallas mill-persuna kkonċernata jew li kien maħtur u mħallas mill-Istat b'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli għad-drittijiet tad-difiża, u li kienet rappreżentata minn dak il-konsulent waqt il-kawża;
Agħti informazzjoni dwar kif ġiet issodisfata din il-kundizzjoni:
……………………………………………
JEW
Emenda 45
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 4 – punt 3
Deċiżjoni ta" Qafas 2006/783/ĠAI
Anness – kaxxa j – punt 2 - subpunt 2.2
2.2 il-persuna, wara li ġiet notifikata bid-deċiżjoni mogħtija in absentia, iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni mogħtija in absentia
2.2 il-persuna wara li ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni ta" konfiska u ġiet informata espressament b'lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, li fiha l-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għar-revoka tad-deċiżjoni oriġinali u li tista' tappella kontra d-deċiżjoni l-ġdida, iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni.
Iddeskrivi meta u kif il-persuna ddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni mogħtija in absentia:
Iddeskrivi meta l-persuna ngħatat ordni ta' konfiska, kif kienet infurmata dwar id-dritt tagħha għal kawża mill-ġdid jew għal appell u meta u kif il-persuna ddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni ta" konfiska:
…………………………………………
JEW
…………………………………………
JEW
Emenda 46
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 4 – punt 3
Deċiżjoni ta" Qafas 2006/783/ĠAI
Anness – kaxxa j – punt 2 - subpunt 2.3
il-persuna ġiet notifikata bid-deċiżjoni mogħtija in absentia fi ................ (jum/xahar/sena) u kellha d-dritt għal kawża mill-ġdid fl-Istat emittent taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:
2.3 il-persuna ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni ta" konfiska fi ................ (jum/xahar/sena) u kellha d-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell fl-Istat emittent skont il-kondizzjonijiet li ġejjin:
- il-persuna ġiet informata espressament dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid u d-dritt li tkun preżenti għal dik il-kawża; u
- il-persuna ġiet infurmata espressament b'lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, li fiha l-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għar-revoka tad-deċiżjoni oriġinali, u
- wara li tkun infurmata dwar dan id-dritt, il-persuna kellha .... ġranet biex titlob kawża mill-ġdid u li l-persuna ma talbitx dan matul dan il-perjodu.
- wara li tkun infurmata dwar dak id-dritt, il-persuna kellha .... ġranet biex titlob kawża mill-ġdid jew appell u li l-persuna ma talbitx dan matul dak il-perjodu.
Emenda 47
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 5 – punt 1
Deċiżjoni ta" Qafas 2008/.../ĠAI
Artikolu 1 – punt e
1) fl-Artikolu 1 għandu jiddaħħal il-punt li ġej:
(e)  "Deċiżjoni mogħtija in absentia" għandha tfisser deċiżjoni kif definita fil-punt (a) meta l-persuna ma dehritx personalment fil-proċedimenti li rriżultaw f'dik id-deċiżjoni."
imħassar
Emenda 48
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 5 – punt 2
Deċiżjoni ta" Qafas 2008/.../ĠAI
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt f
(f) skond iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 4, id-deċiżjoni ġiet mogħtija in absentia, sakemm iċ-ċertifikat ma jiddikjarax li l-persuna:
(f) skont iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 4, id-deċiżjoni ġiet mogħtija wara kawża li fiha l-persuna kkonċernata ma dehritx personalment, sakemm iċ-ċertifikat ma jiddikjarax li, skont il-liġi nazzjonali ta" l-Istat emittent, il-persuna:
Emenda 49
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 5 – punt 2
Deċiżjoni ta" Qafas 2008/.../ĠAI
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt f – punt i
(i) fi żmien xieraq, u b'lingwa li tifhem,
(i) il-persuna ssejħet jew ġiet infurmata skond il-liġi nazzjonali ta" l-Istat emittent permezz ta" rappreżentant kompetenti u fi żmien xieraq dwar id-data u l-post skedati għall-kawża li wasslet għad-deċiżjoni mogħtija in absentia
(a) jew ġiet imsejħa personalment b'mod dirett jew irċeviet fil-fatt informazzjoni uffiċjali b'mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati b'tali mod li kien stabbilit b'mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża,
u
u
kienet infurmata dwar il-fatt li deċiżjoni bħal din tista" tingħata f'każ li l-persuna ma tidhirx għall-kawża;
(b) kienet informata personalment li deċiżjoni tista' tingħata jekk il-persuna ma tidhirx għall-kawża;
jew
jew
Emenda 50
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 5 – punt 2
Deċiżjoni ta" Qafas 2008/.../ĠAI
Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt f – punt i a (ġdid)
(ia) wara li tkun ġiet imsejħa direttament u personalment jew irċeviet l-informazzjoni b'mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati għall-kawża b'tali mod li kien stabbilit b'mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża, kienet tat mandat espliċitu lil konsulent legali li kien magħżul, maħtur u mħallas mill-persuna kkonċernata jew li kien maħtur u mħallas mill-Istat b'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli għad-drittijiet tad-difiża, u li kienet rappreżentata minn dak il-konsulent waqt il-kawża;
jew
Emenda 51
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 5 – punt 2
Deċiżjoni ta" Qafas 2008/.../ĠAI
Artikolu 9 paragrafu – punt f – punt ii
(ii) wara li ġiet notifikata uffiċjalment bid-deċiżjoni mogħtija in absentia u ġiet informata espressament dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid u d-dritt li tkun preżenti għal dik il-kawża:
(ii) wara li ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni u ġiet informata espressament b'lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, li fiha l-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għal revoka tad-deċiżjoni oriġinali u li tista' tappella kontra d-deċiżjoni l-ġdida:
- iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni mogħtija in absentia;
- iddikjarat espressament li hija ma kkontestatx id-deċiżjoni;
jew
jew
ma talbitx kawża mill-ġdid fl-iskeda ta' żmien applikabbli li kien ta' l-inqas [...] jiem;
- ma talbitx kawża mill-ġdid jew appell fl-iskeda ta' żmien applikabbli, li għandu jkun mill-inqas 10 t'ijiem u mhux iktar minn 15-il ġurnata.
Emenda 52
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 5 – punt 3
Deċiżjoni ta" Qafas 2008/.../ĠAI
Anness – kaxxa k – punt 1 – parti introduttorja u subpunti a u b
1.  Indika jekk id-deċiżjoni kinitx mogħtija in absentia:
1.  Indika jekk il-persuna dehritx personalment fil-proċeduri li wasslu għad-deċiżjoni:
a. ? Le, ma kinitx
a. ? Iva, il-persuna dehret personalment għall-proċeduri li wasslu għad-deċiżjoni.
b. ? Iva, kienet. Jekk weġibt iva, jekk jogħġbok ikkonferma li:
b. ? Le, il-persuna ma dehritx personalment għall-proċeduri li wasslu għad-deċiżjoni.
Jekk weġibt "le" għall-mistoqsija ta" hawn fuq, jekk jogħġbok indika jekk:
Emenda 53
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 5 – punt 3
Deċiżjoni ta" Qafas 2008/.../ĠAI
Anness – kaxxa k – punt 1 – punt b.1
? b.1 il-persuna ġiet imsejħa personalment jew informata skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru emittent permezz ta' rappreżentant kompetenti u fi żmien debitu bid-data u l-post skedati tas-seduta li wasslet għad-deċiżjoni mogħtija in absentia u informata dwar il-fatt li tali deċiżjoni tista' tingħata fil-każ li l-persuna ma tidhirx għall-kawża
? b.1 il-persuna ġiet imsejħa direttament u personalment jew tkun irċeviet informazzjoni uffiċjali permezz ta" mezzi oħra u b'lingwa li tifhem, skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru emittent fi żmien debitu bid-data u l-post skedati tal-kawża li wasslet għad-deċiżjoni b'tali mod li kien stabbilit b'mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bid-data u l-post skedati tal-kawża u informata personalment dwar il-fatt li tali deċiżjoni tista' tingħata fil-każ li l-persuna ma tidhirx għall-kawża
Ħin u post ta" meta u fejn il-persuna ssejħet jew ġiet informata b'xi mod ieħor:
Ħin u post ta' meta u fejn il-persuna ġiet imsejħa jew meta rċeviet l-informazzjoni uffiċjali personalment b'mezzi oħra:
……………………………………………
……………………………………………
Il-lingwa li ntużat biex tingħata l-informazzjoni:
……………………………………………
Iddeskrivi kif il-persuna ġiet informata:
Iddeskrivi kif il-persuna ġiet informata:
……………………………………………
JEW
……………………………………………
JEW
Emenda 54
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 5 – punt 3
Deċiżjoni ta" Qafas 2008/.../ĠAI
Anness – kaxxa k – punt 1 – punt b.1 a (ġdid)
? b.1a wara li tkun ġiet imsejħa direttament u personalment jew irċeviet l-informazzjoni b'mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati tal-kawża b'tali mod li kien stabbilit b'mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża, kienet tat mandat espliċitu lil konsulent legali li kien magħżul, maħtur u mħallas mill-persuna kkonċernata jew li kien maħtur u mħallas mill-Istat b'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli għad-drittijiet tad-difiża, u li kienet rappreżentata minn dak il-konsulent waqt il-kawża;
Agħti informazzjoni dwar kif ġiet issodisfata din il-kundizzjoni:
……………………………………………
JEW
Emenda 55
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 5 – punt 3
Deċiżjoni ta" Qafas 2008/.../ĠAI
Anness – kaxxa k – punt 1 – punt b.2
? b.2 il-persuna, wara li ġiet notifikata bid-deċiżjoni mogħtija in absentia, iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni mogħtija in absentia.
? b.2 il-persuna, wara li ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni u ġiet informata espressament b'lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, li fiha l-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għar-revoka tad-deċiżjoni oriġinali u li tista' tappella kontra d-deċiżjoni l-ġdida, iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni.
Iddeskrivi meta u kif il-persuna ddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni mogħtija in absentia:
Iddeskrivi meta l-persuna ġiet notifikata bid-deċiżjoni, meta ġiet infurmata bil-kawża mill-ġdid jew għal appell u meta u kif il-persuna ddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni:
…………………………………………
JEW
…………………………………………
JEW
Emenda 56
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 5 – punt 3
Deċiżjoni ta" Qafas 2008/.../ĠAI
Anness – kaxxa k – punt 1 – punt b.3
b.3 il-persuna ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni mogħtija in absentia fi ................ (jum/xahar/sena) u kellha d-dritt għal kawża mill-ġdid fl-Istat emittent taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:
b.3 il-persuna ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni wara kawża li fiha l-persuna kkonċernata ma dehritx personalment fi ................ (jum/xahar/sena) u kellha d-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell fl-Istat emittent skont il-kondizzjonijiet li ġejjin:
- il-persuna ġiet informata espressament dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid u d-dritt li tkun preżenti għal dik il-kawża; u
- il-persuna ġiet infurmata espressament b'lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, li fiha l-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għar-revoka tad-deċiżjoni oriġinali, u
- wara li tkun infurmata dwar dan id-dritt, il-persuna kellha .... ġranet biex titlob kawża mill-ġdid u li l-persuna ma talbitx dan matul dan il-perjodu.
- wara li tkun infurmata dwar dak id-dritt, il-persuna kellha .... ġranet biex titlob kawża mill-ġdid jew appell u li l-persuna ma għamlitx talba bħal din matul dak il-perjodu.
Emenda 57
Inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika ta" Franza, mir-Repubblika Ċeka, mir-Renju ta' l-Iżvezja, mir-Repubblika tas-Slovakja, mir-Renju Unit u mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja – att li jemenda
Artikolu 5 a (ġdid)
Artikolu 5a
Emendi lid-Deċiżjoni ta" Qafas 2008/.../ĠAI
Id-Deċiżjoni ta" Qafas 2008/.../ĠAI huwa b'dan emendat kif ġej:
1) fl-Artikolu (9(1)), punt (h) għandu jinbidel b'dan li ġej:
(h) skond iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu (6) id-deċiżjoni ġiet mogħtija wara kawża li fiha l-persuna kkonċernata ma dehritx personalment, sakemm iċ-ċertifikat ma jiddikjarax li, skont il-liġi nazzjonali ta" l-Istat emittent, il-persuna:
(i) fi żmien xieraq, u b'lingwa li tifhem:
- jew ġiet imsejħa personalment b'mod dirett jew irċeviet fil-fatt informazzjoni uffiċjali b'mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati b'tali mod li kien stabbilit b'mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża,
u
- kienet informata personalment li deċiżjoni tista' tingħata jekk il-persuna ma tidhirx għall-kawża;
jew
(ii) wara li tkun ġiet imsejħa direttament u personalment jew irċeviet l-informazzjoni b'mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati għall-kawża b'tali mod li kien stabbilit b'mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża, kienet tat mandat espliċitu lil konsulent legali li kien magħżul, maħtur u mħallas mill-persuna kkonċernata jew li kien maħtur u mħallas mill-Istat b'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli għad-drittijiet tad-difiża, u li kienet rappreżentata minn dak il-konsulent waqt il-kawża; jew
(iii) wara li ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni u ġiet informata espressament b'lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, il-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għal revoka tad-deċiżjoni oriġinali u li tista' tappella kontra d-deċiżjoni l-ġdida:
- iddikjarat espressament li hija ma kkontestatx id-deċiżjoni;
jew
- ma talbitx kawża mill-ġdid jew appell fl-iskeda ta' żmien applikabbli, li għandu jkun mill-inqas 10 t'ijiem u mhux aktar minn 15-il ġurnata.
2)  Fil-kaxxa ((i)) ta' l-Anness ("ċertifikat"), subpunt (1) għandu jinbidel b'dan li ġej:
"1. Indika jekk il-persuna dehritx personalment fil-proċeduri li wasslu għad-deċiżjoni:
a. ? Iva, il-persuna dehret personalment għall-proċeduri li wasslu għad-deċiżjoni.
b. ? Le, il-persuna ma dehritx personalment għall-proċeduri li wasslu għad-deċiżjoni.
Jekk weġibt "le" għall-mistoqsija ta" hawn fuq, jekk jogħġbok indika jekk:
(i) il-persuna ġiet imsejħa direttament u personalment jew tkun irċeviet informazzjoni uffiċjali permezz ta" mezzi oħra, b'lingwa li tifhem, skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat emittent fi żmien xieraq bid-data u l-post skedati tal-proċeduri li wasslu għad-deċiżjoni b'tali mod li kien stabbilit b'mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bid-data u l-post skedati tal-proċeduri u informata personalment dwar il-fatt li tali deċiżjoni tista' tingħata fil-każ li l-persuna ma tidhirx għall-kawża.
Ħin u post ta' meta u fejn il-persuna ġiet imsejħa jew meta rċeviet l-informazzjoni uffiċjali personalment b'mezzi oħra:
……………………………………………
Il-lingwa li ntużat biex tingħata l-informazzjoni:
……………………………………………
Iddeskrivi kif il-persuna ġiet informata:
……………………………………………
JEW
(ii) wara li tkun ġiet imsejħa direttament u personalment jew irċeviet l-informazzjoni b'mezzi oħra dwar id-data u l-post skedati għall-kawża b'tali mod li kien stabbilit b'mod ċar li l-persuna konċernata kienet taf bil-kawża, kienet tat mandat espliċitu lil konsulent legali li kien magħżul, maħtur u mħallas mill-persuna kkonċernata jew li kien maħtur u mħallas mill-Istat b'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli għad-drittijiet tad-difiża, u li kienet rappreżentata minn dak il-konsulent waqt il-kawża;
Agħti informazzjoni dwar kif ġiet issodisfata din il-kundizzjoni:
……………………………………………
JEW
(iii) il-persuna, wara li ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni u ġiet informata espressament b'lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, li fiha l-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għal revoka tad-deċiżjoni oriġinali u li tista' tappella kontra d-deċiżjoni l-ġdida, iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni.
Iddeskrivi meta l-persuna ġiet notifikata bid-deċiżjoni, meta ġiet infurmata bid-dritt tagħha għal kawża mill-ġdid jew għal appell u meta u kif il-persuna ddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni:
…………………………………………
JEW
(iv) il-persuna ġiet notifikata personalment bid-deċiżjoni wara kawża li fiha hi ma dehritx personalment fi ................ (jum/xahar/sena) u kellha d-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell fl-Istat emittent skont il-kondizzjonijiet li ġejjin:
- il-persuna ġiet informata espressament b'lingwa li tifhem dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew għal appell, fejn ikollha d-dritt li tipparteċipa, li fija l-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, ikunu eżaminati (mill-ġdid) u jistgħu jwasslu għar-revoka tad-deċiżjoni oriġinali, u
- wara li tkun infurmata dwar dak id-dritt, il-persuna kellha .... ġranet biex titlob kawża mill-ġdid jew appell u li l-persuna ma għamlitx talba bħal din matul dak il-perjodu.
________________________________

Is-Sajd u l-Akkwakultura fil-kuntest ta" Amministrazzjoni Integrata taz-Zona Kostali fl-Ewropa
PDF 247kWORD 56k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar is-Sajd u l-Akkwakultura fil-kuntest ta" Amministrazzjoni Integrata taz-Zona Kostali fl-Ewropa (2008/2014(INI))
P6_TA(2008)0382A6-0286/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni 2002/413/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2002 rigward l-implimentazzjoni ta' Amministrazzjoni Integrata taz-Zona Kostali fl-Ewropa(1),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-7 ta' Ġunju 2007 bit-titolu 'Rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill: Evalwazzjoni tal-Amministrazzjoni Integrata taz-Zona Kostali fl-Ewropa (ICZM)' (COM(2007)0308),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd(2),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ambjentali marittima (Direttiva ta" Qafas dwar l-Istrateġija għall-Baħar)(3) u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni ta' l-24 ta' Ottubru 2005 bit-titolu l-Istrateġija Tematika dwar il-Protezzjoni u l-Konservazzjoni ta' l-Ambjent ta' l-Ibħra' (COM(2005)0504),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni ta' l-10 ta' ottubru 2007 bit-titolu 'Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea', (COM(2007)0575),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Ġunju 2006 dwar sajd qrib il-kosta u l-problemi li jiffaċċjaw il-komunitajiet tas-sajd qrib il-kosta(4),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tad-9 ta' Marzu 2006 dwar it-titjib tas-sitwazzjoni ekonomika fl-industrija tas-sajd (COM(2006)0103) u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Settembru 2006 dwar dan is-suġġett(5),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tad-19 ta' Settembru 2002 bit-titolu 'Strateġija għall-Iżvilupp Sostenibbli ta" l-Akkwakultura Ewropea' (COM(2002)0511),

–   wara li kkunsidra l-istudju tal-Parlament dwar "Id-dipendenza reġjonali fuq l-industriji tas-sajd"(6),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0286/2008),

A.   billi l-Amministrazzjoni Integrata taz-Zona Kostali (ICZM) mhijiex biss politika ambjentali iżda wkoll proċess li dejjem għaddej immirat lejn it-titjib tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali taz-zoni kostali u l-iżgurar ta' l-iżvilupp sostenibbli ta' l-attivitajiet kollha li għaddejjin f'dawk ir-reġjuni, bħalma huma s-sajd u l-akkwakultura,

B.   billi l-implimentazzjoni tal-ICZM hija proċess fuq medda twila ta' żmien u bosta strateġiji nazzjonali adottati fi ħdan il-qafas tar-Rakkomandazzjoni hawn fuq imsemmija bdew jiġu implimentati biss fl-2006,

C.   billi l-ġestjoni taz-zoni kostali s'issa ġiet imwettqa f'terminu medju ta' żmien, u ġie injurat il-fatt li dawn huma ekosistemi kumplessi li jinbidlu maż-żmien,

D.   billi d-deċiżjonijiet u l-miżuri li ttieħdu jirrigwardaw attivita? iżolata u ma rnexxilhomx jittrattaw il-problema tad-degradazzjoni taz-zoni kostali fil-kuntest sħiħ tagħhom,

E.   billi l-ippjanar eżistenti s'issa ffoka fuq l-art u ma rnexxilux jikkunsidra l-impatt ta' ċerti attivitajiet kostali fuq attivitajiet oħra li għaddejjin fl-istess reġjun,

F.   billi huwa mistenni li l-istrateġiji nazzjonali ta' l-ICZM mhux se jkunu ta' spiża kbira biex jiġu implimentati, filwaqt li se jipproduċu benefiċċji finanzjarji sinifikanti,

G.   billi ma rnexxiex li tiġi involuta b'mod adegwat rappreżentanza mis-setturi kollha fil-miżuri ta' ppjanar u ta' implimentazzjoni biex jiġu indirizzati l-problemi taz-zoni kostali, u b'riżultat ta' dan, saret ħsara lill-interessi ta' ċerti setturi,

H.   billi l-implimentazzjoni ta' politika ta' amministrazzjoni integrata tinvolvi l-ippjanar f'zoni kostali ta' użi relatati mal-popolazzjoni, użi relatati mat-turiżmu u użi ekonomiċi u ta' protezzjoni tal-pajsaġġ u tal-ambjent,

I.   billi għadha ma kienitx possibbli l-koordinazzjoni effettiva tal-korpi tal-ICZM ħlief f'xi każijiet iżolati,

J.   billi l-implimentazzjoni ta' politiki għall-promozzjoni tal-ICZM tista', f'ċerti każi, tirrikjedi nfiq fuq skala għolja, li mhux possibbli jintlaħaq mill-komunitajiet lokali, u dan jirriżulta f'appelli f'livelli amministrattivi ogħla u tardjar fl-implimentazzjoni,

K.   billi, minħabba n-natura transkonfinali ta' bosta proċessi kostali, huma meħtieġa l-koordinazzjoni u l-koperazzjoni reġjonali, anki ma' pajjiżi terzi,

L.   billi s-sajd u l-akkwakultura huma żewġ attivitajiet kostali li verament jiddependu fuq il-kwalita? ta' l-ilmijiet ta' qrib il-kosta,

M.   billi għadu ma ntlaħaqx livell ta' żvilupp teknoloġiku fl-akkwakultura li jista' jippermetti lil dik l-attivita? (li hija ta' xorta intensiva) li tiġi mwettqa 'l bogħod minn zoni kostali,

N.   billi għandu jiġi meqjus is-sehem fundamentali, li s'issa ftit ġie rikonoxxut, tan-nisa fiz-zoni li jiddependu fuq is-sajd,

O.   billi s-sajd qrib il-kosta ilaħħaq għal 80% tal-flotta tas-sajd Komunitarja u jikkontribwixxi għall-koeżjoni ekonomika u soċjali tal-komunitajiet kostali u l-preservazzjoni tat-tradizzjonijiet tagħhom,

P.   billi s-sajd, għalkemm mhuwiex sors ta' tniġġis fih innifsu, ibati mill-impatt tat-tniġġis ikkawżat minn attivitajiet oħra li jkunu għaddejjin f'zoni kostali, li jkompli jdgħajjef il-vijabbilta? tiegħu,

Q.   billi s-sajd u l-akkwakultura huma ta' importanza ekonomika u soċjali kbira, peress li huma mwettqa l-aktar f'reġjuni kostali b'ekonomiji dgħajfa, fejn ħafna minnhom huma żvantaġġati u ma jistgħux jipprovdu lir-residenti tagħhom b'opportunitajiet alternattivi ta' xogħol,

R.   billi l-eżistenza ta' ambjent marittimu nadif u f'saħħtu jikkontribwixxi għaż-żieda fil-produzzjoni ġejjienija tas-sajd u b'hekk itejjeb il-prospetti għal dan is-settur,

S.   billi l-akkwakultura hija bbażata sew fuq il-prinċipju ta' żvilupp sostenibbli, u kwalunkwe impatt ambjentali huwa kkumpensat minn regoli Komunitarji,

T.   billi f'ambjent fejn l-istokkijiet tal-ħut qed jonqsu u fejn qed tiżdied id-domanda dinjija għall-ħut u għall-frott tal-baħar, l-importanza ta' l-akkwakultura fl-Ewropa qed tiżdied b'mod kostanti,

U.   billi mhux l-Istati Membri kollha lestew l-ippjanar reġjonali tagħhom b'konformita? mal-prinċipji tal-ICZM għall-iżvilupp ibbilanċjat ta' attivitijiet imwettqa f'dawn iz-zoni,

V.   billi hemm kompetizzjoni ħarxa għall-ispazju fiz-zoni kostali, u l-akkwakulturisti u s-sajjieda għandhom l-istess drittijiet u obbligi bħal utenti oħra,

W.   billi r-reġjuni l-aktar imbiegħda, kif definiti fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat KE u l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar ix-Xogħol tal-Unjoni Ewropea, jistgħu jirrikjedu l-ħolqien ta' strateġiji integrati nazzjonali speċifiċi tal-ICZM u adattament adegwat tal-ICZM fuq livell tal-UE,

1.  Jenfasizza l-importanza ekonomika u soċjali tas-sajd u tal-akkwakultura għar-reġjuni kostali u jsejjaħ sabiex huma jirċievu għajnuna fil-qafas tal-ICZM;

2.  Juri l-ħtieġa li jkun żgurat li s-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura jkunu involuti u rappreżentati sew f'aggruppamenti marittimi transnazzjonali, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tistimula dan il-proċess;

3.  Jisħaq li l-Fond Ewropew għas-Sajd jista' jikkontribwixxi għal finanzjament, fuq medda twila ta' żmien, ta' miżuri fi ħdan il-qafas tal-ICZM peress li dan jappoġġja azzjonijiet li jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli tar-reġjuni tas-sajd;

4.  Juri l-ħtieġa li jiġu kjarifikati l-kompetenzi tal-korpi amministrattivi taz-zoni kostali konċernati u li jiġu stabbiliti strateġiji koordinati sabiex dawn ikunu aktar effettivi;

5.  Jirrikonoxxi d-diffikultajiet involuti fil-koordinament tal-attivitajiet tal-korpi ta' amministrazzjoni taz-zona kostali u jistieden lill-Kummissjoni biex fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-ICZM, u wara li jiġu konsultati l-Istati Membri, teżamina mill-ġdid jekk għandux jitwaqqaf korp ta' koordinazzjoni jew le;

6.  Jenfasizza l-ħtieġa li jkunu involuti rappreżentanti tas-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura fl-attivitajiet marbuta mal-ippjanar u l-iżvilupp tal-ICZM (filwaqt li wieħed jiftakar li l-involviment tagħhom fl-istrateġiji tal-iżvilupp sostenibbli se jżid il-valur miżjud tal-prodotti tagħhom) u jfakkar li l-Fond Ewropew għas-Sajd jista' jappoġġja azzjonijiet kollettivi bħal dawn;

7.  Jirrikonoxxi s-sehem importanti tan-nisa fiz-zoni li jiddependu fuq is-sajd u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkoperaw sabiex jiġi promoss u inkorporat il-prinċipju ta' opportunitajiet ugwali fil-fażijiet differenti tal-implimentazzjoni tal-Fond Ewropew għas-Sajd (inklużi l-fażijiet tat-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni), kif previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006;

8.  Jitlob għal koperazzjoni aktar mill-viċin bejn il-korpi kompetenti fuq livell reġjonali permezz ta' skambjar ta' informazzjoni relatat mal-qagħda taz-zoni kostali u l-adozzjoni ta' strateġiji konġunti għat-titjib tal-qagħda ambjentali ta' ekosistemi marittimi lokali;

9.  Jistieden lill-gvernijiet nazzjonali u reġjonali tar-reġjuni l-aktar imbiegħda biex iħejju strateġji integrati tal-ICZM sabiex jiggarantixxu l-iżvilupp sostenibbli tar-reġjuni kostali;

10.  Jenfasizza l-importanza, fil-kuntesti ta' hawn fuq, ta' ppjanar adegwat tal-ispazju;

11.  L-akkwakultura għal-skopijiet ta' popolazzjoni mill-ġdid hija għodda essenzjali sabiex tinkiseb il-preservazzjoni ekoloġika f'ċerti zoni kostali, u għalhekk għandha tiġi promossa, stimulata u appoġġjata finanzjarjament;

12.  Jenfasizza l-importanza tal-akkwakultura fl-industrija tal-ikel għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku f'ċerti komunitajiet kostali tal-UE;

13.  Jikkunsidra li s-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura għandhom jiġu inklużi t-tnejn li huma f'approċċ trasversali għall-attivitajiet marittimi kollha li jseħħu f'zoni kostali sabiex jinkiseb żvilupp sostenibbli b'konformita? mal-linji gwida l-ġodda tal-politika marittima;

14.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żvilupppati u implimentati strateġiji biex jiġu aġġustati l-perikli li jaffaċċaw iz-zoni kostali, inklużi l-bdil fil-klima, filwaqt li jiġi meqjus l-impatt fuq is-sajd u l-akkwakultura;

15.  Jemmen li għandhom jitkomplew l-isforzi tal-ġbir tad-data sabiex ikun hemm kontribut għall-iskambju u l-użu ta' informazzjoni bil-għan li jitwettqu studji kumparattivi, inkluża data fuq il-qagħda tal-bijodiversita? u l-istokkijiet tal-ħut;

16.  Jemmen li għandhom isiru sforzi akbar ta' riċerka fl-akkwakultura bil-għan li jiġu introdotti sistemi ta' kultivazzjoni bbażati fuq produzzjoni intensiva b'ċirkuwitu magħluq;

17.  Jipproponi li l-proġetti tal-akkwakultura li jużaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli u li ma jinvolvux zoni protetti skont il-liġi ambjentali tal-UE għandhom jingħataw prijorita? fil-kuntest tal-ICZM;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Istati Membri, biex tistabbilixxi skeda ċara biex jiġi eżaminat il-progress fl-implimentazzjoni tal-ICZM fl-Unjoni Ewropea;

19.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 148, 6.6.2002, p. 24.
(2) ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.
(3) ĠU L 164, 25.06.2008, p. 19.
(4) ĠU C 300E, 9.12.2006, p. 504.
(5) ĠU C 306 E, 15.12.2006, p. 417.
(6) IP/B/PECH/ST/IC/2006-198.


L-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) taħt il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen ***I
PDF 286kWORD 38k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 562/2006 dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) fir-rigward ta' l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) (COM(2008)0101 – C6-0086/2008 – 2008/0041(COD))
P6_TA(2008)0383A6-0208/2008

(Proċedura ta" kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0101),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u u 62(2)(a) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0086/2008),

–   wara li kkunsidra l-impenji mogħtija mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tal-25 ta' Ġunju 2008 biex jadotta l-proposta kif emendata, skond l-Artikolu 251(1), it-tieni sentenza, l-ewwel inċiż tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0208/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta' Settembru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) fir-rigward ta' l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS)

P6_TC1-COD(2008)0041


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, ir-Regolament (KE) Nru 81/2009.)


It-tisħiħ tal-Eurojust u l-emenda tad-Deċiżjoni 2002/187/GAI *
PDF 578kWORD 228k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar l-inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-Eurojust u li temenda d-Deċiżjoni 2002/187/GAI (5613/2008 – C6-0076/2008 – 2008/0804(CNS))
P6_TA(2008)0384A6-0293/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja (5613/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 34(2)(b) tat-Trattat UE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat UE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0076/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 93 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0293/2008),

1.  Japprova l-inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kunsill sabiex konsegwentement ibiddel it-test;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja b'mod sustanzjali;

5.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta" Liżbona, biex jagħtu prijorità lil kwalunkwe proposta futura li temenda d-Deċiżjoni bi qbil mad-Dikjarazzjoni Nru 50 rigward l-Artikolu 10 tal-Protokoll dwar dispożizzjonijiet tranżizzjonali li jridu jkunu annessi mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika;

6.  Huwa determinat li jeżamina kull proposta futura bħal din bi proċedura urġenti bi qbil mal-proċedura msemmija fil-paragrafu 5 u f'koperazzjoni mill-qrib mal-parlamenti nazzjonali;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja.

Test propost minn 14-il Stat Membru   Emenda
Emenda 1
Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja – att li jemenda
Premessa 5 a (ġdida)
(5a)  Fid-dawl tal-Artikolu 86 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, huwa meħtieġ li titfassal Green Paper dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.
Emenda 2
Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja – att li jemenda
Premessa 5 b (ġdida)
(5b)  Hu meħtieġ li d-drittijiet tal-konvenuti u tal-vittmi jitqiesu waqt id-determinazzjoni ta' liema Stat Membru qiegħed fl-aħjar pożizzjoni biex iħarrek jew jieħu azzjoni oħra ta' infurzar tal-liġi.
Emenda 3
Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja – att li jemenda
Premessa 8 a (ġdida)
(8a)  Salvagwardji proċedurali xierqa, inkluż waqt l-investigazzjonijiet, huma kundizzjoni neċessarja sabiex id-deċiżjonijiet tal-qrati jkunu rikonoxxuti b'mod reċiproku fi kwistjonijiet kriminali. B'mod partikulari, deċiżjoni ta' qafas dwar id-drittijiet proċedurali għandha tkun adottata mill-aktar fis sabiex ikunu stipulati ċerti regoli minimi dwar id-disponibilità ta' assistenza legali għall- individwi fl-Istati Membri.
Emenda 4
Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja – att li jemenda
Premessa 8 b (ġdida)
(8b)  Huwa meħtieġ ukoll li l-Kunsill jadotta malajr kemm jista' jkun deċiżjoni ta' qafas dwar il-ħarsien ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-koperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, li tipprovdi livell xieraq ta' ħarsien tad-data. L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu livell ta' ħarsien ta' data personali fil-liġi nazzjonali tagħhom li jkun tal-anqas ekwivalenti għal dak previst fil-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni ta' Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data Personali tat-28 ta' Jannar 1981 u l-Protokoll Addizzjonali tagħha tat-8 ta' Novembru 2001, u waqt li jagħmlu dan, għandhom iqisu r-Rakkomandazzjoni Nru R (87) 15 tas-17 ta' Settembru 1987 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa lill-Istati Membri li tirregola l-użu ta' data personali fis-settur tal-pulizija, u wkoll jiżguraw il-ħarsien ta' data li ma tkunx ipproċessata awtomatikament.
Emenda 5
Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja – att li jemenda
Premessa 8 c (ġdida)
(8c)  Huwa importanti li jkun żgurat ħarsien xieraq tad-data personali għat-tipi kollha ta' sistemi ta' skedar ta' data personali użati mill-Eurojust. F'dan ir-rispett, ir-Regoli ta' Proċedura dwar l-ipproċessar u l-protezzjoni ta' data personali fil-Eurojust1 għandhom japplikaw ukoll għall-fajls manwali stutturati, jiġifieri, il-fajls relatati mal-każijiet li jinġabru manwalment mill-membri nazzjonali jew mill-assistenti, u huma organizzati b'mod loġiku.
_____________
1 ĠU C 68, 19.3.2005, p. 1.
Emenda 6
Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja – att li jemenda
Premessa 8 d (ġdida)
(8d)  Waqt l-ipproċessar ta' data dwar il-kwantità ta' posta elettronika skond l-Artikolu 14(1), il-Eurojust għandu jiżgura li l-kontenut u t-titoli tal-posta elettronika ma jkunux żvelati.
Emenda 7
Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju ta' l-Olanda, tar-Repubblika ta' l-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika ta' l-Islovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju ta' l-Iżvezja – att li jemenda,
Premessa 8 e (ġdida)
(8e)  Persuni li kienu suġġetti għal investigazzjoni kriminali msejsa fuq talba tal-Eurojust, imma li għadhom ma tħarrkux, għandhom jiġu infurmati dwar dik l-investigazzjoni mhux aktar tard minn sena wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni li ma jitħarrkux.
Emenda 8
Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja – att li jemenda
Premessa 8 f (ġdida)
(8f)  L-Istati Membri għandhom jipprovdu rimedju ġudizzjarju fejn l-investigazzjoni tkun twettqet fuq talba tal-Eurojust fuq il-bażi ta' raġunijiet li b'mod evidenti ma kinux biżżejjed.
Emenda 9
Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Deċiżjoni 2002/187/JHA
Atikolu 5a – paragrafu 1
1.  Sabiex twettaq il-kompiti tagħha abbażi ta' emerġenza, l-Eurojust għandha tistabbilixxi "Ċellula għall-Koordinazzjoni ta' Emerġenza" (ECC).
1.  Sabiex twettaq il-kompiti tagħha abbażi ta' emerġenza, l-Eurojust għandha tistabbilixxi "Ċellula għall-Koordinazzjoni ta' Emerġenza" (ECC), li għandha tkun kuntattabbli permezz ta' punt ta' kuntatt wieħed.
Emenda 10
Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Deċiżjoni 2002/187/JHA
Atikolu 5a – paragrafu 2
2.  L-ECC għandha tkun komposta minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru, li jista' jkun jew il-membru nazzjonali, id-deputat tiegħu jew tagħha, jew assistent intitolat li jissostitwixxi l-membru nazzjonali. L-ECC għandha tkun kuntattabbli u tkun tista' taġixxi fi kwalunkwe mument kull erbgħa u għoxrin siegħa.
2.  L-ECC għandha tkun komposta minn rapprezentant wieħed minn kull Stat Membru, li jista' jkun jew il-membru nazzjonali, id-deputat tiegħu jew tagħha, jew assistent intitolat li jissostitwixxi l-membru nazzjonali. Ir-rappreżentant għandu jkun jista' jaġixxi fuq bażi ta' 24 siegħa kuljum.
Emenda 11
Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Deċiżjoni 2002/187/JHA
Atikolu 5a – paragrafu 3
3.  Meta f'każi urġenti, teħtieġ titwettaq talba għal koperazzjoni ġudizzjarja f'diversi Stati Membri, l-awtorità kompetenti tista' tressaqha lill-ECC permezz tar-rappreżentant ta' l-Istat Membru tagħha fl-ECC. Ir-rappreżentant ta' l-Istat Membru konċernat fl-ECC għandu jibgħat it-talba sabiex titwettaq lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri rilevanti. Fejn ma ġiet identifikata l-ebda awtorità nazzjonali jew mhuwiex possibbli li tiġi identifikata b'mod f'waqtu, il-membru ta' l-ECC għandu jkollu s-setgħa li jwettaq it-talba huwa stess.
3.  Meta f'każi urġenti, teħtieġ titwettaq talba għal koperazzjoni ġudizzjarja f'diversi Stati Membri, l-awtorità kompetenti tista' tressaqha lill-ECC permezz tar-rappreżentant tal-Istat Membru tagħha fl-ECC. Ir-rappreżentant tal-Istat Membru konċernat fl-ECC għandu jibgħat it-talba sabiex titwettaq lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri rilevanti. Fejn ma jkunx possibbli li tiġi identifikata awtorità nazzjonali kompetenti fi żmien xieraq, il-membru tal-ECC għandu jkollu s-setgħa li jwettaq it-talba huwa stess. F'każ bħal dan, il-membru tal-ECC ikkonċernat għandu jinforma l-Kulleġġ bil-miktub u mingħajr dewmien dwar il-passi li ttieħdu u r-raġunijiet għan-nuqqas ta' identifikazzjoni tal-awtorità nazzjonali kompetenti fi żmien xieraq.
Emenda 12
Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 4
Deċiżjoni 2002/187/JHA
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a – subpunt vi
(vi) jieħdu miżuri investigattivi speċjali;
imħassar
Emenda 13
Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 4
Deċiżjoni 2002/187/JHA
Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a – subpunt vii
(vii) jieħdu kwalunkwe miżura ġustifikata għall-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni;
imħassar
Emenda 14
Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 6
Deċiżjoni 2002/187/JHA
Artikolu 8
Jekk l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri konċernati jiddeċiedu li ma jikkonformawx ma' talba msemmija fl-Artikolu 6(1)(a), 6(1)(g), 7(1)(a), 7(2) u 7(3), huma għandhom jinformaw lill-Eurjust dwar id-deċiżjoni tagħhom u r-raġunijiet għaliha.
1.  Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri konċernati jiddeċiedu li ma jikkonformawx ma' talba msemmija fl-Artikolu 6(1)(a), 6(1)(g), 7(1)(a), 7(2) u 7(3), huma għandhom jinformaw lill-Eurjust dwar id-deċiżjoni tagħhom u r-raġunijiet għaliha.
2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjoni tal-awtorità nazzjonali kompetenti tista' tkun suġġetta għal reviżjoni ġudizzjarja qabel tiġi kkomunikata lill-Eurojust.
Emenda 15
Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 7 – subpunt (c)
Deċiżjoni 2002/187/JHA
Artikolu 9 – paragrafu 4
4.  Biex jilħaq l-objettivi ta' l-Eurojust, il-Membru nazzjonali għandu jkollu aċċess komplet għal:
4.  Biex jilħaq l-objettivi tal-Eurojust, il-membru nazzjonali għandu jkollu aċċess komplet għal jew tal-inqas ikun jista' jikseb
(a) l-informazzjoni li tinsab fir-reġistri li ġejjin:
l-informazzjoni li tinsab fit-tipi ta' reġistri nazzjonali li ġejjin, jekk dawn jeżistu fl-Istat Membru tiegħu jew tagħha:
(i) rekords kriminali nazzjonali,
(i) rekords kriminali;
(ii) reġistri ta' persuni arrestati,
(ii) reġistri ta' persuni arrestati,
(iii) reġistri ta' investigazzjoni;
(iii) reġistri ta' investigazzjoni;
(iv) reġistri tad-DNA;
(iv) reġistri tad-DNA;
(b) reġistri, diversi minn dawk indikati fil-punt (a), ta' l-Istat Membru tiegħu li fihom informazzjoni li jeħtieġ sabiex ikun jista' jwettaq il-kompiti tiegħu.
(v) reġistri oħra tal-Istat Membru tiegħu jew tagħha li fihom informazzjoni meħtieġa sabiex hu jew hi jkun/tkun jista'/tista' jwettaq/twettaq il-kompiti tiegħu jew tagħha.
Emenda 16
Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 8
Deċiżjoni 2002/187/JHA
Atikolu 9a – paragrafu 3
3.  Il-membri nazzjonali jistgħu, f'każi urġenti u fejn ma hemm l-ebda awtorità nazzjonali kompetenti identifikata jew ma jkunx possibbli li tiġi identifikata f'waqtha, jawtorizzaw u jikkoordinaw kunsenji kkontrollati.
3.  Il-membri nazzjonali jistgħu, f'każi urġenti u fejn mhux possibbli li tiġi identifikata awtorità nazzjonali kompetenti fi żmien xieraq, jawtorizzaw u jikkoordinaw kunsenji kkontrollati. F'każ bħal dan, il-membru nazzjonali kkonċernat għandu jinforma l-Kulleġġ bil-miktub u mingħajr dewmien dwar il-passi li ttieħdu u r-raġunijiet għan-nuqqas tal-identifikazzjoni tal-awtorità nazzjonali kompetenti fi żmien xieraq.
Emenda 17
Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 11 – subpunt -a (ġdid)
Deċiżjoni 2002/187/JHA
Artikolu 13, paragrafu 1
(-a) il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:
"1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Eurojust jistgħu jagħtu u jieħdu mingħand xulxin kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tal-ħidmiet tagħha f'konformità ma' l-Artikoli 4 u 5 skont ir-regoli dwar il-ħarsien tad-data stipulati f'din id-Deċiżjoni."
Emenda 18
Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 11 – subpunt (b)
Deċiżjoni 2002/187/JHA
Artikolu 13, paragrafu 5
5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membru nazzjonali tagħhom ikun informat b'mod f'waqtu, fi stadju bikri, u malli l-informazzjoni tkun disponibbli, dwar l-investigazzjonijiet kriminali kollha li jikkonċernaw tliet Stati jew aktar, li minnhom tnejn jew aktar ikunu Stati Membri, li jaqgħu taħt il-mandat ta' l-Eurojust u safejn ikun meħtieġ għall-qadi tal-funzjonijiet ta' l-Eurojust, b'mod partikolari fejn ittri rogatorji paralleli ikunu meħtieġa f'diversi Stati jew fejn hemm ħtieġa għall-koordinazzjoni mill-Eurojust jew f'każijiet ta' konflitti ta' ġurisdizzjoni pożittivi jew negattivi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-obbligu tar-rappurtar ikun sorveljat fil-livell nazzjonali.
5.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membru nazzjonali tagħhom ikun informat b'mod f'waqtu, fi stadju bikri, u malli l-informazzjoni tkun disponibbli, dwar kwalunkwe każ li jikkonċerna tliet Stati jew aktar u li dwaru kienu trażmessi lil tal-inqas żewġ Stati Membri talbiet għal jew deċiżjonijiet dwar koperazzjoni ġudizzjarja, inkluż dawk rigward strumenti li jimplimentaw il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku.
Emenda 19
Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 11 – subpunt (b)
Deċiżjoni 2002/187/JHA
Artikolu 13, paragrafu 6
6.  Bħala l-ewwel pass, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-paragrafu 5 fir-rigward ta' każijiet relatati mar-reati li ġejjin:
6.  Bħala l-ewwel pass, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-paragrafu 5 fir-rigward ta' każijiet relatati mar-reati li ġejjin:
(a) traffikar tad-droga,
(a) traffikar tad-droga,
(aa) sfruttament sesswali ta' tfal u pornografjia bi tfal;
(b) traffikar ta' bnedmin u armi,
(b) traffikar ta' bnedmin u armi,
(c) traffikar ta' skart nukleari,
(c) traffikar ta' skart nukleari,
(d) traffikar ta' opri ta' l-arti,
(d) traffikar ta' opri tal-arti,
(e) kummerċ ta' speċi fil-periklu li jinqerdu,
(e) kummerċ ta' speċi fil-periklu li jinqerdu,
(f) kummerċ ta' organi umani,
(f) kummerċ ta' organi umani,
(g) money laundering,
(g) ħasil ta' flus,
(h) frodi, inkluża frodi kontra l-interessi finanzjarji tal-Komunità,
(h) frodi, inkluża frodi kontra l-interessi finanzjarji tal-Komunità,
(i) falsifikazzjoni ta' muniti, inkluż l-euro,
(i) falsifikazzjoni ta' muniti, inkluż l-euro,
(j) terroriżmu, inkluż il-finanzjament tat-terroriżmu,
(j) terroriżmu, inkluż il-finanzjament tat-terroriżmu,
(k) kriminalità ambjentali,
(k) kriminalità ambjentali,
(l) forom oħrajn ta' kriminalità organizzata.
(l) forom oħrajn ta' reati fejn ikun hemm indikazzjonijiet bil-fatti li hija nvoluta organizzazzjoni kriminali jew fejn huma involuti atti kriminali serji.
Emenda 20
Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 11 – subpunt (b)
Deċiżjoni 2002/187/JHA
Artikolu 13, paragrafu 8
8.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membru nazzjonali tagħhom jkun informat ukoll dwar
8.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membru nazzjonali tagħhom jkun informat ukoll dwar
(a) it-talbiet kollha għal koperazzjoni ġudizzjarja rigward strumenti adottati taħt it-Titolu VI tat-Trattat, inklużi l-istrumenti li jimplimentaw il-prinċipju ta' riknoxximent reċiproku, mibgħutin mill-awtoritajiet kompetent tagħhom f'każijiet li jinvolvu ta' l-anqas tliet Stati, li minnhom tnejn jew aktar ikunu Stati Membri;
(a) każijiet fejn kien hemm kunflitti ta' ġurisdizzjoni jew fejn hemm probabilità li jistgħu iqumu kunflitti bħal dawn;
(b) il-kunsenji kontrollati kollha u investigazzjonijiet diskreti li jaffettwaw ta' l-anqas tliet Stati, li minnhom ta' l-anqas tnejn ikunu Stati Membri;
(b) il-kunsenji kontrollati kollha u investigazzjonijiet diskreti li jaffettwaw tal-anqas tliet Stati, li minnhom tal-anqas tnejn ikunu Stati Membri;
(c) iċ-ċaħdiet kollha ta' talbiet għal koperazzjoni ġudizzjarja rigward strumenti adottati taħt it-Titolu VI tat-Trattat, inklużi strumenti li jimplimentaw il-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku;
(c) diffikultajiet ripetuti jew ċaħdiet rigward l-eżekuzzjoni ta' talbiet għal, u deċiżjonijiet dwar, koperazzjoni ġudizzjarja inklużi strumenti li jimplimentaw il-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku;
(d) it-talbiet kollha għal assistenza legali reċiproka li jaslu minn Stat li ma jkunx Stat Membru fejn jidher li dawn it-talbiet huma parti minn investigazzjoni li tinvolvi talbiet oħrajn mibgħutin minn dak l-Istat li ma jkunx Stat Membru lil, ta' l-anqas, żewġ Stati Membri oħrajn.
Emenda 21
Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 11 – subpunt (b)
Deċiżjoni 2002/187/JHA
Artikolu 13, paragrafu 9
9.  Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-membru nazzjonali bi kwalunkwe informazzjoni oħra li l-membru nazzjonali jqis meħtieġa sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu.
imħassar
Emenda 22
Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 11 – subpunt (b)
Deċiżjoni 2002/187/JHA
Artikolu 13, paragrafu 10 a (ġdid)
10a.  Sa ... *, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, fuq il-bażi tal-informazzjoni trażmessa mill-Eurojust, rapport dwar l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, akkumpanjata, fejn hu xieraq, minn kwalunkwe proposta, inklużi proposti li jikkunsidraw iż-żieda ta' reati oħra għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 6.
____________
* Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.
Emenda 23
Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 13
Deċiżjoni 2002/187/JHA
Artikolu 14, paragrafu 4 u Artikolu 16, paragrafu 1
13)  Fl-Artikolu 14(4) u 16(1), il-kliem "indiċi ta' " jinbidlu bi "Sistema ta' Ġestjoni tal-Każijiet li fiha";
imħassar
Emenda 24
Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 14
Deċiżjoni 2002/187/JHA
Artikolu 15, paragrafu 4 u Artikolu 16, paragrafu 1 u 2
14)  Fl-Artikoli 15(4), 16(1), u 16(2) il-kelma "indiċi' " tinbidel bi "Sistema ta' Ġestjoni tal-Każijiet";
imħassar
Emenda 25
Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 15 – subpunt (a) – subpunt (i)
Deċiżjoni 2002/187/JHA
Artikolu 15 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Meta tkun qed tiġi proċessata data skond l-Artikolu 14(1), l-Eurojust tista' tipproċessa biss id-data personali dwar persuni li, skond il-leġislazzjoni nazzjonali ta' l-Istati Membri konċernati, huma s-suġġett għal investigazzjoni kriminali jew prosekuzzjoni għal waħda jew aktar forom ta' kriminalità u ir-reati definiti fl-Artikolu 4, bħal:
1.  Meta tkun qed tiġi proċessata data skond l-Artikolu 14(1), il-Eurojust jista' jipproċessa biss id-data personali li ġejja dwar persuni li, skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri konċernati, huma s-suġġett għal investigazzjoni kriminali jew prosekuzzjoni għal waħda jew aktar forom ta' kriminalità u r-reati definiti fl-Artikolu 4:
Emenda 26
Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 15 – subpunt (a) – supunt (ii)
Deċiżjoni 2002/187/JHA
Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt l
(l) numri tat-telefon, data dwar ir-reġistrazzjoni ta' vetturi, kontijiet ta' indirizzi elettroniċi, data relatata ma' traffiku permezz tat-telefon u l-posta eletrronika, rekords ta' DNA u ritratti.
(l) mudelli ta' identifikazzjoni tad-DNA, jiġifieri kodiċi b'ittri jew b'ċifri li jirrappreżenta sett ta' karatteristiċi ta' identifikazzjoni tal-parti mhux kodifikanti ta' kampjun analizzat ta' DNA uman, jiġifieri l-istruttura kimika partikulari tad-diversi pożizzjonijiet (loci) tad-DNA;
(la) ritratti;
(lb) numri tat-telefon;
(lc) data marbuta ma' ammont ta' telefonati u posta elettronika li teskludi t-trażmissjoni ta' data dwar il-kontenut;
(ld) kontijiet tal-posta elettronika;
(le) data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi.
Emenda 27
Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 15 – subpunt (b)
Deċiżjoni 2002/187/JHA
Artikolu 15 – paragrafu 2
(b)  Fil-paragrafu 2, titħassar il-kelma "biss";
imħassar
Emenda 28
Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 17 a (ġdid)
Deċiżjoni 2002/187/JHA
Artikolu 23 – paragrafu 12
17a)  L-Artikolu 23(12) jinbidel b'dan li ġej:
"12. Il-Korp Konġunt ta' Sorveljanza għandu jressaq rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill."
Emenda 29
Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 18 – subpunt (a)
Deċiżjoni 2002/187/JHA
Artikolu 26 – paragrafu 1a
1a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Kulleġġ jista' effettivament ikun jista' jiftaħ Fajl ta' Ħidma Analitika ta' l-Europol u li jkun jista' jipparteċipa fil-funzjonament tiegħu.
1a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Kulleġġ effettivament ikun jista' jiftaħ Fajl ta' Ħidma Analitika tal-Europol, kif imsemmi fl-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni bbażata fuq l-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar it-twaqqif ta' Uffiċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni tal-Europol)1 u li jkun jista' jipparteċipa fil-funzjonament tiegħu.
_________________
1 ĠU C 316, 27.11.1995, p. 2.
Emenda 30
Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 18 – subpunt b
Deċiżjoni 2002/187/JHA
Artikolu 26 – paragrafu 2 – punt b
(b) mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 ta' din id-Deċiżjoni u skond l-Artikolu 4(4) tad-Deċiżjoni.../ ../ĠAI, il-punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew għandhom, fuq bażi ta' każ b'każ, jinformaw lill-Eurojust dwar każijiet li jinvolvu żewġ Stati Membri u li jidħlu fil-kompetenza ta' l-Eurojust:
(b) mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni dwar l-Eurojust u skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni.../ ../ĠAI, il-punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew għandhom, fuq bażi ta' każ b'każ, jinformaw lill-membru nazzjonali tagħhom tal-Eurojust dwar il-każijiet l-oħra kollha li l-Eurojust hija meqjusa li qiegħda f'pożizzjoni aħjar biex tittrattahom.
– f'każijiet fejn probbabilment ikun hemm konflitti ta' ġurisdizzjoni,
jew
– f'każijiet ta' ċ-ċaħda ta' talba għal koperazzjoni ġudizzjarja rigward strumenti adottati taħt it-Titolu VI tat-Trattat, inklużi strumenti li jimplimentaw il-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku.
Il-punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew għandhom ukoll, fuq bażi ta' każ b'każ, jinformaw lill-Eurojust dwar il-każijiet kollha li jidħlu fil-kompetenza ta' l-Eurojust u li jinvolvu ta' l-anqas tliet Stati Membri.
Il-membri nazzjonali għandhom, fuq bażi ta' każ b'każ, jinformaw lill-punti ta' kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew dwar il-każijiet kollha li għat-trattament tagħhom in-network jitqies li jkun f'pożizzjoni aħjar.
Il-membri nazzjonali għandhom, fuq bażi ta' każ b'każ, jinformaw il-korrispondenti nazzjonali rispettivi tagħhom tan-Network Ġudizzjarju Ewropew dwar il-każijiet kollha li għat-trattament tagħhom in-network jitqies li jkun f'pożizzjoni aħjar.
Emenda 31
Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 19 a (ġdid)
Deċiżjoni 2002/187/JHA
Artikolu 27 – paragrafu 4
19a)  L-Artikolu 27(4) għandu jinbidel b'dan li ġej:
"Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, it-trażmissjoni ta' data personali mill-Eurojust lil entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(b) u lill-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1(c) ta' Stati terzi li mhumiex suġġetti għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tat-28 ta' Jannar 1981 tista' ssir biss meta jiġi żgurat livell xieraq ta' protezzjoni tad-data li jkun evalwat skont l-Artikolu 28(3) tar-Regoli ta' Proċedura dwar l-ipproċessar u l-protezzjoni tad-data personali fil-Eurojust."
Emenda 32
Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 19 b (ġdid)
Deċiżjoni 2002/187/JHA
Artikolu 27 - paragrafu 5 a (ġdid)
19b) fl-Artikolu 27 għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej wara l-paragrafu 5:
"5a. Darba kull sentejn, il-Korp Konġunt ta' Sorveljanza, flimkien mal-Istat jew entità terza rispettiva msemmija fil-paragrafu 1(b) u (c), għandu jevalwa l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-ftehima ta' koperazzjoni rilevanti marbuta mal-protezzjoni ta' data li tiġi skambjata. Ir-rapport dwar din l-evalwazzjoni għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni."
Emenda 33
Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 22 – inċiż 1 a (ġdid)
Deċiżjoni 2002/187/JHA
Artikolu 32 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
– l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:
"1. Il-President, f'isem il-Kulleġġ, għandu jħejji rapport bil-miktub kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill [...] dwar l-attivitajiet u l-immaniġġjar, inkluż l-immaniġġjar tal-baġit, tal-Eurojust."
Emenda 34
Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 22 – inċiż 1 b (ġdid)
Deċiżjoni 2002/187/JHA
Artikolu 32 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
– it-tieni sub-paragrafu tal- paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
"Għal dak il-għan, il-Kulleġġ għandu jħejji rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Eurojust u dwar kull problema relatata ma' problemi fil-politika kontra l-kriminalità fl-Unjoni, enfasizzata bħala riżultat tal-attivitajiet tal-Eurojust. F'dak ir-rapport, il-Eurojust għandu jinkludi wkoll analiżi ta' sitwazzjonijiet meta l-membri nazzjonali jeżerċitaw il-poteri tagħhom kif imsemmija fl-Artikolu 5a(3) u fl-Artikolu 9a(3). Ir-rapport jista' wkoll jinkludi proposti għat-titjib tal-koperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam kriminali."
Emenda 35
Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 22 – inċiż 1 c (ġdid)
Deċiżjoni 2002/187/JHA
Artikolu 32 – paragrafu 2
– il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:
"2. Kull sena, ir-rappreżentant tal-Korp Konġunt ta' Sorveljanza għandu jirrapporta lill-Parlament Ewoprew dwar l-attivitajiet tiegħu [...]."
Emenda 36
Inizjattiva tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Renju ta' Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika Taljana, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tal-Olanda, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika Portugiża, tar-Repubblika tas-Slovenja, tar-Repubblika Slovakka u tar-Renju tal-Iżvezja – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 26
Deċiżjoni 2002/187/JHA
Artikolu 42 – paragrafu 2
2.  Il-Kummissjoni għandha teżamina regolarment l-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta' din id-Deċiżjoni u għandha tippreżenta rapport dwarha lill-Kunsill flimkien ma', jekk xieraq, il-proposti meħtieġa sabiex jitjiebu l-koperazzjoni ġudizzjarja u l-funzjonament ta' l-Eurojust. Dan għandu japplika b'mod partikolari għall-kapaċitajiet ta' l-Eurojust sabiex tappoġġa lill-Istati Membri fil-ġlieda kontra t-terroriżmu.
2.  Il-Kummissjoni għandha teżamina regolarment l-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta' din id-Deċiżjoni u għandha tippreżenta rapport dwarha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma', jekk xieraq, il-proposti meħtieġa sabiex jitjiebu l-koperazzjoni ġudizzjarja u l-funzjonament tal-Eurojust. Dan għandu japplika b'mod partikolari għall-kapaċitajiet tal-Eurojust sabiex tappoġġa lill-Istati Membri fil-ġlieda kontra t-terroriżmu.

L-evalwazzjoni tas-sistema ta' Dublin
PDF 340kWORD 74k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar l-evalwazzjoni tas-sistema ta' Dublin (2007/2262(INI))
P6_TA(2008)0385A6-0287/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 tat-18 ta" Frar 2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin nazzjonali ta" pajjiż terz ("ir-Regolament ta' Dublin")(1),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2725/2000 tal-11 ta" Diċembru 2000 dwar l-istabbiliment ta" Eurodac għat-tqabbil ta" marki tas-swaba għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta" Dublin (ir-Regolament Eurodac)(2),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta' April 2004 dwar livelli minimi stabbiliti għall-kwalifika u l-istat ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija(3),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2003/9/KE tas-27 ta' Jannar 2003 li stipulat standards minimi għall-ilqugħ ta' dawk li jfittxu kenn(4) ("id-Direttiva dwar l-Ilqugħ"),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 862/2007 tal-11 ta' Lulju 2007 dwar l-istatistika Komunitarja dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 311/76 dwar il-kumpilazzjoni ta' statistika dwar ħaddiema barranin(5),

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-Eurodac mill-pulizija u mill-awtoritajiet għall-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, kif ukoll l-Europol(6),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2007 li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perjodu mill-2008 sa l-2013 bħala parti mill-Programm ġenerali 'Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni' u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2004/904/KE(7),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' April 2006 dwar is-sitwazzjoni fil-kampijiet tar-refuġjati f'Malta(8),

–   wara li kkunsidra r-rapporti tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern dwar iż-żjarat tiegħu li għamel fiċ-ċentri ta' detenzjoni f'diversi Stati Membri,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Ġunju 2007 dwar l-ażil: il-koperazzjoni prattika, il-kwalità tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-qafas tas-sistema komuni Ewropea tal-ażil(9),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta" Jannar 2008: Lejn Strateġija Ewropea għad-drittijiet tat-tfal(10),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2008 dwar il-każ taċ-ċittadin Iranjan Seyed Mehdi Kazemi(11),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6–0287/2008),

A.   billi kull persuna li tkun qed titlob l-ażil għandha d-dritt li t-talba tagħha tiġi eżaminata b'mod sħiħ u fil-fond,

B.   billi l-leġiżlazzjoni u l-prattika fir-rigward tal-ażil għadhom ivarjaw ħafna minn pajjiż għall-ieħor, u b'riżultat ta' dan, min jitlob l-ażil jirċievi trattament differenti minn Stat ta' Dublin għall-ieħor,

C.   billi s-sistema ta' Dublin hija bbażata fuq prinċipji bħal fiduċja u affidabilità reċiproċi, u jekk dawn il-prerekweżiti ma jiġux sodisfatti, jiġifieri jekk ikun hemm nuqqasijiet serji fil-ġbir tad-data jew inkonsistenzi fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet f'ċerti Stati Membri, se tbati minn dan is-sistema kollha kemm hi,

D.   billi hemm prova li xi Stati Membri ma jiggarantixxux aċċess effettiv għall-proċedura bil-għan li jiġi determinat status ta' refuġjat,

E.   billi xi Stati Membri ma japplikawx id-Direttiva dwar l-Ilqugħ b'mod effettiv, għall-applikanti għall-ażil li jkunu qed jistennew trasferiment għal Stat Membru ieħor taħt ir-Regolament ta' Dublin, jew fil-fażi ta' ritorn lejn l-Istat Membru responsabbli,

F.   billi xi Stati Membri sistematikament iqiegħdu f'detenzjoni lil persuni li jkunu suġġetti għas-sistema ta' Dublin,

G.   billi l-livell għoli ta' talbiet multipli u l-livell baxx ta' trasferimenti mwettqa huma indikaturi tan-nuqqasijiet tas-sistema ta' Dublin u tal-bżonn li tiġi stabbilita sistema Ewropea komuni għall-ażil,

H.   billi li l-implimentazzjoni korretta tar-Regolament ta' Dublin tista' twassal għal tqassim mhux ugwali ta' responsabilità għall-persuni li jitolbu l-ażil, u dan jagħmel ħsara lil xi Stati Membri li huma partikolarment esposti għall-flussi ta' migrazzjoni għas-sempliċi raġuni marbuta mal-post ġeografiku fejn jinsabu,

I.   billi l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tiżvela li, fl-2005, it-tlettax-il Stat Membru fil-fruntieri tal-Unjoni kellhom jittrattaw l-isfidi dejjem jikbru li tqajmu mis-sistema ta' Dublin,

J.   billi l-Istati Membri tan-Nofsinhar qed ikollhom jaċċettaw applikazzjonijiet għall-ażil minn immigranti irregolari li jiġu salvati meta jkunu f'qagħda perikoluża fi triqithom lejn l-Ewropa,

K.   billi l-Istati Membri tan-Nofsinhar qed ikollhom jaċċettaw applikazzjonijiet għall-ażil minn immigranti irregolari li ma jingħatawx għajnuna minn pajjiżi terzi li huma obbligati li jipprovdu għajnuna ta' dan it-tip skont il-liġi internazzjonali,

L.   billi l-Istati Membri jista' ma jkollhom l-ebda interess illi jkunu konformi ma' l-obbligu li jirreġistraw lill-persuni li jidħlu illegalment fil-bażi tad-data Eurodac, peress illi dan jista' jirriżulta f'żieda fin-numru ta' applikazzjonijiet għall-ażil li se jkollhom jittrattaw,

M.   billi r-Regolament ta' Dublin jistabbilixxi sistema li hija mfassla biex tiddetermina l-Istat Membru responsabbli biex jittratta talba, iżda li oriġinalment ma ġietx implimentata bħala mekkaniżmu għat-"tqassim tal-piż", u għalhekk ma jirnexxilhiex isservi ta' mekkaniżmu ta' dan it-tip,

N.   billi hu essenzjali li kwalunkwe evalwazzjoni tas-sistema ta' Dublin tiġi akkumpanjata minn mekkaniżmu għat-"tqassim tal-piż" li hu konkret, permanenti, ġust u funzjonali,

O.   billi l-kriterji tal-ewwel pajjiż ta' dħul tas-sistema ta' Dublin iqiegħdu ħafna pressjoni fuq l-Istati Membri fil-fruntieri,

P.   billi r-rati ta' rikonoxximent tal-kandidati għal status ta' refuġjati għaċ-ċittadini ta' ċerti pajjiżi terzi jvarjaw approssimament minn 0% sa 90% fl-Istati Membri,

Q.   billi huwa essenzjali li l-individwi li jressqu talbiet għall-ażil jiġu mgħarrfa bis-sħiħ dwar il-proċess ta' Dublin u dwar il-konsegwenzi possibbli,

R.   billi l-Artikolu 24(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jgħid li fl-azzjonijiet kollha relatati mat-tfal, kemm jekk jittieħdu mill-awtoritajiet pubbliċi jew minn istituzzjonijiet privati, primarjament iridu jitqiesu l-aħjar interessi tat-tfal,

S.   billi, għalkemm l-unità tal-familja hija msemmija l-ewwel fil-ġerarkija tal-kriterji applikati fir-Regolament ta' Dublin, din id-dispożizzjoni ma tiġix applikata ta' spiss,

T.   billi hemm nuqqas evidenti ta' eżattezza fid-data statistika dwar it-trasferimenti, peress li din ma tindikax, pereżempju, ir-rata ta' talbiet għat-teħid ta' responsabilità għal applikant għall-ażil ibbażati fuq qsim irregolari tal-fruntieri, jew il-proporzjon ta' talbiet għal "teħid ta' responsabilità" meta mqabbla ma' talbiet għal "teħid lura",

U.   billi fl-2005, disgħa mill-Istati Membri l-ġodda ddikjaraw li kienu qed jirreġistraw aktar trasferimenti "'il ġewwa" taħt ir-Regolament ta' Dublin, u Stati Membri mingħajr fruntieri tal-art esterni tal-Unjoni ddikjaraw li kienu qed jirreġistraw aktar trasferimenti "'il barra",

V.   billi l-Kummissjoni ma setgħatx tevalwa l-ispiża għas-sistema ta' Dublin u billi din l-informazzjoni hi importanti sabiex tkun tista' tiġi evalwata l-effettività tagħha,

W.   billi l-Kunsill għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni li ltaqa' fil-Lussemburgu fit-12 u t-13 ta' Ġunju 2007 stieden lill-Kummissjoni biex mill-aktar fis tippreżenta emenda għar-Regolament dwar il-Eurodac bil-għan li l-pulizija u l-awtoritajet għall-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, kif ukoll il-Europol, ikun jista' jkollhom aċċess taħt ċerti kundizzjonijiet għall-Eurodac, bażi tad-data li oriġinarjament inħolqot bħala għodda għall-implimentazzjoni tar-Regolament ta' Dublin,

Effiċjenza tas-sistema u tqassim tar-responsabiltajiet

1.  Jemmen bis-saħħa li sakemm ma jintlaħaqx livell sodisfaċenti u konsistenti madwar l-Unjoni Ewropea, is-sistema ta' Dublin dejjem se tipproduċi riżultati insodisfaċenti kemm mil-lat tekniku kif ukoll minn dak uman, u l-persuni li jitolbu l-ażil se jibqa' jkollhom raġunijiet validi biex jixtiequ jressqu t-talba tagħhom fi Stat Membru partikolari, biex b'hekk jieħdu vantaġġ mis-sistema nazzjonali għat-teħid ta' deċiżjonijiet l-aktar vantaġġjuża;

2.  Jemmen bis-saħħa li fin-nuqqas ta' sistema Ewropea għall-ażil u proċedura unika komuni u ġenwini. is-sistema ta' Dublin se tkompli ma tkunx ġusta kemm għal min jitlob l-ażil u kemm għal ċerti Stati Membri;

3.  Jafferma mill-ġdid il-bżonn urġenti għal titjib kemm tal-kwalità kif ukoll tal-konsistenza tal-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet; hu konvint li Uffiċċju Ewropew għall-Appoġġ tal-Ażil jista' jkollu rwol prezzjuż f'dan ir-rigward, pereżempju billi jipprovdi taħriġ biex jintlaħaq il-livell ta' standards komuni għoljin u permezz tal-forniment ta' timijiet ta' appoġġ esperti;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tqis mezzi biex il-Kummissarju Għoli għar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHCR) jiġu fornit b'finanzjament dirett biex jiġu ikkumplementatil-finanzjament ibbażat fuq proġetti sabiex ikun jista' jtejjeb ix-xogħol tiegħu ta' sorveljanza u ta' konsulenza fl-UE u jkompli jiżviluppa metodi intenzjonati għall-appoġġ tal-awtoritajiet nazzjonali fl-isforzi tagħhom għat-titjib tal-kwalità tat-teħid ta' deċiżjonijiet tagħhom;

5.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tressaq proposti għal mekkaniżmi għat-"tqassim tal-piż" li jkunu jistgħu jiġu stabbiliti sabiex jitnaqqas il-piż sproporzjonat li jista' jaqa' fuq ċerti Stati Membri, b'mod partikulari l-Istati Membri fil-fruntieri, iżda li mhumiex parti mis-Sistema ta' Dublin;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, sakemm jiġu introdotti l-mekkaniżmi Ewropej għat-"tqassim tal-piż", taħseb biex tipprevedi mekkaniżmi apparti dawk finanzjari fi ħdan ir-Regolament ta' Dublin, bil għan li tirranġa l-effetti ħżiena tal-implimentazzjoni tiegħu għall-Istati Membri ż-żgħar fil-fruntieri esterni tal-Unjoni;

7.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tipprevedi mekkaniżmu li jorbot biex jitwaqqfu t-trasferimenti ta' applikanti għall-ażil lejn Stati Membri li ma jiggarantixxux trattament sħiħ u ġust tat-talbiet tagħhom u biex tieħu miżuri sistematiċi kontra dawk l-Istati;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi relazzjonijiet ta' ħidma bilaterali sinifikanti ma' pajjiżi terzi , sabiex il-koperazzjoni tiġi ffaċilitata u biex jiġi żgurat li pajjiżi terzi ta' dan it-tip jissodisfaw l-obbligi legali internazzjonali tagħhom fir-rigward tal-Konvenzjoni ta" Ġinevra dwar l-Istatus tar-Refuġjati tat-28 ta' Lulju 1951 u s-salvataġġ ta" fuq il-baħar;

Drittijiet tal-applikanti

9.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tintroduċi fir-regolament il-ġdid dispożizzjonijiet iktar ċari u stretti fir-rigward tal-mezzi li permezz tagħhom il-persuni li jkunu qed ifittxu protezzjoni jiġu infurmati bl-implikazzjonijiet tar-Regolament ta' Dublin, u biex tikkunsidra biex tfassal fuljett standard li jista' jiġi tradott f'ċertu numru ta' lingwi u jitqassam lill-Istati Membri kollha u li għandu jqis ukoll il-livelli individwali ta' litteriżmu;

10.  Jitlob lill-Kummissjoni biex temenda l-Artikoli 19 u 20 tar-Regolament ta' Dublin dwar it-teħid ta' responsabilità u t-teħid lura, sabiex tipprovdi lill-applikanti bi dritt ta' appell sospensorju awtomatiku kontra deċiżjoni ta' trasferiment tar-responsabilità lil Stat Membru ieħor taħt ir-Regolament ta' Dublin;

11.  Jafferma mill-ġdid li l-prinċipju ta' non-refoulement għandu jibqa' wieħed mill-elementi bażiċi ta' kwalunkwe sistema komuni ta' ażil fil-livell tal-Unjoni Ewropea, u jinsisti li l-implimentazzjoni tar-Regolament ta' Dublin qatt m'għandha twassal biex talba tingħalaq għal raġunijiet proċedurali u ma tinfetaħx mill-ġdid għal eżami sħiħ u ġust tat-talba oriġinali wara trasferiment permezz tal-proċess ta' Dublin; jikkunsdira li dan għandu jkun miktub ċar fir-Regolament;

12.  Jikkunsidra li t-tqassim ta' informazzjoni dwar it-trasferimenti bejn l-Istati Membri għandu jittejjeb, speċjalment fir-rigward tal-kura medika speċjali meħtieġa għall-persuni trasferiti;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa l-possibilità li individwi kkonċernati minn trasferiment lejn Stat Membru ieħor taħt is-sistema ta' Dublin jiġu ttrasferiti lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħhom, fuq talba espliċita tagħhom u fuq il-bażi ta' konformità sħiħa mad-drittijiet proċedurali biss,

Riunifikazzjoni tal-familji u l-prinċipju tal-aħjar interessi tat-tfal

14.  Jirrakkomanda li, fil-livell tal-Unjoni Ewropea, jiġi adottat sett ta' linji gwida komuni dwar l-evalwazzjoni tal-età u li, fil-każ ta' inċertezza, għandu jingħata l-benefiċċju tad-dubju lit-tfal;

15.  Ifakkar li, fid-deċiżjonijiet kollha relatati mat-tfal, l-aħjar interessi tat-tfal iridu jkunu l-ewwel prijorità; jinsisti li minorenni mhux akkumpanjati qatt m'għandhom jiġu detenuti jew trasferiti lejn Stat Membru ieħor, sakemm ma jkunx għall-ġid tar-riunifikazzjoni tal-familja, u li jekk jirriżulta li trasferiment ta' dan it-tip ikun neċessarju, it-tfal għandhom ikunu rappreżentati u akkumpanjati kif jixraq tul il-proċedura; jilqa', għalhekk, l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tiċċara ulterjurment l-applikabilità tar-regoli ta' Dublin għal minorenni mhux akkumpanjati;

16.  Jiddispjaċih li d-definizzjoni ta' membru tal-familja, taħt ir-Regolament attwali, hija ristretta wisq u jitlob lill-Kummissjoni biex testendi d-definizzjoni attwali sabiex din tkun tinkludi lill-qraba immedjati u l-imsieħba għal perjodu fit-tul kollha, b'mod partikulari dawk li m'għandhom l-ebda appoġġ familjari ieħor, u tfal adulti li mhumiex kapaċi jieħdu ħsieb tagħhom infushom;

17.  Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li testendi l-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament ta' Dublin sabiex dan ikun jinkludi l-protezzjoni sussidjarja, peress li din l-estensjoni tippermetti li l-applikanti għall-protezzjoni sussidjarja jingħaqdu mill-ġdid mal-membri tal-familja li jkunu ngħataw dan it-tip ta' protezzjoni jew li qed jitolbuha fi Stat Membru ieħor;

Detenzjoni

18.  Jitlob lill-Kummissjoni biex iżżid dispożizzjoni li tillimita d-detenzjoni ta' applikanti ta' Dublin għal meta ma jkunx hemm għażla oħra possibbli, biex permezz tagħha tispeċifika l-bażijiet li fuqhom tista' tintuża d-detenzjoni, kif ukoll is-salvagwardji proċedurali li għandhom jiġu previsti;

19.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tiddikjara espliċitament fir-Regolament ta' Dublin li l-applikanti ta' Dublin huma intitolati għall-istess kundizzjonijiet talqugħ bħal persuni oħra li jkunu qed ifittxu l-ażil, skond id-Direttiva dwar l-Ilqugħ, li l-Artikolu 3(1) tagħha jistipula regoli ġenerali partikolarment dwar il-kundizzjonijiet ta' lqugħ materjali, il-kura tas-saħħa, il-libertà ta' moviment u l-iskola għall-minorenni;

Klawżoli Umanitarji u ta' Sovranità

20.  Jikkunsidra li l-klawżola umanitarja inkluża fl-Artikolu 15 tar-Regolament ta' Dublin tagħti flessibilità konsiderevoli lis-sistema ta' Dublin, iżda li għandha tiġi applikata b'mod iktar wiesa', sabiex tiġi evitata tbatija mhux xierqa għall-familji bħala riżultat tal-firda;

21.  Jikkunsidra li meta persuna li qed titlob l-ażil tinsab fi stat partikolarment vulnerabbli, minħabba mard sejru, diżabilità serja, età avvanzata jew tqala, u hija jew huwa huma għalhekk dipendenti fuq l-assistenza ta' qarib preżenti fit-territorju ta' Stat Membru minbarra dak li huwa responsabbli għall-eżami tal-applikazzjoni tagħhom, hija jew huwa dejjem għandhom jingħaqdu mill-ġdid ma' dak il-qarib; jitlob lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-klawżola umanitarja fl-Artikolu 15(2) tagħmilhom obbligatorji;

22.  Jikkunsidra li għandu jiġi introdott dmir proattiv għas-Soċjetajiet tas-Salib l-Aħma u tan-Nofs Qamar l-Aħmar biex jinstabu l-membri familjari;

23.  Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tispeċifika b'mod aħjar iċ-ċirkostanzi u l-proċeduri għall-applikazzjoni tal-Klawżola ta' Sovranità, b'mod partikulari sabiex tiġi introdotta l-kundizzjoni tal-kunsens tal-applikant għall-ażil;

Ġbir ta' data u Eurodac

24.  Jesprimi t-tħassib tiegħu fir-rigward tad-diskrepanzi u n-nuqqasijiet fil-ġbir ta' data li ġew żvelati mill-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tas-sistema ta' Dublin, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mar-reġistrazzjoni tal-marki tas-swaba ta' dawk li jidħlu illegalment mill-fruntieri tal-Unjoni, peress li dan jitfa' dubji serji fuq il-validità tas-sistema; jittama li r-Regolament (KE) Nru 862/2007 imsemmi hawn fuq se jagħti lil dawk kollha li għandhom sehem fil-qasam idea iktar preċiża dwar it-tħaddim tas-sistema ta' Dublin u tal-istrumenti Komunitarji l-oħra dwar il-protezzjoni internazzjonali;

25.  Jesprimi t-tħassib tiegħu li attwalment m'hemm disponibbli l-ebda evalwazzjoni tal-ispiża tas-sistema ta' Dublin; jistieden lill-Kummissjoni biex dan tirrimedjah peress li hi aspett importanti tal-evalwazzjoni tas-sistema;

26.  Jinnota b'interess it-tħassib espress mill-Kummissjoni fir-rigward tal-ġbir u l-kwalità tad-data mibgħuta lill-Unità Ċentrali tal-Eurodac, kif ukoll fir-rigward tan-nuqqas ta' konformità ma' l-obbligu li titħassar ċerta data u mar-regoli relatati mal-protezzjoni tad-data personali; jikkunsidra li dawn in-nuqqasijiet, li jqajmu dubji dwar l-affidabilità tal-Eurodac, għandhom jiġu indirizzati b'mod adegwat qabel ma jitqies kwalunkwe użu ieħor ta' din il-bażi tad-data;

27.  Jikkunsidra li kull Stat Membru għandu jiċċara, fuq lista magħluqa, liema aġenziji u awtoritajiet għandhom aċċess għall-bażi tad-data tal-Eurodac, u għal liema skop, sabiex jitwaqqaf kull użu illegali tad-data;

28.  Jenfasizza li l-estensjoni tal-aċċess għall-Eurodac lill-pulizija u lill-awtoritajiet għall-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Europol, iġġib magħha r-riskju li l-informazzjoni tgħaddi lil pajjiżi terzi, li jista' jkollha konsegwenzi negattivi għall-persuni li jkunu qed jitolbu l-ażil u għall-familji tagħhom; jinsab konvint li dan iżid ukoll ir-riskju li l-applikanti għall-ażil jiġu stigmatizzati;

o
o   o

29.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 50, 25.2.2003, p. 1.
(2) ĠU L 316, 15.12.2000, p. 1.
(3) ĠU L 304, 30.9.2004, p. 12.
(4) ĠU L 31, 6.2.2003, p. 18.
(5) ĠU L 199, 31.7.2007, p. 23.
(6) L-2807 laqgħa tal-Kunsill għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni fil-Lussemburgu, 12 u 13 ta' Ġunju 2007.
(7) ĠU L 144, 6.6.2007, p. 1.
(8) ĠU C 293 E, 2.12.2006, p. 301.
(9) ĠU C 146 E, 12.6.2008, p. 364.
(10) Testi Adottati, P6_TA(2008)0012.
(11) Testi Adottati, P6_TA(2008)0107.


Ċerti kwistjonijiet relatati ma" l-assikurazzjoni tal-vetturi
PDF 227kWORD 62k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar ċerti kwistjonijiet relatati ma" l-assikurazzjoni tal-vetturi (2007/2258(INI))
P6_TA(2008)0386A6-0249/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar 'Ċerti kwistjonijiet relatati ma" l-assikurazzjoni tal-vetturi' (COM(2007)0207) (ir-"Rapport tal-Kummissjoni"),

–  Wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jikkonċernaw l-assikurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta' l-użu ta' vetturi (ir-Raba' Direttiva dwar l-assikurazzjoni tal-Vetturi)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0249/2008),

A.   billi l-moviment liberu tal-persuni fl-Unjoni Ewropea, l-aktar fil-kuntest ta' l-aħħar żewġ tkabbiriet u l-estensjonijiet korrispondenti tal-Grupp ta' Schengen, wasslet għal żieda mgħaġġla fin-numru ta' persuni u vetturi li jaqsmu l-fruntieri nazzjonali kemm għal raġunijiet ta' negozju kif ukoll għal raġunijiet privati,

B.   billi l-prijorità li jitħarsu l-vittmi ta' l-inċidenti titlob leġiżlazzjoni dwar l-assikurazzjoni li tkun ċara, preċiża u effettiva fil-livell ta' l-UE,

C.   billi r-Raba' Direttiva dwar l-assikurazzjoni tal-vetturi appellat lill-Kummissjoni sabiex tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni u l-effikaċja tal-pieni nazzjonali introdotti fir-rigward tal-proċedura ta' l-offerta/tweġiba maħsuba, kif ukoll dwar l-ekwivalenza tagħhom, u sabiex tippreżenta proposti jekk ikun hemm ħtieġa,

D.   billi r-Rapport tal-Kummissjoni jeżamina d-dispożizzjonijiet penali nazzjonali, l-effikaċja tal-mekkaniżmu tar-rappreżentanti tal-klejms, u d-disponibilità eżistenti ta' l-assikurazzjoni fuq spejjeż legali volontarji li tista' tittieħed minn vittmi potenzjali ta' inċidenti tat-traffiku b'mod addizzjonali,

E.   billi l-paragrafu 6 ta' l-Artikolu 4 tar-Raba' Direttiva dwar l-assikurazzjoni tal-vetturi jirregola l-proċedura ta' l-offerta maħsuba, li bis-saħħa tagħha l-vittmi ta' l-inċidenti tat-traffiku barra minn pajjiżhom għandhom id-dritt li jitolbu kumpens lir-rappreżentant tal-kumpanija ta' assikurazzjoni maħtur fil-pajjiż fejn il-vittma hija residenti,

F.   billi l-vittma trid tirċievi tweġiba maħsuba mingħand il-kumpanija ta' l-assikurazzjoni fi żmien tliet xhur inkella huma maħsuba sanzjonijiet,

G.   billi għadha tinħtieġ kjarifika dwar it-tħaddim ta' din id-dispożizzjoni,

H.   billi l-Kummissjoni trid tqis bis-sħiħ it-tkabbir meta timplimenta politiki ta' l-UE, l-aktar dwar l-ispiża għolja ta' l-assikurazzjoni tal-vetturi fl-Istati Membri l-ġodda,

I.   billi dispożizzjonijiet penali differenti li jikkonċernaw il-proċedura ta' offerta/tweġiba maħsuba ġew implimentati fl-Istati Membri,

J.   billi l-konsultazzjonijiet ma' l-awtoritajiet nazzjonali, inklużi ma' l-Istati Membri l-ġodda, ikkonfermaw li d-dispożizzjonijiet penali attwali, fejn jeżistu, huma adegwati u li l-implimentazzjoni tagħhom hija effettiva fl-UE kollha,

K.   madankollu, billi l-Istati Membri ma jagħmlux dispożizzjoni għal sanzjonijiet speċifiċi u jiddependu fuq id-dover ta' min jassigura li jħallas l-interessi statutorji fuq l-ammont ta' kumpens jekk l-offerta/tweġiba motivata ma ssirx fi żmien tliet xhur,

L.   billi s-sistema tar-rappreżentanti tal-klejms hija relattivament magħrufa sew fil-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri,

M.   billi biex tiġi evalwata l-kuxjenza taċ-ċittadini dwar is-sistema rappreżentattiva tal-klejms, il-konsultazzjonijiet li saru mill-Kummissjoni involvew biss lill-Istati Membri u lill-industrija ta' l-assikurazzjoni, mingħajr ma' ġew involuti kif xieraq iċ-ċittadini u l-assoċjazzjonijiet tal-konsumatur, jiġifieri dawk li huma l-aktar interessati li jiżguraw li din is-sistema taħdem kif suppost,

N.   billi l-assikurazzjoni fuq l-ispejjeż legali mġarrba mill-vittmi ta' inċidenti tat-traffiku hija disponibbli fil-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri; billi aktar minn 90% tal-każijiet kollha jissolvew barra mill-qorti u spejjeż legali jiġu rimborsati f'ħafna Stati Membri. billi, flimkien ma' dan, il-kumpaniji ta' l-assikurazzjoni ta' l-ispejjeż legali diġà pprovdew, għal numru ta' snin, koperturi għal kull tip ta' każijiet bejn il-fruntieri u waqqfu d-dipartimenti propji tagħhom biex jieħdu ħsieb klejms barranin u biex jiffaċilitaw soluzzjonijiet mgħaġġla.

O.   billi l-kwistjoni dwar jekk dawn l-ispejjeż legali raġonevoli għandhomx ikunu koperti minn assikurazzjoni fuq ir-responsabilità fil-konfront ta' Vetturi ta' Partijiet Terzi fl-Istati Membri kollha, għadha mhix solvuta,

P.   madankollu, billi l-fatt li l-ispejjeż legali, fl-Istati Membri kollha, jiġu koperti mill-Assikurazzjoni tat-Terza Parti jgħin sabiex il-konsumaturi Ewropej ikunu protetti aħjar u tiżdied il-fiduċja tagħhom,

Q.   billi s-swieq ta' l-assikurazzjoni fl-Istati Membri l-ġodda qegħdin gradwalment jiġu żviluppati; billi, madankollu, f'għadd minn dawn l-Istati Membri, l-assikurazzjoni fuq l-ispejjeż legali hija prodott relattivament ġdid li jeħtieġ li jiġi promoss peress li l-għarfien pubbliku dwar l-ispejjeż legali hija pjuttost baxxa meta mqabbla ma' oħrajn,

R.   billi l-kopertura obbligatorja għall-ispejjeż legali għandha żżid il-kunfidenza tal-konsumatur fl-assikurazzjoni fuq ir-responsabilità fil-konfront ta' Vetturi ta' Partijiet Terzi, l-aktar f'każijiet fejn jitfittex rimedju legali, peress li l-konsumaturi f'ħafna Stati Membri ġodda huma konxji mill-ispejjeż legali għolja, li jkunu koperti minn assikurazzjoni obbligatorja,

S.   billi l-assikurazzjoni obbligatorja fuq l-spejjeż legali toħloq ammont ta' xogħol addizzjonali u iżjed kumpless għall-ġudikatura u jista' jkun li toħloq dewmien biex jissolvew tilwimiet u persentaġġ ogħla ta' klejms mhux iġġustifikati,

T.   billi l-assikurazzjoni fuq ir-responsabilità fil-konfront ta' Vetturi ta' Partijiet Terzi u l-assikurazzjoni fuq l-ispejjeż legali għandhom objettivi differenti u jaqdu funzjonijiet differenti, b'mod partikolari li filwaqt li l-assikurazzjoni fuq ir-responsabilità fil-konfront ta' Vetturi ta' Partijiet Terzi tippermetti li l-konsumatur ikun jiflaħ jidħol għall-ispiża ta' kull klejm miġjuba kontrih f'każ ta' inċident tat-traffiku, l-assikurazzjoni fuq l-ispejjeż legali tkopri l-ispejjeż legali sabiex wieħed jiftaħ klejm kontra parti terza wara inċident tat-traffiku,

U.   billi kampanji pubbliċi mill-awtoritajiet nazzjonali, mill-industrija ta' l-assikurazzjoni u mill-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi huma importanti għall-iżvilupp tas-swieq nazzjonali,

1.  Jilqa' b'sodisfazzjon ir-Rapport tal-Kummissjoni u jenfasizza l-importanza li jkunu inklużi, bis-sħiħ u b'mod effettiv, l-partijiet kollha interessati, speċjalment il-konsumaturi, fil-proċess ta' konsultazzjoni fl-iżvilupp ta' politika ta' l-UE f'dan il-qasam;

2.  Għaldaqstant jappella għas-sehem sistematiku ta' l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi li jirrappreżentaw il-vittmi, l-aktar fil-proċess ta' evalwazzjoni ta' l-effikaċja tas-sistemi eżistenti fl-Istati Membri;

3.  Jilqa' b'sodisfazzjon din l-evalwazzjoni ex-post tal-miżuri leġiżlattivi sabiex jiġi żgurat li r-regoli jkunu qed jaħdmu kif mistenni u sabiex tiġi enfasizzata kull applikazzjoni ħażina li ma tkunx prevista;

4.  Jenfasizza l-importanza li tiżdied il-fiduċja tal-konsumatur fil-poloz ta' l-assikurazzjoni fuq il-vetturi fir-rigward ta' vjaġġar transkonfinali bil-vetturi fl-UE, speċjalment għas-sewwieqa mill-Istati Membri l-antiki li jivvjaġġaw lejn destinazzjonijiet fl-Istati Membri l-ġodda u viċi-versa;

5.  Iqis li l-promozzjoni ta' soluzzjonijiet eżistenti legali u bbażati fuq is-suq li jħarsu l-konsumatur isaħħu l-fiduċja tal-konsumatur fl-assikurazzjoni tal-vetturi;

6.  Jemmen li l-Istati Membri għandhom ukoll ir-responsabilità għat-tħaddim tajjeb tas-sistemi ta' assikurazzjoni nazzjonali tagħhom skond il-leġiżlazzjoni ġdida ta' l-UE li tikkonċerna l-proċedura ta' l-offerta/tweġiba maħsuba u l-ispejjeż legali mġarrba mill-vittmi,

7.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tkompli timmoniterja mill-qrib it-tħaddim effettiv tal-mekkaniżmi tas-suq u sabiex minn żmien għall-ieħor tirrapporta lill-Parlament dwar dan;

8.  Iqis li s-sempliċi rekwiżit li l-assikuratur iħallas l-interess statutorju fil-każ ta' dewmien mhux strument li jippenalizza, u li għalhekk il-Kummissjoni teħtieġ li teżerċita aktar kontroll u tieħu miżuri xierqa f'dan ir-rispett sabiex tiżgura li, fl-Istati Membri kollha, is-swieq ikunu qed jaħdmu sew u l-konsumaturi jkunu protetti b'mod effettiv;

9.  Jenfasizza li r-rabtiet ta' ħidma bejn il-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali, l-industrija ta' l-assikurazzjoni u l-konsumaturi għandhom jissaħħu sabiex ikun żgurat li jkun hemm forniment kostanti ta' dejta preċiża dwar is-sistemi attwali ta' infurzar;

10.  B'konformità ma' l-approċċ stabbilit b'mod ġenerali ta' l-UE għas-sanzjonijiet, iqis li għandu jiġi applikat il-prinċipju tas-sussidjarjetà u li m'hemmx ħtieġa għal armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet penali nazzjonali;

11.  Iqis li l-entitajiet regolatorji nazzjonali huma f'pożizzjoni aħjar sabiex jiggarantixxu l-ogħla livell possibbli ta' ħarsien tal-konsumatur fuq is-swieq nazzjonali tagħhom,

12.  Għaldaqstant, b'riferenza għall-proċedura ta' offerta/tweġiba maħsuba, jirrakkomanda li l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet u l-għażla dwar liema tipi u livelli ta' dispożizzjonijiet huma adegwati, jitħallew f'idejn l-Istati Membri;

13.  Jistieden lill-Istati Membri sabiex jiggarantixxu l-effikaċja tal-liġijiet maħsuba fil-każ li ma tiġix rispettata l-iskadenza ta' tliet xhur għat-tressiq ta' tweġiba motivata għat-talba ta' kumpens jew ta' offerta motivata ta' kumpens;

14.   iqis li huwa xieraq li jiġu kkunsidrati bir-reqqa r-raġunijiet għall-inadempjenza tal-kumpaniji ta' l-assikurazzjoni qabel jiġu applikati l-pieni, billi b'mod partikulari jitqiesu l-fatturi li mhumiex fil-kontroll tal-kumpaniji stess; jawgura li l-Kummissjoni tibqa' tosserva s-swieq nazzjonali u toffri l-kontribut tagħha lil dawk l-awtoritajiet nazzjonali li jitolbu l-assistenza tagħha;

15.  Itenni l-importanza li tissaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini fit-tħaddim tas-sistema tar- rappreżentanti tal-klejms billi din tiġi promossa permezz ta' kampanji pubbliċi u b'miżuri adegwati oħra;

16.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex iżidu l-fiduċja tal-konsumaturi billi jippromwovu miżuri adegwati li jżidu l-kuxjenza u l-użu ta' ċentri ta' informazzjoni nazzjonali dwar l-assikurazzjonijiet, bħar-rekwiżit li l-assikuraturi jinkludu d-dettalji għall-kuntatt taċ-ċentru ta' informazzjoni fl-Istat Membru tagħhom fil-pakkett ta' informazzjoni tal-kuntratt;

17.  Barra minn hekk, jistieden lill-Istati Membri biex jesiġu lill-kumpaniji ta' l-assikurazzjoni, bħala parti mill-pakkett ta' informazzjoni pre-kuntrattwali, jipprovdu informazzjoni komprensiva lill-konsumaturi dwar kif taħdem is-sistema tar-rappreżentanti tal-klejms u x'inhuma l-użi u l-benefiċċji tagħha għall-parti assikurata.

18.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tkompli timmoniterja t-tħaddim tas-sistema, u sabiex tikkoordina u tgħin, fejn ikun hemm ħtieġa jew meta l-awtoritajiet nazzjonali jitolbu għall-għajnuna;

19.  Barra minn hekk iqis, fir-rigward ta' l-assikurazzjoni fuq ir-responsabilità fil-konfront ta' Vetturi ta' Partijiet Terzi, li l-kopertura obbligatorja fuq l-ispejjeż legali toħloq diżinċentiv ċar fuq ir-rikors ta' ftehim barra l-qorti, potenzjalment iżżid in-numru ta' proċedimenti fil-qorti u għaldaqstant twassal għal żieda mhux ġustifikabbli fix-xogħol tal-ġudikatura, u tista' tiddistabbilizza t-tħaddim tas-suq ta' l-assikurazzjoni volontarja fuq l-ispejjeż legali li jeżisti u li qed jevolvi,

20.  Għaldaqstant fl-aħħar mill-aħħar iqis li l-effetti negattivi ta' l-introduzzjoni ta' sistema ta' kopertura obbligatorja għall-ispejjeż legali fl-assikurazzjoni fuq ir-Responsabilità fil-konfront ta' Vetturi ta' Partijiet Terzi jxejnu l-benefiċċji eventwali;

21.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, bi sħab ma' l-Istati Membri, tieħu l-miżuri ulterjuri meħtieġa sabiex tqajjem kuxjenza dwar l-assikurazzjoni għall-protezzjoni legali, kif ukoll għal prodotti oħra ta' l-assikurazzjoni, b'mod partikolari fl-Istati Membri l-ġodda, filwaqt li tiffoka fuq it-tgħarrif tal-konsumaturi dwar il-vantaġġi li wieħed jiġi offrut u li jkollu dan it-tip ta' kopertura ta' assikurazzjoni;

22.  F'dan il-kuntest iqis l-irwol ta' l-entitajiet regolatorji nazzjonali bħala kruċjali għall-implimentazzjoni ta' l-aħjar prattiki użati fl-Istati membri l-oħra;

23.  Għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni biex issaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur primarjament billi tħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jinkuraġġixxu lill-entitajiet regolatorji nazzjonali u l-kumpaniji ta' assikurazzjoni nazzjonali tagħhom biex iqajmu kuxjenza dwar id-disponibilità ta' assikurazzjoni volontarja fuq l-ispejjeż legali;

24.  Iqis li l-informazzjoni pre-kuntrattwali dwar l-assikurazzjoni tal-vetturi tista' tinkludi informazzjoni dwar l-għażla li wieħed ikun kopert għall-ispejjeż legali;

25.  Jistieden lill-Istati Membri sabiex iħeġġu lill-entitajiet regolatorji nazzjonali u lill-intermedjarji sabiex jinfurmaw lill-konsumaturi dwar riskji possibbli u dwar assikurazzjoni volontarja ulterjuri li tista' tibbenefika lill-konsumaturi, bħal pereżempju, assikurazzjoni fuq l-ispejjeż legali, kopertura ta' assistenza u assikurazzjoni fuq is-serq;

26.  Jistieden lil dawk l-Istati Membri li m'għandhomx stabbiliti sistemi ta' soluzzjoni ta' tilwim għas-soluzzjoni ta' klejms sabiex jikkunsidraw li jintroduċu sistemi bħal dawn, ibbażati fuq l-aħjar prattiki minn Stati Membri oħra;

27.  Jappella lill-Kummissjoni sabiex ma tippreġudikax ir-riżultati ta' l-istudji kkummissjonati fir-rigward tad-danni differenti marbuta ma' feriti fuq il-persuna li jirriżultaw mill-adozzjoni tar-Regolament Roma II(2), riżultati li jistgħu jissuġġerixxu soluzzjoni bbażata fuq l-assikurazzjoni u, b'konsegwenza, emenda għar-Raba' Direttiva dwar l-assikurazzjoni tal-vetturi;

28.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 181, 20.7.2000, p. 65.
(2) Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar il-liġi li tapplika għall-obbligi extrakuntrattwali ("Roma II") (ĠU L 199, tal-31.7.2007, p. 40)


Strateġija koordinata bil-għan li titjieb il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa
PDF 397kWORD 84k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar strateġija koordinata bil-għan li titjieb il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa (2008/2033(INI))
P6_TA(2008)0387A6-0312/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta' Mejju 2006 dwar il-ħtieġa li tiġi żviluppata strateġija koordinata bil-għan li titjieb il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa (COM(2006)0254),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Novembru 2007 dwar ċerti elementi essenzjali li jikkontribwixxu għat-twaqqif tal-istrateġija kontra l-frodi tal-VAT fi ħdan l-UE (COM(2007)0758),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tas-16 ta' April 2004 dwar l-użu ta" ftehimiet ta" koperazzjoni amministrattiva fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT (COM(2004)0260),

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill wara l-laqgħat tiegħu ta' l-14 ta' Mejju 2008, il-5 ta' Ġunju 2007, it-28 ta' Novembru 2006 u s-7 ta" Ġunju 2006,

–   wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 8/2007 tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-koperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud(1),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ottubru 2005 dwar il-kontribut ta' Politiki ta' tassazzjoni u dwana lill-Istrateġija ta' Liżbona (COM(2005)0532),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-22 ta' Frar 2008 dwar miżuri biex tinbidel is-sistema tal-VAT biex tiġi miġġielda l-frodi (COM(2008)0109),

–   wara li kkunsidra l-proposti mill-Kummissjoni tas-17 ta' Marzu 2008 għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta" taxxa fuq il-valur miżjud biex tiġi miġġielda l-frodi fiskali marbuta mat-tranżazzjonijiet intrakomunitarji kif ukoll għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1798/2003 biex tiġi miġġielda l-evażjoni fiskali marbuta mat-tranżazzjonijiet intrakomunitarji (COM(2008)0147),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta" l-14 ta" Mejju 2008 dwar kwistjonijiet tat-taxxa marbuta ma" ftehimiet li għandhom jiġu ffirmati mill-Komunità u mill-Istati Membri tagħha ma" pajjiżi terzi,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0312/2008),

A.   billi l-frodi fiskali għandha konsegwenzi serji għall-baġits ta' l-Istati Membri u għas-sistema tar-riżorsi tal-Unjoni Ewropea, twassal għal vjolazzjonijiet tal-prinċipju tat-tassazzjoni ġusta u trasparenti u x'aktarx li tikkaġuna tagħwiġ tal-kompetizzjoni, u għalhekk taffettwa l-operat tas-suq intern; billi l-intrapriżi onesti għandhom żvantaġġi għall-kompetittività tagħhom minħabba l-frodi fiskali, u t-telf tad-dħul mit-taxxa fl-aħħar mill-aħħar se jpatti għalih iċ-ċittadin Ewropew permezz ta' forom oħra ta' tassazzjoni;

B.   billi l-frodi fiskali tipperikola l-ekwità u l-ġustizzja fiskali, minħabba li n-nuqqas ta' dħul għall-finanzi pubbliċi ħafna drabi hija kkompensata b'żidiet ta' taxxa li jolqtu lil dawk l-inqas sinjuri u dawk li jħallsu t-taxxa b'mod onest, li m'għandhomx l-għażla jew l-intenzjoni li jaħarbu jew li ma josservawx l-obbligi fiskali tagħhom,

C.   billi t-tkabbir tal-kummerċ transkonfinali kkawżat mit-twaqqif tas-suq intern irriżulta f' għadd li qed jiżdied ta" tranżazzjonijiet fejn il-post ta" tassazzjoni u l-post ta" stabbiliment tal-persuna responsabbli li tħallas il-VAT qegħdin f'żewġ Stati Membri differenti,

D.   billi dawk li qed jużaw forom ġodda ta" frodi fiskali marbuta ma" tranżazzjonijiet transkonfinali, bħall-karussell jew il-frodi intra-Komunitarja minn negozjanti li ma jinstabux, ħadu vantaġġ mill-frammentazzjoni u min-nuqqasijiet tas-sistemi attwali tat-tassazzjoni, u billi jeħtieġ li jsiru bidliet fil-mod li bih topera l-VAT,

E.   billi l-evażjoni tal-VAT u l-frodi għandhom impatt fuq l-iffinanzjar tal-baġit ta" l-Unjoni Ewropea, billi jwasslu għal ħtieġa akbar biex l-Istati Membri jużaw ir-riżorsi proprji tagħhom fuq il-bażi tad-dħul gross nazzjonali,

F.   billi l-ġlieda kontra l-frodi, filwaqt li fil-biċċa l-kbira hija r-responsabiltà ta" l-Istati Membri, mhijiex problema li wieħed jista' jsib tarfha f'livell nazzjonali biss,

G.   billi l-globalizzazzjoni wasslet għal diffikultajiet akbar fil-ġlieda kontra l-frodi fiskali fuq livell internazzjonali, minħabba l-involviment akbar ta" impriżi mwaqqfa f'pajjiżi terzi fil-frodi karusell, l-espansjoni tal-kummerċ elettroniku u l-globalizzazzjoni tas-suq tas-servizzi; billi dawn il-fatturi jagħtu spinta qawwija favur it-titjib tal-koperazzjoni internazzjonali, b'mod partikulari fir-rigward tal-VAT,

H.   billi l-livell għoli ta" frodi fiskali fl-Unjoni Ewropea huwa riżultat tas-sistema tranżizzjonali attwali tal-VAT, li hija kumplessa wisq, u li minħabba fiha huwa diffiċli li t-tranżazzjonijiet intra-Komunitarji jiġu segwiti, jsiru inqas trasparenti u għalhekk aktar miftuħa għall-abbuż,

I.   billi, meta jqisu l-għażliet biex jittrattaw il-frodi fiskali, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, kemm hu possibbli, jevitaw miżuri li jistgħu jwasslu għal piż amministrattiv sproporzjonat fuq in-negozji u fuq l-amministrazzjonijiet fiskali jew miżuri li jistgħu jkunu diskriminatorji għal xi negozjanti,

J.   billi kemm il-Kummissjoni kif ukoll il-Qorti tal-Awdituri ddikjaraw b'mod konsistenti li s-sistema għall-iskambju ta" informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar fornimenti intrakomunitarji ta" oġġetti ma tagħtix informazzjoni relevanti jew f'waqtha dwar il-ġlieda effiċjenti kontra l-frodi tas-sistema tal-VAT; billi dan jirrikjedi regoli iktar ċari u li jorbtu aktar dwar il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF),

K.   billi l-użu tat-teknoloġiji disponibbli kollha, fosthom il-ħażna u t-trażmissjoni elettronika ta" ċerta dejta rigward il-VAT u tat-taxxi tas-sisa, huwa indispensabbli għall-operat xieraq tas-sistemi fiskali ta" l-Istati Membri; billi għandhom jittejbu l-kundizzjonijiet għall-iskambju ta" dejta maħżuna elettronikament, u għall-aċċess dirett ta" l-Istati Membri għal din id-dejta, f'kull Stat Membru; billi l-awtoritajiet fiskali tal-Istati Membri għandhom jipproċessaw id-dejta persunali b'attenzjoni xierqa għal skopijiet speċifikati u fuq il-bażi tal-kunsens tal-persuna kkonċernata jew xi bażi leġittima oħra stipulata mil-liġi,

L.   billi bosta drabi n-negozjanti jingħataw biss informazzjoni mhux kompleta dwar l-istejtus tal-VAT tal-klijenti tagħhom,

M.   billi mat-tisħiħ tal-mezzi biex tinstab il-frodi fiskali għandha tissaħħaħ ukoll il-leġiżlazzjoni eżistenti dwar l-għajnuna għall-irkuprar tat-taxxi, l-ugwaljanza fit-trattament tat-taxxa u l-prattikabiltà għan-negozji,

L-istrateġija tal-UE rigward il-frodi fiskali

1.  Jinnota li l-iskop ta' strateġija ta' l-UE rigward il-frodi fiskali jrid ikun dak li jinstab tarf tat-telf fiskali minħabba l-frodi fiskali billi jiġu identifikati l-oqsma fejn jista" jsir titjib kemm fil-leġiżlazzjoni tal-UE kif ukoll fil-koperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri, titjib li jippromwovi b'mod effettiv it-tnaqqis tal-frodi fiskali, mingħajr ma jinħolqu piżijiet mhux meħtieġa kemm għall-amministrazzjonijiet fiskali kif ukoll għal min iħallas it-taxxa;

2.  Jistieden lill-Istati Membri biex fl-aħħar jieħdu l-ġlieda kontra l-frodi fiskali b'mod serju;

3.  Ifakkar li t-twaqqif ta" sistema tal-VAT bbażata fuq il-'prinċipju tal-oriġini', li timplika li t-tranżazzjonijiet bejn l-Istati Membri li jaqgħu taħt is-sistema tal-VAT iġorru t-taxxa mħallsa fil-pajjiż tal-oriġini minflok ma jkollhom ir-rata żero, tibqa' soluzzjoni dejjiema li permezz tagħha l-frodi fiskali tista' tiġi miġġielda b'mod effettiv; jinnota li l-'prinċipju tal-oriġini' jevita li l-prodotti kkummerċjalizzati fis-suq intern jiġu eżentati mill-VAT u għalhekk jiġu ntaxxati fil-pajjiż ta" destinazzjoni; ifakkar li sabiex tkun operattiva, sistema tal-VAT bbażata fuq il-'prinċipju tal-oriġini' teħtieġ it-twaqqif ta" sistema ta' rilaxx (clearing system), kif propost oriġinarjament mill-Kummissjoni fl-1987;

4.  Jiddispjaċih għall-attitudni ta' tfixkil ta' xi Stati Membri f'dawn l-aħħar għaxar snin, li fixklet kwalunkwe strateġija effettiva tal-UE biex tiġġieled il-frodi fiskali;

5.  Jiddispjaċih li minkejja analiżi ripetuti, talbiet u oġġezzjonijiet, il-Kunsill għadu ma addottax strateġija effettiva għall-ġlieda kontra l-frodi fiskali;

6.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ma żżommx lura milli tiffaċċja l-problema b'mod determinat, minkejja l-fallimenti ripetuti fl-aħħar għexieren ta' snin;

Kwistjonijiet ġenerali: il-kobor tal-frodi fiskali u l-konsegwenzi tagħha

7.  Jirrikonoxxi li stimi tat-telf fiskali globali (dirett u indirett) minħabba l-frodi fiskali jvarjaw minn 200 għal 250 biljun ewro, li huwa ugwali għal 2 sa 2,25% tal-GDP fl-Unjoni Ewropea; minn dak l-ammont 40 miljun ewro huma dovuti għal frodi tas-sistema tal-VAT u huwa stmat li jinkludu 10% tad-dħul mill-VAT, 8% tad-dħul totali mit-taxxi tas-sisa fuq ix-xorb alkoħoliku fl-1998 u 9% tad-dħul totali mit-taxxa tas-sisa fuq il-prodotti tat-tabakk; jiddispjaċih, madankollu, li m'hemmx ċifri preċiżi disponibbli għaliex l-istandards nazzjonali ta" rappurtaġġ ivarjaw ħafna;

8.  Jitlob biex issir analiżi ta' dejta uniformi fl-Istati Membri kollha bħala bażi għat-trasparenza u l-miżuri nazzjonali kontra l-frodi fiskali;

9.  Jiddispjaċih, li minħabba n-nuqqas ta" dejta miġbura f'livell nazzjonali, li ma jistax ikun evalwat sew la l-kobor veru tal-problema, u lanqas il-monitoraġġ tal-bidliet, kemm jekk pożittivi kif ukoll jekk negattivi;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra sistema armonizzata Ewropea għall-ġbir tad-dejta u li tipproduċi statistika dwar il-frodi fiskali, sabiex ssir evalwazzjoni ta' sa fejn iwassal il-fenominu li jkun korrett kemm jista' jkun;

11.  Ifakkar li l-eliminazzjoni tal-ekonomija informali ma tistax isseħħ mingħajr l-implimentazzjoni ta' inċentivi adattati; jissuġġerixxi, barra minn hekk, li l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw, permezz ta" l-iskorbord ta" Liżbona, sa liema punt irnexxielhom inaqqsu l-ekonomiji informali tagħhom;

Is-sistema attwali tal-VAT u n-nuqqasijiet tagħha

12.  Jinnota li l-frodi fiskali marbuta mal-VAT hija kwistjoni ta" preokkupazzjoni partikulari għat-tħaddim tas-suq intern peress li għandha impatt transkonfinali dirett, tinvolvi ammonti sostanzjali ta" telf ta" dħul u taffettwa l-baġit tal-UE b'mod dirett;

13.  Itenni li s-sistema attwali tal-VAT, imwaqqfa fl-1993, kellha tkun biss sistema tranżitorja u li l-Parlament kien talab lill-Kummissjoni biex tressaq proposti bil-għan li sa l-2010 tittieħed deċiżjoni finali dwar is-sistema definittiva tal-VAT;

14.  Isostni li flimkien, il-moviment ħieles tal-persuni, ta" l-oġġetti, tas-servizzi u tal-kapital fi ħdan is-suq intern mill-1993, kif ukoll l-avvanzi f'teknoloġija ġdida fir-rigward ta" oġġetti żgħar u ta" valur kbir, għamlu l-ġlieda kontra l-frodi tas-sistema tal-VAT aktar diffiċli, aktar u aktar minħabba l-kumplessità u l-istruttura frammentata tas-sistema attwali li tagħmilha diffiċli li t-tranżazzjonijiet jiġu ttraċċjati u għaldaqstant huwa aktar faċli biex wieħed jabbuża mis-sistema;

15.  Jinnota li qed jiżdiedu l-każi ta" frodi minn negozjanti mitlufin kif ukoll l-abbuż intenzjonat tas-sistema tal-VAT minn gruppi kriminali li jfasslu skemi biex japprofittaw min-nuqqasijiet fis-sistema; u jiġbed l-attenzjoni għall-każ ta" frodi karusell tal-VAT imnedija mill-Eurojust, li tinvolvi 18-il Stat Membru u frodi fiskali li jammontaw għal madwar EUR 2.1 biljun;

16.  Jappoġġja lill-Kummissjoni fl-isforzi tagħha biex iġġib bidla fundamentali fis-sistema attwali tal-VAT; jilqa" l-fatt li issa l-Istati Membri jqisu din il-kwistjoni bħala prijorità u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex ikunu ppreparati li jieħdu miżuri sostantivi f'dan ir-rigward;

17.  Iqis li s-sistema attwali hija antikwata u teħtieġ bidla radikali bla ma jitqiegħed piż żejjed fuq in-negozjanti onesti minħabba l-burokrazija; huwa tal-fehma li ma jistax jinżamm l-istatus quo;

Sistemi alternattivi għas-sistema attwali tal-VAT
Sistema tar-'Reverse Charge'

18.  Jinnota li f'sistema 'reverse-charge', il-VAT taqa' fuq il-klijent taxxabbli minflok fuq il-fornitur; jirrikonoxxi li din is-sistema għandha l-vantaġġ li tneħħi l-possibilità ta" frodi minn negozjanti mitlufin, billi l-persuna taxxabbli li tirċievi l-oġġetti titqies responsabbli għall-VAT;

19.  Jinnota li l-ħolqien ta" sistema ta" VAT doppja jmur kontra l-operat effiċjenti tas-suq intern u jkun is-sors ta" ambjent iktar kumpless li jista" jiskuraġġixxi l-investiment tan-negozji, u dan jista' jingħeleb biss fil-futur imbiegħed permezz ta" sistema 'reverse charge' ġeneralizzata u obbligatorja, u mhux b'sistema mhux obbligatorja jew limitata għal xi fornimenti magħżula;

20.  Jinnota, barra minn hekk, li s-sistema 'reverse charge' ma tippermettix pagamenti frazzjonati u li l-VAT totali titħallas biss fl-aħħar tal-katina ta" forniment, filwaqt li jitneħħa l-mekkaniżmu ta' awtokontroll tal-VAT; iwissi li jistgħu jitfaċċaw forom ġodda ta" frodi inklużi telf fiskali akbar fil-livell tan-negozji bl-imnut u l-użu ħażin tan-numri ta" reġistrazzjoni tal-VAT, u li l-ġlieda kontra frodi bħal din permezz ta" verifika addizzjonali tista" twassal għal piżijiet amministrattivi addizzjonali għan-negozjanti onesti; għaldaqstant iħeġġeġ il-kawtela u l-kunsiderazzjoni serja qabel ma tiddaħħal sistema 'reverse charge'; jinnota, madankollu, li l-applikazzjoni ta' limitu minimu biex ikun illimitat ir-riskju ta' konsum finali mhux taxxat jgħin biex tiġi miġġielda l-frodi u jikkunsidra li l-limitu minimu ta' EUR 5 000 issuġġerit mill-Kunsill bħala raġonevoli;

Proġett pilota

21.  Jinnota, għalkemm jibqa" kawt u kritiku, li proġett pilota jista" jgħin lill-Istati Membri jifhmu aħjar ir-riskji inerenti tas-sistema 'reverse charge', u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jistabbilixxu garanziji xierqa ħalli jiżguraw li la l-Istat Membru li qed jipparteċipa u lanqas xi Stat Membru ieħor ma jkun espost għal riskji kbar waqt li jkun fis-seħħ il-proġett pilota;

It-tassazzjoni tal-provvisti intrakomunitarji

22.  Huwa tal-fehma li l-aqwa soluzzjoni biex tingħeleb il-frodi tal-VAT marbuta ma provvisti transkonfinali tkun li tiddaħħal sistema li fiha l-eżenzjoni tal-VAT għall-provvisti intrakomunitarji tkun sostitwita b'rata ta" tassazzjoni ta' 15%; jinnota li dik is-sistema taħdem aħjar jekk il-varjetà u l-kumplessità tar-rati mnaqqsa jkunu ssimplifikati b'mod sostanzjali, filwaqt li jitnaqqas kemm jista" jkun il-piż amministrattiv kemm fuq in-negozji kif ukoll fuq l-awtoritajiet fiskali; jinnota li t-tnaqqis individwali tar-rati tal-VAT li daħal fis-seħħ qabel l-1992 għandu jiġi eżaminat bir-reqqa u evalwat biex isir magħruf jekk il-persistenza tiegħu hijiex ġustifikata fuq bażi ekonomika;

23.  Jirrikonoxxi li minħabba r-rati tal-VAT differenzjali, it-tassazzjoni tal-provvisti intrakomunitarji teħtieġ li jerġgħu jiġu bbilanċjati l-pagamenti bejn l-Istati Membri; iqis li dan l-ibbilanċjar mill-ġdid għandu jsir permezz ta" kamra ta" l-ikklerjar (clearing house)li tiffaċilita t-trasferiment tad-dħul bejn l-Istati Membri; jenfasizza li l-operat ta" kamra ta" l-ikklerjar huwa teknikament fattibbli;

24.  Huwa tal-fehma li sistema deċentralizzata ta' kmamar ta" l-ikklerjar tista' tkun iktar xierqa u tista' tkun żviluppata iktar malajr, sakemm tiftaħ il-possibiltajiet għall-Istati Membri biex jaqblu bilateralment dwar dettalji importanti, filwaqt li jitqiesu l-bilanċ kummerċjali individwali tagħhom, is-similaritajiet fit-tħaddim tas-sistema tal-VAT u l-mekkaniżmi tagħhom ta" kontroll kif ukoll il-fiduċja reċiproka;

25.  Jenfasizza li l-amministrazzjoni fiskali tal-Istat Membru tal-oriġini għandha tkun responsabbli biex tiġbor il-VAT mill-fornitur stabbilit fit-territorju tiegħu u biex tittrasferixxi l-ammont permezz tas-sistema ta' rilaxx lill-amministrazzjoni fiskali tal-pajjiż fejn sar l-akkwist intrakomunitarju; jirrikonoxxi li jeħtieġ li tinbena fiduċja reċiproka bejn l-amministrazzjonijiet fiskali;

Il-koperazzjoni amministrattiva u l-għajnuna reċiproka fil-qasam tal-VAT, tat-taxxi tas-sisa u tat-tassazzjoni diretta

26.  Jenfasizza li l-Istati Membri ma jistgħux jiġġieldu waħedhom kontra l-frodi fiskali transkonfinali; huwa tal-fehma li l-iskambju ta' informazzjoni u l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u mal-Kummissjoni ma kinux biżżejjed biex il-frodi fiskali tingħeleb b'mod effettiv kemm fir-rigward tal-kwalità kif ukoll fir-rigward tal-ħeffa; iqis li l-kuntatt dirett bejn l-uffiċċji lokali jew nazzjonali kontra l-frodi la hu żviluppat u lanqas implimentat biżżejjed, u dan iwassal għall-ineffiċjenza, għan-nuqqas ta" użu adegwat tal-ftehimiet għall-koperazzjoni amministrattiva u għad-dewmien fil-komunikazzjoni;

27.  Jinsisti li sabiex jitħares id-dħul fiskali tal-Istati Membri kollha fil-qafas tas-Suq Intern, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri komparabbli kontra dawk li jwettqu l-frodi, indipendentement minn fejn ikun sar it-telf ta' dħul; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tipproponi mekkaniżmi possibbli biex jippromwovu koperazzjoni ta" dan it-tip bejn l-Istati Membri;

28.  Jilqa" b'sodisfazzjon il-proposti tal-Kummissjoni għall-emenda tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud(2) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1798/2003 tas-7 ta' Ottubru 2003 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud(3) sabiex mill-2010 "l quddiem jitħaffu l-ġbir u l-iskambju ta" informazzjoni dwar tranżazzjonijiet intrakomunitarji; jirrikonoxxi li r-regoli proposti dwar ir-rappurtaġġ fi żmien xahar se jżidu piż amministrattiv għan-negozji li jagħtu biss servizzi li bħalissa m'humiex suġġetti għal dik ir-regola, iżda jaċċetta li dan huwa meħtieġ minħabba l-possibiltà ta" frodi karużell f'ċerti servizzi;

29.  Iħeġġeġ lill-Kunsill biex jadotta l-miżuri proposti malajr u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tressaq aktar proposti dwar l-aċċess awtomatizzat mill-Istati Membri l-oħra kollha għal xi informazzjoni mhux sensittiva li għandhom l-Istati Membri dwar il-persuni taxxabbli tagħhom stess (bħal fil-qasam tal-kummerċ, xi informazzjoni rigward il-fatturat), u dwar l-armonizzazzjoni tal-proċeduri għar-reġistrazzjoni u d-dereġistrazzjoni tal-persuni li jaqgħu taħt il-VAT biex jiżguraw li l-persuni taxxabbli foloz jinstabu u jiġu dereġistrati malajr; jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jieħdu r-responsabilità biex iżommu l-informazzjoni tagħhom aġġornata, b'mod partikulari rigward id-dereġistrazzjoni u s-sejbien ta" reġistrazzjonijiet foloz;

30.  Ifakkar li l-pajjiżi li joffru taxxa preferenzjali fuq id-dħul (tax havens) jistgħu jirrappreżentaw ostakolu għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta" Liżbona, jekk jagħmlu pressjoni eċċessiva biex inaqqsu r-rati tat-taxxa u, b'mod ġenerali, id-dħul mit-taxxa;

31.  Jenfasizza wkoll li fi żminijiet ta" dixxiplina baġitarja kwalunkwe erożjoni tal-bażi fiskali pprovokata mill-pajjiżi li joffru taxxa preferenzjali fuq id-dħul (tax havens) jew kompetizzjoni fiskali bla rażan jistgħu jipperikolaw il-kapaċità tal-Istati Membri biex jikkonformaw mal-Patt tal-Istabilità u t-Tkabbir ;

32.  Jenfasizza li t-tneħħija tal-postijiet li joffru kenn mit-taxxa teħtieġ, inter alia, strateġija fuq tliet punti: l-indirizzar ta" l-evitar tat-taxxa, it-twessigħ tal-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar it-tassazzjoni ta' riżervi fuq id-dħul fil-forma ta' pagamenti ta' imgħaxx(4) u billi l-OECD tintalab biex, permezz tal-membri tagħha, timponi sanzjonijiet fuq il-postijiet li joffru kenn mit-taxxa li ma jikkoperawx;

L-evażjoni tat-taxxa

33.  Jiddispjaċih li l-Istati Membri qed ifixklu r-riforma tad-Direttiva 2003/48/KE bl-oġġezzjonijiet ġodda kontinwi u tattiki ta' dewmien tagħhom u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tressaq kemm jista' jkun malajr il-proposti tagħha minkejja s-sinjali ta' reżistenza;

34.  Jinnota li r-riforma tad-Direttiva 2003/48/KE għandha titratta l-lakuni u d-defiċjenzi varji tagħha, għax dawn ifixklu s-sejbien tal-evażjoni tat-taxxa u l-operazzjonijiet ta' frodi fiskali;

35.  Jitlob lill-Kummissjoni, fil-kuntest tar-riforma tad-Direttiva 2003/48/KE, biex teżamina l-għażliet għal riforma, kif ukoll tinvestiga t-twessiegħ tal-għan tad-direttiva f'dak li jirrigwarda t-tipi ta' entitajiet legali u s-sorsi ta' dħul finanzjarju;

36.  Iħeġġeġ sabiex l-Unjoni Ewropea iżżomm fl-aġenda t-tneħħija fuq livell globali tal-postijiet li joffru kenn mit-taxxa, wara li jitqiesu l-effetti ta' ħsara tagħhom fuq id-dħul fiskali tal-Istati Membri individwali; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jużaw kemm jistgħu l-qawwa kummerċjali tal-UE meta jinnegozjaw ftehimiet ta' kummerċ u ta' koperazzjoni mal-gvernijiet ta' pajjiżi li joffru taxxa preferenzjali fuq id-dħul (tax havens), sabiex jipperswaduhom ħalli jeliminaw dispożizzjonijiet u prattiki fiskali li jiffavorixxu l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi fiskali; jilqa" b'sodisfazzjon, bħala l-ewwel pass, ir-rakkomandazzjonijiet imniżżla fil-konklużjonijiet tal-Kunsill wara l-laqgħa tiegħu ta' l-14 ta" Mejju 2008 biex fil-ftehimiet kummerċjali tiddaħħal klawżola dwar il-governanza tajba fi kwistjonijiet fiskali; jitlob lill-Kummissjoni biex tressaq klawżola ta' dan it-tip b'effett immedjat fin-negozjati tagħha tal-ftehimiet kummerċjali fil-ġejjieni;

o
o   o

37.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU C 20, 25.1.2008, p. 1.
(2) ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.
(3) ĠU L 264, 15.10.2003, p.1.
(4) ĠU L 157, 26.6.2003, p. 38.


L-involviment tal-Presidenti tas-sottokumitati (Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 182)
PDF 188kWORD 23k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' Settembru 2008 dwar l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 182 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew dwar l-involviment tal-presidenti tas-sottokumitati

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-ittra tat-22 ta' Lulju 2008 mingħand il-president tal-Kumitat għall-Affarijiet Konstituzzjonali,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 201 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Jiddeċiedi li jżid l-interpretazzjoni li ġejja għall-Artikolu 182(1)

  

'Din id-dispożizzjoni ma żżommx, anzi tippermetti, lill-president tal-kumitat prinċipali milli jinvolvi lill-presidenti tas-sottokumitati fil-ħidma tal-Bureau jew milli jippermettilhom li jippresiedu dibattiti dwar kwistjonijiet trattati b'mod speċifiku mis-sottokumitati kkonċernati, kemm-il darba dan il-mod ta' kif wieħed jipproċedi jkun ippreżentat lill-bureau fis-sħuħija tiegħu għall-konsiderazzjoni tiegħu u jkun hemm qbil dwaru mill-bureau.';

   2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.


It-tħabbir tas-sena 2011 bħala s-Sena Ewropea tal-Volontarjat
PDF 222kWORD 55k
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tħabbir tas-sena 2011 bħala s-Sena Ewropea tal-Volontarjat
P6_TA(2008)0389P6_DCL(2008)0030

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' April 2008 dwar l-irwol tal-volontarjat favur fil-kontribuzzjoni għall-koeżjoni ekonomika u soċjali(1),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħa fil-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2007 dwar l-implimentazzjoni tal-għanijiet komuni għall-attivitajiet volontarji taż-żgħażagħ(2),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu116 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi hemm aktar minn 100 miljun Ewropew ta' kull età, ta' kull twemmin u ta' kull nazzjonalità li jagħmlu l-volontarjat,

B.   billi stħarriġ ta' l-Ewrobarometru ppubblikat fi Frar 2007 wera' li 3 minn kull 10 persuni Ewropej jgħidu li huma attivi f'xogħol ta' volontarjat u li qrib it-80% tan-nies iħossu li l-attivitajiet volontarji huma parti importanti fil-ħajja demokratika fl-Ewropa(3),

C.   billi s-settur tal-volontarjat jikkontribwixxi madwar 5% tal-prodott gross domestiku ta' l-ekonomiji ta' l-Istati Membri, u jiżviluppa azzjonijiet innovattivi biex jidentifika u jirreaġixxi għall-bżonnijiet li jitfaċċaw fis-soċjetà,

D.   billi ċ-Ċentru Ewropew għall-Volontarjat, il-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ, l-Assoċjazzjoni ta' l-Organizzazzjonijiet għas-Servizzi Volontarji, l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Moviment ta' l-Iskawts, Is-Salib l-Aħmar/l-Uffiċċju ta' l-Unjoni Ewropea, il-volonteurope, il-Pjattaforma Ewropea għall-Anzjani (l-AGE), is-Solidar, il-Caritas Ewropea, l-ENGAGE, il-Johanniter Internazzjonali, l-Organizzazzjoni Ewropea mhux Governattiva ta' l-Isports u oħrajn - li flimkien jirrappreżentaw eluf ta' organizzazzjonijiet li jinvolvu miljun ta' voluntiera li kollha talbu lill-Istituzzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea biex iħabbru s-sena 2011 bħala s-Sena Ewropa tal-Volontarjat,

1.  Jistieden lill-Kummissjoni, appoġġjat mill-Istituzzjonijiet kollha ta' l-UE biex tħabbar is-sena 2011 bħala s-Sena Ewropea tal-Volontarjat;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-lista tal-firmatarji, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.

Lista ta' firmatarji

Adamos Adamou, Gabriele Albertini, Jim Allister, Alexander Alvaro, Jan Andersson, Georgs Andrejevs, Alfonso Andria, Laima Liucija Andrikienė, Emmanouil Angelakas, Roberta Angelilli, Stavros Arnaoutakis, Francisco Assis, Elspeth Attwooll, Marie-Hélène Aubert, Margrete Auken, Liam Aylward, Mariela Velichkova Baeva, Enrique Barón Crespo, Alessandro Battilocchio, Katerina Batzeli, Edit Bauer, Jean Marie Beaupuy, Zsolt László Becsey, Angelika Beer, Ivo Belet, Jean-Luc Bennahmias, Rolf Berend, Pervenche Berès, Sergio Berlato, Giovanni Berlinguer, Thijs Berman, Adam Bielan, Guy Bono, Josep Borrell Fontelles, Victor Boştinaru, Catherine Boursier, Bernadette Bourzai, John Bowis, Sharon Bowles, Emine Bozkurt, Iles Braghetto, Mihael Brejc, Frieda Brepoels, André Brie, Elmar Brok, Danutė Budreikaitė, Kathalijne Maria Buitenweg, Ieke van den Burg, Colm Burke, Philip Bushill-Matthews, Cristian Silviu Buşoi, Simon Busuttil, Jerzy Buzek, Martin Callanan, Mogens Camre, Luis Manuel Capoulas Santos, Marie-Arlette Carlotti, Giorgio Carollo, Paulo Casaca, Michael Cashman, Carlo Casini, Françoise Castex, Giuseppe Castiglione, Pilar del Castillo Vera, Jorgo Chatzimarkakis, Zdzisław Kazimierz Chmielewski, Ole Christensen, Sylwester Chruszcz, Philip Claeys, Luigi Cocilovo, Carlos Coelho, Richard Corbett, Giovanna Corda, Titus Corlăţean, Jean Louis Cottigny, Michael Cramer, Corina Creţu, Gabriela Creţu, Brian Crowley, Marek Aleksander Czarnecki, Ryszard Czarnecki, Daniel Dăianu, Dragoş Florin David, Chris Davies, Bairbre de Brún, Jean-Luc Dehaene, Panayiotis Demetriou, Gérard Deprez, Proinsias De Rossa, Marielle De Sarnez, Marie-Hélène Descamps, Harlem Désir, Albert Deß, Mia De Vits, Jolanta Dičkutė, Koenraad Dillen, Giorgos Dimitrakopoulos, Alexandra Dobolyi, Beniamino Donnici, Den Dover, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Petr Duchoň, Andrew Duff, Árpád Duka-Zólyomi, Constantin Dumitriu, Michl Ebner, Lena Ek, Saïd El Khadraoui, James Elles, Maria da Assunção Esteves, Edite Estrela, Harald Ettl, Jill Evans, Robert Evans, Göran Färm, Richard Falbr, Markus Ferber, Emanuel Jardim Fernandes, Francesco Ferrari, Elisa Ferreira, Ilda Figueiredo, Petru Filip, Hélène Flautre, Alessandro Foglietta, Hanna Foltyn-Kubicka, Glyn Ford, Janelly Fourtou, Armando França, Duarte Freitas, Ingo Friedrich, Urszula Gacek, Michael Gahler, Milan Gaľa, Gerardo Galeote, Vicente Miguel Garcés Ramón, Eugenijus Gentvilas, Georgios Georgiou, Bronisław Geremek, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Adam Gierek, Maciej Marian Giertych, Neena Gill, Ioannis Gklavakis, Bogdan Golik, Ana Maria Gomes, Donata Gottardi, Genowefa Grabowska, Dariusz Maciej Grabowski, Vasco Graça Moura, Nathalie Griesbeck, Lissy Gröner, Elly de Groen-Kouwenhoven, Mathieu Grosch, Lilli Gruber, Ignasi Guardans Cambó, Ambroise Guellec, Pedro Guerreiro, Umberto Guidoni, Zita Gurmai, Fiona Hall, David Hammerstein, Małgorzata Handzlik, Gábor Harangozó, Malcolm Harbour, Marian Harkin, Rebecca Harms, Joel Hasse Ferreira, Satu Hassi, Anna Hedh, Jeanine Hennis-Plasschaert, Esther Herranz García, Jim Higgins, Jens Holm, Milan Horáček, Richard Howitt, Ján Hudacký, Stephen Hughes, Alain Hutchinson, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Monica Maria Iacob-Ridzi, Sophia in 't Veld, Mikel Irujo Amezaga, Ville Itälä, Lily Jacobs, Anneli Jäätteenmäki, Stanisław Jałowiecki, Mieczysław Edmund Janowski, Lívia Járóka, Elisabeth Jeggle, Rumiana Jeleva, Anne E. Jensen, Romana Jordan Cizelj, Jelko Kacin, Filip Kaczmarek, Gisela Kallenbach, Othmar Karas, Sajjad Karim, Ioannis Kasoulides, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Piia-Noora Kauppi, Tunne Kelam, Glenys Kinnock, Evgeni Kirilov, Ewa Klamt, Wolf Klinz, Dieter-Lebrecht Koch, Silvana Koch-Mehrin, Eija-Riitta Korhola, Miloš Koterec, Holger Krahmer, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Ģirts Valdis Kristovskis, Urszula Krupa, Wiesław Stefan Kuc, Jan Jerzy Kułakowski, Sepp Kusstatscher, Zbigniew Krzysztof Kuźmiuk, Joost Lagendijk, Jean Lambert, Alexander Graf Lambsdorff, Vytautas Landsbergis, Esther De Lange, Anne Laperrouze, Romano Maria La Russa, Vincenzo Lavarra, Henrik Lax, Johannes Lebech, Bernard Lehideux, Lasse Lehtinen, Jörg Leichtfried, Jo Leinen, Katalin Lévai, Janusz Lewandowski, Bogusław Liberadzki, Marcin Libicki, Eva Lichtenberger, Alain Lipietz, Pia Elda Locatelli, Andrea Losco, Caroline Lucas, Sarah Ludford, Astrid Lulling, Elizabeth Lynne, Linda McAvan, Arlene McCarthy, Mary Lou McDonald, Mairead McGuinness, Edward McMillan-Scott, Jamila Madeira, Eugenijus Maldeikis, Toine Manders, Ramona Nicole Mănescu, Vladimír Maňka, Thomas Mann, Marian-Jean Marinescu, Catiuscia Marini, Sérgio Marques, Maria Martens, David Martin, Jean-Claude Martinez, Miguel Angel Martínez Martínez, Jan Tadeusz Masiel, Antonio Masip Hidalgo, Marios Matsakis, Yiannakis Matsis, Maria Matsouka, Manolis Mavrommatis, Hans-Peter Mayer, Erik Meijer, Íñigo Méndez de Vigo, Emilio Menéndez del Valle, Marianne Mikko, Miroslav Mikolášik, Gay Mitchell, Nickolay Mladenov, Claude Moraes, Eluned Morgan, Luisa Morgantini, Elisabeth Morin, Roberto Musacchio, Cristiana Muscardini, Joseph Muscat, Sebastiano (Nello) Musumeci, Riitta Myller, Pasqualina Napoletano, Michael Henry Nattrass, Robert Navarro, Cătălin-Ioan Nechifor, Bill Newton Dunn, Annemie Neyts-Uyttebroeck, James Nicholson, Angelika Niebler, Lambert van Nistelrooij, Ljudmila Novak, Vural Öger, Jan Olbrycht, Seán Ó Neachtain, Gérard Onesta, Janusz Onyszkiewicz, Ria Oomen-Ruijten, Dumitru Oprea, Miroslav Ouzký, Siiri Oviir, Doris Pack, Maria Grazia Pagano, Borut Pahor, Justas Vincas Paleckis, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Marco Pannella, Pier Antonio Panzeri, Dimitrios Papadimoulis, Georgios Papastamkos, Neil Parish, Aldo Patriciello, Vincent Peillon, Alojz Peterle, Maria Petre, Markus Pieper, Sirpa Pietikäinen, João de Deus Pinheiro, Józef Pinior, Mirosław Mariusz Piotrowski, Umberto Pirilli, Hubert Pirker, Paweł Bartłomiej Piskorski, Lapo Pistelli, Gianni Pittella, Zita Pleštinská, Anni Podimata, Zdzisław Zbigniew Podkański, Samuli Pohjamo, Lydie Polfer, Mihaela Popa, Nicolae Vlad Popa, Miguel Portas, Vittorio Prodi, John Purvis, Luís Queiró, Reinhard Rack, Alexander Radwan, Bilyana Ilieva Raeva, Poul Nyrup Rasmussen, Karin Resetarits, José Ribeiro e Castro, Marco Rizzo, Bogusław Rogalski, Zuzana Roithová, Raül Romeva i Rueda, Dariusz Rosati, Wojciech Roszkowski, Libor Rouček, Paul Rübig, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Eoin Ryan, Aloyzas Sakalas, Katrin Saks, Antolín Sánchez Presedo, Manuel António dos Santos, Sebastiano Sanzarello, Amalia Sartori, Jacek Saryusz-Wolski, Toomas Savi, Luciana Sbarbati, Christel Schaldemose, Pierre Schapira, Agnes Schierhuber, Margaritis Schinas, Frithjof Schmidt, Olle Schmidt, Pál Schmitt, Elisabeth Schroedter, Inger Segelström, Esko Seppänen, Czesław Adam Siekierski, José Albino Silva Peneda, Brian Simpson, Kathy Sinnott, Marek Siwiec, Nina Škottová, Alyn Smith, Csaba Sógor, Bogusław Sonik, María Sornosa Martínez, Sérgio Sousa Pinto, Jean Spautz, Bart Staes, Grażyna Staniszewska, Margarita Starkevičiūtė, Dirk Sterckx, Struan Stevenson, Catherine Stihler, Ulrich Stockmann, Dimitar Stoyanov, Robert Sturdy, Margie Sudre, David Sumberg, László Surján, Eva-Britt Svensson, József Szájer, István Szent-Iványi, Konrad Szymański, Hannu Takkula, Charles Tannock, Andres Tarand, Salvatore Tatarella, Britta Thomsen, Marianne Thyssen, Silvia-Adriana Ţicău, Gary Titley, Patrizia Toia, László Tőkés, Ewa Tomaszewska, Witold Tomczak, Jacques Toubon, Antonios Trakatellis, Kyriacos Triantaphyllides, Claude Turmes, Evangelia Tzampazi, Feleknas Uca, Vladimir Urutchev, Inese Vaidere, Nikolaos Vakalis, Frank Vanhecke, Johan Van Hecke, Anne Van Lancker, Ioannis Varvitsiotis, Armando Veneto, Donato Tommaso Veraldi, Bernadette Vergnaud, Cornelis Visser, Oldřich Vlasák, Diana Wallis, Graham Watson, Henri Weber, Manfred Weber, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Anders Wijkman, Glenis Willmott, Iuliu Winkler, Janusz Wojciechowski, Anna Záborská, Zbigniew Zaleski, Mauro Zani, Andrzej Tomasz Zapałowski, Stefano Zappalà, Tomáš Zatloukal, Tatjana Ždanoka, Gabriele Zimmer, Marian Zlotea, Jaroslav Zvěřina, Tadeusz Zwiefka

(1) Testi Adottati, P6_TA(2008)0131.
(2) ĠU C 241, 20.9.2008, p.1.
(3) "Realta' Soċjali Ewropea", Ewrobarometru Speċjali 273, Parti 66.3


Id-dedikazzjoni ta' aktar attenzjoni lir-responsabilizzazzjoni taż-żgħażagħ fil-politiki ta' l-UE
PDF 225kWORD 55k
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-dedikazzjoni ta' aktar attenzjoni lir-responsabilizzazzjoni taż-żgħażagħ fil-politiki ta' l-UE
P6_TA(2008)0390P6_DCL(2008)0033

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 116 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi, il-Kummissjoni fil-White Paper tagħha "Impetu ġdid għaż-żgħażagħ Ewropej" (COM(2001)0681), li fiha l-Parlament eżamina r-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-14 ta' Mejju 2002(1), adottat l-objettiv li tiddedika aktar attenzjoni liż-żgħażagħ f'oqsma oħra ta" politika, speċjalment l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja, l-impjiegi, l-integrazzjoni soċjali, is-saħħa, l-awtonomija taż-żgħażagħ, il-mobilità, id-drittijiet fundamentali u n-non-diskriminazzjoni,

B.   billi l-Kunsill Ewropew tat-22 - 23 ta" Marzu 2005 adotta "Patt Ewropew għaż-Żgħażagħ" bħala wieħed mill-istrumenti li jikkontribwixxi għall-objettivi ta" Liżbona u ġedded l-impenn tiegħu f'Marzu 2008, fejn insista li hemm il-ħtieġa li jsir investiment fiż-żgħażagħ issa u fil-ġejjieni,

C.   billi l-Kummissjoni Ewropea rriflettiet il-ħtieġa li l-kwistjonijiet taż-żgħażagħ jiġu integrati orizzontalment fil-Komunikazzjoni tagħha tal-5 ta' Settembru 2007 dwar 'Promozzjoni tal-parteċipazzjoni sħiħa taż-żgħażagħ fl-edukazzjoni, l-impjieg u s-soċjeta' ' (COM(2007)0498,

D.   billi hu adotta r-riżoluzzjonijiet tiegħu tad-19 ta' Ġunju 2007 dwar qafas regolatorju għal miżuri li jippermettu lin-nisa żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea jgħaqqdu l-ħajja tal-familja ma' perjodu ta' studji(2) u tal-21 ta' Frar 2008 dwar il-futur demografiku ta' l-Ewropa(3), u b'hekk tiġi enfasizzata l-ħtieġa li ż-żgħażagħ jiġu meqjusa aktar,

1.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra u tinkorpora l-impatt fuq iż-żgħażagħ u r-riżultati tad-djalogu strutturat li jsir ma" l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ meta jkunu qed iħejju l-proposti leġiżlattivi, b'mod partikulari fl-oqsma ta" politiki msemmija fil-Premessa A;

2.  Jistieden lill-Istati Membri biex jiffokaw fuq iż-żgħażagħ meta jkunu qed jimplimentaw il-Programmi ta" Liżbona ta" Riformi Nazzjonali u biex iqisu liż-żgħażagħ fl-oqsma ta" politiki relevanti;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien ma'ismijiet tal-firmatarji, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ.

Lista ta' firmatarji

Adamos Adamou, Vincenzo Aita, Gabriele Albertini, Alexander Alvaro, Jan Andersson, Georgs Andrejevs, Alfonso Andria, Laima Liucija Andrikienė, Emmanouil Angelakas, Roberta Angelilli, Kader Arif, Stavros Arnaoutakis, Francisco Assis, John Attard-Montalto, Elspeth Attwooll, Jean-Pierre Audy, Margrete Auken, Liam Aylward, Pilar Ayuso, Peter Baco, Maria Badia i Cutchet, Mariela Velichkova Baeva, Enrique Barón Crespo, Alessandro Battilocchio, Katerina Batzeli, Jean Marie Beaupuy, Zsolt László Becsey, Ivo Belet, Jean-Luc Bennahmias, Monika Beňová, Giovanni Berlinguer, Thijs Berman, Šarūnas Birutis, Sebastian Valentin Bodu, Herbert Bösch, Guy Bono, Victor Boştinaru, Bernadette Bourzai, John Bowis, Sharon Bowles, Emine Bozkurt, Iles Braghetto, Mihael Brejc, Frieda Brepoels, Jan Březina, André Brie, Danutė Budreikaitė, Kathalijne Maria Buitenweg, Wolfgang Bulfon, Udo Bullmann, Ieke van den Burg, Colm Burke, Niels Busk, Cristian Silviu Buşoi, Philippe Busquin, Simon Busuttil, Jerzy Buzek, Luis Manuel Capoulas Santos, David Casa, Paulo Casaca, Michael Cashman, Carlo Casini, Giuseppe Castiglione, Jean-Marie Cavada, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Luigi Cocilovo, Carlos Coelho, Daniel Cohn-Bendit, Richard Corbett, Dorette Corbey, Giovanna Corda, Titus Corlăţean, Thierry Cornillet, Jean Louis Cottigny, Michael Cramer, Jan Cremers, Gabriela Creţu, Brian Crowley, Magor Imre Csibi, Marek Aleksander Czarnecki, Daniel Dăianu, Joseph Daul, Dragoş Florin David, Chris Davies, Antonio De Blasio, Bairbre de Brún, Arūnas Degutis, Jean-Luc Dehaene, Panayiotis Demetriou, Marie-Hélène Descamps, Albert Deß, Christine De Veyrac, Mia De Vits, Jolanta Dičkutė, Alexandra Dobolyi, Beniamino Donnici, Bert Doorn, Brigitte Douay, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Petr Duchoň, Bárbara Dührkop Dührkop, Árpád Duka-Zólyomi, Constantin Dumitriu, Michl Ebner, Lena Ek, Saïd El Khadraoui, Maria da Assunção Esteves, Edite Estrela, Harald Ettl, Jill Evans, Göran Färm, Richard Falbr, Carlo Fatuzzo, Claudio Fava, Emanuel Jardim Fernandes, Francesco Ferrari, Elisa Ferreira, Ilda Figueiredo, Petru Filip, Věra Flasarová, Alessandro Foglietta, Hanna Foltyn-Kubicka, Nicole Fontaine, Glyn Ford, Brigitte Fouré, Janelly Fourtou, Juan Fraile Cantón, Armando França, Monica Frassoni, Duarte Freitas, Milan Gaľa, Vicente Miguel Garcés Ramón, Iratxe García Pérez, Patrick Gaubert, Jean-Paul Gauzès, Eugenijus Gentvilas, Georgios Georgiou, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Claire Gibault, Ioannis Gklavakis, Ana Maria Gomes, Donata Gottardi, Vasco Graça Moura, Martí Grau i Segú, Louis Grech, Nathalie Griesbeck, Lissy Gröner, Elly de Groen-Kouwenhoven, Matthias Groote, Mathieu Grosch, Françoise Grossetête, Lilli Gruber, Ignasi Guardans Cambó, Ambroise Guellec, Pedro Guerreiro, Zita Gurmai, Cristina Gutiérrez-Cortines, Fiona Hall, David Hammerstein, Benoît Hamon, Małgorzata Handzlik, Marian Harkin, Rebecca Harms, Joel Hasse Ferreira, Satu Hassi, Anna Hedh, Gyula Hegyi, Jeanine Hennis-Plasschaert, Jim Higgins, Jens Holm, Mary Honeyball, Milan Horáček, Stephen Hughes, Alain Hutchinson, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Sophia in 't Veld, Ville Itälä, Carlos José Iturgaiz Angulo, Lily Jacobs, Anneli Jäätteenmäki, Mieczysław Edmund Janowski, Anne E. Jensen, Dan Jørgensen, Pierre Jonckheer, Romana Jordan Cizelj, Jelko Kacin, Filip Kaczmarek, Gisela Kallenbach, Othmar Karas, Ioannis Kasoulides, Piia-Noora Kauppi, Metin Kazak, Tunne Kelam, Glenys Kinnock, Ewa Klamt, Dieter-Lebrecht Koch, Silvana Koch-Mehrin, Jaromír Kohlíček, Maria Eleni Koppa, Miloš Koterec, Sergej Kozlík, Guntars Krasts, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Ģirts Valdis Kristovskis, Wiesław Stefan Kuc, Jan Jerzy Kułakowski, Sepp Kusstatscher, Zbigniew Krzysztof Kuźmiuk, Joost Lagendijk, André Laignel, Alain Lamassoure, Jean Lambert, Vytautas Landsbergis, Esther De Lange, Anne Laperrouze, Henrik Lax, Johannes Lebech, Stéphane Le Foll, Roselyne Lefrançois, Bernard Lehideux, Lasse Lehtinen, Jörg Leichtfried, Jo Leinen, Marcin Libicki, Eva Lichtenberger, Marie-Noëlle Lienemann, Alain Lipietz, Pia Elda Locatelli, Caroline Lucas, Sarah Ludford, Florencio Luque Aguilar, Elizabeth Lynne, Marusya Ivanova Lyubcheva, Jules Maaten, Linda McAvan, Arlene McCarthy, Mary Lou McDonald, Mairead McGuinness, Edward McMillan-Scott, Jamila Madeira, Ramona Nicole Mănescu, Vladimír Maňka, Mario Mantovani, Catiuscia Marini, Helmuth Markov, Sérgio Marques, Maria Martens, David Martin, Miguel Angel Martínez Martínez, Jan Tadeusz Masiel, Marios Matsakis, Yiannakis Matsis, Manolis Mavrommatis, Manuel Medina Ortega, Erik Meijer, Íñigo Méndez de Vigo, Emilio Menéndez del Valle, Marianne Mikko, Miroslav Mikolášik, Claude Moraes, Javier Moreno Sánchez, Luisa Morgantini, Elisabeth Morin, Roberto Musacchio, Joseph Muscat, Sebastiano (Nello) Musumeci, Riitta Myller, Pasqualina Napoletano, Robert Navarro, Cătălin-Ioan Nechifor, Catherine Neris, Angelika Niebler, Ljudmila Novak, Raimon Obiols i Germà, Vural Öger, Jan Olbrycht, Seán Ó Neachtain, Gérard Onesta, Dumitru Oprea, Josu Ortuondo Larrea, Siiri Oviir, Borut Pahor, Justas Vincas Paleckis, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Vladko Todorov Panayotov, Pier Antonio Panzeri, Dimitrios Papadimoulis, Atanas Paparizov, Georgios Papastamkos, Neil Parish, Ioan Mircea Paşcu, Aldo Patriciello, Vincent Peillon, Maria Petre, Sirpa Pietikäinen, Rihards Pīks, João de Deus Pinheiro, Józef Pinior, Umberto Pirilli, Hubert Pirker, Paweł Bartłomiej Piskorski, Gianni Pittella, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Zita Pleštinská, Anni Podimata, Samuli Pohjamo, Bernard Poignant, José Javier Pomés Ruiz, Mihaela Popa, Nicolae Vlad Popa, Miguel Portas, Christa Prets, Pierre Pribetich, Vittorio Prodi, John Purvis, Luís Queiró, Reinhard Rack, Bilyana Ilieva Raeva, Miloslav Ransdorf, Poul Nyrup Rasmussen, Karin Resetarits, José Ribeiro e Castro, Teresa Riera Madurell, Frédérique Ries, Karin Riis-Jørgensen, Maria Robsahm, Bogusław Rogalski, Zuzana Roithová, Raül Romeva i Rueda, Dagmar Roth-Behrendt, Libor Rouček, Paul Rübig, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Eoin Ryan, Tokia Saïfi, Aloyzas Sakalas, Katrin Saks, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Antolín Sánchez Presedo, Manuel António dos Santos, Sebastiano Sanzarello, Salvador Domingo Sanz Palacio, Amalia Sartori, Gilles Savary, Toomas Savi, Luciana Sbarbati, Christel Schaldemose, Agnes Schierhuber, Carl Schlyter, Frithjof Schmidt, Pál Schmitt, Elisabeth Schroedter, Inger Segelström, Adrian Severin, José Albino Silva Peneda, Brian Simpson, Csaba Sógor, Søren Bo Søndergaard, Bogusław Sonik, María Sornosa Martínez, Sérgio Sousa Pinto, Jean Spautz, Bart Staes, Grażyna Staniszewska, Gabriele Stauner, Petya Stavreva, Dirk Sterckx, Catherine Stihler, Ulrich Stockmann, Theodor Dumitru Stolojan, Dimitar Stoyanov, Daniel Strož, Margie Sudre, Eva-Britt Svensson, Hannes Swoboda, József Szájer, István Szent-Iványi, Csaba Sándor Tabajdi, Antonio Tajani, Hannu Takkula, Andres Tarand, Britta Thomsen, Marianne Thyssen, Silvia-Adriana Ţicău, Gary Titley, Patrizia Toia, László Tőkés, Ewa Tomaszewska, Witold Tomczak, Jacques Toubon, Antonios Trakatellis, Catherine Trautmann, Kyriacos Triantaphyllides, Claude Turmes, Evangelia Tzampazi, Feleknas Uca, Vladimir Urutchev, Nikolaos Vakalis, Johan Van Hecke, Anne Van Lancker, Ioannis Varvitsiotis, Donato Tommaso Veraldi, Bernadette Vergnaud, Alejo Vidal-Quadras, Kristian Vigenin, Oldřich Vlasák, Dominique Vlasto, Johannes Voggenhuber, Sahra Wagenknecht, Graham Watson, Henri Weber, Renate Weber, Åsa Westlund, Jan Marinus Wiersma, Anders Wijkman, Glenis Willmott, Iuliu Winkler, Janusz Wojciechowski, Corien Wortmann-Kool, Francis Wurtz, Luis Yañez-Barnuevo García, Anna Záborská, Zbigniew Zaleski, Mauro Zani, Tatjana Ždanoka, Dushana Zdravkova, Marian Zlotea, Jaroslav Zvěřina, Tadeusz Zwiefka

(1) ĠU C 180E, 31.7.2003, p. 145.
(2) ĠU C 146E, 12.6.2008, p. 112.
(3) Testi Adottati, P6_TA(2008)0066.


Il-koperazzjoni ta' emerġenza biex jinstabu t-tfal neqsin (dikjarazzjoni bil-miktub)
PDF 221kWORD 52k
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-koperazzjoni ta' emerġenza biex jinstabu t-tfal neqsin
P6_TA(2008)0391P6_DCL(2008)0036

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 116 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi l-ħtif ta' tifel jew tifla huwa fost l-aktar delitti inumani,

B.   billi t-twettiq ta' delitti bħal dawn qiegħed jiżdied fl-Ewropa u jista' jinvolvi ċ-ċaqliq tal-vittmi bejn il-fruntieri ta' l-istati,

C.   billi l-prospetti li tiġi salvata l-ħajja ta' tfal maħtufin jonqsu biż-żmien,

D.   billi m'hemm l-ebda sistema ta' twissija madwar l-Ewropa kollha għall-għajbien tat-tfal u lanqas xi sistemi lokali jew nazzjonali fil-parti l-kbira ta' l-Unjoni Ewropea,

1.  Jistieden lill-Istati Membri biex jintroduċu sistema ta' twissija għat-tfal li huma neqsin, li meta tkun attivata tkun teħtieġ li jiġu mgħoddija lill-mezzi ta' komunikazzjoni ta' l-aħbarijiet, lill-awtoritajiet tal-fruntieri u lill-aġenziji tad-dwana u ta' l-infurzar tal-liġi:

   id-dettalji tat-tifel jew tifla li jkunu neqsin, flimkien ma' ritratt, jekk dan ikun disponibbli,
   informazzjoni rilevanti għall-għajbien u għall-persuni li jkunu suspettati li wettqu l-ħtif,
   numru tat-telefon li wieħed ikun jista' jċempel biex jagħti tagħrif (116 000, fejn ikun operazzjonali)

2.  Jistieden lill-Istati Membri biex jilħqu ftehimiet ta' koperazzjoni mal-pajjiżi kollha ġirien biex jiżguraw il-kapaċità li tingħata twissija ta' malajr fit-territorji kollha rilevanti;

3.  Jitlob li tiġi żviluppata organizzazzjoni komuni biex tipprovdi għajnuna u taħriġ lill-korpi nazzjonali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien ma' l-ismijiet tal-firmatarji, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Lista ta' firmatarji

Adamos Adamou, Vittorio Agnoletto, Vincenzo Aita, Gabriele Albertini, Jim Allister, Alexander Alvaro, Georgs Andrejevs, Emmanouil Angelakas, Roberta Angelilli, Stavros Arnaoutakis, Richard James Ashworth, Robert Atkins, John Attard-Montalto, Elspeth Attwooll, Marie-Hélène Aubert, Margrete Auken, Liam Aylward, Mariela Velichkova Baeva, Paolo Bartolozzi, Domenico Antonio Basile, Gerard Batten, Alessandro Battilocchio, Katerina Batzeli, Jean Marie Beaupuy, Christopher Beazley, Zsolt László Becsey, Ivo Belet, Irena Belohorská, Jean-Luc Bennahmias, Sergio Berlato, Thijs Berman, Slavi Binev, Sebastian Valentin Bodu, Herbert Bösch, Jens-Peter Bonde, Vito Bonsignore, Graham Booth, Mario Borghezio, Costas Botopoulos, Catherine Boursier, Bernadette Bourzai, John Bowis, Sharon Bowles, Iles Braghetto, Mihael Brejc, Frieda Brepoels, André Brie, Danutė Budreikaitė, Paul van Buitenen, Kathalijne Maria Buitenweg, Udo Bullmann, Ieke van den Burg, Colm Burke, Philip Bushill-Matthews, Niels Busk, Cristian Silviu Buşoi, Philippe Busquin, Simon Busuttil, Jerzy Buzek, Milan Cabrnoch, Martin Callanan, Mogens Camre, Marco Cappato, Marie-Arlette Carlotti, Giorgio Carollo, David Casa, Paulo Casaca, Michael Cashman, Carlo Casini, Giuseppe Castiglione, Giusto Catania, Jorgo Chatzimarkakis, Giles Chichester, Ole Christensen, Fabio Ciani, Derek Roland Clark, Luigi Cocilovo, Carlos Coelho, Richard Corbett, Giovanna Corda, Titus Corlăţean, Thierry Cornillet, Paolo Costa, Jean Louis Cottigny, Paul Marie Coûteaux, Michael Cramer, Gabriela Creţu, Brian Crowley, Marek Aleksander Czarnecki, Hanne Dahl, Daniel Dăianu, Chris Davies, Bairbre de Brún, Panayiotis Demetriou, Gérard Deprez, Proinsias De Rossa, Marielle De Sarnez, Marie-Hélène Descamps, Harlem Désir, Albert Deß, Nirj Deva, Christine De Veyrac, Mia De Vits, Giorgos Dimitrakopoulos, Alexandra Dobolyi, Beniamino Donnici, Bert Doorn, Brigitte Douay, Den Dover, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Petr Duchoň, Bárbara Dührkop Dührkop, Andrew Duff, Árpád Duka-Zólyomi, Constantin Dumitriu, Michl Ebner, Lena Ek, James Elles, Edite Estrela, Jill Evans, Jonathan Evans, Robert Evans, Nigel Farage, Markus Ferber, Emanuel Jardim Fernandes, Francesco Ferrari, Ilda Figueiredo, Petru Filip, Roberto Fiore, Věra Flasarová, Hélène Flautre, Alessandro Foglietta, Hanna Foltyn-Kubicka, Glyn Ford, Brigitte Fouré, Janelly Fourtou, Milan Gaľa, Elisabetta Gardini, Giuseppe Gargani, Evelyne Gebhardt, Georgios Georgiou, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Maciej Marian Giertych, Neena Gill, Ioannis Gklavakis, Ana Maria Gomes, Donata Gottardi, Genowefa Grabowska, Louis Grech, Nathalie Griesbeck, Lissy Gröner, Elly de Groen-Kouwenhoven, Mathieu Grosch, Françoise Grossetête, Lilli Gruber, Ignasi Guardans Cambó, Ambroise Guellec, Pedro Guerreiro, Catherine Guy-Quint, Fiona Hall, Benoît Hamon, Małgorzata Handzlik, Gábor Harangozó, Malcolm Harbour, Marian Harkin, Joel Hasse Ferreira, Satu Hassi, Christopher Heaton-Harris, Anna Hedh, Roger Helmer, Jeanine Hennis-Plasschaert, Jim Higgins, Mary Honeyball, Richard Howitt, Ján Hudacký, Ian Hudghton, Stephen Hughes, Jana Hybášková, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Sophia in 't Veld, Iliana Malinova Iotova, Mikel Irujo Amezaga, Marie Anne Isler Béguin, Caroline Jackson, Lily Jacobs, Anneli Jäätteenmäki, Lívia Járóka, Anne E. Jensen, Romana Jordan Cizelj, Ona Juknevičienė, Jelko Kacin, Filip Kaczmarek, Syed Kamall, Sajjad Karim, Ioannis Kasoulides, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Piia-Noora Kauppi, Robert Kilroy-Silk, Glenys Kinnock, Evgeni Kirilov, Wolf Klinz, Dieter-Lebrecht Koch, Maria Eleni Koppa, Eija-Riitta Korhola, Guntars Krasts, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Ģirts Valdis Kristovskis, Urszula Krupa, Sepp Kusstatscher, Zbigniew Krzysztof Kuźmiuk, Joost Lagendijk, Alain Lamassoure, Jean Lambert, Alexander Graf Lambsdorff, Vytautas Landsbergis, Anne Laperrouze, Romano Maria La Russa, Vincenzo Lavarra, Henrik Lax, Johannes Lebech, Kurt Lechner, Bernard Lehideux, Klaus-Heiner Lehne, Jo Leinen, Jean-Marie Le Pen, Bogusław Liberadzki, Marcin Libicki, Pia Elda Locatelli, Andrea Losco, Caroline Lucas, Sarah Ludford, Astrid Lulling, Elizabeth Lynne, Marusya Ivanova Lyubcheva, Jules Maaten, Linda McAvan, Arlene McCarthy, Mary Lou McDonald, Mairead McGuinness, Edward McMillan-Scott, Jamila Madeira, Toine Manders, Ramona Nicole Mănescu, Marian-Jean Marinescu, Catiuscia Marini, David Martin, Jan Tadeusz Masiel, Véronique Mathieu, Yiannakis Matsis, Mario Mauro, Manolis Mavrommatis, Erik Meijer, Marianne Mikko, Gay Mitchell, Viktória Mohácsi, Claude Moraes, Eluned Morgan, Luisa Morgantini, Philippe Morillon, Elisabeth Morin, Jan Mulder, Roberto Musacchio, Cristiana Muscardini, Joseph Muscat, Sebastiano (Nello) Musumeci, Pasqualina Napoletano, Robert Navarro, Cătălin-Ioan Nechifor, Catherine Neris, Bill Newton Dunn, Annemie Neyts-Uyttebroeck, James Nicholson, null Nicholson of Winterbourne, Vural Öger, Seán Ó Neachtain, Gérard Onesta, Dumitru Oprea, Josu Ortuondo Larrea, Miroslav Ouzký, Siiri Oviir, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Pier Antonio Panzeri, Dimitrios Papadimoulis, Atanas Paparizov, Georgios Papastamkos, Neil Parish, Aldo Patriciello, Vincent Peillon, Maria Petre, Willi Piecyk, Rihards Pīks, João de Deus Pinheiro, Józef Pinior, Umberto Pirilli, Lapo Pistelli, Gianni Pittella, Zita Pleštinská, Rovana Plumb, Guido Podestà, Anni Podimata, Samuli Pohjamo, Lydie Polfer, José Javier Pomés Ruiz, Mihaela Popa, Pierre Pribetich, Vittorio Prodi, Jacek Protasiewicz, John Purvis, Luís Queiró, Reinhard Rack, Bilyana Ilieva Raeva, Miloslav Ransdorf, Poul Nyrup Rasmussen, Karin Resetarits, José Ribeiro e Castro, Frédérique Ries, Karin Riis-Jørgensen, Giovanni Rivera, Giovanni Robusti, Bogusław Rogalski, Zuzana Roithová, Luca Romagnoli, Dagmar Roth-Behrendt, Libor Rouček, Martine Roure, Heide Rühle, Leopold Józef Rutowicz, Eoin Ryan, Tokia Saïfi, Aloyzas Sakalas, Manuel António dos Santos, Amalia Sartori, Jacek Saryusz-Wolski, Toomas Savi, Christel Schaldemose, Margaritis Schinas, György Schöpflin, Jürgen Schröder, Inger Segelström, Adrian Severin, José Albino Silva Peneda, Brian Simpson, Kathy Sinnott, Peter Skinner, Nina Škottová, Alyn Smith, Søren Bo Søndergaard, Bogusław Sonik, Jean Spautz, Bart Staes, Grażyna Staniszewska, Margarita Starkevičiūtė, Dirk Sterckx, Struan Stevenson, Catherine Stihler, Dimitar Stoyanov, Daniel Strož, Robert Sturdy, Margie Sudre, David Sumberg, Konrad Szymański, Hannu Takkula, Charles Tannock, Andres Tarand, Salvatore Tatarella, Britta Thomsen, Silvia-Adriana Ţicău, Jeffrey Titford, Gary Titley, Patrizia Toia, László Tőkés, Ewa Tomaszewska, Witold Tomczak, Antonios Trakatellis, Kyriacos Triantaphyllides, Claude Turmes, Evangelia Tzampazi, Feleknas Uca, Vladimir Urutchev, Inese Vaidere, Nikolaos Vakalis, Frank Vanhecke, Anne Van Lancker, Geoffrey Van Orden, Daniel Varela Suanzes-Carpegna, Ari Vatanen, Yannick Vaugrenard, Armando Veneto, Riccardo Ventre, Donato Tommaso Veraldi, Bernadette Vergnaud, Alejo Vidal-Quadras, Cornelis Visser, Oldřich Vlasák, Dominique Vlasto, Diana Wallis, Graham Watson, Manfred Weber, Renate Weber, Åsa Westlund, Anders Wijkman, Glenis Willmott, Iuliu Winkler, Janusz Wojciechowski, Corien Wortmann-Kool, Anna Záborská, Jan Zahradil, Iva Zanicchi, Stefano Zappalà, Tatjana Ždanoka, Dushana Zdravkova, Vladimír Železný, Gabriele Zimmer, Marian Zlotea, Jaroslav Zvěřina, Tadeusz Zwiefka

Avviż legali - Politika tal-privatezza