Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 21 ta' Ottubru 2008 - Strasburgu
Ftehim dwar Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika: KE u New Zealand *
 Memorandum ta" Kooperazzjoni bejn l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili u l-Komunità Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam mal-verifiki/l-ispezzjonijiet tas-sigurtà u l-kwistjonijiet relatati *
 Responsabbiltà ċivili fir-rigward ta" l-użu ta" vetturi bil-mutur (verżjoni kodifikata) ***I
 Reċipjenti sempliċi taħt pressjoni (verżjoni kodifikata) ***I
 Ċertifikat ta" protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali (verżjoni kodifikata) ***I
 L-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv mehmuż mat-Trattat KE (verżjoni kodifikata) *
 Ċerti kategoriji ta' akkordji u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru (verżjoni kodifikata) *
 Sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet *
 Mandat Ewropew għall-kisba ta" provi sabiex jintużaw fil-kuntest ta" proċeduri kriminali *
 L-irkupru tal-istokkijiet tal-merluzz *
 Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea
 Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 7/2008
 Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (Litwanja u Spanja)
 Il-bini ta' Alleanza Globali dwar it-Tibdil fil-Klima
 Governanza u s-sħubija fil-livelli nazzjonali u reġjonali, u bażi għal proġetti fil-qasam tal-politika reġjonali
 "Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 2006" skond l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità
 L-24 Rapport annwali mill-Kummissjoni dwar il-monitoraġġ ta" l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja
 Strateġija għal ftehim fil-ġejjieni dwar l-aspetti istituzzjonali tal-Aġenziji Regolatorji
 L-akkuża u t-tressiq ta" Joseph Kony quddiem il-Qorti Kriminali Internazzjonali
 Il-Programm Erasmus Mundus (2009-2013) ***I
 Ir-regoli u standards ta' sikurezza għall-vapuri tal-passiġġieri (tfassil mill-ġdid) ***I
 Mikro-organiżmi modifikati ġenetikament (Tfassil mill-ġdid) ***I
 Statistiċi fir-rigward tat-trasport ta" merkanzija u passiġġieri bil-baħar (Riformulazzjoni) ***I
 L-istatistika Komunitarja dwar il-kummerċ bejn l-Istati Membri ***I
 Liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali *
 L-immaniġġjar tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-iktar periferiċi tal-Komunità *
 Il-ġlieda kontra t-traffikar tat-tfal

Ftehim dwar Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika: KE u New Zealand *
PDF 205kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea tal-Ftehim dwar Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea fuq in-naħa l-waħda u l-Gvern ta" New Zealand fuq in-naħa l-oħra (COM(2008)0170 – C6-0292/2008 – 2008/0066(CNS))
P6_TA(2008)0478A6-0367/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2008)0170),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007-2013)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 170 u l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0292/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0367/2008),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u ta" New Zealand.

(1) ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.


Memorandum ta" Kooperazzjoni bejn l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili u l-Komunità Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam mal-verifiki/l-ispezzjonijiet tas-sigurtà u l-kwistjonijiet relatati *
PDF 199kWORD 31k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Memorandum ta" Kooperazzjoni bejn l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili u l-Komunità Ewropea f'dak li għandu x'jaqsam mal-verifiki/l-ispezzjonijiet tas-sigurtà u l-kwistjonijiet relatati (COM(2008)0335 – C6-0320/2008 – 2008/0111(CNS))
P6_TA(2008)0479A6-0374/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2008)0335),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80(2) u 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0320/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0374/2008),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-Memorandum ta' Kooperazzjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili.


Responsabbiltà ċivili fir-rigward ta" l-użu ta" vetturi bil-mutur (verżjoni kodifikata) ***I
PDF 200kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward ta" l-użu ta" vetturi bil-mutur u l-infurzar ta" l-obbligu ta" assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (verżjoni kodifikata) (COM(2008)0098 – C6-0144/2008 – 2008/0049(COD))
P6_TA(2008)0480A6-0380/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0098),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0144/2008)

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0380/2008),

A.   billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Reċipjenti sempliċi taħt pressjoni (verżjoni kodifikata) ***I
PDF 199kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar reċipjenti sempliċi taħt pressjoni (verżjoni kodifikata) (COM(2008)0202 – C6-0172/2008 – 2008/0076(COD))
P6_TA(2008)0481A6-0381/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0202),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0172/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0381/2008),

A.   billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Ċertifikat ta" protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali (verżjoni kodifikata) ***I
PDF 200kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iċ-ċertifikat ta" protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali (verżjoni kodifikata) (COM(2008)0369 – C6-0244/2008 – 2008/0126(COD))
P6_TA(2008)0482A6-0385/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0369),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat tal-KE, skont liema Artikoli il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0244/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0385/2008),

A.   billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


L-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv mehmuż mat-Trattat KE (verżjoni kodifikata) *
PDF 203kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv mehmuża mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (Verżjoni kodifikata) (COM(2008)0073 – C6-0147/2008 – 2008/0053(CNS))
P6_TA(2008)0483A6-0386/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni - kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0073),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 104, paragrafu 14, subparagrafu 3, tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0147/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0386/2008),

A.   billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Ċerti kategoriji ta' akkordji u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru (verżjoni kodifikata) *
PDF 200kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' akkordji u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru (verżjoni kodifikata) (COM(2008)0367 – C6-0272/2008 – 2008/0124(CNS))
P6_TA(2008)0484A6-0379/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0367),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 83 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0272/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0379/2008),

A.   billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsulttattiv tas-servizzi legali tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummisjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi (tgħaddi) l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet *
PDF 293kWORD 49k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 2000/597/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet (COM(2008)0223 – C6-0197/2008 – 2008/0089(CNS))
P6_TA(2008)0485A6-0342/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0223),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 279 (2) tat-Trattat KE u l-Artikolu 183 tat-Trattat Euratom, skont liema artikoli l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0197/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(1), u b'mod partikolari d-Dikjarazzjoni Nru 3 dwar ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju, annessi ma' dik il-ftehima,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0342/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, b'konformità mal-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE u l-Artikolu 119(2) tat-Trattat Euratom;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 1
(1)  Il-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu ta' Brussell fil-15 u s-16 ta' Diċembru 2005 ħareġ numru ta' konklużjonijiet dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet, li wasslu għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom.
(1)  Il-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu ta' Brussell fil-15 u s-16 ta' Diċembru 2005 ħareġ numru ta' konklużjonijiet dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet, li wasslu għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom; huwa wkoll stieden lill-Kummissjoni sabiex tagħmel evalwazzjoni kompluta u wiesgħa li tkopri l-aspetti kollha tal-infiq tal-UE u tar-riżorsi, u sabiex tirrapporta dwar dan fl-2008/2009.
Emenda 2
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 1 a (ġdida)
(1a)  Il-Kummissjoni għalhekk se tagħmel reviżjoni ġenerali tal-operat tas-sistema ta' riżorsi proprji, flimkien ma' proposti xierqa li għalihom se jitqiesu bis-sħiħ il-ħidma u r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew, f'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fid-Dikjarazzjoni Nru 3 dwar ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju, annessa mal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba1.
_________________
ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


Mandat Ewropew għall-kisba ta" provi sabiex jintużaw fil-kuntest ta" proċeduri kriminali *
PDF 515kWORD 217k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar l-abbozz ta" deċiżjoni ta" qafas tal-Kunsill dwar il-Mandat Ewropew għall-kisba ta" provi sabiex jinkisbu oġġetti, dokumenti u data għall-użu tagħhom fil-kuntest ta" proċeduri kriminali (13076/2007 – C6-0293/2008 – 2003/0270(CNS))
P6_TA(2008)0486A6-0408/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni - konsultazzjoni mġedda)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (13076/2007),

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2003)0688),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-31 ta" Marzu 2004(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 34(2)(b) tat-Trattat UE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat tal-UE, skont liema artikolu reġa' ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0293/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 93, 51 u 55(3) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0408/2008),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill kif emendat;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill, biex jekk bi ħsiebu jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament, jinfurmah dwar dan;

4.  Jitlob lill-Kunsill jikkonsulta lill-Parlament mill-ġdid jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-abbozz b'mod sostanzjali jew li jibdlu b'test ieħor;

5.  Jiddikjara ruħu determinat, fil-każ meta t-test preżenti ma jkunx adottat qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta" Liżbona, li jikkunsidra iktar il-proposti kollha fil-kuntest tal-proċedura ta" urġenża, b'koperazzjoni mill-qrib mal-parlamenti nazzjonali;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Abbozz tal-Kunsill   Emenda
Emenda 1
Abbozz tal-Kunsill
Premessa 8
(8)  Il-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku huwa ibbażat fuq livell għoli ta' kunfidenza bejn l-Istati Membri. Sabiex tiġi promossa din il-kunfidenza, din id-Deċiżjoni Kwadru għandu jkollha salvagwardji importanti għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali. L-EEW għandu għalhekk jinħareġ biss minn imħallfin, qrati, maġistrati inkwirenti, prosekuturi pubbliċi u ċerti awtoritajiet ġudizzjarji oħrajn kif definiti mill-Istati Membri konformement ma' din id-Deċiżjoni Kwadru.
(8)  Il-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku huwa bbażat fuq livell għoli ta' kunfidenza bejn l-Istati Membri. Sabiex tiġi promossa din il-kunfidenza, din id-Deċiżjoni Kwadru għandu jkollha salvagwardji importanti għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali L-EEW għandu għalhekk jinħareġ biss minn imħallfin, maġistrati inkwirenti u prosekuturi pubbliċi .
Emenda 2
Abbozz tal-Kunsill
Premessa 9
(9)  Din id-Deċiżjoni Kwadru hi adottata taħt l-Artikolu 31 tat-Trattat u għalhekk tikkonċerna koperazzjoni ġudizzjarja fil-kuntest ta' dik id-dispożizzjoni, bil-għan li tgħin il-ġabra ta' provi għal proċedimenti kif definit fl-Artikolu 5 ta' din id-Deċiżjoni Kwadru. Għalkemm awtoritajiet oħrajn minbarra imħallfin, qrati, maġistrati inkwirentii u prosekuturi pubbliċi jistgħu jkollhom rwol fil-ġabra ta' dawn il-provi skond l-Artikolu 2(ċ)(ii), din id-Deċiżjoni Kwadru ma tkoprix il-koperazzjoni tal-pulizija, tad-dwana, tal-fruntieri u ta' l-amministrazzjoni li huma regolati minn dispożizzjonijiet oħrajn tat-Trattati.
(9)  Din id-Deċiżjoni ta' Qafas hi adottata taħt l-Artikolu 31 tat-Trattat u għalhekk tikkonċerna koperazzjoni ġudizzjarja fil-kuntest ta' dik id-dispożizzjoni, bil-għan li tgħin il-ġabra ta' provi għal proċedimenti kif definit fl-Artikolu 5 ta' din id-Deċiżjoni ta' Qafas. Din id-Deċiżjoni ta' Qafas ma tkoprix il-koperazzjoni tal-pulizija, tad-dwana, tal-fruntieri u tal-amministrazzjoni li huma regolati minn dispożizzjonijiet oħrajn tat-Trattati.
Emenda 3
Abbozz tal-Kunsill
Premessa 24 a (ġdida)
24a.  Huwa ta" importanza kardinali li tkun adottata malajr kemm jista" jkun id-Deċiżjoni ta' Qafas tal-Kunsill 2008/.../GAI ta'...dwar il-protezzjoni ta" dejta personali proċessata fil-kuntest tal-pulizija u tal-koperazzjoni ġudizzjarja f'oqsma kriminali, sabiex ikun hemm livell adegwat ta" protezzjoni tad-dejta, li jkun jinkludi wkoll l-ipproċessar ta" dejta personali fuq livell nazzjonali.
Emenda 4
Abbozz tal-Kunsill
Premessa 25
(25)  L-EEW għandu jikkoeżisti ma' proċeduri ta' assistenza reċiproka eżistenti, iżda tali koeżistenza għandha titqies transitorja sakemm, skond il-Programm ta' l-Aja, it-tipi ta' ġbir ta' provi esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni Kwadru jkunu wkoll suġġett ta' strument ta' rikonoxximent reċiproku, fejn l-adozzjoni tiegħu jkun jipprovdi reġim komplet ta' rikonoxximent reċiproku sabiex jissostitwixxi l-proċeduri ta' assistenza reċiproka.
(25)  L-EEW għandu jikkoeżisti ma' proċeduri ta' assistenza reċiproka eżistenti, iżda tali koeżistenza għandha titqies tranżitorja sakemm, skont il-Programm ta' l-Aja, it-tipi ta' ġbir ta' provi esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni ta' Qafas ikunu wkoll suġġett ta' strument ta' rikonoxximent reċiproku, fejn l-adozzjoni tiegħu tkun tipprovdi reġim komplet ta' rikonoxximent reċiproku sabiex jissostitwixxi l-proċeduri ta' assistenza reċiproka. Il-Kummissjoni għandha tressaq kemm jista" jkun malajr proposti li jkollhom l-għan li jikkompletaw il-qafas ta" rikonoxximent tal-provi legali, filwaqt li tkun ikkonsolidata l-leġiżlazzjoni diġà approvata.
Il-Kummissjoni hija wkoll mistiedna biex iżżid l-isforzi sabiex is-sistema għall-kisba tal-provi fl-Istati Membri tiġi armonizzata. L-armonizzazzjoni tikkostitwixxi l-aħjar pedament għall-koperazzjoni fi kwistjonijiet kriminali.
Emenda 5
Abbozz tal-Kunsill
Premessa 25 a (ġdida)
(25a)  Il-Kummissjoni għandha tressaq malajr kemm jista" jkun proposta għal strument leġiżlattiv dwar il-garanziji proċedurali fil-proċedimenti kriminali.
Emenda 6
Abbozz tal-Kunsill
Artikolu 2 − punt c
c) "awtorità kompetenti" tfisser:
c) "awtorità kompetenti" tfisser: imħallef, maġistrat inkwirenti jew prosekutur pubbliku kompetenti fil-liġi nazzjonali biex joħroġ Mandat Ewropew għall-Kisba tal-Provi;
(i) imħallef, qorti, maġistrat inkwirenti jew prosekutur pubbliku; jew
(ii) kwalunkwe awtorità ġudizzjarja oħra kif definit mill-Istat emittenti, u, fil-każ speċifiku, li taġixxi fil-kapaċità tagħhom bħala awtorità inkwirenti fi proċedimenti kriminali b'kompetenza sabiex tikseb il-provi f'każijiet transkonfinali skond il-liġi nazzjonali;
Emenda 7
Abbozz tal-Kunsill
Artikolu 4 – paragrafu 1 a (ġdid)
1a.  Il-Mandat Ewropew għall-Kisba tal-Provi huwa strument għad-dispożizzjoni kemm tad-difiża kif ukoll tal-prosekuzzjoni. Għalhekk, kemm id-difiża kif ukoll il-prosekuzzjoni jistgħu jitolbu lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti biex toħroġ Mandat Ewropew għall-Kisba tal-Provi.
Emenda 8
Abbozz tal-Kunsill
Artikolu 4 − paragrafu 6
6.  Minkejja l-paragrafu 2,l-EEW għandu, jekk mitlub mill-awtorità emittenti, ikopri wkoll it-teħid ta' dikjarazzjonijiet minn persuni preżenti waqt l-eżekuzzjoni ta' l-EEW u relatati direttament mas-suġġett ta' l-EEW. Ir-regoli rilevanti ta' l-Istat ta' eżekuzzjoni applikabbli għal każijiet nazzjonali għandhom ikunu applikabbli wkoll fir-rigward tat-teħid ta' tali dikjarazzjonijiet.
imħassar
Emenda 9
Abbozz tal-Kunsill
Artikolu 7 − subparagrafu 1 − punt (b a) (ġdid)
b a) l-oġġetti, id-dokumenti u d-dejta huma suxxettibbli li jkunu ammissibbli fil-proċedura li għaliha huma riċerkati.
Emenda 10
Abbozz tal-Kunsill
Artikolu 7 − subparagrafu 1 a (ġdid)
1a.  L-awtorità emittenti għandha tiċċertifika fil-mandat li l-kundizzjonijiet stipulati fl-ewwel paragrafu jkunu ġew sodisfatti.
Emenda 11
Abbozz tal-Kunsill
Artikolu 8 – paragrafu 2
2.  Kull Stat Membru jista' jinnomina awtorità ċentrali jew, meta s-sistema legali tiegħu jipprevedi hekk, aktar minn awtorità ċentrali waħda sabiex jassistu lill-awtoritajiet kompetenti. Stat Membru jista', jekk jeħtieġ hekk b'riżultat ta' l-organizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja interna tiegħu, jagħmel lill-awtorità(ajiet) ċentrali tiegħu responsabbli għat-trasmissjoni u r-riċezzjoni amministrattivi ta' l-EEW kif ukoll għal korrispondenza uffiċjali oħra relatata miegħu.
2.  Kull Stat Membru jista' jinnomina awtorità ċentrali jew, meta s-sistema legali tiegħu tipprevedi hekk, aktar minn awtorità ċentrali waħda sabiex jassistu lill-awtoritajiet kompetenti.
Emenda 12
Abbozz tal-Kunsill
Artikolu 10 - paragrafu 3 a (ġdid)
3a.  Kull min jiġi effettwat minn skambju ta' dejta li jkun sar b'konformità ma' din id-Deċiżjoni ta' Qafas jista' jitlob id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta, inkluż l-imblukkar, ir-rettifika, it-tħassir u l-aċċessibilità għall-informazzjoni dwaru, kif ukoll l-aċċess għal kull mezz ta' rikors li għalih ikollu dritt skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat emittenti jew tal-Istat eżekuttiv.
Emenda 13
Abbozz tal-Kunsill
Artikolu 11 − paragrafu 4
4.  Jekk l-awtorità emittenti mhix imħallef, qorti, maġistrat inkwirenti jew prosekutur pubbliku u l-EEW ma jkunx ġie validat minn waħda mill-awtoritajiet imsemmija fl-Istat ta' eżekuzzjoni, l-awtorità ta' eżekuzzjoni tista', fil-każ speċifiku, tiddeċiedi li l-ebda tfittxija jew konfiska ma' tista' titwettaq għall-iskop ta' l-eżekuzzjoni ta' l-EEW. Qabel ma tiddeċiedi hekk, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tikkonsulta ma' l-awtorità kompetenti ta' l-Istat emittenti.
imħassar
Emenda 14
Abbozz tal-Kunsill
Artikolu 11 − paragrafu 5
5.  Stat Membru jista', fil-mument ta' l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni Kwadru, jagħmel dikjarazzjoni jew notifika sussegwenti lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill fejn jitlob tali validazzjoni fil-każijiet kollha fejn l-awtorità emittenti mhix imħallef, qorti, maġistrat inkwirenti jew prosekutur pubbliku u fejn il-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta' l-EEW ikunu jridu jiġu ordnati jew sorveljati minn imħallef, qorti, maġistrat inkwirenti jew prosekutur pubbliku taħt il-liġi ta' l-Istat ta' eżekuzzjoni f'każ domestiku simili.
imħassar
Emenda 15
Abbozz tal-Kunsill
Article 11 a (new)
Artikolu 11a
Garanziji relatati mal-implimentazzjoni
Kull Stat Membru għandu jistipula d-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex il-Mandat Ewropew għall-Kisba tal-Provi jkun implimentat b'osservazzjoni tal-kundizzjonijiet minimi li ġejjin:
a) l-awtorità ta" implimentazzjoni għandha tirrikorri għal mezzi neċessarji li jkunu l-inqas ta" xkiel għall-kisba tal-oġġetti, tad-dokumenti jew tad-data;
b) persuna fiżika m'għandhiex tipproduċi l-oġġetti, id-dokumenti jew id-data suxxettibbli li jikkontribwixxu għall-inkriminazzjoni proprja tagħha skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat li joħroġ il-Mandat jew tal-Istat ta" eżekuzzjoni; u
c) l-awtorità emittenti għandha tkun immedjatament infurmata jekk l-awtorità ta" eżekuzzjoni tiskopri li l-mandat kien implimentat bi ksur tal-leġiżlazzjoni tal-Istat ta" eżekuzzjoni.
2.  Kull Stat Membru għandu jistipula l-miżuri xierqa biex meta perkwiżizzjoni jew konfiska jkunu meqjusa neċessarji għall-kisba ta" oġġetti, ta" dokumenti jew ta" data, jiġu osservati l-garanziji minimi li ġejjin:
a) il-perkwiżizzjonijiet ma jistgħux jitwettqu matul il-lejl, ħlief jekk iċ-ċirkostanzi partikolari tal-kwistjoni jirrikjedu dan b'eċċezzjoni;
b) il-persuna li f'darha għandha ssir il-perkwiżizzjoni għandha dritt tirċievi notifika bil-miktub; in-notifika msemmija, għall-inqas, għandha tinkludi l-objettiv tal-perkwiżizzjoni, l-oġġetti, id-dokumenti jew id-data mfittxija u r-rikorsi miftuħa lill-persuna; u
c) f'każ li l-persuna ma tkunx f'darha meta ssir il-perkwiżizzjoni, din il-persuna għandha tkun infurmata dwar il-perkwiżizzjoni permezz tan-notifika msemmija f'punt b) li għandha titħalla fuq il-post, jew bi kwalunkwe mezz ieħor meqjus xieraq.
Emenda 16
Abbozz tal-Kunsill
Artikolu 12
L-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tikkonforma mal-formalitajiet u l-proċeduri espressament indikati mill-awtorità emittenti sakemm din id-Deċiżjoni Kwadru ma tipprovdix mod ieħor u sakemm tali formalitajiet u proċeduri ma jmorrux kontra l-prinċipji fundamentali tal-liġi ta' l-Istat ta' eżekuzzjoni. Dan l-Artikolu ma joħloqx obbligu sabiex jittieħdu miżuri ta' koerċizzjoni.
Mingħajr ħsara għall-Artikolu 11a l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tikkonforma mal-formalitajiet u l-proċeduri espressament indikati mill-awtorità emittenti sakemm din id-Deċiżjoni ta" Qafas ma tipprovdix mod ieħor u sakemm tali formalitajiet u proċeduri ma jmorrux kontra l-prinċipji fundamentali tal-liġi ta' l-Istat ta' eżekuzzjoni.
Emenda 17
Abbozz tal-Kunsill
Artikolu 12 − (1 a) (ġdid)
L-awtorità emittenti tista' wkoll teżiġi li l-awtorità ta' eżekuzzjoni:
a) tippreżerva l-kunfidenzjalità tal-investigazzjoni u tal-kontenut, ħlief fil-każ meħtieġ tal-implimentazzjoni tal-mandat;
b) tippermetti lil awtorità kompetenti tal-Istat emittenti jew lil parti interessata maħtura mill-awtorità emittenti li tassisti fl-implimentazzjoni tal-mandat u li jkollha aċċess, taħt l-istess kundizzjonijiet bħall-awtorità ta' eżekuzzjoni, għal kull oġġett, dokument, jew dejta miksuba f'dik l-okkażjoni;
c) jiġu depożitati l-ismijiet tan-nies li kellhom f'idejhom l-evidenza minn wara l-eżekuzzjoni tal-mandat sat-trasferiment tagħhom għall-Istat emittenti.
Emenda 18
Abbozz tal-Kunsill
Artikolu 13 − paragrafu 1 − punt a a (ġdid)
a a) ir-reat li fuqu huwa bbażat huwa kopert minn amnestija fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni meta dan l-Istat Membru jkollu l-kompetenza li jsegwi dan ir-reat skont il-liġi kriminali tiegħu;
Emenda 19
Abbozz tal-Kunsill
Artikolu 13 − paragrafu 1 − punt a b (ġdid)
a b) il-persuna li hi s-suġġett tal-Mandat Ewropew għall-kisba tal-Provi ma tistax, minħabba l-età tagħha, tinżamm kriminalment ħatja għall-atti li joriġinaw minn dan il-mandat skont il-liġi tal-Istat Membru ta" eżekuzzjoni;
Emenda 20
Abbozz tal-Kunsill
Artikolu 13 − paragrafu 1 − punt e)
e) jekk, f'wieħed mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 11(4) jew (5),l-EEW ma jkunx ġie validat;
imħassar
Emenda 21
Abbozz tal-Kunsill
Artikolu 13 − paragrafu 1 − punt f)
f) jekk l-EEW ikun relatat ma' reati kriminali li:
imħassar
i) skond il-liġi tal-Istat ta' eżekuzzjoni, huma meqjusa li twettqu b'mod sħiħ jew fil-maġġoranza tagħhom jew l-azzjoni prinċipali tagħhom tkun twettqet fuq it-territorju tiegħu jew f'post simili għat-territorju tiegħu;
ii) twettqu barra t-territorju ta' l-Istat emittenti, u l-liġi ta' l-Istat ta' eżekuzzjoni ma tippermettix li jittieħdu proċedimenti legali fir-rigward ta' tali reati fejn dawn twettqu barra t-territorju ta' dak l-Istat;
Emenda 22
Abbozz tal-Kunsill
Artikolu 13 − paragrafu 2
2.  Id-deċiżjoni li tirrifjuta l-eżekuzzjoni jew ir-rikonoxximent ta' l-EEW skond il-paragrafu 1 għandha tittieħed minn imħallef, qorti, maġistrat inkwirenti jew prosekutur pubbliku fl-Istat ta' eżekuzzjoni. Fejn l-EEW jkun inħareġ minn awtorità ġudizzjarja msemmija fil-punt (ċ)(ii) ta' l-Artikolu 2, u l-EEW ma jkunx ġie validat minn imħallef, qorti, maġistrat inkwirenti jew prosekutur pubbliku fl-Istat emittenti, id-deċiżjoni tista' tittieħed ukoll minn kwalunkwe awtorità ġudizzjarja kompetenti oħra taħt il-liġi ta' l-Istat ta' eżekuzzjoni jekk ikun previst taħt dik il-liġi.
2.  Id-deċiżjoni li tirrifjuta l-eżekuzzjoni jew ir-rikonoxximent ta' l-EEW skond il-paragrafu 1 għandha tittieħed minn imħallef, qorti, maġistrat inkwirenti jew prosekutur pubbliku fl-Istat ta' eżekuzzjoni.
Emenda 23
Abbozz tal-Kunsill
Artikolu 13 − paragrafu 3
3.  Kwalunkwe deċiżjoni taħt il-paragrafu 1(f)(i) fir-rigward ta' reati mwettqa parzjalment fit-territorju ta' l-Istat ta' eżekuzzjoni, jew f'post ekwivalenti għat-territorju tiegħu, għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 2a f'ċirkostanzi eċċezzjonali u abbażi ta' każ b'każ, b'kont meħud taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, u partikolarment b'konsiderazzjoni jekk parti ewlenija jew essenzjali ta' l-imġiba in kwistjoni seħħetx fl-Istat emittenti jekk l-EEW huwiex relatat ma' att li mhux reat kriminali taħt il-liġi ta' l-Istat ta' eżekuzzjoni, u jekk ikunx meħtieġ li jitwettqu tfittxija jew konfiska għall-eżekuzzjoni ta' l-EEW.
imħassar
Emenda 24
Abbozz tal-Kunsill
Artikolu 13 – paragrafu 4
4.  Fejn awtorità kompetenti tikkunsidra li tuża r-raġuni għaċ-ċaħda taħt il-paragrafu 1(f)(i), hija għandha tikkonsulta lill-Eurojust qabel ma tieħu d-deċiżjoni.
imħassar
Fejn awtorità kompetenti ma taqbilx ma' l-opinjoni ta' l-Eurojust l-Istati Membri għandhom jiżguraw li hi tagħti raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha u li l-Kunsill jiġi mgħarraf.
Emenda 25
Abbozz tal-Kunsill
Artikolu 13 paragrafu (5)
5.  Fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1(a), (g) u (h), qabel ma tiddeċiedi li ma tirrikonoxxix jew li ma teżegwix EEW, interament jew parzjalment, l-awtorità kompetenti fl-Istat ta' eżekuzzjoni għandha tikkonsulta ma' l-awtorità kompetenti fl-Istat ta' eżekuzzjoni, bi kwalunkwe mezz adatt, u għandha, fejn ikun adatt, titlobha sabiex tforni kwalunkwe informazzjoni meħtieġa mingħajr dewmien.
5.  Fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1(a), (aa), (ab), (g) u (h), qabel ma tiddeċiedi li ma tirrikonoxxix jew li ma teżegwix EEW, interament jew parzjalment, l-awtorità kompetenti fl-Istat ta' eżekuzzjoni għandha tikkonsulta ma' l-awtorità kompetenti fl-Istat ta' eżekuzzjoni, bi kwalunkwe mezz adatt, u għandha, fejn ikun adatt, titlobha sabiex tforni kwalunkwe informazzjoni meħtieġa mingħajr dewmien.
Emenda 26
Abbozz tal-Kunsill
Artikolu 14 - paragrafu 2 - parti introduttorja
2.  Jekk jeħtieġ li jitwettqu tfittxija jew konfiska għall-eżekuzzjoni tal-EEW, ir-reati li ġejjin, jekk huma punibbli fl-Istat emittenti b'sentenza ta' ħabs jew ordni ta' detenzjoni għal perijodu massimu ta' mill-inqas tliet snin u kif inhuma definiti bil-liġi ta' dak l-Istat, m'għandhomx ikunu suġġetti għal verifika ta' kriminalità doppja taħt kwalunkwe ċirkostanza:
2.  Jekk jeħtieġ li jitwettqu tfittxija jew konfiska għall-eżekuzzjoni tal-EEW, ir-reati li ġejjin, u kif inhuma definiti bil-liġi tal-Istat li joħroġ il-mandat, m'għandhomx ikunu suġġetti għal verifika ta' kriminalità doppja taħt kwalunkwe ċirkostanza:
Emenda 27
Abbozz tal-Kunsill
Artikolu 15 − paragrafu 3
3.  Sakemm ma jeżistux raġunijiet għal postponiment taħt l-Artikolu 16 jew l-awtorità ta' eżekuzzjoni m'għandhiex diġà l-oġġetti, id-dokumenti jew id-data mfittxija fil-pussess tagħha, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tieħu pussess ta' l-oġġetti, id-dokumenti jew id-data mingħajr dewmien u, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, mhux aktar tard minn 60 jum wara li l-awtorità kompetenti ta' eżekuzzjoni tkun irċiviet l-EEW.
3.  Sakemm waħda mir- raġunijiet għal postponiment taħt l-Artikolu 16 tiġġustifika dan, jew l-awtorità ta' eżekuzzjoni m'għandhiex diġà l-oġġetti, id-dokumenti jew id-data mfittxija fil-pussess tagħha, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tieħu pussess ta' l-oġġetti, id-dokumenti jew id-data mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn 60 jum wara li l-awtorità kompetenti ta' eżekuzzjoni tkun irċiviet l-EEW, u dan bla ħsara għall-paragrafu 4.
Emenda 28
Abbozz tal-Kunsill
Artikolu 15 - paragrafu 3 a (ġdid)
3 a.  Fl-assenza ta" azzjoni mressqa b'konformità mal-Artikolu 18, u sakemm waħda mir-raġunijiet għall-postponiment imsemmija fl-Artikolu 16 tiġġustifika dan, l-Istat ta" eżekuzzjoni għandu jittrasferixxi lill-Istat emittenti l-oġġetti, id-dokumenti jew id-data miskuba permezz tal-EEW, immedjatament f'każ li dawn tal-aħħar diġà qegħdin fil-kontroll tal-awtorità ta" eżekuzzjoni jew, fejn dan mhuwiex il-każ, kemm jista" jkun malajr u mhux aktar tard minn 30 jum wara li l-awtorità ta" eżekuzzjoni tieħu l-pussess tal-evidenza.
Meta jiġu trasferiti l-oġġetti, id-dokumenti jew id-data miksuba, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tindika jekk teħtieġx li dawn jiġu rritornati lura lill-Istat ta' eżekuzzjoni hekk kif ma jibqgħux meħtieġa mill-Istat emittenti.
Emenda 29
Abbozz tal-Kunsill
Artikolu 15 − paragrafu 4
4.  Meta ma jkunx prattikabbli f'każ speċifiku għall-awtorità kompetenti ta' eżekuzzjoni li tissodisfa t-terminu perentorju stabbilit fil-paragrafu 2 jew 3 rispettivament, hija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat ta' eżekuzzjoni mingħajr dewmien u bi kwalunkwe mezz, u tagħti r-raġunijiet għad-dewmien u stima tal-ħin meħtieġ għat-teħid ta' l-azzjoni.
4.  Meta ma jkunx prattikabbli, f'ċirkustanzi eċċezzjonali, għall-awtorità kompetenti ta' eżekuzzjoni li tissodisfa t-terminu perentorju stabbilit f'dan l-Artikolu, hija għandha tinforma bil-miktub lill-Eurojust u lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat emittenti mingħajr dewmien dwar dan u bi kwalunkwe mezz, u tagħti r-raġunijiet għad-dewmien u stima tal-ħin meħtieġ għat-teħid ta' l-azzjoni.
Emenda 30
Abbozz tal-Kunsill
Artikolu 15 − paragrafu 5
5.  Sakemm ma jkunx hemm proċedimenti pendenti ta' rimedju legali skond l-Artikolu 18, jew jeżistu raġunijiet għall-posponiment taħt l-Artikolu 16, l-Istat ta' eżekuzzjoni, mingħajr dewmien żejjed għandu jittrasferixxi l-oġġetti, id-dokumenti jew id-data miksuba taħtl-EEW lill-Istat emittenti.
imħassar
Emenda 31
Abbozz tal-Kunsill
Artikolu 15 − paragrafu 6
6.  Meta jiġu trasferiti l-oġġetti, id-dokumenti jew id-data miksuba, l-awtorità ta' eżekuzzjoni għandha tindika jekk teħtieġx li dawn jiġu rritornati lura lill-Istat ta' eżekuzzjoni hekk kif ma jibqgħux meħtieġa mill-Istat emittenti.
imħassar
Emenda 32
Abbozz tal-Kunsill
Article 17 a (new)
Artikolu 17 a
Użu ulterjuri tal-elementi ta" prova
L-użu tal-evidenza miksuba b'konformità ma" din id-Deċiżjoni ta" Qafas m'għandha bl-ebda mod tippreġudika d-drittijiet tad-difiża fi proċeduri kriminali sussegwenti.
Dawn id-drittijiet għandhom jiġu rrispettati b'mod sħiħ, b'mod partikulari rigward l-ammissibilità tal-evidenza, l-obbligu li tingħata din l-evidenza lid-difiża u l-ħila tad-difiża li tikkontesta din l-evidenza.
Emenda 33
Abbozz tal-Kunsill
Artikolu 18 - paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw l-arranġamenti meħtieġa sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe parti interessata, inklużi partijiet terzi bona fide, ikollha rimedji legali kontra r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' EEW skond l-Artikolu 11, sabiex iżomm id-drittijiet tiegħu jew tagħha. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw ir-rimedji legali previsti f'dan il-paragrafu għal każijiet fejnl-EEW huwa eżegwit bl-użu ta' miżuri ta' koerċizzjoni. L-azzjoni għandha titressaq quddiem qorti fl-Istat ta' eżekuzzjoni skond il-liġi ta' dak l-Istat.
1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw l-arranġamenti meħtieġa sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe parti interessata, inklużi partijiet terzi bona fide, ikollha rimedji legali kontra r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' EEW skond l-Artikolu 11, sabiex iżomm id-drittijiet tiegħu jew tagħha. L-azzjoni għandha titressaq quddiem qorti fl-Istat ta' eżekuzzjoni skond il-liġi ta' dak l-Istat.
Emenda 34
Abbozz tal-Kunsill
Artikolu 23 - paragrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni Kwadru sa…
1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni ta" Qafas sa…* u għandhom jagħmlu kull ma jistgħu biex jaqblu qabel dik id-data dwar Deċiżjoni ta" Qafas dwar drittijiet proċedurali fi proċeduri kriminali madwar l-Unjoni Ewropea, filwaqt li jqisu l-opinjoni tal-Parlament Ewropew.
Emenda 35
Abbozz tal-Kunsill
Artikolu 23 - paragrafu 1 a (ġdid)
1 a.  L-Istati Membri għandhom jindikaw, f'dikjarazzjoni mressqa lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, l-entitajiet nazzjonali maħtura bħala l-awtorità li toħroġ mandat u bħala l-awtorità ta" implimentazzjoni.
Emenda 36
Abbozz tal-Kunsill
Artikolu 23 − paragrafu 3
3.  Kwalunkwe Stat Membru li bi ħsiebu jittrasponi r-raġuni għal rifjut stabbilit fl-Artikolu 13(1)(f) fil-liġi nazzjonali tiegħu għandu jinnotifika lis-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill b'dan ma' l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni Kwadru billi jagħmel dikjarazzjoni.
imħassar
Emenda 37
Abbozz tal-Kunsill
Artikolu 23 − paragrafu 4
4.  Il-Ġermanja tista' b'dikjarazzjoni tirriżerva d-dritt tagħha li tagħmel l-eżekuzzjoni ta' EEW suġġetta għall-verifika ta' kriminalità doppja f'każijiet imsemmija fl-Artikolu 14(2) relatati ma' terroriżmu, kriminalità relatata ma' l-informatika, razziżmu u ksenofobija, sabotaġġ, intrigi ta' qerq u estorsjoni jew imbrolju jekk huwa meħtieġ sabiex titwettaq tfittxija jew konfiska għall-eżekuzzjoni ta' l-EEW, ħlief fejn l-awtorità emittenti tkun iddikjarat li r-reat ikkonċernat taħt il-liġi ta' l-Istat emittenti jaqa' fl-ambitu ta' kriterji indikati fid-dikjarazzjoni.
imħassar
Jekk il-Ġermanja tixtieq tagħmel użu minn dan il-paragrafu, hi għandha tinnotifika dikjarazzjoni għal dak il-għan lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ma" l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni Kwadru. Id-dikjarazzjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.
Emenda 38
Abbozz tal-Kunsill
Artikolu 23 - paragrafu 5 a (ġdid)
5 a.  Kull sena, il-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta" din id-Deċiżjoni ta" Qafas, speċjalment dwar l-applikazzjoni tal-garanziji proċedurali.
Emenda 39
Abbozz tal-Kunsill
Artikolu 24 − paragrafu 2
2.  Fil-bidu ta' kull sena kalendarja il-Ġermanja għandha tgħarraf lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bin-numru ta' każijiet li fihom ir-raġuni għal non-rikonoxximent jew non-eżekuzzjoni msemmija fl-Artikolu 23(4) ġiet applikata fis-sena preċedenti.
imħassar
Emenda 40
Abbozz tal-Kunsill
Anness – Taqsima B - punt iia (ġdid)
ii a) l-oġġetti, id-dokumenti u d-data mitluba fil-kuntest ta" dan il-mandat huma suxxettibbli li jkunu ammissibbli fil-kuntest tal-proċedura li għaliha jkunu mfittxija.
Emenda 41
Abbozz tal-Kunsill
Anness – Taqsima C - punt d
d) kwalunkwe awtorità ġudizzjarja oħra kif definita mill-istat emittenti u, fil-każ speċifiku, li taġixxi fil-kapaċità tagħhom bħala awtorità investigattiva fil-proċedimenti kriminali b'kompetenza sabiex tordna l-kisba ta' evidenza f'każijiet transkonfinali skond il-liġi nazzjonali
imħassar
Dan l-EEW kien validat minn imħallef jew qorti, maġistrat investigattiv jew prosekutur pubbliku (ara t-taqsimiet D u O).
Emenda 42
Abbozz tal-Kunsill
Anness – Taqsima D
D)  L-AWTORITÀ ĠUDIZZJARJA LI TIVVALIDA L-EEW (FEJN APPLIKABBLI)
imħassar
Jekk il-punt d fit-taqsima Ċ ġie mmarkat u dan l-EEW ġie vvalidat, immarka t-tip ta' awtorità ġudizzjarja li vvalidat dan l-EEW:
□ a) imħallef jew qorti
□ b) maġistrat inkwirenti
□ c) prosekutur pubbliku
Isem uffiċjali ta' l-awtorità li tivvalida:
.........................................................................................................................................................
Isem ir-rappreżentant tagħha:
…………………………………………………………………………………………….............
Pożizzjoni (titlu/grad):
.........................................................................................................................................................
Referenza tal-fajl:
.........................................................................................................................................................
Indirizz: ....................................................................................................................................................................................................................................................................................................................
Nru tat-telefon: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt):........................................................
Numru tal-fax: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt):........................................................
Posta elettronika:............................................................................................................................
Emenda 43
Abbozz tal-Kunsill
Anness – Taqsima E
E)  Fejn awtorità ċentrali TKUN responsabbli għat-trasmissjoni u r-riċeviment amministrattiv ta' EEW u, JEKK applikabbli, għal korrispondenza uffiċjali oħra relatata magħhA
imħassar
Isem ta" l-awtorità ċentrali:.................................................................
Persuna ta" kuntatt, jekk applikabbli (titolu/grad u isem):...........................
Indirizz:............................................................................................................................
Referenza tal-fajl:....................................................
Nru tat-telefon: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)........................................................ ……………….…
Numru tal-fax: (kodiċi tal-pajjiż) (kodiċi taż-żona/tal-belt)........................................................ …..…….………
Posta elettronika:...
Emenda 44
Abbozz tal-Kunsill
Anness – Taqsima F
F)  L-awtorità jew l-awtoritajiet li jistgħu jiġu kkuntattjati (fil-każ fejn it-taqsima D u/jew E ġiet mimlija):
imħassar
□ Awtorità taħt it-taqsima Ċ Tista" tiġi kkuntattjata għal mistoqsijiet dwar......................................
□ Awtorità taħt it-taqsima D Tista" tiġi kkuntattjata għal mistoqsijiet dwar......................................
□ Awtorità taħt it-taqsima E Tista" tiġi kkuntattjata għal mistoqsijiet dwar......................................
Emenda 45
Abbozz tal-Kunsill
Anness – Taqsima I – Nota f'qiegħ ta" paġna
Fejn l-EEW ikun indirizzat lill-Ġermanja, u skond id-dikjarazzjoni magħmula mill-Ġermanja skond l-Artikolu 23(4) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2007/.../ĠAI ta' ...† dwar il-Mandat Ewropew għall-Provi sabiex jinkisbu oġġetti, dokumenti u data għall-użu fi proċedimenti f'materji kriminali, l-awtorità emittenti tista' tkompli wkoll il-kaxxa Nru 1 sabiex tikkonferma li r-reat jew reati jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' kriterji indikati mill-Ġermanja għal dan it-tip ta' reat.
imħassar
Nota lill-ĠU: Daħħal in-numru u d-data ta' din id-Deċiżjoni Kwadru.
Emenda 46
Abbozz tal-Kunsill
Anness – Taqsima N - punt 1
Informazzjoni fakultattiva li għandha tingħata biss fir-rigward tal-Ġermanja.
imħassar
□ Huwa ddikjarat li r-reat jew reati konċernati skond il-liġi ta' l-Istat emittenti jaqa'(għu) fil-kamp ta' applikazzjoni ta' kriterji indikati mill-Ġermanja fid-dikjarazzjoni magħmula skond l-Artikolu 23(4) tad-Deċiżjoni Kwadru sabiex...

(1) ĠU C 103 E, 29.4.2004, p. 659.


L-irkupru tal-istokkijiet tal-merluzz *
PDF 411kWORD 93k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 423/2004 dwar l-irkupru tal-istokkijiet tal-merluzz u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 (COM(2008)0162 – C6-0183/2008 – 2008/0063(CNS))
P6_TA(2008)0487A6-0340/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0162),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0183/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0340/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 1
(1)  Parir xjentifiku riċenti tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (l-ICES) wera li t-tnaqqis fil-qbid tal-merluzz ikkawżat mill-effett kollettiv tal-ħatt totali permissibbli (it-TACs), tal-miżuri tekniċi u tal-miżuri komplementarji ta" ġestjoni ta" sforzi ma kienu suffiċjenti xejn biex inaqqsu l-mortalità mis-sajd għal-livelli meħtieġa biex iħallu lill-istokkijiet tal-merluzz jerġgħu jikbru u li l-ebda wieħed mill-erba' stokkijiet ta" merluzz koperti mir-Regolament (KE) Nru 423/2004 mhu qed juri sinjali ċari ta" rkupru.
(1)  Parir xjentifiku riċenti tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (l-ICES) wera li t-tnaqqis fil-qbid tal-merluzz ikkawżat mill-effett kollettiv tal-ħatt totali permissibbli (it-TACs), tal-miżuri tekniċi u tal-miżuri komplementarji ta" ġestjoni ta" sforzi (inkluż il-monitoraġġ u l-kontroll biex ikun evitat il-qbid u l-ħatt tal-merluzz maqbud b'sajd illegali, mhux irrappurtat jew mhux irregolat) ma kienu suffiċjenti xejn biex inaqqsu l-mortalità mis-sajd għal-livelli meħtieġa biex iħallu lill-istokkijiet tal-merluzz jerġgħu jikbru u li l-ebda wieħed mill-erba' stokkijiet ta" merluzz koperti mir-Regolament (KE) Nru 423/2004 mhu qed juri sinjali ċari ta" rkupru, għalkemm l-istokkijiet fil-Baħar tat-Tramuntana u fil-Baħar Ċeltiku qegħdin juru xi sinjali ta' progress.
Emenda 2
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 4 a (ġdida)
(4a)  Għandhom jiġu żviluppati mekkaniżmi effettivi ta" ġestjoni tas-sajd b'koperazzjoni mal-industrija tas-sajd. Għal dan il-għan, l-evalwazzjoni u t-teħid ta" deċiżjonijiet għandhom jinvolvu l-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali u l-Istati Membri rilevanti.
Emenda 3
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 5
(5)  Għandhom ikunu introdotti mekkaniżmi ġodda biex iħeġġu lis-sajjieda jissieħbu fi programmi ta" prevenzjoni għall-merluzz.
(5)  Għandhom ikunu introdotti mekkaniżmi ġodda biex iħeġġu lis-sajjieda u lill-Istati Membri jissieħbu fi programmi ta" prevenzjoni tal-qbid ta' merluzz. Il-merluzz kollu li jinqabad imissu jinġieb fuq l-art, minflok jitwarrab, sabiex tkun tista" ssir evalwazzjoni xjentifika xierqa tal-istokkijiet.
Emenda 4
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 5 a (ġdida)
(5a)  Kwalunkwe programm ta" prevenzjoni tal-qbid ta' merluzz ta' dan it-tip għandu iżjed ċans li jirnexxi jekk ikun żviluppat b'koperazzjoni mal-industrija tas-sajd; għaldaqstant, il-programmi ta" prevenzjoni tal-qbid ta' merluzz żviluppati fl-Istati Membri għandhom jitqiesu bħala mezz effettiv għall-promozzjoni tas-sostenibilità, u l-iżvilupp ta" programmi bħal dawn għandu jitħeġġeġ flimkien mat-tħaddim tal-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti.
Emenda 5
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 5 b (ġdida)
(5b)  L-Istati Membri għandhom jeżerċitaw is-setgħa tagħhom li jallokaw l-aċċess għas-sajd għall-istokkijiet tal-merluzz sabiex iħeġġu lis-sajjieda tagħhom biex jistadu b'modi li jirriżultaw f'sajd iżjed selettiv u li jkunu inqas ta" ħsara għall-ambjent.
Emenda 6
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 ‐ punt 1
Regolament (KE) Nru 423/2004
Artikolu 2b – punt b a (ġdid)
ba) meta l-istokkijiet ikunu tjiebu b'mod sostanzjali, il-Kummissjoni għandha tirrevedi s-sistema tar-regolazzjoni tal-isforzi tas-sajd.
Emenda 7
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Regolament (KE) Nru 423/2004
Artikolu 6 – paragrafu 4
4.  Minkejja l-paragrafu 1(b) u (c) u l-paragrafu 2, il-Kunsill m'għandux jiffissa t-TAC f'livell li jkun aktar minn 15% taħt jew fuq it-TAC stabbilit fis-sena ta" qabel.
4.  Minkejja l-paragrafu 1 u l-paragrafu 2, il-Kunsill m'għandux jiffissa t-TAC f'livell li jkun aktar minn 15% taħt jew fuq it-TAC stabbilit fis-sena ta" qabel.
Emenda 8
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 ‐ punt 3
Regolament (KE) Nru 423/2004
Artikolu 6 - paragrafu 5 - punt b
(b) skond il-każ, kwantità li tikkorrispondi ma" sorsi oħra rilevanti ta" mortalità tal-merluzz, li għandha tkun iffissata abbażi ta" proposta mill-Kummissjoni.
(b) kwantità xierqa ssuġġerita minn sorsi rilevanti oħra ta" mortalità tal-merluzz, bħal ma hi analiżi xjentifika li tevalwa l-ammont ta" merluzz li jkun qed jinqatel mill-foki, flimkien ma" evalwazzjoni tal-impatt tal-bidla fil-klima fuq l-irkupru tal-merluzz, li għandha tkun iffissata abbażi ta" proposta mill-Kummissjoni.
Emenda 9
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 ‐ punt 3
Regolament (KE) Nru 423/2004
Artikolu 7 - paragrafu 1
1.  Kull tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta" dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha titlob lill-STECF biex jevalwa l-progress ta" kull wieħed mill-istokkijiet ta" merluzz imbattla biex jirkupra.
1.  Kull tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta" dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha titlob lill-STECF biex jevalwa l-progress lejn l-irkupru ta' kull stokk li jkun kważi spiċċa. Barra minn dan, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-fehmiet tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali rilevanti u tal-Istati Membri rilevanti fir-rigward tal-ġestjoni effettiva tal-istokkijiet tal-merluzz.
Emenda 10
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 ‐ punt 4
Regolament (KE) Nru 423/2004
Kapitolu IV ‐ titolu
Limitatazzjoni ta" sforz fis-sajd
Determinazzjoni ta" sforz fis-sajd
Emenda 11
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 423/2004
Artikolu 8a – paragrafu 2 – punt a
(a) għal-ewwel sena ta" applikazzjoni ta" dan ir-Regolament il-linja bażi għandha tkun stabbilita bħala l-isforz medju f'jiem kW maħduma matul is-snin 2005, 2006 u 2007, abbażi tal-parir ta" l-STECF.
(a) għal-ewwel sena ta" applikazzjoni ta" dan ir-Regolament il-linja bażi għandha tkun stabbilita bħala l-isforz medju f'jiem kW maħduma matul is-snin 2004, 2005 u 2006, abbażi tal-parir tal-STECF.
Emenda 12
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 423/2004
Artikolu 8a – paragrafu 3 – parti introduttorja
3.  Għal gruppi ta" sforz li, abbażi ta" l-evalwazzjoni annwali tad-data ta" ġestjoni ta" sforz fis-sajd, mibgħuta skond l-Artikoli 18, 19 u 20 tar-Regolament (KE) Nru xxx/2008, ikunu kkontribwew l-aktar għal qabda totali ta" merluzz u li l-qabda totali tagħhom abbażi ta" dik l-evalwazzjoni tkun tikkonsisti mill-anqas fi 80% ta" merluzz, l-isforz massimu permissibbli fis-sajd għandu jkun ikkalkulat kif ġej:
3.  Għal gruppi ta" sforz li, abbażi ta" l-evalwazzjoni annwali tad-data ta" ġestjoni ta" sforzi tas-sajd, ippreżentata skond l-Artikoli 18, 19 u 20 tar-Regolament (KE) Nru xxx/2008, ikunu kkontribwew l-aktar għal qabda totali ta" merluzz b'mod globali u li l-qabdiet akkumulati tagħhom abbażi ta" dik l-evalwazzjoni tkun tikkonsisti mill-anqas fi 80% ta" merluzz, l-isforz massimu permissibbli fis-sajd għandu jkun ikkalkulat kif ġej:
Emenda 13
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 423/2004
Artikolu 8a – paragrafu 3 – punt a
(a) fejn japplika l-Artikolu 6, billi jkun applikat għal-linja bażi l-istess tnaqqis perċentwali bħal dak stabbilit fl-Artikolu 6 għall-mortalità fis-sajd;
(a) fejn japplika l-Artikolu 6, billi tkun applikata għal-linja bażi l-istess bidla perċentwali bħal dik stabbilita fl-Artikolu 6 għall-mortalità fis-sajd;
Emenda 14
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 423/2004
Artikolu 8b – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  Għall-vapuri li jtajru l-bandiera tiegħu, kull Stat Membru għandu jiddeċiedi dwar metodu ta" allokazzjoni ta" sforz massimu permissibbli fis-sajd lil kull wieħed mill-vapuri, abbażi tal-kriterji li ġejjin:
1.  Għall-vapuri li jtajru l-bandiera tiegħu, kull Stat Membru għandu jiddeċiedi dwar metodu ta" allokazzjoni ta" sforz massimu permissibbli ta' sajd lill-vapuri individwali, fid-dawl ta' numru ta' kriterji, inklużi, pereżempju:
Emenda 15
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 423/2004
Artikolu 8b – paragrafu 3
3.  Għal kull grupp ta" sforz, il-kapaċità totali espressa kemm f'GT kif ukoll f'kW tal-vapuri li jkollhom permessi speċjali tas-sajd maħruġin skond il-paragrafu 2, m'għandhiex tkun akbar mill-kapaċità tal-vapuri li kienu attivi fl-2007 billi użaw it-tagħmir u stadu fiż-żona ġeografika konċernata.
imħassar
Emenda 16
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 423/2004
Artikolu 8d – parti introduttorja
L-isforz massimu permissibbli fis-sajd stabbilit skond l-Artikolu 8a għandu jkun adottat mill-Istati Membri interessati minħabba:
L-isforz massimu permissibbli ta' sajd stabbilit skond l-Artikolu 8a jista' jkun addattat mill-Istati Membri interessati minħabba:
Emenda 17
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 4
Regolament (KE) Nru 423/2004
Artikolu 8e – paragrafu 3
3.  It-trasferiment għandu jitħalla jsir biss minn grupp donatur ta" tagħmir li jkun wera, fir-rigward tal-merluzz, qabda għal kull unità ta" sforz (cpue) akbar minn "cpue" tal-grupp riċevitur ta" tagħmir. L-Istat Membru li jitlob it-trasferiment għandu jagħti l-informazzjoni meħtieġa dwar "cpue".
3.  It-trasferiment fil-prinċipju għandu jitħalla jsir biss minn grupp donatur ta" tagħmir li jkun wera, fir-rigward tal-merluzz, qabda għal kull unità ta" sforz (cpue) akbar minn "cpue" tal-grupp riċevitur ta" tagħmir. Fejn trasferiment isir minn grupp donatur ta" tagħmir għall-grupp donatur ta" tagħmir ieħor b'cpue ogħla, l-isforz trasferit għandu jkun suġġett għal tnaqqis fil-forma ta' fattur ta' korrezzjoni definit b'mod iktar speċifiku. L-Istat Membru li jitlob it-trasferiment għandu jagħti l-informazzjoni meħtieġa dwar "cpue".
Emenda 18
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 6
Regolament (KE) Nru 423/2004
Artikolu 17
Artikolu 17
Proċedura ta" teħid ta" deċiżjonijiet
imħassar
Fejn dan ir-Regolament jipprovdi għal teħid ta" deċiżjonijiet mill-Kunsill, il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata abbażi ta" proposta mingħand il-Kummissjoni.

Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea
PDF 359kWORD 41k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE fl-applikazzjoni tal-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2008)0557 – C6-0318/2008 – 2008/2253(ACI))
P6_TA(2008)0488A6-0399/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0557 – C6-0318/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-ġestjoni finanzjarja tajba(1), u b'mod partikulari l-punt 26 tagħha,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008, dwar il-Fond ta' Solidarjetà tal-UE,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0399/2008),

1.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jagħmel l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE fl-applikazzjoni tal-punt 26 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba:

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(2), u b'mod partikulari l-punt 26 tagħha,

wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta" Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta" Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(3),

wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)  L-Unjoni Ewropea ħolqot il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il-"Fond") sabiex turi solidarjetà mal-popolazzjonijiet ta" reġjuni milquta b'diżastri.

(2)  Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta" Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sal-limitu massimu annwali ta" biljun Euro.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li permezz tagħhom il-Fond jista" jiġi mmobilizzat.

(4)  Franza ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-Fond, fir-rigward ta' diżastru kkawżat mill-uragan "Dean" f'Awissu 2007,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta" EUR 12 780 000 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Strasburgu,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(3) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.


Abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 7/2008
PDF 205kWORD 33k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 7/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III - Kummissjoni (14359/2008 – C6-0375/2008 – 2008/2252(BUD))
P6_TA(2008)0489A6-0412/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, adottat b'mod aħħari fit-13 ta' Diċembru 2007(2),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(3),

–   wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda Nru 7/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008 ppreżentat mill-Kummissjoni fil-15 ta' Settembru 2008 (COM(2008)0556),

–   wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 7/2008, imħejji mill-Kunsill fl-20 ta' Ottubru 2008 (14359/2008 – C6-0375/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0412/2008),

A.   billi l-abbozz ta' baġit Nru 7 li jemenda l-baġit ġenerali 2008 jkopri l-punti li ġejjin:

   il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE għall-ammont ta' EUR 12 780 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' ħlas relatati mal-effetti tal-Uragan "Dean" fi Guadeloupe u Martinique f'Awissu 2007,
   tnaqqis korrispondenti fl-approprjazzjonijiet ta' ħlas ta" EUR 12 780 000 mil-linja 13 04 02 Fond ta" Keożjoni,

B.   billi l-għan tal-abbozz ta' baġit ta' jemenda Nru 7/2008 huwa li jdaħħal dawn il-bidliet baġitarji formalment fil-baġit 2008,

1.  Jieħu nota tal-abbozz preliminari ta' baġit ta' emenda Nru 7/2008, li huwa l-ewwel baġit ta' emenda ddedikat għal kollox għall-Fond ta' Solidarjetà tal-UE;

2.  Japprova l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 7/2008 mingħajr emendi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(2) ĠU L 71, 14.3.2008.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (Litwanja u Spanja)
PDF 292kWORD 45k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod (COM(2008)0547 – C6-0312/2008 – 2008/2251 (ACI))
P6_TA(2008)0490A6-0405/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0547 – C6-0312/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod(1), u b'mod partikolari l-punt 28 tagħha,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(2),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0405/2008),

A.   billi l-Unjoni Ewropea stabbilixxiet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex jingħata appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li qed isofru l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija u biex jgħinhom sabiex jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol,

B.   billi l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun għajnuna dinamika u disponibbli b'mod effiċjenti u malajr kemm jista' jkun, f'konformità mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata matul il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u filwaqt li tiġi kkunsidrata kif xieraq il-Ftehima Interistituzzjonali fir-rigward tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-Fond,

C.   billi Spanja u l-Litwanja talbu għajnuna fir-rigward ta' żewġ każijiet li jikkonċernaw sensji fis-settur tal-vetturi fi Spanja u fis-settur tat-tessuti fil-Litwanja, b'ittri tas-6 ta' Frar u tat-8 ta' Mejju 2008(3),

1.  Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi neċessarji biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-Fond;

2.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, inkluż l-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod(4), u b'mod partikolari l-punt 28 tagħha,

wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)  Il-Fond Ewropew ta" Aġġustament għall-Globalizzazzjoni ("il-Fond") inħoloq biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li jsofru l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija, u sabiex jgħin l-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)  Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta" Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond taħt il-limitu massimu annwali ta" EUR 500 miljun.

(3)  Fis-6 ta" Frar 2008 Spanja ppreżentat applikazzjoni biex jintuża l-Fond fir-rigward tas-sensji fis-settur tal-vetturi, speċifikament għall-ħaddiema li ġew issensjati minn Delphi Automotive Systems España, S.L.U. L-applikazzjoni hi konformi mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

(4)  Fit-8 ta" Mejju 2008 il-Litwanja ppreżentat applikazzjoni biex jintuża l-Fond fir-rigward tas-sensji fis-settur tat-tessuti, speċifikament għall-ħaddiema li ġew issensjati minn Alytaus Tekstile. L-applikazzjoni hi konformi mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

(5)  Il-Fond għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribut finanzjarju fir-rigward tal-applikazzjonijiet,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 10 770 772 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Strasburgu, xx ta' Ottubru 2008

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.
(3) Applikazzjonijiet EGF/2008/002/ES/Delphi u EGF/2008/003/LT/Alytaus Tekstile.
(4) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(5) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


Il-bini ta' Alleanza Globali dwar it-Tibdil fil-Klima
PDF 374kWORD 108k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-bini ta' Alleanza Globali dwar it-Tibdil fil-Klima bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi fqar li qed jiżviluppaw li huma l-aktar vulnerabbli għat-tibdil fil-klima (2008/2131(INI))
P6_TA(2008)0491A6-0366/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-18 ta' Settembru 2007 bit-titolu "Il-bini ta' Alleanza Globali dwar il-Bidla fil-Klima (GCCA) bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi fqar li qed jiżviluppaw u li huma l-aktar vulnerabbli għall-bidla fil-klima" (COM(2007)0540),

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta" l-20 ta" Novembru 2007 dwar L-Alleanza Globali għall-Bidla fil-Klima bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi fqar li qegħdin jiżviluppaw u li huma l-iktar vulnerabbli għall-bidla fil-klima,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-11 Marzu 2003 intitolata "Il-Bidla fil-Klima fil-Kuntest tal-Koperazzjoni għall-Iżvilupp (COM(2003)0085),

–   wara li kkunsidra ir-Rapport ta" Progress 2007 tal-Kummissjoni (2004-2006) dwar il-Pjan ta" Azzjoni tal-UE dwar il-Bidla fil-Klima u l-Iżvilupp,

–   wara li kkunsidra l-Karta tal-14 ta' Marzu 2008 tar-Rappreżentant Għoli u tal-Kummissjoni Ewropea lill-Kunsill Ewropew intitolata "Il-Bidla fil-Klima u s-Sigurtà Internazzjonali",

–   wara li kkunsidra l-Green Paper mill-Kummissjoni tad-29 ta" Ġunju 2007 bl-isem "Nadattaw għall-Bidla fil-Klima fl-Ewropa – l-għażliet ta" azzjoni għall-UE" (COM(2007)0354),

–   wara li kkunsidra l-istqarrija konġunta mill-Kunsill u r-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħa fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni għall-Politika tal-Iżvilupp tal-Unjoni Ewropea: ? "Il-Konsensus Ewropew"(1),

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar l-Effettività tal-Għajnuna adottata fit-2 ta' Marzu 2005, wara l-Forum ta' Livell Għoli dwar l-Effettività tal-Għajnuna ("id-Dikjarazzjoni ta" Pariġi"),

–   wara li kkunsidra l-Istqarrija Konġunta tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri imlaqqgħa fi ħdan il-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni: "Il-Konsensus Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja"(2),

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1992 dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC),

–   wara li kkunsidra r-Rapport dwar l-Iżvilupp Uman 2007/2008 intitolat "Il-ġlieda kontra l-bidla fil-klima: Is-solidarjetà umana f'dinja maqsuma", imniedi mill-Programm għall-Iżvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta" Male" dwar id-Dimensjoni Umana tal-Bidla fil-Klima Globali adottata f'Male" (Repubblika tal-Maldivi) fl-14 ta' Novembru 2007,

–   wara li kkunsidra l-pjan gwida ta' Bali adottat mill-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima fuq il-gżira ta" Bali (Indoneżja) f'Diċembru 2007,

–   wara li kkunsidra r-Raba' Rapport ta" Evalwazzjoni intitolat "Il-Bidla fil-Klima 2007: Impatti, Adattament u Vulnerabilità", imħejji mill-Grupp ta" Ħidma II tal-Panel Intergovernattiv dwar il-Bidla fil-Klima (IPCC),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-2006 ta' Nicholas Stern intitolat "L-Ekonomiji tal-Bidla fil-Klima. L-Evalwazzjoni Stern",

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar l-Integrazzjoni tal-Adattament għall-Bidla fil-Klima fil-Koperazzjoni għall-Iżvilupp, adottata mill-Ministri għall-Iżvilupp u l-Ambjent tal-Pajjiżi Membri tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvulupp Ekonomiċi (OECD) fl-4 ta" April 2006,

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-OECD tal-2007 intitolat "L-Inventarju tal-Progress dwar l-Integrazzjoni tal-Adattament għall-Bidla fil-Klima fl-Attivitajiet tal-Koperazzjonigħall-Iżvilupp",

–   wara li kkunsidra "Il-Qafas Hyogo għal Azzjoni 2005-2015: Il-Bini ta" Kapaċità ta' Rkupru ta" Nazzjonijiet u Komunitajiet għad-Diżastri" adottata mill-Konferenza Dinjija dwar it-Tnaqqis tad-Diżastri li saret f'Jannar 2005 f'Hyogo (il-Ġappun),

–   wara li kkunsidra r-rapport bijennali tal-Organizzazzjoni Alimentari u Agrikola (FAO) tan-NU intitolata "L-Istat tal-Foresti tad-Dinja 2007",

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0366/2008),

A.   billi l-bidla fil-klima tippreżenta theddida serja għat-tnaqqis fil-faqar, għad-drittijiet tal-bniedem, għall-paċi u għas-sigurtà, għad-disponibilità tal-ilma u l-ikel u għall-kisba ta" l-Għanijiet tal-Millenju għall-Iżvilupp (MDGs) f'bosta pajjiżi li qed jiżviluppaw,

B.   billi f'diversi pajjiżi li qed jiżviluppaw il-foresti qegħdin jinqerdu minħabba l-uċuħ tar-raba" tal-bijofjuwil,

C.   billi l-pajjiżi industrijalizzati għandhom responsabilità storika għall-bidla fil-klima u huma moralment obbligati li jgħinu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-isforzi tagħhom biex jadattaw għall-konsegwenzi tagħha,

D.   billi minkejja li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw ftit li xejn taw kontribut għall-bidla fil-klima, dawn se jkunu l-iżjed pajjiżi li se jbatu b'mod sever mill-konsegwenzi tagħha, li fost oħrajn jinkludu n-nuqqas ta' sigurtà tal-ilma u tal-ikel minħabba n-nuqqas ta' xita u d-deżertifikazzjoni, it-tlugħ fil-livell tal-baħar, sfidi ġodda għall-agrikoltura, riskji ġodda għas-saħħa, avvenimenti meteoroloġiċi estremi u pressjonijiet ta' migrazzjoni; billi l-pajjiżi li qed jiżviluppaw huma l-inqas pajjiżi mgħammrin biex ikampaw ma" dawn dawn il-konsegwenzi,

E.   billi f'bosta pajjiżi industrijalizzati l-miżuri dwar l-adattament għall-bidla fil-klima u dwar it-tnaqqis tar-riskji riċentement ingħataw attenzjoni kunsiderevoli, u billi l-biċċa l-kbira tal-istess bżonnijiet urġenti ġew injorati fil-kuntest ta" pajjiżi bi dħul baxx,

F.   billi l-importazzjonijiet ta" qtugħ insostenibbli fl-UE huma kawża sinifikanti tad-deforestazzjoni u huma stmati li jtellgħu spejjeż ta" biljuni ta" euro kull sena,

G.   billi d-deforestazzjoni tikkontribwixxi b'kemm huwa stmat 20% tat-totalità tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett serra (GHG), li jwassal għal stima ta" qerda ta" 13-il miljun ettaru ta" foresti tropikali fis-sena; u billi d-deforestazzjoni fil-foresti tropikali hija theddida serja għall-bijodiversità u għall-għixien ta" iżjed minn biljun persuna fqira li tgħix f'dawn il-foresti u tiddependi minnhom,

H.   billi l-konsegwenzi konkreti tal-bidla fil-klima spiss ikollhom jiġu ttrattati fuq livell lokali mill-awtoritajiet lokali; billi l-irbit tajjeb tal-livelli internazzjonali, nazzjonali u lokali tat-tfassil tal-politika huwa għalhekk sfida ewlenija fit-tfassil ta" adattament u strateġiji ta" mitigazzjoni effettivi fir-rigward tal-tibdil fil-klima; u billi għandhom isiru bidliet strutturali fuq skala kbira, mingħajr ma jiġi ssagrifikat approċċ li jkun ibbażat fuq il-komunità u favur il-foqra,

I.   billi issa hemm rikonoxximent ikbar tat-theddid għas-sigurtà li qed jirriżultaw mill-bidla fil-klima, inklużi kunflitti dwar riżorsi materjali skarski, diżastri naturali kkaġunati mill-klima u flussi ta" migrazzjoni fuq skala kbira; u billi l-iżvilupp ta" strateġiji biex jiġu ffaċċjati l-isfida tal-bidla fil-klima/għas-sigurtà se jkunu vitali sabiex sabiex jiġi żgurat li fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw ikun hemm reazzjoni ta' adattament effettiva,

J.   billi l-isforzi internazzjonali fil-qasam tal-adattament għall-bidla fil-klima u fil-qasam tat-tnaqqis tar-risku tad-diżastri (DDR) s'issa kienu limitati, frammentati, ikkoordinati ħażin u f'bosta każi problematiċi fl-aċċess għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li huwa f'kuntrast dirett mal-objettivi msemmija fil-Kunsens Ewropew u fid-Dikjarazzjoni ta" Pariġi,

K.   billi l-miżuri ta" adattament għall-bidla fil-klima, id- DRR u l-bini tal-kapaċità għall-iżvilupp għandhom ikun kemm jista" jkun interkonnessi, iżda s'issa kienu integrati ħażin fl-attivitajiet tal-aġenziji ta" koperazzjoni għall-iżvilupp u fl-istituzzjonijiet internazzjonali; u billi approċċ konġunt u koerenti jkun kruċjali għal implimentazzjoni b'suċċess tal-GCCA,

L.   billi jeħtieġ li jitwaqqfu timijiet multi-dixxiplinarji ta" maniġers tad-diżastri, speċjalisti fl-iżvilupp, esperti fl-ippjanar u esperti xjentifiċi fl-adattament għall-bidla fil-klima, li għandhom jadottaw l-aqwa prattika għall-iżvilupp reġjonali;

M.   billi azzjoni bikrija rigward l-adattament għall-bidla fil-klima u d-DRR jirrappreżentaw fid-dieher soluzzjoni effettiva għall-investiment magħmul; billi l-istimi qed ibassru li kull dollaru minfuq fid-DRR għandu l-potenzjal li jiffranka sa seba" dollari minfuqa f'reazzjoni għad-diżastri, u b'hekk jipprovdi wkoll argument sod favur li l-biċċa l-kbira tan-nefqa għall-għajnuna ssir fil-bidu,

N.   billi, konsegwentement, għandu jiġi miċħud kwalunkwe sforz biex isiru kalkoli doppji tal-fondi tal-UE għall-ilħuq tal-objettivi tal-MDG u wegħdi fil-qafas tal-UNFCCC,

O.   billi kwalunkwe dewmien fit-teħid ta" deċiżjonijiet sodi rigward il-miżuri meħtieġa biex jitnaqqsu l-kawżi u l-effetti tal-bidla fil-klima se jirriżultaw fi spejjeż ferm ogħla,

P.   billi l-biċċa l-kbira tal-problemi ambjentali, inklużi dawk li jirriżultaw mill-bidla fil-klima, għandhom it-tendenza li jiġu aggravati miż-żieda fil-popolazzjoni u minn daqs ta" popolazzjoni ikbar, filwaqt li d-dinamiki tal-popolazzjoni, f'termini ta" tkabbir, distribuzzjoni u kompożizzjoni huma parti integrali mill-proċess ta" żvilup minħabba li dawn jaffettwaw il-bidliet ambjentali u jiġu wkoll affettwati minnhom; u billi l-Konferenza Internazzjonali tal-1994 dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp li saret fil-Kajr enfasizzat b'mod ċar id-diversi benefiċċji li jirriżultaw minn politika tal-popolazzjoni li tkun iddedikata, orjentata lejn il-lokal u mhux imponuta bil-forza, u billi, madankollu, il-kwistjonijiet tal-popolazzjoni fil-biċċa l-kbira tagħhom s'issa baqgħu ma ġewx inkorporarti fl-ippjanar għall-iżvilupp jew għall-adattament,

Q.   billi l-linji politiċi dwar il-biedja, l-ilma, il-ġestjoni tar-riżorsi tal-foresti, l-infrastruttura, l-edukazzjoni u l-popolazzjoni għandhom kollha jiġu ttrattati bil-ħsieb li tinkiseb l-armonizzazzjoni fl-adattament għall-bidla fil-klima u l-mitigazzjoni fl-iżvilupp,

R.   billi t-tnaqqis tal-korruzzjoni għandu jżid l-effettività tal-adattament għall-bidla fil-klima u tal-isforzi tal-mitigazzjoni,

S.   billi r-Rapport ta' Progress tal-2007 tal-Pjan t'Azzjoni tal-UE dwar il-Bidla fil-Klima u l-Iżvilupp juri li l-progress fl-Integrazzjoni tal-bidla fil-klima fil-politiki għall-iżvilupp ta" l-UE - b'mod speċifiku fid-Dokumenti Strateġiċi tal-Pajjiżi (CSPs) u d-Dokumenti Strateġiċi Reġjonali (RSPs) - ma kienx biżżejjed u kien kajman wisq,

T.   billi bħalissa hemm lakuna enormi fil-finanzjament ta' dan l-adattament fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw; billi filwaqt li l-istima ta" l-ispejjeż annwali għall-adattament tvarja minn USD 50 għal 80 biljun fis-sena, l-ammont totali ta' fondi ddedikati permezz tal-mekkaniżmi ta' finanzjament multilaterali f'nofs l-2007 ammonta għal inqas minn 0,5 % ta" dawn iċ-ċifri,

U.   billi, minkejja li l-UE ffissat l-objettiv li ssir mexxej fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima, il-baġit tal-UE ma jirriflettix il-prijorità mogħtija lill-politika u lill-miżuri adottati mill-UE għall-ġlieda kontra l-bidla fil-klima,

V.   billi parti mill-finanzjament tal-GCC għandu jiġi mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (EDF) u mill-Programm Tematiku għall-Ambjent u l-Ġestjoni Sostenibbli tar-Riżorsi Naturali (ENRTP) (b'konformità mal-Artikolu 13 tal-Istrument Komunitarju għall-Iżvilupp (DCI)(3)),

W.   billi l-EDF intuża l-iżjed għall-finanzjament ta" inizjattivi ġodda; billi l-Kummissjoni għandha tirrispetta l-impenn tagħha lejn is-sejba ta" sorsi ta" finanzjament ġodda sabiex tippreserva l-EDF; billi l-Kumitat għall-Iżvilupp ikkonkluda bosta drabi li l-EDF għandu jkun integrat fil-baġit tal-UE sabiex jiġi żgurat li jkun hemm kontroll demokratiku fuq il-mod kif dan jintuża,

X.   billi skont l-Artikolu 21 dwar l-adozzjoni tad-dokumenti strateġiċi u tal-programmi indikattivi plurjennali u l-Artikolu 35(2) tad-DCI, il-Parlament għandu d-dritt li jagħmel skrutinju fuq il-Kummissjoni kif stipulat fl-Artikoli 5 u 8 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE,

Y.   billi l-Mekkaniżmu tal-Iżvilupp Nadif (CDM) s'issa ftit li xejn kien adegwat biex jissodisfa l-ħtiġijiet tal-pajjiżi l-iżjed foqra għal investimenti f'teknoloġija nadifa, bl-Afrika involuta f'inqas minn 3% tal-proġetti kollha tas-CDM, u bi kważi 90% tat-Tnaqqis Iċċertifikat fl-Emissjonijiet (CERs) jingħata għal proġetti magħmula fiċ-Ċina, fl-Indja, fil-Korea u fil-Brażil,

1.  Jilqa" l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tniedi GCCA, li tirrappreżenta għarfien importanti tal-effetti tal-bidla fil-klima fuq l-iżvilupp; madankollu, jistieden lill-Kummissjoni biex tiċċara iżjed il-valur miżjud distint tal-GCCA; f'dan il-kuntest jenfasizza li l-koordinazzjoni u l-koperazzjoni ma" setturi prinċipali oħrajn għandhom ikunu parti integrali tal-aġenda tal-GCCA, sabiex ikun żgurat li jkun hemm l-aqwa kumplimentarjetà bejn l-inizjattivi;

2.  Iqis l-GCCA bħala pilastru importanti tal-azzjoni esterna tal-UE dwar il-bidla fil-klima, u jqis li l-GCAA tikkonsisti fi pjattaforma kumplimentari u ta" sostenn għall-proċess attwali fil-kuntest tal-UNFCCC u l-Protokoll ta" Kyoto, billi tħaffef il-pass tal-implimentazzjoni tagħhom u tal-ftehimiet marbuta magħhom;

3.  Itenni l-konklużjonijiet allarmanti tal-karta fuq imsemmija dwar bit-titolu "Il-Bidla fil-Klima u s-Sigurtà Internazzjonali", li wissiet li l-bidla fil-klima qiegħda tintensifika r-risji għas-sigurtà għall-UE, thedded li tgħabbi ħafna responsabilitajiet fuq stati u reġjuni tad-dinja li diġà huma fraġli u suxxettibbli għall-kunflitti, u xxekkel l-isforzi biex jintlaħqu l-MDGs;

4.  Jinnota li jeħtieġ li l-isforzi fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima jkunu bbażati mhux biss fuq impetu politiku iżda wkoll fuq is-soċjetà ċivili, kemm fil-pajjiżi żviluppati u kemm f'dawk li qed jiżviluppaw; iqis li għandhom jiġu mnedija kampanji ta" informazzjoni pubblika, u li għandhom jiġu adottati wkoll programmi edukattivi fl-iskejjel u fl-universitajiet kemm biex iċ-ċittadini jingħataw analiżijiet u evalwazzjonijiet dwar l-istat tal-bidla fil-klima u kemm biex jitressqu risposti adegwati, b'mod speċjali f'dak li għandu x'jaqsam mal-bidla fl-istil ta' ħajja li jwassal għal tnaqqis fl-emissjonijiet;

5.  Jenfasizza li fil-qasam tal-politika ta" l-UE dwar il-bidla fil-klima u l-iżvilupp huwa kruċjali li tissaħħaħ il-koordinazzjoni u l-kollaborazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri; huwa tal-fehma li l-GCCA tirrappreżenta opportunità unika biex jinżammu fil-prattika l-prinċipji li jriffdu l-Konsensus Ewropew u d-Dikjarazzjoni ta" Pariġi, kif ukoll il-Programm ta" Azzjoni tal-Konferenza Internazzjonali tal-1994 dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp li saret fil-Kajr (ICPD); barra minn dan, huwa konvint li wieħed mill-irwoli ewlenin tal-GCCA għandu jkun li jipprovdi "clearing house" għall-inizjattivi ta" l-Istati Membri;

6.  Jitlob lill-UE biex tpoġġi l-bidla fil-klima fil-qalba tal-politika tagħha dwar il-koperazzjoni għall-iżvilupp; jemmen ukoll li l-ġlieda kontra l-bidla fil-klima għandha tindirizza kawżi strutturali, u jitlob li ssir evalwazzjoni sistematika tar-riskju rigward il-bidla fil-klima li tkopri l-aspetti kollha tal-ippjanar tal-politika u tat-teħid tad-deċiżjonijiet – kemm fl-UE u kemm fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw – inkluż dwar il-kummerċ, l-agrikoltura u s-sigurtà tal-ikel;

7.  Jenfasizza li l-GCCA għandha tieħu miżuri konkreti biex tittratta l-koerenza bejn l-impatt tal-bidla fil-klima fuq l-iżvilupp, inklużi l-politika tal-UE dwar il-biedja, il-kummerċ u s-sajd fuq naħa, u l-problemi konnessi mas-sussidji fuq l-esportazzjoni, bħat-"tied aid", il-piż tad-dejn, il-krediti tal-esportazzjoni u l-użu kummerċjali tal-għajnuna tal-ikel, il-privatizzazzjoni sfurzata u l-liberalizzazzjoni ta" seturi ekonomiċi vitali;

8.  Jirrimarka li ladarba l-GCCA - b'finanzjament ta' EUR 60 miljun għall-perjodu 2008-2010 - għandha tkun kumplimentari mal-proċess kurrenti fil-UNFCCC, għandhom jiġi evitati d-duplikazzjoni tal-azzjonijiet u li l-fondi għandhom ikunu kkonċentrati fuq azzjonijiet li jipprovdu l-ogħla valur miżjud; jemmen li wara li tkun intlaħqet ftehima dwar il-bidla fil-klima għal wara l-2012, l-objettivi u l-tal-GCCA għandhom jiġu riveduti fid-dawl tar-riżultat tal-ftehima;

9.  Huwa tal-fehma li l-fondi li huma barra mill-UNFCCC ma jistgħux jingħadu bħala parti mill-implimentazzjoni tal-impenji tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw taħt dik il-Konvenzjoni;

10.  Iqis li s-EUR 60 miljun li ġew iddedikati għall-GCCA s'issa m'humiex adegwati; jitlob lill-Kummissjoni biex twaqqaf mira ta' finanzjament għat-tul għall-GCCA ta' mill-inqas EUR 2 biljun fis-sena sa l-2010 u EUR 5-10 biljun fis-sena sa l-2020;

11.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi informazzjoni dettaljata fuq il-mekkaniżmi finanzjarji eżistenti għall-bidla fil-klima u l-iżvilupp fuq livelli nazzjonali u internazzjonali; jitlob lill-Kummissjoni, abbażi ta" din l-informazzjoni, biex tipproponi b'mod urġenti liema miżuri għandhom jintużaw biex jiżdied l-appoġġ finanzjarju tal-UE għall-bidla fil-klima u l-iżvilupp, billi tiżgura l-aqwa koordinazzjoni u kumplimentarjetà possibbli mal-inizjattivi eżistenti;

12.  Jenfasizza li, jekk il-bidla fil-klima se tittieħed bis-serjetà, għandu jsir disponibbli finanzjament ġdid permezz ta" linji baġitarji differenti u sorsi ġodda ta' finanzjament, bħall-fondi umanitarji bħala risposta għall-katastrofijiet relatati mal-klima, il-fondi tal-Politika Barranija u ta" Sigurtà Komuni (CFSP) flimkien mal-Istrument għall-Istabilità fil-kuntest tal-politika ta" sigurtà preventiva jew bħala risposta għal theddid għas-sigurtà jew kunflitti relatati mal-klima, fondi oħrajn ta" azzjoni esterna kull meta jiġu approprjati, kif ukoll taxxi ekoloġiċi, sħubijiet pubbliċi-privati (PPP) u mekkaniżmi finanzjarji innovattivi oħrajn li jkunu maħsubin għal dan il-għan;

13.  Jinnota b'interess li l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tad-19 u l-20 ta" Ġunju 2008 u l-implikazzjonijiet baġitarji; iqis li dawn ir-rekwiżiti baġitarji jistgħu jiġu ttrattati biss permezz ta' rikors għall-mezzi pprovduti mill-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta" Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba(4); jenfasizza mill-ġdid li għandhom jiġu pprovduti approprjazzjonijiet ġodda għal ħidmiet ġodda;

14.  Jinnota, f'dan il-kuntest, li l-Għajnuna għall-Iżvilupp Uffiċjali (ODA) għadha lura mill-mira ta' 0,56% tad-Dħul Nazzjonali Gross tal-UE (GNI) sal-2010 u li huwa diffiċli li wieħed jara kif l-UE se tkun tista' tissodisfa l-impenji kollha tagħha bla ma ddur fuq riżorsi ġodda;

15.  Jitlob lill-Kummissjoni biez iżżid il-finanzjament immedjat għall-GCCA, li bħala kwistjoni ta" urġenza għall-bidu jista" jsir permezz tal-ENRTP u tal-għaxar EDF; fl-istess ħin jenfasizza l-ħtieġa urġenti għal iżjed fondi li ma jkunux tal-ODA, għall-adozzjoni u għall-iżvilupp ta" mekkaniżmi finanzjarji innovattivi għal dan il-għan;

16.  Ifakkar lill-Kummissjoni li jekk jittieħdu xi fondi mill-ENRTP jew mill-EDF biex jiffinanzjaw il-GCCA, dawn għandhom, bħala fondi għall-iżvilupp, jintużaw biss għal azzjonijiet kumpatibbli mal-għajnuna għall-iżvilupp kif iddefinita mill-Kumitat għall-Assistenza għall-Iżvilupp (DAC) tal-OECD; jinsisti li dan għandu jkun sors ta" finanzjament ta' darba, u li kull riforniment ulterjuri għandu jinstab minn sorsi alternattivi;

17.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-finanzjament tal-GCCA permezz tal-ENRTP u l-EDF ma jsir qatt a spejjeż ta" objettivi importanti oħrajn tal-koperazzjoni għall-iżvilupp, bħal dawk li għandhom x'jaqsmu mal-edukazzjoni, is-saħħa, l-ugwaljanza bejn is-sessi jew l-aċċess għall-ilma;

18.  Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jieħdu responsabilità ħafna ikbar għall-finanzjament tal-attivitajiet ta" żvilupp li jieħdu u biex iġibuhom konformi mal-GCCA;

19.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jaqblu li 25% tad-dħul mistenni mill-kontabilità fi ħdan l-Iskema ta' Skambju tal-Emissjonijiet tal-UE (EU ETS) fil-perjodu ta" skambji li jmiss, jiġi allokat għall-finanzjament tal-GCCA u għal miżuri oħrajn dwar il-bidla fil-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li għandhom jinkludu l-isforzi biex jitħarsu il-foresti u biex jitnaqqsu l-emmissjonijiet mid-deforestazzjoni u mid-degradazzjoni tal-foresti;

20.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tuża r-reviżjoni li ġejja tal-baġit tal-UE bħala opportunità biex issir evalwazzjoni mill-ġdid tal-prijoritajiet ġenerali tal-infiq tal-UE u biex jiġu kkanalizzati fondi addizzjonali għall-bidla fil-klima u l-iżvilupp b'mod ġenerali u għall-GCCA b'mod partikulari; inkluża l-allokament mill-ġdid tal-fondi għall-Politika Agrikola Komuni (CAP);

21.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jimplimentaw b'mod urġenti l-idea ta" mekkaniżmu ta" finanzjament għall-bidla fil-klima, billi jibnu fuq il-mudell tal-Faċilità Internazzjonali għall-Finanzjament tat-Tilqim (IFFIm) u fuq il-kunċett ta" għajnuna "front-load", sabiex jiġu żgurati ammonti sinifikanti ta" finanzjament għall-GCCA f'perjodu ta' żmien relattivament qasir;

22.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tistieden lis-settur privat biex joqrob iżjed bħala sieħeb lejn il-GCCA, permezz tar-rijonoxximent li l-fondi pubbliċi jistgħu jkollhom irwol ewlieni bl-inċentivar ta' investimenti u fil-provvediment tal-aċċess għas-suq u għat-teknoloġija; jinkuraġġixxi b'mod speċjali lill-Kummissjoni biex tinvesti fl-iżvilupp ta" mudelli ta" PPP f'zoni ewlenin bil-għan li jkun hemm provediment tas-sigurtà tal-ilma u tal-infrastruttura f'zoni vulnerabbli, fejn bħalissa l-lakuni ta" finanzjament huma sostanzjali, l-iżjed minħabba li l-bidla fil-klima tolqot diversi oqsma ta" politika (bħall-aċċess għall-ilma, is-saħħa pubblika, il-provvista tal-enerġija, eċċ) li jinvolvu intervent mill-Istat u mill-awtoritajiet lokali; ifakkar li l-prijorità tal-UE għandha tkun li tirrinforza l-kapaċità għal azzjoni pubblika f'dawn l-oqsma;

23.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tidħol fi sħubijiet mal-industrija tal-assikurazzjoni privata u biex tesplora metodi biex iżżid l-iskemi pilota tal-assigurazzjoni biex tiffinanzja l-adattament/DRR, billi tindirizza kemm il-livell nazzjonali u reġjonali u kemm il-livell individwali ta" l-assigurazzjoni;

24.  Jiddispjaċih li tul il-proċess ta" l-ipprogrammar tal-GCCA, l-involviment ġenerali tal-gvernijiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, tas-soċjetà ċivili u tal-komunitajiet lokali ma kienx adegwat; jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura t-teħid ta' deċiżjonijiet tul il-proċessi tal-elaborazzjoni, tal-implimentazzjoni u tad-distribuzzjoni tal-fondi jsir fi sħubija mal-partijiet interessati;

25.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tuża l-GCCA biex tappoġġja u ssaħħaħ il-kapaċitajiet tal-pajjiżi li huma sħab tagħha ħalli jidentifikaw, jimmaniġġjaw u jissieltu kontra t-theddid għas-sigurtà ppreżentat mill-bidla fil-klima, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiddedika fondi adizzjonali għal dan il-għan; barra minn dan, jitlob lill-Kummissjoni biex tiżgura li d-Direttorat-Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni jkun involut bis-sħiħ matul il-proċess kollu tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-GCCA, biex tiżgura li jkun hemm koerenza massima bejn il-koperazzjoni għall-iżvilupp, il-bidla fil-klima u l-politiki barranin u tas-sigurtà;

26.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tuża l-GCCA biex tibda diskussjonijiet mal-komunità donatriċi u mal-pajjiżi msieħba dwar it-tisħiħ tat-tħejjija u l-ippjanar għall-eventwalità possibbli ta' migrazzjoni fuq skala kbira fil-każ li ċerti reġjuni jsiru inabitabbli minħabba l-bidla fil-klima;

27.  Jinsisti li l-mekkaniżmi ta" rapportar effettivi, inklużi l-indikaturi dettaljati ta" progress u skemi ta" segwitu, għandhom ikunu konformi mal-GCCA;

28.  Jemmen li valur miżjud speċifiku u l-kompetenza tal-GCCA jistgħu jsawru rabta bejn l-azzjoni favur l-adattament lokali u l-oqsfa politiċi dwar il-klima globali u l-iżvilupp; jilqa" b'sodisfazzjon, f'dan il-kuntest, l-iżvilupp tad-"djalogu politiku" tal-GCCA bħala pass importanti fl-irbit tal-aġenda tat-tnaqqis tal-faqar u tal-MDGs mal-aġenda tal-bidla fil-klima; jenfasizza, madankollu, li l-GCCA tista" tkun suċċess biss jekk tkun parti mill-istrateġija ġenerali tal-UE għan-negozjati ta" wara l-2012, fejn l-appoġġ qawwi għall-attivitajiet ta' mitigazzjoni u ta' adattament fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw huma prijorità primarja;

29.  Jinkuraġġixxi lill-Kummissjoni biex tuża d-djalogu politiku u d-Dikjarazzjoni Konġunta maħsuba bejn l-UE u l-Inqas Pajjiżi Żviluppati (LDCs)/l-Istati-Gżejjer Żgħar li qed Jiżviluppaw (SIDS) bħala forum biex titressaq l-idea ta" "Kuntratt Globali", fejn il-koperazzjoni għall-iżvilupp u l-attivitajiet relatati mal-bidla fil-klima huma integrati mill-qrib, bl-attenzjoni fuq il-kwistjonijiet tal-popolazzjoni inkorporata bħala element espliċitu, kif inhu maħsub fl-inizjattiva intitolata "Global Marshal Plan";

30.  Jenfasizza l-ħtieġa biex jitħaffu l-isforzi sabiex jiġu integrati l-adattament għall-bidla fil-klima, id-DRR u l-azzjoni fuq il-popolazzjoni u s-saħħa riproduttiva fl-għajnuna għall-iżvilupp tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri, b'mod partikulari fl-istadju tal-implimentazzjoni, peress li mil-lat sistematiku dawn l-oqsma huma tabilħaqq fundamentali; jitlob lill-Kummissjoni biex tieħu vantaġġ mill-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tas-CSPs li ġejja sabiex isir progress f'dan il-qasam;

31.  Jinsisti li l-Kummissjoni, flimkien mal-GCCA, għandha tkompli tiżviluppa r-reazzjoni tagħha għar-Rapport ta' Progress dwar il-Pjan t'Azzjoni tal-UE dwar il-Bidla fil-Klima u l-Iżvilupp, li għandu jkun fiha bosta elementi importanti li m'għandhomx jintilfu, inkluż il-ħolqien ta' "clearing houses" fuq il-post li jtejbu l-koordinazzjoni u l-aċċess għall-informazzjoni;

32.  Jenfasizza li l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Programmi Nazzjonali ta" Azzjoni ta'Adattament (NAPAs) permezz tal-fondi tal-Faċilità Ambjentali Globali (GEF) għadda minn diversi nuqqasijiet, minħabba finanzjament inadegwat, stima baxxa tal-ispejjeż ta' adattament, konnessjonijiet dgħajfa mal-iżvilupp uman, kanali ta" aċċess burokratiċi żżejjed u parzjalità bbażata fuq il-proġett; jitlob lill-Kummissjoni biex tittratta dawn in-nuqqasijiet bis-sħiħ meta tipprovdi iżjed appoġġ permezz tal-GCCA għall-implimentazzjoni tan-NAPA fl-LCD u fis-SIDS; f'dan il-kuntest jilqa" b'sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tesplora rinforzar tal-kapaċitajiet ta" l-istituzzjonijiet ta" governanza abbażi tal-programmi, billi tuża l-appoġġ baġitarju;

33.  Jenfasizza li użu b'suċċess mill-appoġġ baġitarju għall-adattament tal-bidla fil-klima li jkun orjentat lejn l-iżvilupp jiddependi fuq użu estensiv tal-mezzi kollha disponibbli fi ħdan l-arranġamenti tal-appoġġ baġitarju, inkluża d-diskussjoni tal-prijoritajiet politiċi, il-monitoraġġ għal perjodu ta' żmien twil, u l-assistenza teknika għat-tfassil u l-eżekuzzjoni tal-baġit; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jkun hemm l-involviment tas-soċjetà ċivili u tal-komunitajiet lokali; iħeġġeġ ukoll lill-Kummissjoni biex tkun ippreparata biex tuża l-miżuri kumplimentari fejn l-appoġġ baġitarju ma jkunx adegwat jew fejn jonqos li jkun ta' benefiċċju għall-iżjed nies fqar u vulnerabbli;

34.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li r-riċerka ppjanata tal-GCCA dwar l-adattament fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikollha perspettiva mill-qiegħ 'il fuq ("bottom-up"), li tkun immirata lejn dawk foqra u vulnerabbli, li tkun immexxija mill-ħtiġijiet tal-komunitajiet lokali u li ssir b'koperazzjoni man-nies ikkonċernati; jenfasizza l-importanza li r-riżultati tar-riċerka dwar l-adattament ikunu kkomunikati lill-gruppi rilevanti permezz ta" kanali ta' komunikazzjoni aċċessibbli;

35.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiddedika riżorsi biżżejjed għar-riċerka dwar l-aspetti ekonomiċi tal-adattament fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, sabiex jittejjeb il-fehim dwar l-ispejjeż ġejjienin tar-ristrutturar meħtieġ fil-politika u fl-istituzzjonijiet tal-kummerċ, tal-agrikoltura u tas-sigurtà; jirrikonoxxi li l-lakuni fl-għarfien li hemm f'dan il-qasam ixekklu l-azzjoni u l-infiq ta' adattament effettivi mill-parteċipanti pubbliċi u privati;

36.  Jenfasizza l-importanza li jsir trasferiment tal-għarfien u tat-teknoloġija - inkluża t-teknoloġija li tnaqqas ir-riskju tad-diżastri - lejn il-pajjiżi li huma msieħba mal-GCCA; għal dan il-għan, jitlob lill-Kummissjoni biex tippromwovi 'librerija' bbażata fuq l-internet ta' data dwar l-adattament għall-bidla fil-klima u biex tiffaċilita programm ta' skambju dwar l-adattament għall-klima bejn esperti minn dawn il-pajjiżi;

37.  Ifakkar fl-importanza tal-koerenza politika u jitlob lill-Kummissjoni biex tittratta l-kwistjoni tal-integrazzjoni tal-bidla fil-klima mal-isforzi fit-tnaqqis tal-faqar fl-istess żmien tal-evalwazzjoni tal-baġit tal-UE u fiż-żmien tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu ta" diversi strumenti għall-iżvilupp;

38.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tiddedika iżjed attenzjoni għall-impatt tal-bidla fil-klima fuq l-agrikoltura u l-forestrija u għall-aġġustament tal-agrikoltura u tal-forestrija għall-bidla fil-klima; jitlob lill-Kummissjoni biex tuża l-GCCA biex tappoġġja l-iżvilupp ta" politika agrikola favur l-ambjent, u jitlobha tagħmel dan billi tati prijorità lill-garanzija tas-sigurtà tal-ikel tan-nies; barra minn dan, jitlob lill-Kummissjoni biex tgħin fil-ħolqien ta' qafas istituzzjonali u finanzjarju adegwat għall-popolazzjonijiet rurali li jiddependu mill-agrikoltura għall-għixien tagħhom;

39.  Jenfasizza li l-agrikoltura fil-pajjiżi foqra li qed jiżviluppaw hija affettwata b'mod dirett u qawwi mill-bidla fil-klima, u dan jista' jkollu konsegwenzi drammatiċi fuq is-sigurtà tal-ikel; għalhekk jitlob lill-Kummissjoni biex tuża l-GCCA biex tiżviluppa politika agrikola u metodi ta" produzzjoni li jissodisfaw aħjar il-bżonnijiet tal-popolazzjoni lokali u li jkunu jikkonsistu f'soluzzjoni fit-tul għall-problema tal-prezzijiet tal-ikel li qegħdin jogħlew; iħeġġeġ, b'mod partikulari lill-Kummissjoni, biex tappoġġja soluzzjonijiet innovattivi bħall-ħolqien ta" "green belts" madwar l-ibliet biex tirrispondi għall-ħtiġijiet tal-ikel bażiċi tal-popolazzjonijiet urbani fil-pajjiżi li qegħind jiżviluppaw;

40.  Jilqa" l-intenzjoni tal-Kummissjoni biex tipproponi Strateġija tal-UE għad-DRR, li tfisser pass importanti biex tingħalaq il-lakuna bejn l-isforzi tad-DRR, l-iżvilupp u l-adattament; f'dan il-kuntest, jitlob lill-Kummissjoni biex tiċċara kif il-GCCA tista' tiffaċilita din l-integrazzjoni fuq livell prattiku;

41.  Jenfasizza li l-istrateġija tad-DRR mhix se tipproduċi riżultati sinifikanti jekk ma jkollhiex pjan ta' azzjoni konkret u ma tingħatax b'mod sinifikanti direzzjoni ġdida lill-allokazzjonijiet tal-baġit biex jiġu żgurati l-finanzjament għat-tul għad-DRR u l-adattament bħala parti mill-għajnuna regolari għall-iżvilupp, iżjed milli, bħalma qed jiġri llum, tħassib umanitarju bi prijoritajiet foqra fuq perjodu qasir ta' żmien;

42.  Jenfasizza li hemm ħtieġa kbira għal iżjed riżorsi umani fi ħdan id-delegazzjonijiet tal-EuropeAid u tal-UE, sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni b'suċċess tal-GCCA; jitlob lill-Kummissjoni biex tiddedika riżorsi sostanzjali lil dan il-qasam fil-baġit tal-UE tal-2009; f'sens usa", jitlob ukoll lill-Kummissjoni, biex tiddedika ħafna iżjed riżorsi għat-taħriġ ta" l-istaff dwar l-adattament għall-bidla fil-klima u għad-DRR fid-Direttorati Ġenerali u fid-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni rilevanti, billi b'mod partikulari tiffoka fuq it-tisħiħ tal-kompetenzi prattiċi;

43.  Sa fejn il-GCCA teħtieġ azzjoni dwar il-mitigazzjoni, jenfasizza li l-LDCs u s-SIDS jeħtieġu il-bini tal-kapaċità u l-assistenza teknika sabiex ikunu jistgħu jsaħħu l-parteċipazzjoni tagħhom fis-CDM; jitlob lill-Kummissjoni biex tinvolvi ruħha b'mod attiv fin-negozjati internazzjonali dwar il-bidla fil-klima bil-għan li ssaħħaħ s-CDM, sabiex tiżgura l-addizzjonalità u l-koerenza mal-objettivi tal-iżvilupp u tal-klima; barra minn dan, jitlob lill-Kummissjoni biex ma tiffokax biss fuq s-CDM bħala l-għodda politika aħħarija, iżda biex tipprovdi appoġġ alternattiv għal azzjoni ta' mitigazzjoni li tkun iżjed xierqa għall-iżjed pajjiżi foqra, filwaqt li tingħata prijorità għall-attivitajiet ta" l-użu tal-art, ta' bdil fl-użu tal-art u ta' forestrija (LULUCF) u lit-teknoloġiji b'karbonju baxx;

44.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tiżviluppa b'mod urġenti inizjattivi politiċi ambizzjużi u kumplimentari, partikularment fl-oqsma tal-protezzjoni tal-forestrija u tal-baħar, tal-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali u tal-koperazzjoni fit-teknoloġija tal-mitigazzjoni, fejn il-ħtiġijiet finanzjarji jkunu jaqbżu fil-wisa" dak li hemm previst bħalissa fi ħdan l-GCCA; b'mod speċifiku jitlob azzjoni soda mill-UE fil-forma ta' appoġġ finanzjarju, assistenza teknika u trasferiment ta" teknoloġija u kooperazzjoni mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex jitħaffef l-użu - fl-iżjed stadju bikri possibbli - ta" teknoloġiji li ftit li xejn jarmu GHG u ta' metodi ta' produzzjoni li jkunu favur l-ambjent;

45.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tirrevedi l-proposta tagħha għal kriterji ta" sostenibilità għall-bijofjuwils, sabiex tistabbilixxi rekwiżiti iżjed stretti għall-klima u għall-benefiċċji tal-ekosistema, u biex tqis l-effetti tal-bidla indiretta fl-użu tal-art u tal-konsegwenzi tal-iżvilupp fuq il-komunitajiet lokali; jenfasizza li l-kriterji ta" sostenibilità m'għandhomx isiru miżuri protezzjonisti ġdida iżda għandhom ikunu mfassla fi djalogu mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

46.  Jemmen li f'dan il-qafas il-Fond Globali għall-Effiċjenza Enerġetika u għall-Enerġija Rinnovabbli li hemm maħsub huwa strument notevoli, u li dan jista' jkollu sehem importanti fil-proġetti tal-effiċjenza enerġetika u fil-promozzjoni tal-enerġija li tiġġedded fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

47.  Jitlob lill-Kummissjoni biex b'mod urġenti tiżviluppa aġenda kumprensiva biex titnaqqas id-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li tinkludi l-Ftehimiet ta" Sħubija Volontarja taħt il-programmi tal-Infurzar tal-Liġi dwar il-Foresti, it-Tmexxija u l-Kummerċ (FLEGT), u proposti konkreti dwar il-finanzjament ta" mekkaniżmi li għandhom jitressqu fil-laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni dwar il-Bidla fil-Klima (COP 14) f'Pozann f'Diċembru 2008; itenni l-importanza ta" mekkaniżmi bħal dawn fil-għoti ta' kumpens mhux biss għal emissjonijiet ta' GHG li jkunu ġew evitati, iżda wkoll għall-bijodiversità u għall-benefiċċji ta" żvilupp tal-foresti;

48.  Jisgħobbih li l-Kummissjoni għadha ma resqitx bi proposti ċari u rigorużi favur il-projbizzjoni tal-importazzjoni ta' injam maqtugħ illegalment u ta" prodotti dderivati fis-suq tal-UE; jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposti bħal dawn mingħajr iżjed dewmien;

49.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex iressaq din ir-Riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.

(1) ĠU C 46, 24.2.2006, p. 1.
(2) ĠU C 25, 30.1.2008, p. 1.
(3) Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta" Diċembru 2006 li jwaqqaf strument finanzjarju għall-koperazzjoni għall-iżvilupp (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.).
(4) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


Governanza u s-sħubija fil-livelli nazzjonali u reġjonali, u bażi għal proġetti fil-qasam tal-politika reġjonali
PDF 400kWORD 81k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-governanza u s-sħubija fil-livelli nazzjonali u reġjonali, u bażi għal proġetti fil-qasam tal-politika reġjonali (2008/2064(INI))
P6_TA(2008)0492A6-0356/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikoli 158 u 159 tiegħu,

–   wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 15 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fondi ta' Koeżjoni(1) (minn hawn 'il quddiem ir-Regolament Ġenerali dwar il-Fondi Strutturali), u b'mod partikulari l-Artikolu 11 tiegħu, bl-isem "Sħubija",

–   wara li kkunsidra l-Aġenda Territorjali tal-Unjoni Ewropea u l-Karta Ewropea ta' Leipzig dwar il-Bliet Ewropej Sostenibbli u l-ewwel Programm ta' Azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Aġenda Territorjali tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-istudju tad-dipartiment tematiku tal-Parlament Ewropew dwar il-politika strutturali u ta' koeżjoni bl-isem "Il-governanza u s-sħubija fil-qasam tal-politika reġjonali",

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (COTER-IV-17) u dik tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-governanza u s-sħubija (EESC 1177/2008),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni esploratorja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew bl-isem "Għal evoluzzjoni ekwilibrata tal-ambjent urban: sfidi u opportunitajiet" (EESC 737/2008),

–   wara li kkunsidra "Il-Gwida Prattika dwar il-Finanzjament Ewropew għar-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni" tal-Kummissjoni,

–   wara li kkunsidra t-tieni ċiklu tal-Programm URBACT (2007-2013), programm Ewropew li għandu l-għan li jiffavorixxi l-iskambju ta' esperjenzi bejn il-bliet Ewropej, u b'mod partikulari s-seba' networks tematiċi ġodda dwar il-governanza,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0356/2008),

A.   billi l-interess u l-benessri taċ-ċittadini jinsab fiċ-ċentru tal-politiki nazzjonali u reġjonali Ewropej, u billi livell aħjar ta' governanza u ta' sħubija, bil-għan li jkun stabbilit livell ogħla ta' koordinazzjoni u ta' koperazzjoni bejn l-awtoritajiet diversi, hu ta' benefiċċju għaċ-ċittadini kollha ta' l-Unjoni,

B.   billi s-soluzzjonijiet prattiċi mistennija minn sħabna ċ-ċittadini rigward is-servizzi pubbliċi (bħat-trasport pubbliku, l-ilma tax-xorb, id-djar soċjali u l-edukazzjoni pubblika) ma jistgħux jinkisbu ħlief bil-governanza t-tajba fil-livell taż-żewġ sistemi komplementari: l-ewwel nett, is-sistema istituzzjonali li tipprevedi li l-kompetenzi u l-baġits jinqasmu bejn l-Istat u l-awtoritajiet reġjonali u lokali, u t-tieni, is-sistema tas-sħubija li tgħaqqad parteċipanti pubbliċi u privati differenti li jaqsmu suġġett komuni f'territorju partikulari,

C.   billi għandha tiġi enfasizzata d-definizzjoni ta' sħubija kif tidher fir-Regolament Ġenerali dwar il-Fondi Strutturali, u skond din id-definizzjoni kull Stat Membru għandu jorganizza "sħubija mal-awtoritajiet u mal-entitajiet bħal:

   a) l-awtoritajiet reġjonali, lokali u urbani kif ukoll awtoritajiet oħra pubbliċi kompetenti;
   b) is-sħab ekonomiċi u soċjali;
   c) kull entità xierqa oħra li tirrappreżenta s-soċjetà ċivili, is-sħab ambjentali, NGOs u entitajiet responsabbli għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa",

D.   billi s-sħubija, li għandha tieħu kont tal-komunitajiet u l-gruppi kollha rilevanti, tista' ġġib kemm benefiċċji kif ukoll valur miżjud għall-implimentazzjoni tal-Politika ta' Koeżjoni permezz ta' leġittimità msaħħa, trasparenza garantita u assorbiment aħjar tal-fondi, u wkoll għandha tkun evalwata f'termini tal-valur soċjali u ċiviku li tirrappreżenta,

E.   billi parteċipazzjoni qawwija kemm jista' jkun mis-sħab differenti sabiex jitfasslu programmi operattivi tiggarantixxi l-produzzjoni ta' dokument li jikkunsidra bis-sħiħ il-karatteristiċi speċifiċi ta' territorju partikulari u li jaqdi bl-aħjar mod il-ħtiġijiet u jirreaġixxi għall-isfidi ta' dik iz-zona,

F.   billi ftehim ta' sħubija msaħħaħ ma' universitajiet u istituti ta' edukazzjoni terzjarja jew teknoloġika, kif ukoll il-parteċipazzjoni tas-settur privat, jista' jkunta' benefiċċju għal strateġiji fi ħdan il-qafas tal-Aġenda ta' Liżbona u l-politiki tal-UE li jittrattaw ir-riċerka u l-innovazzjoni,

G.   billi l-kapital soċjali, fl-għamla tal-volontarjat attiv, huwa marbut b'mod pożittiv mat-tkabbir ekonomiku reġjonali u huwa fattur importanti biex jitnaqqsu d-differenzi reġjonali,

H.   billi l-parteċipazzjoni mifruxa tas-sħab imsemmija fir-Regolament Ġenerali dwar il-Fondi Strutturali u l-koperazzjoni aħjar bejn il-parteċipanti mdaħħla fl-implimentazzjoni tal-programmi u tal-proġetti ffinanzjati mill-Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni tippermetti li l-politika ta' koeżjoni ssir aktar effikaċi u żżid l-effett ta' lieva,

I.   billi strateġija integrata għandha tqis mhux biss l-aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-iżvilupp tat-territorji, imma wkoll tfittex li tikkoordina l-interessi tal-parteċipanti differenti kkonċernati li jikkunsidraw l-karatteristiċi territorjali, sabiex ikunu jistgħu jirreaġixxu għall-isfidi lokali u reġjonali,

J.   billi kemm il-koordinazzjoni aħjar tal-politiki pubbliki differenti, fil-livelli kollha amministrattivi, kif ukoll governanza effikaċi huma indispensabbli biex l-iżvilupp sostenibbli tat-territorji jibqa' miexi 'l quddiem,

K.   billi l-kunċett ta' strateġija integrata issa huwa kkunsidrat bħala ħtieġa u li issa jaqbel li dan il-kunċett jitpoġġa fil-prattika,

L.   billi l-politiki strutturali jirrappreżentaw it-tieni l-akbar sehem mill-baġit tal-Unjoni Ewropea għall-perjodu ta' programmazzjoni 2000-2006 u huma l-politiki ewlenin tal-UE għall-perjodu 2007-2013;

M.   billi huwa tajjeb biex isiru arranġamenti sabiex ikun hemm aktar trasparenza u koperazzjoni effiċjenti fost il-parteċipanti kollha fl-awtoritajiet differenti u fl-entitajiet pubbliċi u privati, mingħajr il-ħtieġa li jiġu trasferiti xi kompetenzi ġuridiċi u bla ma jinħolqu gruppi ġodda, biex kulħadd isir aktar effikaċi bis-saħħa tal-koperazzjoni,

N.   billi huwa tajjeb li tiġi kkunsidrata l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fil-fażi bikrija tan-negozjati dwar il-leġiżlazzjoni komunitarja u, b'mod partikulari, fil-qafas tan-negozjati dwar il-pakkett li jmiss tar-regolamentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni,

O.   billi l-applikazzjoni tal-kunċett tal-Oqsma tal-Ħajja u tax-Xogħol jinvolvi l-kunsiderazzjoni tat-territorji elementari biex jiġu ttrattati l-kwistjonijiet marbuta b'mod fundamentali mal-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini (it-trasport, is-servizzi pubbliċi, il-kwalità tal-ħajja, ix-xogħol u l-attivitajiet ekonomiċi lokali, is-sigurtà, eċċ),

P.   billi l-ippjanar xieraq ta' territorju jista' jagħti kontribut għal governanza effikaċi,

Q.   billi l-fatt li l-parteċipanti li jkunu involuti fl-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni jkunu kapaċi fl-"immaniġġjar tal-proġett" huwa fattur ewlieni biex titjieb u titħaffef il-governanza,

R.   billi jaqbel li fil-futur jinġibdu konklużjonijiet mill-esperimenti tajba li jinvolvu metodi ġodda tal-governanza u s-sħubija, fosthom dawk li diġà ġew esperimentati b'suċċess fil-qafas tal-programmi tal-Fondi Ewropej, bħall-metodu LEADER u l-allokazzjoni globali (b'konformità mal-Artikoli 42 u 43 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Fondi Strutturali),

S.   billi l-istrutturi u l-istrateġiji ta' komunikazzjoni xierqa fil-fażijiet kollha (tal-politika, tal-implimentazzjoni u tal-evalwazzjoni) imfasslin bil-kollaborazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, jippromwovu t-tixrid tal-informazzjoni fis-saffi kollha tas-soċjetà, jinkoraġġixxu t-trasparenza, is-sehem ta' kulħadd u s-sjieda sħiħa,

Il-Governanza u l-Fondi Komunitarji

1.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal tad-diversi fondi Komunitarji (il-Fondi Strutturali, il-Programm ta' Qafas Komunitarju dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp, u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali) bil-għan li jippromwovu l-iżvilupp reġjonali u urban, kif ukoll li jħaffu l-finanzjament integrat;

2.  Jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali biex jużaw iżjed l-istrateġija integrata fil-perjodu attwali tal-programmazzjoni;

3.  Jipproponi, fil-kuntest tal-Politika ta' Koeżjoni għall-ġejjieni, li l-prinċipju tal-istrateġija integrata jsir obbligatorju; jikkunsidra li l-applikazzjoni ta' dan il-prinċipju għandha titwettaq f'limitu ta' żmien speċifiku;

4.  Jipproponi, għall-finijiet tas-simplifikazzjoni u l-effikaċja, li għandu jsir studju biex tkun evalwata l-probabilità li għall-perjodu wara l-2013 jingħaqdu l-fondi Komunitarji differenti, u b'mod partikulari, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali;

5.  Jinnota li proċeduri trasparenti u ċari huma sinjali ta' governanza tajba u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, b'kollaborazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali u filwaqt li jitqiesu s-suġġerimenti tal-benefiċjarji potenzjali, biex jeżaminaw bla dewmien, skont limitu ta' żmien iffissat mill-Kummissjoni, kif jistgħu jkunu ssimplifikati u razzjonalizzati l-proċeduri u dwar kif għandhom jinqasmu b'mod aktar ċar ir-responsabilitajiet għall-implimentazzjoni tal-Politika ta' Koeżjoni bil-ħsieb li jonqos il-piż burokratiku tal-individwi u l-entitajiet ikkonċernati;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippromwovi l-użu tal-Artikolu 56 tar-Regolament Ġenerali tal-Fondi Strutturali, li jippermetti li jsiru kontribuzzjonijiet mhux fi flus għall-proġetti kofinanzjati mill-UE,

Il-Governanza u s-Sħubija

7.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tħejji u tippreżenta lill-Parlament Ewropew evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-prinċipju tas-sħubija għall-Istati Membri fil-kuntest tal-abbozz tal-Oqfsa ta' Referenza Strateġiċi Nazzjonali u tal-programmi operattivi, filwaqt li jiġu identifikati s-suċċessi u l-fallimenti tal-governanza, kif ukoll biex jiġi eżaminat b'mod partikulari kemm ittieħed kont ta' l-opinjonijiet u l-proposti mressqa mis-sħab fit-tfassil tal-programmi operattivi;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni biex toħroġ linji ta' gwida li jkun fihom definizzjoni ċara u kriterji tal-evalwazzjoni kif ukoll li jistabbilixxu l-istrumenti, l-għodod u l-prattiki tajba (fosthom għall-għażla tas-sħab) imfassla biex iħaffu l-implimentazzjoni ta' ftehim ta' sħubija effikaċi f' konformita' mal-Artikolu 11 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Fondi Strutturali filwaqt li jiġi osservat il-qafas istituzzjonali partikulari għal kull Stat Membru;

9.  Jinnota li l-proċess ta' sħubija ma jistax jaħdem ħlief bi ftehim ta' sħubija li jkollu i-kompetenzi u r-riżorsi meħtieġa, u jistieden lill-awtoritajiet amministrattivi biex jagħtu l-kontribut tagħhom għat-tisħiħ ta' dawn il-kapaċitajiet billi jipprovdu lis-sħab fil-fażi bikrija u f' konformita' mal-Artikolu 11 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Fondi Strutturali, bl-istess informazzjoni li tkun disponibbli għall-awtoritajiet u billi jkunu allokati riżorsi finanzjarji xierqa maħsuba għal għajnuna teknika għall-implimentazzjoni tal-prinċipju tas-sħubija, pereżempju għat-taħriġ, għall-bini ta' kapital soċjali u biex irendu l-attivitajiet tas-sħubija tagħhom aktar 'professjonali';

10.  Jiddispjaċih li għall-perjodu ta' programmazzjoni attwali, l-ebda ammont minimu kwantifikabbli ta' Fondi Strutturali ma kien maħsub biex ikun implimentat il-prinċipju tas-sħubija; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex fil-leġiżlazzjoni tal-ġejjieni jaħsbu għal ammont minimu kwantifikabbli ta' fondi mill-Fondi Strutturali għall-implimentazzjoni tal-prinċipju tas-sħubija;

11.  Jinnota l-irwol importanti li għandu l-volontarjat fil-proċess ta' sħubija u jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jappoġġjaw u jħaffu x-xogħol siewi li jkun sar mill-voluntiera li jikkontribwixxu għal dan il-proċess, kif ukoll biex il-poplu u l-organizzazzjonijiet popolari jieħdu sehem akbar fid-demokrazija lokali fi sħubija ta' bosta livelli;

12.  Jiġbed l-attenzjoni fl-obbligu li jkun ikkonsultat il-pubbliku ġenerali kif ukoll l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili dwar il-kwistjoni tal- programmazzjoni biex din tirrifletti l-proposti tagħhom, u jenfasizza li l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili tgħin biex il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet ikun leġittimizzat; jinnota li l-isforzi biex il-poplu jieħu sehem fit-tħejjijiet tal-programmi operattivi għall-perjodu 2007-2013 ma rnexxewx daqskemm kien ittamat; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni biex tidentifika l-prattiki tajba u biex titħaffef l-applikazzjoni tagħhom bil-għan li titjieb il-parteċipazzjoni tal-pubbliku qabel il-perjodu li jmiss tal-programmazzjoni;

13.  Jistieden lill-awtoritajiet li jimmaniġġjaw biex jinfurmaw lis-sħab dwar kif u sa liema livell jitqiesu s-suġġerimenti li jagħmlu fil-fażijiet differenti tal-proċess tal-programmazzjoni tal-fondi strutturali;

14.  Ifakkar li ftehim ta' sħubija jista' jagħti kontribut għall-effikaċja, l-effiċjenza, il-leġittimità u t-trasparenza fil-fażijiet kollha tal-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali u jista' wkoll iżżid l-impenn għall-outputs tal-programmi kif ukoll għas-sjieda tagħhom; jistieden għalhekk lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet amministrattivi biex is-sħab ikollhom sehem aktar mill-qrib minn kmieni fil-fażijiet kollha tal-programmazzjoni u tal-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali, bil-għan li l-esperjenza u l-għerf tagħhom jintużaw aħjar;

15.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiżguraw koperazzjoni aktar mill-qrib bejn is-setturi pubbliċi u privati permezz tat-twaqqif ta' ftehim ta' sħubija bejn il-pubbliku u l-privat fl-implimentazzjoni tal-fondi strutturali, minħabba li l-benefiċċji potenzjali li jiġu mis-Sħubijiet Pubbliċi u Privati x'aktarx li ftit li xejn huma sfruttati;

16.  Jinnota li l-Istati Membri ġodda ma kkonformawx bis-sħiħ mal-prinċipju tas-sħubija u għalhekk l-introduzzjoni tiegħu tista' tissaħħaħ b'mod gradwali;

17.  Jitlob sabiex ir-Regolamenti dwar il-Fondi Strutturali li jmiss ikun fihom dispożizzjonijiet speċifiċi li jorbtu b'mod legali l-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sħubija, bi kriterji li jistgħu jkunu verifikati b'mod ċar;

Il-Governanza f'bosta livelli

18.  Jistieden lill-Istati Membri biex jiżviluppaw fl-iqsar żmien possibbli l-azzjonijiet prattiċi tal-ewwel programm ta' implimentazzjoni tal-Aġenda Territorjali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikulari fil-qafas tal-linja 3.1 tiegħu, sabiex tissaħħaħ il-governanza f'bosta livelli;

19.  Jissuġġerixxi l-inklużjoni tad-dimensjoni tal-governanza fil-qafas tal-intestatura 4.1 tal-ewwel Programm ta' Azzjoni tal-implimentazzjoni tal-Aġenda Territorjali tal-Unjoni Ewropea, li tistieden lin-Network Ewropew għall-Osservazzjoni tal-Ippjanar tal-Ispazji (ESPON) biex jiżviluppa indikaturi ġodda għall-koeżjoni territorjali;

20.  Hu tal-fehma li l-governanza li tirnexxi f'bosta livelli jeħtieġ li tkun ibbażata fuq strateġija "minn isfel għal fuq"; jistieden f'dan il-kuntest lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jinvestigaw mezzi li jintensifikaw il-koperazzjoni u l-kuntatt tagħhom mal-gvernijiet nazzjonali kif ukoll mal-Kummissjoni, u jirrakkomanda li jsiru laqgħat regolari bejn uffiċjali tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali;

21.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jiddeċentralizzaw l-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni biex tippermetti t-tħaddim tajjeb tas-sistema ta' governanza f'bosta livelli u f' konformita' mal-prinċipji tas-sħubija u tas-sussidjarjetà u jistedinhom biex jieħdu l-miżuri leġiżlattivi u baġitarji meħtieġa dwar id-deċentralizzazzjoni;

22.  Jenfasizza li l-kapaċità amministrattiva reġjonali u lokali kif ukoll l-istabilità u l-kontinwità tagħha huma prekundizzjoni biex il-fondi jkunu assorbiti b'mod effiċjenti u biex ikun żgurat li jħallu l-akbar impatt; jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw li jkun hemm strutturi amministrattivi adegwati u kapital uman f'termini ta' reklutaġġ, rimunerazzjoni, taħriġ, riżorsi, proċeduri, trasparenza u aċċessibilità;

23.  Jistieden lill-qrati nazzjonali tal-awdituri biex ikollhom rwol aktar b'saħħtu fil-mekkaniżmi ta' kontroll, biex jiżguraw li l-fondi jintefqu b'mod xieraq, u biex jaċċettaw ir-responsabiltajiet tagħhom u jieħdu sehem aktar attiv;

24.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiddelegaw ir-responsabilità għall-immaniġġjar tal-Fondi Strutturali lill-awtoritajiet reġjonali u lokali fuq il-bażi ta' termini u kriterji miftiehma li jridu jkunu aċċettati mill-awtoritajiet konċernati, bil-għan li jkunu involuti aktar mill-qrib u permezz ta' strutturi ta' koordinazzjoni formali fil-ħidma tal-abbozzi u l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi, jew, għallinqas, biex jagħtuhom għotjiet globali billi jagħmlu użu sħiħ mill-possibilitajiet li joffrulhom u li jippermettu lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jieħdu sehem sħiħ fil-mekkaniżmi tal-governanza f'bosta livelli;

Il-Governanza u d-Dimensjoni Territorjali

25.  Jitlob lill-Istati Membri li għadhom m'adattawx il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom b'mod li tippermetti l-implimentazzjoni tal-Grupp Ewropew għall-Koperazzjoni Territorjali (EGTC) li jagħmlu dan mill-aktar fis possibbli;

26.  Jistieden lill-Kummissjoni, filwaqt li teżamina liema livell NUTS ikun l-aktar rilevanti, biex tidentifika l-qasam li fih, fuq il-bażi tal-esperjenza li tkun inkisbet, għandha tiġi implimentata l-politika integrata għall-iżvilupp tat-territorji, sabiex tifforma l-bażi għall-proġetti li ġejjin, u b'mod partikulari:

   - l-oqsma tal-ħajja u tax-xogħol, jiġifieri l-bliet, iz-zoni suburbani u z-zoni rurali tal-qrib;
   - it-territorji li jiġġustifikaw strateġiji tematiċi partikulari, bħar-reġjuni muntanjużi, iz-zoni ta' msaġar kbar, il-parks nazzjonali, l-ibħra li fihom jiżbukkaw ix-xmajjar, l-ispazji tal-kosta, ir-reġjuni tal-gżejjer kif ukoll iz-zoni b'ambjent degradat, sabiex ikunu żviluppati strateġiji bbażati skont il-post;

Il-Governanza u l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

27.  Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rikonoxximent akbar tal-awtoritajiet reġjonali u lokali u t-tisħiħ tal-prinċipju tas-sussidjarjetà fit-Trattat ta' Liżbona; jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej biex jibdewjikkunsidraw minn issa l-implikazzjonijiet prattiċi ta' żviluppi bħal dawn;

28.  Jinnota li fil-Kunsill ma jeżisti l-ebda dipartiment iddedikat b'mod partikulari għall-politika ta' koeżjoni biex tiżgura li jkun hemm segwitu strateġiku għal din il-politika, li tirrappreżenta l-ewwel post fil-baġit tal-Unjoni Ewropea, u jitlob lill-Istati Membri biex jipprevedu li fil-Kunsill ikun hemm sessjonijiet partikulari għall-Ministri responsabbli għall-Politika ta' Koeżjoni;

29.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħolqien fi ħdan il-Kummissjoni ta' gruppi interdipartimentali bħal dak dwar "il-politika urbana" u dak dwar "l-istrateġija integrata"; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa din l-istrateġija ta' ħidma bejn id-dipartimenti u biex tgħarraf lill-Parlament u lill-Kumitat tar-Reġjuni b'mod regolari bir-riżultati tal-ħidma tal-gruppi msemmija;

30.  Jimpenja ruħu biex jikkunsidra x'tibdil jista' jsir fir-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew biex jippermetti l-ħidma bejn id-dipartimenti fuq is-suġġetti li jinvolvu bosta kumitati parlamentari (gruppi temporanji jew oħrajn), b'mod partikulari fil-qafas tal-ħidma tal-Gruppi ta' Ħidma dwar ir-Riforma Parlamentari;

31.  Jistieden lill-Kumitat tar-Reġjuni biex isaħħaħ l-isforzi tiegħu għall-iżvilupp tal-prattika tal-governanza kemm mill-aspett tal-kwantità kif ukoll minn dak tal-kwalità;

Għodda għall-Promozzjoni tal-Governanza u s-Sħubija tajba

32.  Jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jagħtu l-appoġġ tagħhom għall-iżvilupp tal-miżuri ta' taħriġ għall-governanza u s-sħubija, flimkien mal-organizzazzjonijiet tat-tagħlim u tat-taħriġ pubbliċi u privati, biex jilqgħu għall-isfidi Komunitarji l-kbar;

33.  Jistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu użu xieraq mill-ippjanar tal-ispazji sabiex jassistu fil-faċilitazzjoni ta' żvilupp reġjonali bbilanċjat;

34.  Jistieden lir-rappreżentanti eletti u lill-uffiċjali tal-amministrazzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali u lis-sħab imdaħħla fit-tmexxija tal-programmi operattivi tal-Politika ta' Koeżjoni bi qbil mal-Artikolu 11 tar-Regolament dwar il-Fondi Strutturali, biex jutilizzaw ir-riżorsi finanzjarji tal-assistenza teknika ta' dawn il-programmi għat-taħriġ fit-tipi ta' governanza marbuta ma' dawn il-programmi, u b'mod partikulari għall-immaniġġjar tal-proġetti; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex titlob lill-Istati Membri sabiex jagħtu rendikont dettaljat tal-mod li bih ikunu ntużaw il-programmi finanzjarji speċifiċi tagħhom;

35.  Hu tal-fehma li n-networks Ewropej għall-iskambju tal-prattiki tajba għandhom iwessgħu l-azzjonijiet tagħhom rigward il-governanza u s-sħubija, jisħqu aktar fuq il-lezzjonijiet politiċi u strateġiċi li jkunu ttieħdu miċ-ċikli tal-programmi preċedenti u għandhom jiżguraw l-aċċess pubbliku għall-iskambju tal-esperjenza fil-lingwi kollha tal-UE biex b'hekk jgħinu ħalli jiġi żgurat li l-prattiki tajba jkunu ġew implimentati tassew;

36.  Jifraħ bl-inizjattiva tal-Presidenza Franċiża tal-Unjoni Ewropea li tniedi proċess ta' żvilupp ta' qafas ta' referenza għas-sostenibilità u s-solidarjetà bejn il-bliet u jitlob li fih titqies id-dimensjoni tal-governanza u s-sħubija;

37.  Jipproponi l-ħolqien ta' programm li jixbah lill-programm ERASMUS ieħor għar-rappreżentanti eletti lokali u reġjonali;

o
o   o

38.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.


"Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 2006" skond l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità
PDF 236kWORD 69k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar "Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 2006" skond l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità (2008/2045(INI))
P6_TA(2008)0493A6-0355/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta" Settembru 2007, dwar Regolamentazzjoni Aħjar fl-Unjoni Ewropea: l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità – it-13-il Rapport(1),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Settembru 2007 dwar Regolamentazzjoni Aħjar fl-Unjoni Ewropea(2),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Settembru 2007 dwar strateġija għas-simplifikazzjoni tal-ambjent regolatorju (3),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta" Settembru 2007 dwar l-implikazzjonijiet ġuridiċi u istituzzjonali għar-rikors għall-istrumenti ġuridiċi mhux vinkolanti (soft law)(4),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni – "Leġiżlazzjoni Aħjar 2006" skond l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità (l-14-il Rapport) (COM(2007)0286),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "It-Tieni reviżjoni strateġika ta' Regolamentazzjoni Aħjar fl-Unjoni Ewropea" (COM(2008)0032),

–   wara li kkunsidra d-dokument ta" ħidma tal-Kummissjoni – "It-tieni rapport ta" progress dwar l-istrateġija għas-simplifikazzjoni tal-ambjent regolatorju" (COM(2008)0033),

–   wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni intitolat "Azzjonijiet immedjati 2008 għal tnaqqis ta" piżijiet amministrattivi fl-Unjoni Ewropea" (COM(2008)0141),

–   wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni bit-titolu "Li jnaqqas il-piżijiet amministrattivi fl-Unjoni Ewropea – rapport tal-progress 2007 u perspettivi tal-2008" (COM(2008)0035),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0355/2008),

A.   billi l-qafas regolatorju tal-Unjoni Ewropea għandu jkun ispirat minn kriterji ta" ċarezza u effikaċja,

B.   billi t-titjib tal-proċeduri regolatorji għandhom jagħtu kontribut għall-kisba tal-objettivi tal-Unjoni Ewropea,

C.   billi l-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità huma prinċipji ewlenin tal-liġi primarja u, f'oqsma fejn il-Komunità m'għandhiex is-setgħa leġiżlattiva esklużiva, dawn għandhom jiġu rispettati assolutament,

D.   billi l-applikazzjoni korretta tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità tikkontribwixxi b'mod fundamentali biex tkun konsolidata l-awtorità u l-effikaċja tal-leġiżlazzjoni Komunitarja u biex ikun żgurat li d-deċiżjonijiet jittieħdu f'livell eqreb lejn iċ-ċittadini, u b'hekk, fl-aħħar mill-aħħar, ikun żgurat li l-Unjoni Ewropea tintlaqa' aħjar miċ-ċittadini, u billi dawn il-prinċipji huma indispensabbli biex jilleġitimizzaw l-opportunità u l-ambitu tal-azzjoni Komunitarja, safejn dawn jippermettu li l-Istati Membru jeżerċitaw is-setgħat leġiżlattivi tagħhom, fi spirtu ta" kollaborazzjoni bejn il-livelli differenti tal-gvern, u b'hekk tissaħħaħ iċ-ċertezza legali,

E.   billi bħalissa l-iżvilupp tat-tfassil tal-liġijiet Komunitarji huwa suġġett għall-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, li jirrikjedu l-istabbiliment ta" proċeduri għall-koordinazzjoni mal-awtoritajiet leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji nazzjonali biex tkun żgurata kemm in-neċessità kif ukoll il-legalità tal-azzjoni tal-Unjoni Ewropea,

F.   billi l-Kummissjoni tinsisti fuq sensiela ta" fatturi sinifikanti involuti fit-titjib tar-regolamentazzjoni tal-Unjoni Ewropea, bħall-evalwazzjonijiet tal-impatt, it-tnaqqis tal-ispejjeż amministrattivi u l-issimplifikar, it-titjib u l-aġġornament tar-regoli eżistenti,

G.   billi l-Kummissjoni tagħti importanza f'dan ir-rigward lill-ħolqien ta" djalogu miftuħ maż-żewġ naħat tal-industrija u mal-leġiżlaturi nazzjonali;

H.   billi fl-"Ewwel rapport ta" progress dwar l-istrateġija għas-simplifikazzjoni tal-ambjent regolatorju" (COM(2006)0690) tagħha, il-Kummissjoni ħabbret madwar 50 inizjattiva ta" kodifikazzjoni għall-2006, iżda biss 36 minnhom kienu fil-fatt trażmessi lill-Parlament, waqt li 200 inizjattiva ta" kodifikazzjoni kienu mħabbra għall-2007, u 21 biss tressqu quddiem il-leġiżlatur,

I.   billi fil-Programm tagħha li jiġġedded ta" simplifikazzjoni anness mat-"Tieni rapport ta" progress dwar l-istrateġija għas-simplifikazzjoni tal-ambjent regolatorju", il-Kummissjoni tittratta r-reviżjoni u r-riformulazzjoni tar-regolamenti fis-seħħ f'oqsma varji (effiċjenza enerġetika tal-binjiet, avjazzjoni ċivili eċċ.) bħala ekwivalenti,

J.   billi l-Kummissjoni impenjat ruħha li tippreżenta programm ta" azzjoni bl-għan li minn issa sal-2012 jonqos b"25% il-piż amministrattiv fuq l-impriżi fl-Unjoni Ewropea, u billi, għal dan il-għan, ressqet sensiela ta" azzjonijiet rapidi relatati ma" diversi setturi leġiżlattivi,

1.  Jappoġġja l-għan tal-Kummissjoni li ttejjeb il-kwalità tal-leġiżlazzjoni Komunitarja u li tnaqqas il-piż leġiżlattiv, inkluża t-tneħħija ta" leġiżlazzjoni li mhijiex meħtieġa, li xxekkel it-tkabbir u timpedixxi l-innovazzjoni; jenfasizza li sforzi akbar huma meħtieġa f'numru ta' oqsma biex jiġi żgurat li jittieħed il-massimu fi profitt ekonomiku mil-leġiżlazzjoni dwar is-suq intern;

2.  Jippromwovi leġiżlazzjoni msejsa fuq il-prinċipji u ffukata fuq il-kwalità aktar mill-kwantità; jara d-dibattitu dwar "ir-regolamentazzjoni aħjar" bħala okkażjoni tajba biex wieħed jirrifletti dwar il-leġiżlazzjoni bħala proċess imfassal biex jinkisbu għanijiet ta' politika definiti b'mod ċar billi tiġi mtejba l-leġiżlazzjoni Komunitarja sabiex tiffavorixxi t-tkabbir u l-impjiegi u billi timpenja u tinvolvi lill-partijiet interessati kollha fil-fażijiet kollha tal-proċess mill-preparazzjoni sal-infurzar;

3.  Jenfasizza, fil-kuntest tal-isforzi favur it-tfassil aħjar tal-liġijiet, l-importanza tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità kemm fit-tnaqqis tal-piż burokratiku żejjed fuq l-Istati Membri u dawk affettwati mil-leġiżlazzjoni u biex iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea jilqgħu aktar il-miżuri li, b'konformità maż-żewġ prinċipji, jistgħu jittieħdu biss fil-livell Komunitarju;

4.  Jappoġġa l-isforzi tal-Kummissjoni sabiex ikun issimplifikat l-acquis Komunitarju;

5.  Jilqa" b'sodisfazzjon il-proċeduri mtejba tal-Kummissjoni għall-konsultazzjoni tal-partijiet interessati waqt it-tfassil tal-proposti leġiżlattivi tagħha, u jinnota r-reazzjonijiet ġeneralment pożittivi ta' dawk li kienu kkonsultati waqt l-evalwazzjoni tal-mod kif il-Kummissjoni ħeġġet il-parteċipazzjoni tagħhom;

6.  Jiddispjaċih li minkejja t-titjib fil-proċeduri, il-Kummissjoni għadha tħejji dokumenti separati relatati mas-simplifikazzjoni u 't-tfassil aħjar tal-liġijiet', li fihom listi ta' strateġiji għas-simplifikazzjoni li mhumiex l-istess, ħaġa li ma tippermettix viżjoni ġenerali tal-istrateġija; jinsisti li jeħtieġ li tkun evitata l-proliferazzjoni ta" dawn id-dokumenti; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tħejji dokument wieħed kull sena; jenfasizza li għandu jkun hemm evalwazzjoni politika u kooperazzjoni tajba fil-livell tal-Unjoni Ewropea, speċjalment permezz ta' sforzi mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni;

7.  Jemmen li l-evalwazzjonijiet tal-impatt objettivi huma għodda importanti għall-evalwazzjoni tal-proposti tal-Kummissjoni u għalhekk jitlob li jkun hemm skrutinju estern u indipendenti fuq kif isiru l-evalwazzjonijiet tal-impatt;

8.  Iqis li l-konsultazzjonijiet u l-evalwazzjonijiet tal-impatt huma essenzjali għall-abbozzar aħjar tal-leġiżlazzjoni Komunitarja u li dawn m'għandhom la jżidu mal-burokrazija u lanqas joħolqu ostakoli burokratiċi li jwaqqfu lill-Kummissjoni milli taġixxi, iżda li minflok għandhom jgħinu biex jiġi stabbilit qafas legali sod li jwassal għat-tkabbir fi ħdan l-Unjoni Ewropea;

9.  Jenfasizza l-bżonn ta' analiżi tal-benefiċċji f'termini ta" nfiq li tirrifletti l-istrutturi tal-ispiża regolatorja meta d-direttivi jiġu trasposti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u li jbiddlu l-qafas regolatorju li fih joperaw il-kumpaniji u l-individwi; huwa konxju, madankollu, li din l-analiżi tal-benefiċċji f'termini ta' nfiq ma tiħux post id-dibattiti politiċi dwar il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' leġiżlazzjoni partikulari;

10.  Huwa tal-fehma li, meta jipproponu l-emendi tagħhom, il-Parlament u l-Kunsill għandhom iqisu kemm l-evalwazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni kif ukoll dawk tagħhom stess sabiex itejbu l-kwalità tal-abbozzar tal-leġiżlazzjoni;

11.  Huwa tal-fehma wkoll li l-evalwazzjonijiet tal-impatt oġġettivi għandhom ikunu bbażati parzjalment fuq konsultazzjoni bikrija u wiesgħa ma' partijiet interessati; jistieden lill-Kummissjoni biex tinkorpora fl-evalwazzjonijiet tal-impatt tagħha serje komprensiva ta' xenarji u għażliet ta' politika (fosthom, jekk ikun meħtieġ, l-għażla li ma tittieħed l-ebda azzjoni) bħala bażi għal soluzzjonijiet sostenibbli u effikaċi meta jitqabblu man-nefqa li ssir;

12.  Jittama li l-inklużjoni tal-previżjoni tal-ispejjeż amministrattivi fl-evalwazzjonijiet ta" impatt isservi biex titjieb il-kwalità tagħhom;

13.  Jenfasizza l-importanza li tkun riveduta l-evalwazzjoni politika mwettqa, fil-livell tal-Unjoni Ewropea, mill-awtoritajiet li jirrappreżentaw liċ-ċittadini bħall-Parlament, jew mill-entitajiet li jirrappreżentaw korpi lokali u soċjali bħall-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rispettivament;

14.  Jesprimi d-dubji tiegħu dwar l-opportunità li titħeġġeġ l-awtoregolazzjoni u l-koregolazzjoni li tista" tispiċċa tinbidel f'forma ta' 'astinenza leġiżlattiva' li tiffavorixxi biss lill-gruppi li jagħmlu pressjoni u lill-atturi b'saħħtihom fix-xena ekonomika; għaldaqstant, jappoġġa l-konklużjoni tal-Kummissjoni li r-regolamenti għadhom l-aktar forma sempliċi għall-kisba tal-għanijiet tal-Unjoni Ewropea u sabiex ikun hemm ċertezza legali għall-impriżi u ċ-ċittadini; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa approċċ aktar koerenti f'dan ir-rigward;

15.  Jenfasizza li miżuri li mhumiex leġiżlattivi għandhom jirrispettaw il-bilanċ tal-poter u l-irwoli rispettivi tal-istituzzjonijiet; irid jagħti kontribut għaqli u koerenti għal miżuri bħal dawn, fuq il-bażi tal-esperjenza; jenfasizza l-bżonn ta' approvazzjoni politika għal miżuri innovattivi bħal dawn;

16.  Jemmen li jeħtieġ tissaħħaħ is-sistema regolatorja formali tal-Unjoni Ewropea fit-termini stipulati fit-Trattati u li għandu jkun evitat il-qtugħ ta' kantunieri anke permezz ta" leġiżlazzjoni informali li ma tkunx torbot;

17.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni ħadet passi sabiex ittemm id-dewmien fit-traduzzjoni fil-lingwi l-ġodda tal-Unjoni Ewropea tat-testi li qed jiġu kkodifikati; jiddeplora l-fatt li, minkejja li tħabbru madwar 50 inizjattiva ta" kodifikazzjoni għall-2006 u madwar 200 għall-2007, il-Kummissjoni ressqet biss 36 u 21 proposta rispettivament quddiem il-Parlament;

18.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tkun konformi mal-listi ppubblikati ta" kodifikazzjonijiet u ta" riformulazzjoni, billi tressaq quddiem il-leġiżlatur, safejn ikun possibbli, l-inizjattivi kollha mħabbra, u tispjega r-raġunijiet għan-nuqqas ta' dawk li ma tressqux; jenfasizza li r-rieda tajba tal-Parlament Ewropew dehret permezz tar-riforma tal-Artikoli 80 u 80a tar-Regoli ta" Proċedura, li jippermettu li dawn l-inizjattivi għas-simplikazzjoni jkunu adottati b'mod aktar rapidu u sempliċi;

19.  Ifakkar ukoll lill-Kummissjoni li l-inizjattivi ta" kodifikazzjoni u ta' riformulazzjoni jiġu adottati mill-Parlament Ewropew f'perjodu ta" żmien raġonevoli u li, safejn jista' jkun hemm skadenzi itwal fir-rigward ta' inizjattivi ta' simplifikazzjoni oħra, dan huwa dovut għall-fatt li dawn id-dispożizzjonijiet huma proposti leġiżlattivi ordinarji, li bħala tali huma suġġetti għall-proċedura normali ta" adozzjoni u għall-iskadenzi tas-soltu;

20.  Jikkonferma x-xewqa tiegħu li l-Kummissjoni tadotta r-riformulazzjoni bħala t-teknika leġiżlattiva ordinarja, anke meta tkun proposta r-'reviżjoni' tat-test attwali, bil-għan li jkun hemm, għal kull inizjattiva, viżjoni sħiħa tat-test, inklużi l-emendi speċifiċi, li turi b'mod ċar liema partijiet huma ġodda u liema partijiet baqgħu l-istess;

21.  Jistieden fl-istess waqt lill-Kummissjoni sabiex iżżomm f'moħħha li meta r-riformulazzjoni ma tkunx possibbli, it-teknika leġiżlattiva ordinarja għandha tagħmel dispożizzjoni għall-kodifikazzjoni, f'medda ta" mhux aktar minn sitt xhur, tal-modifiki suċċessivi tal-att leġiżlattiv ikkonċernat; jemmen li, f'konformità mal-Ftehima Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet(5), jistgħu jinħolqu strutturi speċifiċi, flimkien mal-Kunsill u l-Kummissjoni, li jipprovdu għal parteċipazzjoni adegwata tal-partijiet interessati, sabiex tkun inkoraġġita s-simplifikazzjoni;

22.  Ifakkar li, ladarba l-istrumenti ambigwi u mhux effikaċi tas-soft law jista" jkollhom effetti negattivi fuq l-iżvilupp tal-liġi tal-Unjoni Ewropea u fuq il-bilanċ bejn l-istituzzjonijiet, dawn għandhom jintużaw b'kawtela kbira – sakemm ikun hemm dispożizzjoni għall-użu tagħhom fit-Trattati u b'mod li jkun strettament konsistenti mal-allokazzjoni tal-kompetenzi skond il-liġi primarja – u li, f'kull każ, għandha tkun iggarantita ċ-ċertezza legali;

23.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni ddeċidiet li tgħaddi l-proposti u d-dokumenti ta" konsultazzjoni ġodda tagħha direttament lill-parlamenti nazzjonali, sabiex tara r-reazzjoni tagħhom fl-ambitu tal-fażi axxendenti tal-liġi Komunitarja, u b'hekk tantiċipa d-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta" Liżbona; jappoġġa bis-sħiħ l-importanza ta" dan it-tip ta' kollaborazzjoni fil-kuntest tat-titjib tal-kwalità u l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja, b'mod partikolari l-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità;

24.  Huwa tal-fehma li t-traspożizzjoni għandha tiġi mmonitorjata b'mod serju u proattiv biex jiġu evitati interpretazzjonijiet diverġenti u żieda ta' rekwiżiti mhux meħtieġa; irid li l-Kummissjoni jkollha rwol attiv fit-traspożizzjoni, flimkien mal-kontrolluri u l-gruppi tal-esperti, kemm fil-livell Komunitarju kif ukoll f'dak nazzjonali, ladarba analiżi bikrija tista' tevita dewmien u piżijiet żejda fuq l-impriżi; jistieden lill-Kummissjoni biex tinvestiga liema miżuri ulterjuri jistgħu jittieħdu biex timpedixxi ż-żieda ta' rekwiżiti mhux meħtieġa, inkluża l-introduzzjoni ta' dritt ta' azzjoni diretta għaċ-ċittadini; jitlob li jsiru 'evalwazzjonijiet tal-impatt ta' segwitu' li janalizzaw kif fil-fatt id-deċiżjonijiet jiġu implimentati fil-livell nazzjonali u dak lokali; jappoġġa l-użu dejjem aktar xieraq tar-regolamenti; jissuġġerixxi, għal darb'oħra, li l-Parlament iwaqqaf proċedura xierqa ta' monitoraġġ tat-traspożizzjonijiet b'koperazzjoni mill-qrib mas-sieħba nazzjonali tiegħu;

25.  Jemmen li, sabiex ir-relazzjonijiet mal-parlamenti nazzjonali jkunu aktar effiċjenti, hu meħtieġ approċċ komuni għall-kundizzjonijiet stabbiliti mill-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità; jappoġġa bis-sħiħ l-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar l-inklużjoni ta" sensiela ta" mistoqsijiet standard f'dan ir-rigward bl-għan li jintużaw fit-tħejjija tan-noti spjegattivi li jakkumpanjaw il-proposti tal-Kummissjoni, kif stipulat fl-Anness 3 tad-dokument ta" ħidma tal-Kummissjoni SEC(2007)0737;

26.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni ħabbret reviżjoni tal-acquis Komunitarju dwar il-liġi tal-impriżi, il-kontabilità u l-verifika, u jistenna proposti speċifiċi dwar dan mill-aktar fis possibbli;

27.  Itenni l-ħtieġa li jonqsu l-piżijiet amministrattivi żejda li l-impriżi jkollhom jissapportu sabiex iwettqu l-obbligi għat-tagħrif stipulati kemm mil-liġi Ewropea kif ukoll mid-dispożizzjonijiet nazzjonali għall-implimentazzjoni tagħha; jenfasizza li l-mira tal-Kummissjoni li jonqos il-piż amministrattiv b'25% sal-2012 għandha tkun mira netta, jiġifieri li t-tnaqqis f'ċerti oqsma m'għandux jiġi mxejjen minn piżijiet amministrattivi ġodda imposti band'oħra; jappoġġa l-promozzjoni tal-użu tat-teknoloġiji tal-informatika u tal-komunikazzjoni f'dan il-qasam; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tevalwa, u fejn hu possibbli tnaqqas, il-piżijiet amministrattivi ġenerali fuq il-partijiet interessati kollha, anke jekk dawn ma jkunux impriżi;

28.  Jenfasizza li huma meħtieġa wkoll aktar sforzi għas-simplifikazzjoni fl-interazzjoni tal-Kummissjoni maċ-ċittadini, pereżempju fl-oqsma tal-akkwist pubbliku, tas-servizzi finanzjarji, tal-programmi ta' riċerka, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u tal-applikazzjonijiet għall-fondi Komunitarji.

29.  Ifakkar fl-importanza tal-użu ġudizzjuż ta' 'klawsoli ta' reviżjoni' biex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni tibqa' rilevanti;

30.  Jikkonferma li hu disponibbli li jkompli u jsaħħaħ il-kollaborazzjoni mal-Kunsill u mal-Kummissjoni sabiex ikunu ssodisfati l-aspettattivi taċ-ċittadini u tal-impriżi fil-qasam tal-issimplifikar tal-liġi Komunitarja, b'mod speċjali f'dak li għandu x'jaqsam mal-proposti ta" azzjoni rapida li għandhom l-għan li jnaqqsu l-piżijiet amministrattivi; jenfasizza li, f'kull każ, il-proċess tas-simplifikazzjoni tal-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet sabiex jitqassru l-iskadenzi għandu jirrispetta l-esiġenzi tal-proċeduri stipulati fit-Trattati;

31.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU C 187 E, 24.7.2008, p. 67.
(2) ĠU C 187 E, 24.7.2008, p. 60.
(3) ĠU C 187 E, 24.7.2008, p. 72.
(4) ĠU C 187 E, 24.7.2008, p. 75.
(5) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.


L-24 Rapport annwali mill-Kummissjoni dwar il-monitoraġġ ta" l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja
PDF 345kWORD 82k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-monitoraġġ ta" l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja – l-24 rapport annwali mill-Kummissjoni (2008/2046(INI))
P6_TA(2008)0494A6-0363/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-24 rapport annwali tal-Kummissjoni tas-17 ta' Lulju 2007 dwar il-monitoraġġ ta" l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja (2006) (COM(2007)0398),

–   wara li kkunsidra d-dokumenti ta" ħidma tal-Kummissjoni SEC(2007)0975 u SEC(2007)0976),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu "Ewropa li tikseb ir-riżultati – l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja" (COM(2007)0502) tal-5 ta" Settembru 2007,

–   wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 86/378/KEE ta" l-24 ta" Lulju 1986 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament l-istess għall-irġiel u għan-nisa fl-iskemi tas-sigurtà soċjali fl-iskemi tax-xogħol(1),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE tat-3 ta" Ġunju 1996 dwar il-ftehima ta" qafas dwar il-liv għall-ġenituri konkluża mill-UNICE, is-CEEP u l-EYUC(2),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 96/97/KE ta" l-20 ta" Diċembru 1996 li temenda d-Direttiva 86/378/KEE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament l-istess għall-irġiel u għan-nisa fl-iskemi tas-sigurtà soċjali tax-xogħol(3),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta" Ġunju 2000 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament l-istess bejn il-persuni tkun xi tkun l-oriġini razzjali jew etnika tagħhom(4),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta" Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għat-trattament l-istess fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol(5),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta" Settembru 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament l-istess għall-irġiel u għan-nisa fir-rigward ta" l-aċċess għall-impjieg, għat-taħriġ vokazzjonali u għall-promozzjoni professjonali, u fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol(6),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta" April 2004, dwar id-dritt taċ-ċittadini ta" l-Unjoni Ewropea u tal-membri tal-familji tagħhom li jiċċirkulaw u jabitaw liberament fi ħdan it-territorju ta" l-Istati Membri(7),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta" Frar 2008 dwar it-23 rapport annwali tal-Kummissjoni dwar il-monitoraġġ ta" l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja (2005)(8),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 45 u 112(2) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0363/2008),

A.   billi l-effikaċja tal-politiki ta" l-UE hija ġeneralment iddeterminata mill-implimentazzjoni tagħhom fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali; billi l-konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja mill-Istati Membri kollha trid tkun ikkontrollata u mmoniterjata b'mod rigoruż sabiex ikun żgurat li jkollha l-effetti pożittivi mixtieqa fuq il-ħajja ta" kuljum taċ-ċittadini,

B.   billi l-monitoraġġ kif għandu jkun ta" l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja ma jinvolvix sempliċement l-evalwazzjoni tat-traspożizzjoni mil-lat kwantitattiv iżda wkoll l-evalwazzjoni tal-kwalità tat-traspożizzjoni u tal-prattiki adottati fl-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja fl-Istati Membri,

C.   billi wara li baqa" jiżdied b'mod kostanti fis-snin ta" qabel biex jilħaq it-total ta' 2 653 infrazzjoni skoperta fl-2005, il-għadd totali ta' proċedimenti ta' infrazzjoni mibdija mill-Kummissjoni niżel kemm kemm – għal 2 518 – fl-2006; billi jidher li l-adeżjoni ta" 10 Stati Membri ġodda ma kellha l-ebda impatt fuq il-għadd ta" infrazzjonijiet irreġistrati,

D.   billi, fir-rigward ta" l-UE ta" 25, il-għadd ta" proċedimenti mibdija fl-2006 minħabba nuqqas f'li jkunu nnotifikati l-miżuri ta" traspożizzjoni niżel b"16% fir-rigward ta" l-2005, minn 1 079 każ għal 904 każi, minħabba li kien hemm tnaqqis fil-għadd ta" direttivi li kellhom skadenza għal dik is-sena minn 123 fl-2005 għal 108 fl-2006 u minħabba n-notifikar aktar fil-pront min-naħa ta" l-Istati Membri,

E.   billi l-istatistika għall-2006 kkwotata mill-Kummissjoni turi li l-qrati f'ħafna Stati Membri jsibuha bi tqila li jagħmlu użu mill-proċedura tad-deċiżjonijiet preliminari stipulata fl-Artikolu 234 tat-Trattat KE; billi dan jista" jkun ikkaġunat mill-fatt li wieħed ikun għadu ma fehemx biżżejjed il-liġi Komunitarja,

F.   billi l-prinċipju ta' ugwaljanza quddiem il-liġi jirrikjedi li ċ-ċittadini ta' l-Unjoni ikollhom aċċess għall-istess kundizzjonijiet ta" ugwaljanza mhux biss quddiem il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, iżda wkoll quddiem il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta' traspożizzjoni; billi b'konsegwenza ta" hekk huwa mixtieq li fil-kuntest tal-iskadenza tat-term ta' traspożizzjoni ta' leġislazzjoni Ewropea, l-Istati Membri mhux biss jinkludu referenza espliċita fid-dispożizzjoni ta' traspożizzjoni, iżda jippubblikaw ukoll fil-Ġurnal Uffiċjali liema dispożizzjonijiet nazzjonali japplikaw din il-leġislazzjoni u liema huma l-awtoritajiet nazzjonali inkarigati mill-applikazzjoni tagħhom,

G.   billi l-ilmenti taċ-ċittadini m'humiex sempliċement simboliċi fil-bini ta" "Ewropa tal-poplu" imma jiffurmaw ukoll mezz li jista" jitkejjel u li hu effiċjenti biex tkun immonitorjata l-liġi Komunitarja,

H.   billi l-petizzjonijiet lill-Parlament huma mezzi ta" siwi biex wieħed jiskopri l-infrazzjonijiet tal-liġi Komunitarja fl-Istati Membri, u billi matul dawn l-aħħar snin il-għadd ta" petizzjonijiet żdied b'mod sinifikanti, bit-tressiq ta" xi 1 000 waħda fl-2006,

I.   billi l-kwistjonijiet li komunement jitqajmu fil-petizzjonijiet jirrigwardaw l-għarfien ta" kwalifiki edukattivi u professjonali, tassazzjoni, id-dritt għall-ħelsien tal-moviment fi ħdan it-territorju ta" l-Istati Membri u kwistjonijiet marbuta mad-diskriminazzjoni,

J.   billi fl-2006, l-għadd ta" lmenti ddepożitati għand l-Ombudsman Ewropew baqa" stabbli bi 3 830 wieħed; billi 75% ta" l-ilmenti milqugħa kienu jaqgħu barra mill-ambitu ta' kompetenza ta' l-Ombudsman, peress li kienu kwistjonijiet għall-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali fl-Istati Membri, u billi, bħal fis-snin ta" qabel, 70% tat-talbiet uffiċjali għal tagħrif li nfetħu mill-Ombudsman kellhom x'jaqsmu mal-Kummissjoni,

K.   billi l-prinċipju tan-non-diskriminazzjoni huwa wieħed mis-sisien tal-proċess ta" integrazzjoni Ewropew, li huwa marbut b'mod dirett ma" l-operazzjoni tas-suq intern, b'referenza partikulari għall-prinċipju taċ-ċirkulazzjoni ħielsa tal-persuni, tas-servizzi, tal-merkanzija u tal-kapital, u billi jiggarantixxi l-ugwaljanza tad-drittijiet u tal-opportunitajiet għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea,

L.   billi ċ-ċittadinanza ta" l-Unjoni, kif stabbilita fit-Trattat ta" Maastricht, tiggarantixxi liċ-ċittadini d-dritt li jiċċirkulaw b'mod liberu fi ħdan it-territorju ta" l-Istati Membri, flimkien ma" għadd ta" drittijiet politiċi, u billi l-istituzzjonijiet ta" l-UE jinsabu hemm bħala garanti ta" dawk id-drittijiet,

M.   billi l-iskadenza għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE, li tiġġeneralizza d-dritt tal-moviment ħieles fit-territorju tal-Istati Membri, kienet iffissata għat-30 ta' April 2006,

N.   billi l-istudenti għadhom jiltaqgħu ma" diffikultajiet biex jiċċirkulaw liberament jew biex ikollhom aċċess għat-tagħlim superjuri fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea, bħal m'huma restrizzjonijiet ta" natura amministrattiva jew sistemi ta" kwoti (diskriminatorji kontra studenti barranin li jkunu jixtiequ jinkitbu fl-universitajiet), u billi l-UE ma tistax tintervjeni ħlief fil-każijiet biss li huma ta" diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità,

O.   billi l-Artikolu 39 tat-Trattat KE jipprovdi li l-moviment ħieles tal-ħaddiema jimplika t-tneħħija ta" kull diskriminazzjoni tal-ħaddiema li jkunu joriġinaw minn Stati Membri oħra, f'dak li jirrigwarda l-impjieg, ir-rimunerazzjoni u l-kundizzjonijiet l-oħra tax-xogħol u l-impjieg, u billi l-liġi sekondarja tal-Komunità tinkludi serje sħiħa ta" dispożizzjonijiet li għandhom il-għan li jiġġieldu b'mod effikaċi kontra dan it-tip ta" diskriminazzjoni,

P.   billi hemm rabta diretta bejn sa liema grad Stat Membru jimplimenta l-liġi Komunitarja, anke fil-qasam tal-ħarsien ambjentali, u l-abilità li jkollu dak l-Istat Membru li jaċċetta finanzjament li jkun disponibbli għal investiment essenzjali, infrastruttura u proġetti ta" modernizzazzjoni,

Ir-rapport annwali għall-2006 u l-azzjoni meħuda fuq ir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-21 ta" Frar 2008

1.  Jilqa" b'sodisfazzjon il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta" Settembru 2007 msemmija aktar "il fuq u t-tħabbira mill-Kummissjoni dwar ir-rieda tagħha li ttejjeb il-metodi ta" xogħol li huma utilizzati bil-għan li jkunu ddefiniti prijoritajiet u jkunu vverifikati b'mod aktar effikaċi l-proċeduri li tmexxew s'issa u l-immaniġġjar tagħhom; jiddispjaċih madankollu li l-Kummissjoni għadha la wieġbet u lanqas irreaġiet għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-21 ta' Frar 2008, ikkwotata aktar "il fuq, fejn il-Parlament jitlob lill-Kummissjoni biex tipprovdi informazzjoni preċiża dwar diversi aspetti tal-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja, b'referenza partikulari għat-tlestija tal-metodu ta' ħidma ġdid imsemmi aktar "il fuq;

2.  Jinsab imħasseb sew li l-metodu ta' ħidma ġdid li jipprevedi li jiġu mibgħuta lura fl-Istat Membru kkonċernat (responsabbli in primis mill-applikazzjoni ħażina tal-liġi Komunitarja) ilmenti li ntbagħtu lill-Kummissjoni, jista" jimpedixxi lill-Kummissjoni milli tassumi r-responsabilita? istituzzjonali tagħha ta" "gwardjana tat-Trattati" li tiżgura l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja, kif previst fl-Artikolu 211 tat-Trattat KE; josserva li l-Kummissjoni ta' spiss tkun l-uniku korp li għandu ċ-ċittadin jista' jirrikorri meta ma jibqagħlu lil ħadd lejn min idur biex jiddenunzja xi applikazzjoni ħażina tal-liġi Komunitarja; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tressaq rapport inizjali quddiem il-Parlament sa Novembru 2008 fuq il-proċeduri segwiti u r-riżultati miksuba dwar l-ewwel sitt xhur tal-proġett pilota li ngħata bidu għalih fil-15 ta' April 2008 u li fih qed jipparteċipaw 15-il Stat Membru;

3.  Jenfasizza li l-Artikolu 211 tat-Trattat KE jikkonferixxi fuq il-Kummissjoni r-responsabilità li tiżgura li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat u d-dispożizzjonijiet adottati mill-istituzzjonijiet bis-saħħa tat-Trattat ikunu applikati, u li skond l-Artikolu 226, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tieħu azzjoni meta xi Stat Membru jonqos milli jissodisfa l-obbligi tiegħu li jirriżultaw mit-Trattat;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tapplika b'mod estensiv il-prinċipu fejn kull korrispondenza li għandha l-potenzjal li tiddenunzja vjolazzjoni tal-liġi Komunitarja għandha tiġi reġistrata bħala lment sakemm dan ma jaqax taħt iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali maħsuba fil-punt 3 tal-anness li hemm mal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Marzu 2002 dwar ir-relazzjonijiet mal-ilmentatur fil-qasam tal-vjolazzjonijiet tal-liġi Komunitarja (COM(2002)0141); jitlob lill-Kummissjoni biex tinforma lill-Parlament dwar il-mod kif dan il-prinċipju se jiġi rispettat ladarba jiġi applikat il-metodu l-ġdid; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex tinforma u tikkonsulta lill-Parlament dwar kwalunkwe modifika tal-kriterji eċċezzjonali li jiġġustifikaw l-assenza ta' reġistrazzjoni tal-ilmenti;

5.  Jinnota li l-problemi prinċipali marbuta mal-proċedura ta" infrazzjoni huma ż-żmien li tieħu (medja ta" għoxrin xahar u nofs minn meta jkun irreġistrat il-każ fiż-żmien speċifikat sakemm tintbagħat l-ittra tat-tressiq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skond l-Artikolu 226 tat-Trattat KE) kif ukoll in-nuqqas ta" utilizzazzjoni tal-Artikolu 228; jistieden lill-Kummissjoni biex tirsisti ħalli tnaqqas l-iskadenza relattivament twila tat-trattament tal-ilmenti u tat-talbiet u biex issib soluzzjonijiet prattiċi għall-problemi ppreżentati filwaqt li tiddeċiedi każ każ jekk ikunx preferibbli li wieħed jirrikorri għal metodi alternattivi bħal m'hu s-SOLVIT, li mhux dejjem huwa promoss biżżejjed;

6.  Jinnota żieda sinifikanti fil-għadd ta" infrazzjonijiet irduppjati min-nuqqas persistenti ta' eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Qorti, immoniterjati fl-2006, u jenfasizza żewġ każijiet fejn sanzjonijiet finanzjarji kienu imposti fuq Stati Membri; jistieden lill-Kummissjoni biex tapplika l-Artikolu 228 tat-Trattat KE b'aktar fermezza sabiex tkun żgurata l-eżekuzzjoni korretta tad-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni, b'rabta mal-problema kostanti ta" Stati Membri li jonqsu milli jwettqu t-traspożizzjoni ta" direttivi sa l-iskadenza mitluba, biex tforni lista tad-direttivi li tkun turi l-inqas rata ta" implimentazzjoni, flimkien ma" dettalji ta" liema x'aktarx huma r-raġunijiet għal din is-sitwazzjoni;

8.  Ifaħħar l-isforzi li saru minn ċerti direttorati ġenerali tal-Kummissjoni, b'mod partikulari d-DĠ għall-Ambjent, sabiex jittejbu l-kontrolli ta' konformita? previsti mid-direttivi konċernati, iżda m'huwiex sodisfatt bit-tweġibiet tal-Kummissjoni f'dak li jikkonċerna l-kunfidenzjalita? tal-istudji ta' konformita?; jistieden mill-ġdid lill-Kummissjoni biex tippubblika fuq is-sit tal-web l-istudji li saru, mitluba minn bosta direttorati ġenerali, dwar l-evalwazzjoni tal-konformita? tal-miżuri li daħlu fis-seħħ fuq livell nazzjonali bil-leġiżlazzjoni Komunitarja;

9.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-livell insuffiċjenti ta" koperazzjoni mal-Qorti tal-Ġustizzja min-naħa tal-qrati nazzjonali fil-biċċa l-kbira ta" l-Istati Membri, li għadhom isibuha bi tqila li japplikaw il-prinċipju tal-primat tal-liġi Komunitarja; barra minn hekk, jiġbed l-attenzjoni lejn ir-rwol estremament importanti tal-proċedura ta" deċiżjoni preliminari fl-applikazzjoni xierqa tal-liġi Komunitarja;

10.  Jappoġġja, f'dan ir-rigward, l-isforzi li tagħmel il-Kummissjoni biex tiddetermina l-oqsma li fihom taħriġ addizzjonali fil-liġi Komunitarja jista" jkun ta" siwi għall-imħallfin nazzjonali, għall-professjonisti legali u għall-impjegati taċ-ċivil;

Il-koperazzjoni interistituzzjonali

11.  Jemmen li l-ftehimiet dwar il-monitoraġġ ta" l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja u l-koperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni, il-Kunsill, l-Ombudsman Ewropew u l-kumitati relevant tal-Parlament Ewropew huma essenzjali sabiex tkun żgurata azzjoni effettiva fil-każijiet kollha fejn persuna li tkun ressqet petizzjoni tkun ilmentat b'raġuni tajba dwar infrazzjoni tal-liġi Komunitarja;

12.  Jirrimarka li, għalkemm il-għadd ta" infrazzjonijiet ġenwini tal-liġi Komunitarja li ġew notifikati huwa ftit akbar meta mqabbel mat-total tal-petizzjonijiet (4 biss fl-2006), il-petizzjonijiet huma għajn insostitwibbli ta" tagħrif dwar il-ħtiġijiet fundamentali taċ-ċittadini u għandhom iservu ta" indikatur għall-Kummissjoni għall-inizjattivi leġiżlattivi tagħha;

13.  Jisħaq fuq il-ħtieġa ta" provvediment aħjar ta" tagħrif għaċ-ċittadini bil-għan li kulmin ikun jixtieq li jressaq xi ilment ikun muri liema hu l-korp li huwa l-aktar ikkwalifikat biex jittratta l-kwistjoni jew f'livell nazzjonali jew f'dak Komunitarju; jemmen li kultura ta" amministrazzjoni tajba u ta" servizz tajjeb għandha tkun imrawma fl-UE bil-għan li jkun żgurat li ċ-ċittadini jkunu ttrattati kif għandu jkun u li jkunu jistgħu jgawdu d-drittijiet tagħhom b'mod sħiħ;

14.  Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tkompli tikkunsidra l-possibbilta? li tistieden ir-rappreżentanti tagħha fl-Istati Membri biex josservaw u jimmoniterjaw id-dħul fis-seħħ fuq il-post;

15.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi kkunsidrata l-idea, li ġiet diskussa qabel, ta' punt ta' aċċess komuni għall-ilmenti kollha mressqa miċ-ċittadini u għall-problemi kollha li jikkonċernaw il-monitorjaġġ tal-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja, peress li ċ-ċittadin huwa attwalment konfrontat minn firxa ta' għażliet (petizzjonijiet, ilmenti, Ombudsman, SOLVIT, eċċ.) u peress li, minħabba f'hekk, sistema ta' twissija ċentralizzata tista' tipproduċi riżultati aktar iffukati li jirrispettaw l-iskadenzi;

16.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni għamlet ir-rapporti annwali dwar il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja kompluti bil-għajnuna ta" annessi li jkomplu jiftħu f'aktar dettall it-tagħrif li jinsab f'dawn ir-rapport u li jipprovdu statistika sinifikanti;

17.  Jagħraf li l-kumitati permanenti tal-Parlament għandu jkollhom sehem aktar attiv fil-kontroll tal-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja; jinsab konvint li l-kumitati għandhom jibbenefikaw minn appoġġ amministrattiv adegwat sabiex jeżerċitaw dan l-irwol b'mod effikaċi; jitlob lill-grupp ta' ħidma dwar ir-riforma Parlamentari, lill-Kumitat għall-Baġits u lill-korpi l-oħra kollha kkonċernati tal-Parlament biex jevalwaw il-possibilita? li jwaqqfu task force speċjali fi ħdan is-segretarjat ta' kull kumitat sabiex ikun garantit il-kontroll kontinwu u effikaċi tal-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja;

Il-koperazzjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali

18.  Jixtieq ħafna li jkun hemm koperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali bil-ħsieb li jkun promoss u intensifikat il-monitoraġġ effettiv ta" l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali; iqis li l-parlamenti nazzjonali għandhom irwol siewi fil-monitoraġġ ta' l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja, u b'hekk qed jgħinu sabiex tisseddaq il-leġittimità demokratika ta' l-Unjoni Ewropea u jressquha aktar qrib tal-poplu;

19.  Ifakkar li, b'mod konformi mal-protokoll dwar il-parlamenti nazzjonali mehmuż mat-Trattat ta' Amsterdam, il-politiki relatati maz-Zona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja għandhom ikunu s-suġġett tal-impenn speċjali min-naħa tal-parlamenti nazzjonali u tal-Konferenza tal-Kumitati ta' l-Affarijiet Ewropej (COSAC); jenfasizza li dan l-impenn għandu jikkonċerna kemm il-fażi minn isfel għal fuq tal-proċess ta' deċiżjoni kif ukoll il-fażi tad-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni Ewropea b'mod li jippermetti lil-leġiżlatur Ewropew u lil-leġiżlatur nazzjonali li jadottaw l-aġġornamenti meħtieġa fis-settur li huma, u li se jibqgħu, ta' kompetenza konġunta; għalhekk jistieden lill-kumitati parlamentari kompetenti fil-livelli nazzjonali u Ewropej biex jistabbilixxu kuntatti permanenti dwar il-fajls leġiżlattivi speċifiċi billi jaqsmu bejniethom l-informazzjoni utli kollha għal proċess leġiżlattiv trasparenti u effikaċi fuq livelli Ewropej u nazzjonali; huwa favur l-organizzazzjoni ta' laqgħat speċifiċi bejn leġiżlaturi Ewropej, bħal dawk li saru fis-6 ta' April 2008 mar-rappreżentanti tal-parlamenti nazzjonali fl-okkażjoni tar-reviżjoni tad-deċiżjoni ta' qafas dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu, li ta lok għal evalwazzjoni mhux biss tal-problemi ta' applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea fis-seħħ, iżda wkoll tal-validita? tal-proposti ta' modifika fl-analiżi tal-Kunsill;

20.  Jirrimarka li l-arranġamenti tat-Trattat ta" Liżbona għall-monitoraġġ tal-konformità mal-prinċipju ta" sussidjarjetà jkunu jagħtu lill-parlamenti nazzjonali rwol imsaħħaħ b'mod sostanzjali fil-leġiżlazzjoni Komunitarja;

Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fl-Unjoni Ewropea

21.  Jirrimarka li l-kunċett taċ-ċittadinanza iwessa" b'mod sinifikanti l-iskop tal-prinċipju tan-non-diskriminazzjoni;

22.  Jinnota ż-żieda ta' dan l-aħħar fid-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja bbażati fuq il-kunċett taċ-ċittadinanza ta' l-UE u li jirrigwardaw id-dritt taċ-ċirkulazzjoni ħielsa, skond liema kunċett Stat Membru ma jista' jittratta lil ħadd miċ-ċttadini tiegħu li jkunu ħadu vantaġġ mid-dritt tagħhom li jiċċirkulaw u jabitaw fi Stat Membru ieħor b'mod inqas favorevoli milli jittratta lil dawk li ma jkunux ħadu vantaġġ minn dan id-dritt;

23.  Jistieden lill-Istati Membri biex jirrispettaw id-drittijiet li joħorġu mill-fatt li wieħed ikun ċittadin ta" l-UE, inkluż id-dritt li wieħed jivvota u li joħroġ bħala kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, li hija ħaġa ta" importanza partikulari fil-perjodu ta" żmien li jwassal għall-elezzjonijiet ta" l-2009;

24.  Jinnota li l-Parlament irċieva petizzjonijiet li jilmentaw dwar infrazzjonijiet tad-Direttiva 2004/38/KE li saru minn xi Stati Membri; jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li dik id-Direttiva hija ta" importanza fundamentali biex ikun żgurat li ċ-ċittadini ta" l-UE jkunu jistgħu jiċċirkulaw b'mod ħieles fi ħdan it-territorju ta" l-Unjoni Ewropea; jirrimarka li l-Kummissjoni għandha tressaq rapport fit-tieni nofs ta' l-2008 dwar l-implimentazzjoni tad-direttiva;

25.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmoniterja bir-reqqa t-traspożizzjoni tad-Direttivi 2000/43/KE u 2000/78/KE u jekk il-leġiżlazzjoni ta" traspożizzjoni adottata mill-Istati Membri tkunx konformi mad-dispożizzjonijiet ta" dawk id-direttivi, kif ukoll biex tkompli tagħfas fuq l-Istati Membri, permezz ta' proċedimenti ta' infrazzjoni u ta' non-konformità, biex jissodisfaw għal kollox l-obbligu tagħhom li jittrasponu d-direttivi mill-aktar fis possibbli; jemmen li l-kumitat kompetenti tal-Parlament għandu jkollu rwol fil-monitoraġġ li għadu għaddej fil-preżent ta" l-obbligi li għandhom l-Istati Membri skond dawk id-direttivi;

26.  Jilqa" b'sodisfazzjon l-adozzjoni min-naħa tal-Kummissjoni, kif previst fl-istrateġija annwali tal-politika għall-2008, fit-2 ta" Lulju 2008, tal-proposta (COM(2008)0426) għal direttiva orizzontali li tkun tistabbilixxi l-prinċipju tat-trattament l-istess barra mill-ambitu ta" l-impjiegi u li tkun tiggarantixxi aċċess ugwali għall-merkanzija, għas-servizzi, għall-akkomodazzjoni, għas-sistema edukattiva, għall-ħarsien soċjali u għall-privileġġi soċjali, direttiva li tikkostitwixxi żieda sinifikanti mal-pakkett kurrenti ta" l-antidiskriminazzjoni;

27.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tmexxi analiżi bir-reqqa tal-każijiet fejn Stati Membri japplikaw fuq l-aċċess għall-edukazzjoni minn studenti ġejjin minn pajjiżi oħra restrizzjonijiet li jkunu indipendenti min-nazzjonalità, bil-għan li jkun żgurat li l-istudenti jkunu jistgħu jiċċirkulaw liberament u jkunu mogħtija trattament indaqs fi ħdan is-sistemi ta" l-edukazzjoni superjuri ta" dawk l-Istati Membri;

28.  Jistieden b'mod partikulari lill-Istati Membri li l-aktar huma eliġibbli għall-finanzjament strutturali skond il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu 2007-2013 biex ma jdumux ma jġibu l-liġi nazzjonali tagħhom konformi ma' l-istandards ta' l-UE, b'mod partikulari fil-qasam tal-ħarsien ambjentali, u biex jistabbilixxu proċeduri ta' sejħa għall-offerti li jkunu trasparenti għaċ-ċittadini, bil-ħsieb li jsir użu effettiv tal-finanzi strutturali disponibbli u bil-ħsieb li tingħata spinta lill-iżvilupp soċjali u ekonomiku f'livell reġjonali;

o
o   o

29.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Ombudsman Ewropew u lill-parlamenti nazzjonali u lill-gvernijiet u ta' l-Istati Membri.

(1) ĠU L 225, 12.8.1986, p. 40.
(2) ĠU L 145, 19.6.1996, p. 4.
(3) ĠU L 46, 17.2.1997, p. 20.
(4) ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.
(5) ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.
(6) ĠU L 269, 5.10.2002, p. 15.
(7) ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.
(8) Testi Adottati, P6_TA(2008)0060.


Strateġija għal ftehim fil-ġejjieni dwar l-aspetti istituzzjonali tal-Aġenziji Regolatorji
PDF 413kWORD 81k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar strateġija favur l-implimentazzjoni futura tal-aspetti istituzzjonali tal-Aġenziji Regolatorji (2008/2103(INI))
P6_TA(2008)0495A6-0354/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2008 bl-isem ta' ''L-aġenziji Ewropej – Il-mixja "l quddiem'' (COM(2008)0135),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Jannar 2004 dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: 'Il-qafas operattiv għall-Aġenziji Regolatorji Ewropej'(1),

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehima interistituzzjonali tal-25 ta' Frar 2005 dwar il-qafas operattiv għal aġenziji regolatorji Ewropej (COM(2005)0059),

–   wara li kkunsidra l-mistoqsija orali mressqa b'mod konġunt lill-Kunsill mill-Kumitat għall-Affarijiet Istituzzjonali u mill-Kumitat għall-Baġits, u t-tweġiba mogħtija mill-Kunsill matul is-sessjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2005 (O-0093/05),

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu ta' l-1 ta' Diċembru 2005 dwar il-proġett tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni ta' Ftehima interistituzzjonali għall-ħolqien ta' qafas operattiv għal aġenziji regolatorji Ewropej(2),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni adottata mill-Konferenza tal-Presidenti fis-17 ta' April 2008,

–   wara li kkunsidra l-ittra tas-7 ta' Mejju 2008 indirizzata mill-President tal-Kummissjoni lill-President tal-Parlament Ewropew u lill-President attwali tal-Kunsill favur il-ħolqien ta' grupp ta' ħidma interistituzzjonali fil-livell politiku,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura,

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kif ukoll il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0354/2008),

A.  Billi l-isforzi magħmula mill-Parlament u mill-Kummissjoni bil-għan li jiġi stabbilit qafas tal-aġenziji regolatorji Ewropej li jorbot legalment, ma wasslu għall-ebda riżultat,

B.  Billi ma sar l-ebda progress sostanzjali fuq l-abbozz ta' ftehima interistituzzjonali ta'l-2005, minħabba l-oppożizzjoni istituzzjonali u politika min-naħa tal-Kunsill, u billi l-Kummissjoni ddeċidiet li tirtira l-proposta tagħha favur ftehima interistituzzjonali u li tibdilha b'invit għal djalogu interistituzzjonali li għandu jwassal għal approċċ komuni,

C.  Billi osserva li, għalkemm għall-ewwel, l-aġenziji regolatorji jistgħu jiġi mqabbla ma' ''mikroistituzzjonijiet'', huma madankollu għandhom ''makroimpatti'' fuq il-livell tal-governanza Ewropea,

D.  Billi għadu neċessarju li jiġu definiti mill-inqas il-karatteristiċi strutturali essenzjali tal-aġenziji regolatorji, peress li dan sar parametru paraistituzzjonali rikonoxxut tal-Unjoni Ewropea,

E.  Billi l-Kummissjoni qed tipproponi li jinħoloq grupp ta' ħidma interistituzzjonali li jkun inkarigat li jfassal qafas komuni għall-aġenziji regolatorji kif ukoll jiddefinixxi l-kompetenzi rispettivi ta' kull wieħed mill-organi tal-Unjoni Ewropea meta mqabbel ma' dawn l-aġenziji,

F.  Billi l-Kummissjoni għandha telabora evalwazzjoni orizzontali tal-aġenziji regolatorji sal-2009-2010 u tressaq, mill-aktar fis, lill-Parlament u lill-Kunsill rapport dwar il-konklużjonijiet ta' din l-evalwazzjoni,

G.  Billi l-Kummissjoni ddeċidiet li ma tipproponix il-ħolqien ta' aġenziji ġodda sakemm il-grupp ta' ħidma interistituzzjonali ma jkunx temm ix-xogħol tiegħu,

H.  Billi l-Kummissjoni ma għandhiex titbiegħed mil-linji gwida tal-abbozz tal-ftehima interistituzzjonali proposta fl-2005 dwar l-emendi għall-istrumenti bażiċi li jirregolaw l-aġenziji regolatorji eżistenti, sabiex dawn ikunu konformi mal-istrateġija l-ġdida,

I.  Billi diġà jeżisti qafas regolatorju komuni għall-aġenziji regolatorji(3), li ngħatalhom ir-responsabilità tal-immaniġġjar tal-programmi tal-Komunità għal perjodu speċifiku ta' żmien,

Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1.  Iqis li l-proposta tal-Kummissjoni tikkostitwixxi inizjattiva li ta' min wieħed ifaħħarha u huwa lest li jipparteċipa, permezz tar-rappreżentanti tiegħu, fix-xogħol tal-grupp ta' ħidma interistituzzjonali, iżda jqis madankollu li l-''approċċ komuni'' ma jilħaqx l-aspettattivi tiegħu fir-rigward tal-konklużjoni ta' Ftehima interistituzzjonali; jinnota li dan ma jeskludix l-iżvilupp ta' forom oħra ta' fehim bħala riżultat tax-xogħol tal-grupp ta' ħidma;

2.  Jappella lill-Kunsill, fil-kapaċità tiegħu bħala parti mill-awtorità baġitarja, biex jagħmel kontribuzzjoni kostruttiva fil-proċedimenti ta' dan il-grupp ta' ħidma;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex, flimkien mal-Parlament Ewropew, iwaqqfu mill-aktar fis il-programm ta' xogħol tal-grupp interistituzzjonali, sabiex ix-xogħol ta' dan il-grupp ikun jista' jinbeda sa mill-ħarifa 2008;

4.  Iqis li l-programm ta' xogħol tal-grupp interistituzzjonali għandu inter alia jinkludi l-punti li ġejjin:

   stqarrija tal-oqsma li fuqhom għandha tiġi kkonċentrata l-evalwazzjoni orizzontali li għandha twettaq il-Kumissjoni sa tmiem is-sena 2009,
   l-iffissar tal-kriterji oġġettivi li se jippermettu li jiġi evalwat il-bżonn ta' l-eżistenza ta' aġenziji, billi jitqiesu soluzzjonijiet eventwali ta' sostituzzjoni,
   evalwazzjoni, regolari u b'mod kordinat u koerenti, tax-xogħol u r-rendiment tal-aġenziji, inkluża l-evalwazzjoni esterna, b'mod partikulari permezz ta' analiżi li tqabbel in-nefqa mal-benefiċċju,
   evalwazzjoni ta' jekk l-għażla tal-aġenzija hijiex aktar effettiva f'sens ta' nfiq milli kieku l-ħidmiet rilevanti jitwettqu mis-servizzi tal-Kummissjoni nnifisha,
   evalwazzjoni tal-benefiċċji possibilment mitlufa minħabba ċerti attivitajiet imwettqa min-naħa ta' aġenziji regolatorji u mhux mis-servizzi tal-Kummissjoni,
   it-teħid ta' miżuri biex tiżdied it-trasparenza tal-aġenziji, b'mod partikulari permezz tal-approssimazzjoni tal-karatteristiċi strutturali fundamentali,
   l-iffissar tal-limiti fir-rigward tal-indipendenza u s-superviżjoni tal-aġenziji, parikularment il-forma u l-firxa tar-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-attivitajiet rispettivi tagħhom, billi naturalment jittieħed kont tal-fatt li l-grad ta' responsabbiltà tal-Kummissjoni ma jistax jeċċedi dak li għalih hija jista' jkollha impatt effettiv fuq l-attivitajiet tal-aġenziji,
   ħatra ta' rappreżentanti għall-korpi ta' superviżjoni għall-aġenziji mill-Kunsill u mill-Kummissjoni u s-smigħ tal-kandidati quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew,
   ħatra tal-entitajiet eżekuttivi tal-aġenziji, u partikularment id-direttur tagħhom, u l-preċiżazzjoni tal-irwol tal-Parlament Ewropew f'dan ir-rigward;
   il-ħtieġa ta" metodu standard fost l-aġenziji fir-rigward tal-preżentazzjoni tal-attivitajiet tagħhom matul is-sena finanzjarja kkonċernata, u tal-kontijiet u r-rapporti tagħhom dwar l-amministrazzjoni baġitarja u finanzjarja;
   rekwiżit standard għad-diretturi tal-aġenziji kollha sabiex ifasslu u jiffirmaw dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni, li tinkludi riżervi fejn meħtieġ;
   mudell armonizzat applikabbli għall-aġenziji u għall-korpi satelliti kollha, li jagħmel distinzjoni ċara bejn:
   - rapport annwali maħsub għall-qarrejja ġenerali dwar l-operat, il-ħidma u l-kisbiet tal-korp;
   - dikjarazzjonijiet finanzjarji u rapport dwar l-implimentazzjoni tal-baġit;
   - rapport dwar l-attività simili għar-rapporti ta' attività tad-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni;
   - dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni ffirmata mid-direttur tal-korp, flimkien ma' kwalunkwe riżerva jew osservazzjoni oħra li d-direttur iqis xierqa li titwassal għall-attenzjoni tal-awtorità li tagħti l-kwittanza;
   id-definizzjoni tal-prinċipji sabiex jiġi ddeterminat jekk u sa fejn l-imposti u l-ħlasijiet għandhomx ikunu sors ta" finanzjament għall-aġenziji,
   id-dispożizzjoni għal reviżjoni rikorrenti dwar jekk l-aġenziji eżistenti humiex meħtieġa u li jiġu stabbiliti kriterji sabiex ikun stabbilit meta aġenzija regolatorja tkun temmet l-iskop tagħha u tkun tista' tingħalaq;

5.  Jiddispjaċih bin-nuqqas ta' strateġija ġenerali għall-ħolqien ta' aġenziji tal-UE; jinnota li qed jinħolqu aġenziji ġodda skont iċ-ċirkustanzi ta" kull każ individwali, u dan qed iwassal għal mużajk sħiħ u xejn trasparenti ta' aġenziji regolatorji, aġenziji eżekuttivi u entitajiet Komunitarji oħra li kull wieħed jikkostitwixxi struttura sui generis;

6.  Jinnota l-pożizzjoni tal-Kummissjoni li t-twaqqif tal-aġenziji regolatorji, li kultant jitwettaq bl-għajnuna tal-Parlament Ewropew, hija espressjoni tal-koperazzjoni bejn l-Istati Membri, u t-tħaddim ta' dawn l-aġenziji jinsab fl-interoperabilità u fl-eżerċizzju tal-kompetenzi, li jekk konferiti esklussivament lill-istituzzjonijiet Komunitarji, jagħti lok għal oġġezzjonijiet ta' ċentraliżmu;

7.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sabiex, flimkien mal-Parlament Ewropew, jaħdmu bil-għan li joħolqu qafas ċar, komuni u koerenti li jikkonċerna l-irwol li se jingħata fil-ġejjieni lill-aġenziji fil-kuntest tal-governanza tal-UE;

8.  Huwa tal-fehma li t-trasparenza tal-aġenziji regolatorji għandha tkun assigurata, b'mod partikulari fir-rigward tal-funzjonament tagħhom, tal-iżvelar u l-aċċessibilità tat-tagħrif, u tal-ipprogrammar u r-responsabilità tal-azzjonijiet tagħhom;

9.  Iqis li l-prijorità ta' ''qafas komuni'' imfittex fil-qasam tal-fehim interistituzzjonali għandha tkun li tirrazzjonalizza t-tħaddim tiegħu u jiġi ottimizzat il-valur miżjud tal-aġenziji regolatorji, billi tiżdied it-trasparenza u l-kontroll demokratiku viżibbli kif ukoll tissaħħaħ l-effikaċja;

10.  Jidhirlu li huwa indispensabbli li jiġu stabbiliti regoli u prinċipji minimi komuni fir-rigward tal-istruttura, tat-tħaddim u tal-kontroll tal-aġenziji regolatorji kollha, indipendentement min-natura tagħhom;

11.  Iqis li l-parteċipazzjoni fl-attività tal-aġenziji regolatorji se jkollha tkun żgurata billi jiġu strutturati b'mod formali l-proċessi ta" konsultazzjoni u ta" djalogu mal-partijiet interessati;

12.  Iqis li d-diversità strutturali u funzjonali tal-aġenziji tqajjem dubji serji fir-rigward tal-parametri regolamentari, il-governanza tajba u t-tqarrib istituzzjonali f'termini ta' ċentralizzazzjoni u deċentralizzazzjoni;

13.  Huwa favur li l-prinċipji tal-amministrazzjoni tajba għandhom ikunu żgurati permezz ta" approċċ komuni rigward il-proċessi tal-għazla, l-ibbaġitjar u l-amministrazzjoni tar-riżorsi, l-immaniġġjar effiċjenti u l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni;

14.  Se jeżamina jekk l-impenn tal-Kummissjoni li tipposponi kull proposta biex tistabbilixxi aġenziji regolatorji ġodda għandux ikopri wkoll ż-żewġ proposti attwalment sospiżi fl-oqsma tal-enerġija u t-telekomunikazzjoni;

15.  Jenfasizza l-bżonn li jitwaqqaf kontroll parlamentari dwar l-għamla u t-tħaddim tal-aġenziji regolatorji, li għandu jkun ibbażat essenzjalment fuq:

   il-preżentazzjoni lill-Parlament ta' rapport annwali mill-aġenziji nnifishom,
   il-possibbiltà li d-direttur ta' kull aġenzija jiġi mistieden jidher quddiem il-kumitat parlamentari kompetenti matul il-proċess ta' ħatra u,
   il-kisba min-naħa tal-Parlament Ewropew ta' kwittanza għall-eżekuzzjoni tal-baġits ta' dawk l-aġenziji li jirċievu finanzjament Komunitarju;

16.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tressaq il-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni orizzontali tal-aġenziji regolatorji, qabel it-tmiem tal-perjodu 2009-2010, sabiex il-konklużjonijiet tagħha jkunu jistgħu jitqiesu mill-grupp ta' ħidma interistituzzjonali;

17.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tfassal livelli ta' riferiment sabiex jitqabblu dawk ir-riżultati u jkunu stipulati regoli ċari għat-tmiem tal-mandat tal-aġenziji fil-każ ta' prestazzjoni fqira.

18.  Jistieden lill-President u l-Konferenza tal-Presidenti biex jagħtu prijorità lill-kwistjoni tal-kompożizzjoni tal-grupp ta' ħidma propost mil-Kummissjoni u jqis li jkun xieraq li l-Parlament ikun irrappreżentat f'dak il-grupp mill-presidenti jew ir-rapporteurs tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, il-Kumitat għall-Baġits u żewġ kumitati oħra b'esperjenza prattika ta' analiżi ġenerali tal-ħidma tal-aġenziji regolatorji;

19.  Itenni t-talba kemm tal-Parlament kif ukoll tal-Kummissjoni fl-abbozz tal-Ftehima Inter-Istituzzjonali tal-2005 biex tiddaħħal fl-att bażiku deċiżjoni dwar is-siġġu ta' aġenzija;

Kunsiderazzjonijiet baġitarji

20.  Jixtieq itenni l-importanza li, fuq bażi sistematika fil-livell interistituzzjonali, issir l-applikazzjoni tal-proċedura stabbilita fil-Punt 47 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-immaniġġjar finanzjarju sod(4) (IIA tas-17 ta" Mejju 2006) u jenfasizza l-bżonn li jkun żgurat segwitu xieraq ta' l-Istqarrija Konġunta tat-13 ta' Lulju 2007 mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-aġenziji deċentralizzati;

21.  Hu konvint li proċedura dettaljata għall-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni hija ħtieġa assoluta; iqis li proċedura bħal din tista' tagħti l-opportunità li jinżammu xi aspetti importanti tal-abbozz tal-ftehima interistituzzjonali tal-2005 mblukkat, forsi flimkien ma' xi adattamenti għar-Regolament Finanzjarju ta' Qafas għall-aġenziji(5);

22.  Jikkonkludi li, jekk l-eżerċizzji tal-evalwazzjoni jindikaw li n-nefqa għaqlija u l-effiċjenza tal-amministrazzjoni deċentralizzata ma jkunux iggarantiti, l-Unjoni Ewropea m'għandhiex tibża' li terġa' lura mit-tendenza attwali li l-kompiti tal-Kummissjoni jsiru minn aġenziji esterni u għandha tistabbilixxi regoli ċari biex ittemm il-mandat tal-aġenziji deċentralizzati;

23.  Jagħti l-appoġġ tiegħu għall-intenzjoni tal-Kummissjoni li ma tipproponix li jsiru aġenziji deċentralizzati ġodda sakemm jitlesta l-proċess ta' evalwazzjoni, b'mod speċjali fl-isfond tad-diffikultajiet li jistgħu joħolqu l-marġini tal-Qafas Finanzjarju Plurijennali attwali biex ikunu ffinanzjati entitajiet Komunitarji ġodda bla ma ssir programmazzjoni serja mill-ġdid;

24.  Iqis, mill-aspett baġitarju, il-punti li ġejjin bħala kwistjonijiet ewlenin għall-aġenda tal-grupp ta' ħidma interistituzzjonali dwar il-ġejjieni tal-aġenziji tal-UE:

L-istabbiliment tad-definizzjoni ta' aġenzija

25.  Ifakkar, f'dan ir-rigward, fid-definizzjoni ta' "aġenzija" stabbilita fit-Trijalogu tas-7 ta' Marzu 2007, meta sar qbil li għall-iskopijiet tal-applikazzjoni tal-Punt 47 tal-IIA tas-17 ta' Mejju 2006, id-definizzjoni ta' "aġenzija" għandha tkun determinata minn jekk l-entità partikulari twaqqfitx b'konformità mal-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta" Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6)(Regolament Finanzjarju);

26.  Jixtieq jisħaq fuq l-importanza li t-terminoloġija ġenerali għandha tkun ċara u koerenti rigward l-aġenziji u li tkun stabbilita għall-użu komuni; ifakkar li l-"aġenziji regolatorji" mhumiex ħlief subgrupp tal-aġenziji deċentralizzati;

Aġenziji ġodda - Rabta bejn il-proċeduri leġiżlattivi u l-prerogattivi baġitarji

27.  Iqis li hu importanti li jkunu diskussi kemm il-problemi tal-kalendarju kif ukoll l-aspetti leġiżlattivi u proċedurali li jistgħu jinqalgħu fil-każ li ma tintlaħaqx ftehima dwar il-finanzjament ta' aġenzija ġdida, skont il-Punt 47 tal-IIA tas-17 ta' Mejju 2006, b'mod parallel mad-deċiżjonijiet li jkun ħa l-leġiżlatur; iqis li hu daqstant importanti li ssir riflessjoni fuq is-salvagwardji proċedurali sabiex ikun żgurat li jkun hemm involviment sħiħ tal-awtorità baġitarja fil-kwistjonijiet kollha li jkollhom impatt baġitarju bħall-estensjoni tal-listi ta' kompetenzi tal-aġenziji;

28.  Ifakkar li sa mill-2005, il-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu fuq imsemmija talab li jsiru evalwazzjonijiet obbligatorji dwar il-paragun bejn in-nefqa u l-benefiċċji qabel ma tiġi proposta aġenzija ġdida u li dawn għandhom jiffukaw, b'mod partikulari, fuq jekk "jaqbilx li ssir aġenzija (inklużi l-ispejjeż għall-monitoraġġ u l-koordinazzjoni) iktar milli kieku l-kompiti rilevanti kellhom isiru mid-dipartimenti tal-Kummissjoni stess", kif ukoll fuq kwistjonijiet bħall-mandat u l-metodi ta' ħidma tal-aġenzija jew fuq il-grad ta' indipendenza mill-Kummissjoni billi dan sikwit ikun ta' interess partikulari għal-leġiżlatur;

Aġenziji eżistenti - Monitoraġġ

29.  Jisħaq fuq il-bżonn ta' eżerċizzju ta' evalwazzjoni u kontroll regolari u koordinat - sabiex tkun evitata d-duplikazzjoni - biex ikun evalwat il-valur miżjud tal-aġenziji deċentralizzati eżistenti u li m'għadhomx jidħlu fl-ambitu tal-Punt 47 tal-IIA tas-17 ta' Mejju 2006; jara dan bħala segwitu għall-ħidma li saret qabel u li wasslet għal dikjarazzjoni konġunta fuq l-aġenziji Komunitarji li sar qbil dwarha fit-Trijalogu tat-18 ta' April 2007 skond liema saar qbil sabiex issir evalwazzjoni regolari tal-aġenziji Komunitarji eżistenti, li tiffoka b'mod partikulari fuq il-paragun bejn in-nefqa u l-benefiċċji u li tagħti spjegazzjoni dettaljata tal-kriterji użati għall-għażla tal-aġenziji li għandhom ikunu evalwati;

30.  Jinnota li l-analiżi mwettqa għandha twieġeb għal xi domandi bażiċi dwar kwistjonijiet marbuta mar-relazzjoni bejn il-benefiċċji u l-infiq u għandha titwettaq f'konformità, fost l-oħrajn, mal-kriterji li ġejjin:

   Rilevanza: Kemm kienu rilevanti l-għanijiet previsti mir-regolament dwar it-twaqqif ta' aġenzija għal-livell ta' nefqa pubblika awtorizzat mill-baġit?
   Effikaċja: X'effetti (impatt) kisbet l-attività ta' din l-aġenzija?
   Effiċjenza (ġustifikazzjoni tan-nefqa): Kemm kienu ekonomiċi l-produzzjonijiet varji li ssarrfu fi prodotti u riżultati? Ir-riżultati (prevista) inkisbu b'nefqa raġjonevoli, b'mod partikulari rigward il-persunal użat u l-organizzazzjoni interna?

31.  Jiġbed l-attenzjoni li, meta jitqies l-impatt baġitarju ġenerali tal-aġenziji, il-Kummissjoni għandha turi b'mod konvinċenti li l-governanza Ewropea permezz tal-aġenziji hija l-iktar għażla xierqa, l-aktar effiċjenti u l-aktar effettiva f'sens ta' nfiq biex ikunu implimentati l-politiki Ewropej fil-preżent u fil-ġejjieni qrib;

Qafas komuni ġenerali

32.  Jinsisti dwar il-bżonn li jkunu stabbiliti standards minimi komuni li tista' ssir referenza għalihom fir-regolamenti dwar it-twaqqif tal-aġenziji, fost affarijiet oħra, l-irwol u r-responsabilità politika tal-Kummissjoni vis-à-vis l-aġenziji, l-appoġġ li għandu jingħata mill-pajjiżi ospitanti u d-deċiżjoni f'waqtha u trasparenti dwar is-sede ta' aġenzija;

33.  Ifakkar li l-azzjonijiet tal-aġenziji jeħtieġ li jkunu rregolati minn pożizzjonijiet ċari ta' responsabilità diretta, b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju; jenfasizza l-obbligi tal-aġenziji rigward il-proċedura ta' kwittanza;

34.  Iqis, barra minn hekk, li hu ta' importanza kbira li jsir tentattiv li jiġu definiti xi regoli komuni għall-preżentazzjoni tal-baġits tal-aġenziji bil-għan li l-indikaturi baġitarji jsiru aktar trasparenti u komparabbli, bħar-rati ta' implimentazzjoni tal-aġenziji jew l-ishma individwali li jikkostitwixxu d-dħul u l-ispejjeż tagħhom; jemmen li l-preżentazzjoni ġenerali tas-sussidji għall-aġenziji fil-baġit tal-UE tista' teħtiġilha li tkun adattata għall-ħidmiet u l-irwoli tal-ġenerazzjoni l-ġdida tal-aġenziji;

35.  Jiġbed l-attenzjoni li, skont iċ-ċifri mogħtija mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha fuq imsemmija, bħalissa hemm 29 aġenzija regolatorja, li jimpjegaw madwar 3 800 membru tal-persunal, b'baġit annwali ta" madwar EUR 1 100 miljun, inkluża kontribuzzjoni Komunitarja ta" madwar EUR 559 miljun;

36.  Jinsisti li l-proċess ta" verifika/kwittanza għandu jkun proporzjonat mal-baġit ġenerali tal-aġenziji; jinnota b'mod partikulari li r-riżorsi disponibbli għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri ma żdidux b'mod proporzjonat mal-għadd tal-aġenziji fis-snin riċenti;

37.  Itenni x-xewqa msemmija fil-paragrafu 7 tar-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-22 ta' April 2008 dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenziji li r-rendiment tal-aġenziji jkun regolarment verifikat (u fuq bażi ad hoc) mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri jew minn awditur indipendenti ieħor; iqis li dan m'għandux ikun limitat għal elementi tradizzjonali ta' mmaniġġjar finanzjarju u għall-użu xieraq ta' fondi pubbliċi, imma għandu jkopri wkoll l-effiċjenza u l-effettività ta l-amministrazzjoni u għandu jinkludi klassifikazzjoni tal-immaniġġjar finanzjarju ta' kull aġenzija;

38.  Huwa tal-opinjoni li l-aġenziji kollha għandhom jagħtu, flimkien mal-organigramma tagħhom, tagħrif ġenerali dwar in-numru ta' persunal permanenti u temporanju kif ukoll ta' esperti nazzjonali tagħhom, kif ukoll jindikaw kull bidla fir-rigward tas-sentejn ta' qabel;

39.  Jiġbed l-attenzjoni għar-rapport speċjali Nru 5/2008 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-immaniġġjar finanzjarju sod tal-aġenziji b'riferenza partikulari għall-verifiki tar-rendiment;

40.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tgħaqqad il-funzjonijiet amministrattivi tal-aġenziji ż-żgħar sabiex toħloq il-massa kritika meħtieġa biex l-aġenziji jkunu jistgħu jikkonformaw b'mod sodisfaċenti mar-regoli attwali tal-akkwist pubbliku u mar-Regolament Finanzjarju u mar-Regolamenti tal-Persunal(7);

41.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tagħmel eżami kritiku tat-talbiet baġitarji tal-aġenziji ladarba l-biċċa l-kbira tal-aġenziji ma jagħmlux użu mill-fondi mitluba;

o
o   o

42.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) ĠU C 92 E, 16.4.2004, p. 119.
(2) ĠU C 285 E, 22.11.2006, p. 123.
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003, tad-19 ta' Diċembru 2002, li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1).
(4) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' Qafas għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, ECSC) Nru 259/68 tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet ta' Impjieg ta' Persunal ieħor tal-Komunitajiet Ewropej u jistabbilixxi miżuri speċjali applikabbli temporanjament għall-uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).


L-akkuża u t-tressiq ta" Joseph Kony quddiem il-Qorti Kriminali Internazzjonali
PDF 233kWORD 67k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar l-akkuża u t-tressiq ta" Joseph Kony quddiem il-Qorti Kriminali Internazzjonali
P6_TA(2008)0496B6-0536/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Istatut ta" Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC), b'mod partikolari l-Artikolu 86 tiegħu, u d-dħul fis-seħħ tal-Istatut fl-1 ta" Lulju 2002,

–   wara li kkunsidra r-ratifikazzjoni tal-Istatut ta" Ruma mill-Uganda fl-14 ta" Ġunju 2002,

–   wara li kkunsidra r-referenza li għamel il-President tal-Uganda Yoweri Museveni fl-2003 lill-ICC dwar is-sitwazzjoni li tikkonċerna l-Lord's Resistance Army (LRA), li kienet l-ewwel każ riferut minn Stat Firmatarju lill-ICC mit-twaqqif tagħha,

–   wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Prosekutur tal-ICC tad-29 ta" Lulju 2004 biex tinfetaħ investigazzjoni dwar is-sitwazzjoni fit-Tramuntana tal-Uganda,

–   wara li kkunsidra l-mandat ta" arrest għal Joseph Kony maħruġ mill-ICC tat-8 ta" Lulju 2005, kif emendata fis-27 ta" Settembru 2005 (No ICC-02/04-01/05-53),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim ta" Sħubija bejn il-Membri tal-Istati tal-Afrika, tal-Karibew u l-Paċifiku (ACP) min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq in-naħa l-oħra, iffirmata f'Cotonou fit-23 ta" Ġunju 2000(1), kif emendat mill-Ftehim ta" emenda tal-Ftehim ta" Sħubija, iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta" Ġunju 2005(2) ("il-Ftehim ta" Cotonou"), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha dwar id-djalogu politiku u l-Artikolu 11 (6) dwar il-promozzjoni tat-tisħiħ tal-paċi u l-ġustizzja internazzjonali,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/494/JHA tat-13 ta" Ġunju 2002 li twaqqaf network Ewropew ta" punti ta" kuntatt rigward persuni responsabbli għal ġenoċidju, reati kontra l-umanità u reati tal-gwerra(3) u l-pożizzjoni tiegħu tad-9 ta" April 2002 dwar in-network ewropew tal-punti ta' kuntatt(4),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/335/JHA tat-8 ta" Mejju 2003 dwar l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta" ġenoċidju, reati kontra l-umanità u reati tal-gwerra(5) u l-pożizzjoni tiegħu tas-17 ta" Diċembru 2002 dwar il-prosekuzzjoni ta' reati tal-gwerra u reati kontra l-umanita'(6),

–   wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/444/CFSP tas-16 ta" Ġunju 2003 dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali(7) u l-Pjan ta" Azzjoni bħala segwitu għal dik il-Pożizzjoni Komuni,

–   wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-ICC u l-UE dwar il-Koperazzjoni u l-Assistenza ffirmata fl-10 ta' April 2006, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2006(8),

–   wara li kkunsidra r-rapport supplimentari tat-23 ta" Ġunju 2008 mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Kunsill dwar it-tfal u l-kunflitt armat fl-Uganda,

–   wara li kkunsidra l-linjigwida dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-UE dwar it-tfal f'kunflitt armat tal-2003,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, b'mod partikolari dawk tat-22 ta" Mejju 2008 dwar is-Sudan u l-ICC(9), tat-3 ta" Lulju 2003 dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fit-Tramuntana tal-Uganda(10) u tas-6 ta" Lulju 2000 dwar il-ħtif ta" tfal mil-Lord's Resistance Army (LRA)(11),

–   wara li kkunsidra d-deċiżjoni tat-28 t' Awissu 2008 mill-Uffiċju ta' Kontroll ta' Assi Barranin (OFAC) tat-Teżor tal-Istati Uniti, li timponi sanzjonijiet ġodda fuq Joseph Kony, u żżidu fuq il-lista s-sewda tiegħu ta'Ċittadini Iddeżignati b'mod Speċjali (SDN),

–   wara li kkunsidra l-iskambju ta" opinjonijiet dwar l-ICC waqt il-laqgħa tal-Kumitat għall-Iżvilupp tal-Parlament Ewropew tal-15 ta" Settembru 2008,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 91 u 90(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi f'Lulju 2005, l-ICC ħarġet mandat ta" arrest kontra Joseph Kony, iċ-Chairman u l-Kap Kmandant tal-LRA, taħt 33 kap t'akkuża ta" reati allegati kontra l-umanità u l-reati tal-gwerra, li ġie emendat f' Settembru 2005; billi mandati ta" arrest kienu maħruġa wkoll kontra kmandanti għoljin oħra tal-LRA, inklużi Vincent Otti, Okot Odhiambo u Domic Ongwen,

B.   billi t-33 kap t'akkuża kriminali kontra Joseph Kony jinkludu 12 –il kap t'akkuża ta" reati tal-gwerra u reati kontra l-umanità, inklużi qtil, stupru, skjavitù, skjavitù sesswali u atti inumani li jikkawżaw feriti gravi fuq il-ġisem tal-bniedem u sofferenzi, u 21 kap t'akkuża ta" reati tal-gwerra, inklużi l-qtil, it-trattament krudil ta" persuni ċivili, l-attakk intenzjonat b'mod dirett fuq il-popolazzjoni ċivili, is-sakkeġġ, inklużi l-istupru u l-lieva furzata tat-tfal,

C.   billi l-LRA ila tiġġieled fir-reġjun mill-1986, b'mod evidenti kontra l-Gvern tal-Uganda,

D.   billi r-ribelljoni armata vjolenti ila għaddejja fit-Tramuntana tal-Uganda mill-1986, attwalment f' isem ta" LRA,

E.   billi l-Awwissu 2006, il-Gvern tal-Uganda u l-LRA iffirmaw Ftehim ta" Waqfien mill-Ġlied,

F.   billi fl-aqwa tal-vjolenza fit-Tramuntana tal-Uganda fl-2005, madwar 1.6 miljun persuna kienu spustati u kienu qed jgħixu f'kampijiet interni għall-persuni spustati, u għexieren ta" eluf ta" tfal kellhom jorqdu kull lejl f'ċentri urbani għall-protezzjoni; billi għalkemm mill-2006 nofs il-persuni spustati (IDPs) setgħu jirritornaw lura lejn djarhom jew viċin djarhom, is-sitwazzjoni għada kritika għal ħafna mill-IDPs li għadhom jirrifjutaw li jmorru lura fin-nuqqas ta' Ftehim ta' Paċi Finali,

G.   billi jinsab imħasseb ħafna dwar il-konsegwenzi diżastrużi ta" dan il-kunflitt, li wassal għall-ħtif ta" iktar minn 20 000 tifel u tifla u li kkawża sofferenzi umani kbar, b'mod partikolari fost iċ-ċittadini, kif ukoll għal ksur kbir tad-drittijiet tal-bniedem, għall-ispustament massiv tal-popolazzjonijiet u għall-ikkrollar tal-istrutturi soċjali u ekonomiċi; billi l-ħtif tat-tfal u l-użu tagħhom bħala skjavi tas-sess jew bħala ġellieda huwa reat tal-gwerra u reat kontra l-umanità,

H.   billi fl-2008 biss, l-LRA allegatament wettqet bejn 200 u 300 ħtif fir-Repubblika tal-Afrika Ċentrali (CAR), fin-Nofsinhar tas-Sudan u fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (DRC), u għalhekk ikkawżat l-istess vjolenza fuq ġenerazzjoni ġdida ta" vittmi,

I.   billi f'Lulju 2008 l-LRA attakkat lill-Armata Sudaniża għal-Liberazzjoni f'Nabanga u qatlet madwar 20 suldat minn tagħha,

J.   billi Joseph Kony ripetutament naqas milli jidher f'Juba u sa issa rrifjuta li jiffirma l-Ftehim ta" Paċi Finali "sakemm il-mandati ta' arresti tal-ICC u xi kwistjonijiet oħra fil-Ftehim jissolvew mill-Grupp Konġunt ta" Komunikazzjoni"; billi l-Ftehim ta" Paċi Finali kienet innegozjata mill-Mibgħut Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għal żoni affettwati mil-LRA, l-ex President tal-Możambique, Joaquim Chissano,

K.   billi, Joseph Kony uża l-waqfien mill-ġlied matul il-proċess ta" paċi biex jiġbor mill-ġdid u jorganizza mill-ġdid il-forzi tal-LRA fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo,

L.   billi minħabba n-nuqqas ta" kapaċità tal-Istati Firmatarji biex jarrestaw lill-Kony u lill-kmandanti l-oħra tal-LRA, l-LRA bħalissa qed tespandi l-forzi tagħha permezz tal-ħtif,

M.   billi, f'Settembru 2008, skont il-Fond tan-NU għat-Tfal (UNICEF), l-LRA allegatament ħatfet 90 tifel u tifla tal-iskola Kongoliżi mill-irħula ta" Kiliwa u Duru fid-DRC, u attakkat diversi żoni oħra, tant li ħolqot spustar massiv fiż-żona,

N.   billi l-ICC tilgħab irwol kruċjali fil-prevenzjoni u l-kontroll ta' azzjonijiet gravi ta' kriminalità li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħha u huma mezz essenzjali kif jiġi promoss ir-rispett għal-liġi umanitarja internazzjonali u għad-drittijiet tal-bniedem, u għalhekk tikkontribwixxi għal-libertà, is-sigurtà, il-ġustizzja u l-Istat tad-Dritt, kif ukoll bħala kontribuzzjoni għall-preservazzjoni tal-paċi u għat-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali,

O.   billi l-ġurisdizzjoni tal-ICC tkopri l-iktar reati gravi li jikkonċernaw lill-komunità internazzjonali u b'mod partikolari l-ġenoċidju, ir-reati kontra l-umanità u r-reati tal-gwerra mwettqa wara l-1 ta" Lulju 2002,

P.   billi taħt l-Istatut ta' Ruma, l-Istati Firmatarji impenjaw ruħhom li jieħdu passi kontra reati bħal dawn fil-ġurisdizzjoni nazzjonali tagħhom u jappoġġjaw l-intervenzjoni tal-ICC meta l-Istati Nazzjonali jonqsu milli josservaw l-obbligi tagħhom,

Q.   billi l-Istati Membri kollha tal-UE minbarra r-Repubblika Ċeka rratifikaw l-Istatut ta" Ruma,

R.   billi skont il- ftehim ta" koperazzjoni msemmi hawn fuq, konkluż mill-UE u l-ICC, sabiex ikun iffaċilitat l-obbligu ta" koperazzjoni u assistenza, il-Partijiet ftehmu, inter alia, dwar it-twaqqif ta" kuntatti regolari xierqa bejn il-ICC u l-Punt Fokali tal-UE għall-Qorti,

S.   billi l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jagħmlu kull sforz biex jiżguraw li l-ikbar numru possibbli ta" Stati jieħdu partifl-ICC, u jżommu f'moħħhom dan l-objettiv waqt in-negozjati (kemm bilaterali u kemm multilaterali) u waqt id-djalogu politiku ma" pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet reġjonali,

T.   billi l-ICC għandha tkun integrata fir-relazzjonijiet esterni tal-UE u r-ratifikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Istatut ta" Ruma għandhom jiġu diskussi fid-djalogi politiċi u dawk dwar id-drittijiet tal-bniedem (speċjalment waqt samits u laqgħat oħra ta" livell għoli), ma" pajjiżi terzi, inkluż fil-kuntest ta" koperazzjoni għall-iżvilupp, bħal fil-kuntest tal-Ftehim ta" Cotonou,

1.  Jistieden lill-Gvern tal-Uganda u lill-gvernijiet tal-pajjiżi ġirien, b'mod partikolari lid-DRC, biex jikkoperaw b'mod sħiħ mal-ICC fl-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet tagħhom; jitlob, b'mod partikolari li jkun hemm koperazzjoni fl-arrest u ċ-ċediment ta" Joseph Kony u ta" persuni oħra mressqa mill-ICC, mingħajr dewmien;

2.  Jiddeplora bis-sħiħ it-twaqqif tal-isforzi biex jiġi promoss l-arrest ta" Joseph Kony u ta" persuni oħra mressqa mill-ICC; ifakkar lill-Gvern tal-Uganda li bħala firmatarju tal-Istatut ta" Ruma tal-ICC, huwa għandu l-obbligu li jikkopera b'mod sħiħ mal-ICC;

3.  Jiġbed l-attenzjoni li l-Istatut ta" Ruma jistipula li, ladarba persuni jċedu għall-ICC, il-Gvern tal-Uganda jista" mbagħad japplika biex il-każijiet jinstemgħu fi Qrati fl-Uganda, sakemm l-ICC tikkonkludi li l-Qrati tal-Uganda jistgħu u lesti jinvestigaw u jressqu ġenwinament lis-suspettati tal-LRA imsemmija fil-mandati ta" arrest;

4.  Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Uganda biex ma jikkonkludi l-ebda ftehim mal-LRA li tmur kontra l-liġi internazzjonali;

5.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE, tal-Unjoni Afrikana (AU) u b'mod partikolari lill-pajjiżi ġirien tal-Uganda biex jindirizzaw l-implimentazzjoni tal-mandati ta" arrest b'mod konsistenti;

6.  Jitlob ir-rilaxx mingħajr kundizzjoni u immedjat tal-persuni kollha maħtufa mil-LRA, b'mod partikolari l-ħelsien tat-tfal, li jirriskjaw li jispiċċaw skjavi tas-sess jew li jiġu sfurzati jiġġieldu għal-LRA;

7.  Jistieden lill-komunità internazzjonali biex twettaq l-investigazzjonijiet tagħha f'allegati abbużi reċenti li saru mil-LRA, fil-CAR, fid-DRC u fin-Nofsinhar tas-Sudan u f'investigazzjonijiet tan-NU mhux pubblikati rappurtati dwar abbużi fil-CAR u biex tiżvela s-sejbiet tagħhom;

8.  Jistieden lill-gvernijiet tar-reġjun, lill-Missjoni tal-NU fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUC) u lill-gvernijiet osservaturi internazzjonali oħra għat-taħdidiet ta" paċi biex isegwu l-movimenti u jippubblikaw il-movimenti tal-LRA permezz ta" monitoraġġ intensiv tal-fruntieri reġjonali u biex jikkontrollaw u jipprojbixxu l-fluss ta" armi u provvisti oħra lil-LRA; jitlob li jkun hemm żvilupp ta" pjani effettivi biex jitwettqu l-mandati ta" arrest tal-ICC filwaqt li jkun minimizzat ir-riskju għal ħajja taċ-ċittadini u mingħajr l-użu ta" forza eċċessiva, inkluż permezz tal-użu tal-MONUC;

9.  Jistieden lill-Istati Membri tal-UE, speċjalment lill-dawk li kienu involuti fl-Uganda u fil-proċess ta" paċi ta" Juba, biex jikkoordinaw mal-gvernijiet reġjonali u mas-segretarjat tan-NU u mal-forzi għaż-żamma ta" paċi bil-għan li jkunu implimentati l-mandati ta" arrest tal-ICC għall-mexxejja tal-LRA;

10.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-ġustizzja hija għan komuni li għandu jinqasam bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni Afrikana;

11.  Ifakkar li, skont l-Istatut ta" Ruma, l-Istati Firmatarji mpenjaw ruħhom li jġibu fi tmiem l-impunità għall-iktar reati gravi li jikkonċernaw lill-komunità internazzjonali u biex jikkontribwixxu għall-prevenzjoni ta" reati bħal dawn; jemmen bis-sħiħ li l-ICC u t-tribunali ad hoc jikkontribwixxu għall-proċess ta" rikonċiljazzjoni u paċi;

12.  Jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta" sforzi ċari sabiex tkun evitata d-diverżjoni ta" għajnuna internazzjonali favur l-LRA, għajnuna li tippermetti lill-Joseph Kony jikseb l-armi mill-ġdid; iħeġġeġ it-tnaqqis ta" networks ta" forniment lill-LRA; jistieden lill-gvern tas-Sudan biex jieqaf jagħti għajnuna finanzjarja u appoġġ militari lil-LRA;

13.  Jistieden lill-UE u lid-donaturi internazzjonali biex jappoġġjaw id-diżarm, id-demobilizzazzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid ta" ġellieda preċedenti tal-LRA, ir-ritorn tal-IDPs u r-ripatrijazzjoni għall-vittmi;

14.  Jilqa" b'sodisfazzjon il-kuntatti mill-qrib u regolari bejn uffiċjali għolja tal-ICC u l-UE; jinnota l-appoġġ qawwi tal-UE għall-parteċipazzjoni fi u l-implimentazzjoni tal-Istatut ta" Ruma; jenfasizza li t-tmexxija tal-UE hija essenzjali għat-tisħiħ tal-mandat tal-ICC;

15.  Jemmen bis-sħiħ li, fuq tul ta" żmien twil, l-ICC tikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta" atroċitajiet ġodda; jiġbed l-attenzjoni li n-nuqqas li jiġi arrestat Joseph Kony jirriżulta fit-tkomplija ta" atroċitajiet u l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li l-paċi u r-rikonċiljazzjoni ma jistgħux jinkisbu mingħajr ġustizzja għall-vittmi;

16.  Jirrakkomanda li l-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-UE issegwi mill-qrib is-sitwazzjoni fit-Tramentana tal-Uganda u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem mil-LRA;

17.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u, biex tkun infurmata, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għar-Reġjun tal-Għadajjar il-Kbar, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Unjoni Afrikana, lill-Gvern tal-Uganda, lill-gvernijiet tal-Istati Membri tal-UE u lill-Membri tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Afrikana u lill-Prosekutur tal-ICC.

(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(2) ĠU L 209, 11.08.2005, p. 27.
(3) ĠU L 167, 26.06.2002, p. 1.
(4) ĠU C 127 E, 29.5.2003, p.130.
(5) ĠU L 118, 14.05.2003, p. 12.
(6) ĠU C 31 E, 5.2.2004, p. 83
(7) ĠU L 150, 18.6.2003, p. 67.
(8) ĠU L 115, 28.4.2006, p. 50.
(9) Testi adottati, 'P6_TA(2008)0238.
(10) ĠU C 74 E. 24.3.2004, p. 879.
(11) ĠU C 121, 24.4.2001, p. 401.


Il-Programm Erasmus Mundus (2009-2013) ***I
PDF 297kWORD 63k
Riżoluzzjoni
Test
Riїoluzzjoni leġiїlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal deciїjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi programm ta' azzjoni għat-tisħiħ tal-kwalità fl-edukazzjoni ogħla u l-promozzjoni ta" fehim interkulturali permezz ta" kooperazzjoni ma" pajjiїi terzi (Erasmus Mundus) (2009-2013) (COM(2007)0395 – C6-0228/2007 – 2007/0145(COD))
P6_TA(2008)0497A6-0294/2008

(Proċedura ta' kodeċiїjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0395),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 149(4) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreїentat il-proposta lill-Parlament (C6-0228/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin kif ukoll tal-Kumitat għall-Iїvilupp, tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0294/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jikkunsidra li l-pakkett finanzjarju indikat fil-proposta leġiїlattiva għandu jkun kompatibbli mal-limitu massimu ta" l-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid (MFF) u jiġbed l-attenzjoni li l-ammont annwali se jkun deċiї fil-proċedura baġitarja annwali skond id-dispoїizzjonijiet tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda(1);

3.  Jinnota li l-mandat ta" l-Aġenzija Eїekuttiva "L-edukazzjoni, l-awdjoviїwali u l-kultura" ma jkoprix l-estensjoni proposta tal-programm Erasmus Mundus; jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-programm ta" l-Aġenzija Eїekuttiva se jkun possibbli biss wara estensjoni approvata b'mod xieraq tal-mandat, skond id-dispoїizzjonijiet legali fis-seħħ;

4.  Jinnota li l-ammont ġenerali indikattiv ta" EUR 460 miljun propost għall-iffinanzjar ta" l-Azzjoni 2 tal-programm se jkun kopert mill-pakkett finanzjarju ta" l-istrumenti rispettivi tal-politika barranija;

5.  Jenfasizza li l-iffinanzjar ta" l-attivitajiet previsti skond l-Azzjoni 2 m'għandhomx ikunu ta" detriment għall-attivitajiet oħra ffinanzjati mill-istrumenti differenti; jerġa" jtenni l-poїizzjoni tiegħu li azzjonijiet ġodda m'għandhomx ikunu ffinanzjati mill-baġit ta" l-Unjoni ħlief meta jkunu provduti għalihom mezzi finanzjarji addizzjonali; jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti lill-Parlament rapport annwali li jippreїenta d-dettall ta" l-ammonti li jikkonċerna l-attivitajiet li jirriїultaw mill-Azzjoni 2 u t-tqassim tagħhom mill-istrument finanzjarju kif ukoll skond ir-reġjuni u l-pajjiїi kkonċernati;

6.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-poїizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Poїizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Ottubru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2004/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-programm ta' azzjoni Erasmus Mundus 2009-2013, għat-tisħiħ tal-kwalità fl-edukazzjoni ogħla u l-promozzjoni ta" fehim interkulturali permezz ta" kooperazzjoni ma pajjiїi terzi ▌

P6_TC1-COD(2007)0145


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-poїizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, id-Deċiїjoni Nru 1298/2008/KE.)

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


Ir-regoli u standards ta' sikurezza għall-vapuri tal-passiġġieri (tfassil mill-ġdid) ***I
PDF 266kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli u standards ta' sikurezza għall-vapuri tal-passiġġieri (tfassil mill-ġdid) (COM(2007)0737 – C6-0442/2007 – 2007/0257(COD))
P6_TA(2008)0498A6-0300/2008

(Proċedura ta" kodeċiżjoni - tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0737),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 80(2) tat-Trattat tal-KE, skond liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0442/2007),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' tfassil mill-ġdid għall-atti legali(1),

   wara li kkunsidra l-impenji mogħtija mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tat-3 ta' Settembru 2008 biex tiġi adottata l-proposta, skont l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE u r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, 

–   wara li kkunsidra r-Regoli 80a u 51 tar-Regoli ta' Proċedura,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0300/2008),

A.   billi, skond il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludix emendi sostanzjali ħlief dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux ta' l-atti preċedenti flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta fiha kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti, bla ebda tibdil fis-sustanza tagħhom,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata skond ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni.

(1) ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


Mikro-organiżmi modifikati ġenetikament (Tfassil mill-ġdid) ***I
PDF 365kWORD 45k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu fil-magħluq ta" mikro-organiżmi modifikati ġenetikament (Tfassil mill-ġdid) (COM(2007)0736 – C6-0439/2007 – 2007/0259(COD))
P6_TA(2008)0499A6-0297/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0736),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0439/2007),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta" Novembru 2001 dwar użu iktar strutturat tat-teknika ta" riformulazzjoni għal atti legali(1),

–   wara li kkunsidra l-garanziji mogħtija mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tas-7 ta' Ottubru 2008 sabiex tkun adottata l-proposta kif ġiet emendata, b'konformità mal-Artikolu 251(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel (A6-0297/2008),

A.   billi skond il-Grupp ta" Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta li qed tkun eżaminata ma tinkludi l-ebda emenda sostantiva minbarra dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula ta" l-atti preċedenti flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta tinkludi kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti mingħajr l-ebda bidla fis-sustanza tagħhom,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u kif emendata hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Ottubru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva Nru .../2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu fil-magħluq ta" mikro-organiżmi modifikati ġenetikament (tfassil mill-ġdid)

P6_TC1-COD(2007)0259


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2009/41/KE.)

(1) ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


Statistiċi fir-rigward tat-trasport ta" merkanzija u passiġġieri bil-baħar (Riformulazzjoni) ***I
PDF 287kWORD 39k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta" merkanzija u passiġġieri bil-baħar (Riformulazzjoni) (COM(2007)0859 – C6-0001/2008 – 2007/0288(COD))
P6_TA(2008)0500A6-0288/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni - riformulazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0859),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 285(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0001/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika tar-riformulazzjoni ta' l-atti legali(1),

–   wara li kkunsidra l-garanziji mogħtija mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tat-8 ta' Ottubru 2008 sabiex tkun adottata l-proposta kif emendata, b'konformità mal-Artikolu 251(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80a u 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0288/2008),

A.   billi skond il-Grupp ta" Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta li qed tkun eżaminata ma tinkludi l-ebda emenda sostantiva minbarra dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula ta" l-atti preċedenti flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta tinkludi kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti mingħajr l-ebda bidla fis-sustanza tagħhom,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u kif emendata hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Ottubru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva Nru.../2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospetti statistiċi fir-rigward tat-trasport ta" merkanzija u passiġġieri bil-baħar

P6_TC1-COD(2007)0288


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2009/42/KE.)

(1) ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


L-istatistika Komunitarja dwar il-kummerċ bejn l-Istati Membri ***I
PDF 284kWORD 37k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 638/2004 dwar l-istatistika Komunitarja rigward il-kummerċ ta' merkanzija bejn l-Istati Membri (COM(2008)0058 – C6-0059/2008 – 2008/0026(COD))
P6_TA(2008)0501A6-0348/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni - l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0058),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 285(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0059/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0348/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-21 ta' Ottubru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolament (KE) Nru 638/2004 dwar l-Istatistika Komunitarja li għandha x'taqsam mal-kummerċ ta' merkanzija bejn l-Istati Membri

P6_TC1-COD(2008)0026


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, ir-Regolament (KE) Nru 222/2009.)


Liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali *
PDF 421kWORD 104k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2201/2003 fir-rigward ta' ġurisidizzjoni u introduzzjoni ta' regoli dwar liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali (COM(2006)0399 – C6-0305/2006 – 2006/0135(CNS))
P6_TA(2008)0502A6-0361/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2006)0399),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 61 (c) u l-Artikolu 67 (1) tat-Trattat KE, skont liema huwa ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0305/2006),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0361/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emendi tal-Parlament
Emenda 1
PREMESSA 6A (ġdida)
(6a)  Il-possibiltà li tintgħażel il-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali m'għandhiex tippreġudika l-għola interess tat-tfal.
Emenda 2
PREMESSA 6B (ġdida)
(6b)  Qabel ma jiġu magħżula l-ġuriżdizzjoni kompetenti u l-liġi applikabbli, huwa importanti li l-miżżewġin ikollhom aċċess għal informazzjoni aġġornata fir-rigward ta' l-aspetti essenzjali tal-liġi nazzjonali u Komunitarja u l-proċeduri fil-qasam tad-divorzju u tas-separazzjoni legali. Sabiex jiġi garantit dan l-aċċess għall-informazzjoni ta' kwalità adegwata, il-Kummissjoni għandha taġġorna b'mod regolari l-informazzjoni fis-sistema ta' informazzjoni pubblika bbażata fuq l-internet u mwaqqfa permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE tat-28 ta' Mejju 2001 li tistabbilixxi Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali1.
1 ĠU L 174, 27.6.2001, p. 25.
Emenda 3
PREMESSA 6C (ġdida)
(6c)  Il-possibiltà li l-ġuriżdizzjoni u l-liġi applikabbli jintagħżlu bi ftehim reċiproku m'għandhiex tippreġudika d-drittijiet u l-ugwaljanza ta' l-opportunitajiet għaż-żewġ konjuġi. F'dan ir-rigward, l-imħallfin nazzjonali għandhom ikunu konxji mill-importanza ta' għażla infurmata taż-żewġ konjuġi fir-rigward tal-konsegwenzi legali tal-ftehim milħuq.
Emenda 4
PREMESSA 7A (ġdida)
(7a)  It-terminu "residenza abitwali" għandu jiġi interpretat b'konformità mal-objettivi ta" dan ir-regolament. Is-sinifikat tiegħu għandu jiġi determinat mill-imħallef skond il-każ fuq bażi fattwali. Dan it-terminu ma jirreferix għal kunċett tal-liġi nazzjonali, iżda għal kunċett awtonomu tal-liġi Komunitarja.
Emenda 5
PREMESSA 9A (ġdida)
(9a)  Il-ftehim infurmat taż-żewġ konjuġi huwa prinċipju essenzjali ta' dan ir-Regolament. Kull imsieħeb tal-koppja għandu jkun jaf eżattament x'inhuma l-konsegwenzi ġuridiċi u soċjali tal-għażla tal-ġuriżdizzjoni u tal-liġi applikabbli.
Emenda 6
ARTIKOLU 1, PUNT 1
Titolu (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 fir-rigward ta" ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u fil-kwistjonijiet ta" responsabilità tal-ġenituri kif ukoll dwar il-liġi applikabbli fi kwistjonijiet matrimonjali.
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 fir-rigward ta" ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u fil-kwistjonijiet ta" responsabilità tal-ġenituri kif ukoll dwar il-liġi applikabbli fi kwistjonijiet ta' divorzju u ta' separazzjoni legali
Emenda 7
ARTIKOLU 1 – PUNT 1 (a) (ġdid)
Artikolu 2, punt 11 (ġdid) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
(1a)  Fl-Artikolu 2, għandu jiżdied il-punt li ġej:
"11a. il-frażi 'residenza abitwali' għandha tfisser id-domiċilju ordinarju ta' persuna."
Emenda 8
ARTIKOLU 1, PUNT 2
Artikolu 3a (1) punt (a) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
(a) kull kompetenza mniżżla f' Artikolu 3 japplika, jew
(a) fil-mument meta l-ftehim jintlaħaq, il-ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru msemmi hija kompetenti skont l-Artikolu 3, jew;
Emenda 9
ARTIKOLU 1, PUNT 2
Artikolu 3a (1) punt (b) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
(b) ikun il-post ta' l-aħħar residenza abitwali komuni tal-konjuġi għal mill-inqas tliet snin, jew
(b) fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim, dan huwa l-Istat Membru tar-residenza abitwali tal-konjuġi għal mill-inqas tliet snin, bil-kundizzjoni li din is-sitwazzjoni ma ntemmitx iktar minn tliet snin qabel ma l-qorti tingħata l-ġuriżdizzjoni, jew;
Emenda 10
ARTIKOLU 1, PUNT 2
Artikolu 3a (1) punt (c) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
(c) wieħed mil-konjuġi huwa/hija ċittadin ta' Stat Membru, jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, għandu jew għandha "id-domiċilju" fit-territorjuf'wieħed minn dawn l-aħħar Stati Membri.
c) fil-mument meta ntlaħaq il-ftehim, wieħed mill-konjuġi huwa/hija ċittadin ta' dan l-Istat Membru, jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, għandu jew għandha "id-domiċilju" fit-territorju ta" wieħed minn dawn iż-żewġ Stati Membri.
Emenda 11
ARTIKOLU 1, PUNT 2
Artikolu 3a (1), punt c (a) (ġdid) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
(ca) iż-żwieġ tagħhom ikun sar f'dak l-Istat Membru.
Emenda 12
ARTIKOLU 1, PUNT 2
Artikolu 3a (2) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
2.  Ftehim li jagħti ġuriżdizzjoni ser ikun espress bil-miktub u ffirmat miż-żewġ konjuġi sa mhux iktar tard minn meta l-qorti tingħata pussess.
2.  Ftehim li jagħti ġuriżdizzjoni jista" jintlaħaq u jiġi emendat fi kwalunkwe mument, iżda sa mhux iktar tard minn meta l-qorti tingħata pussess. Huwa għandu japplika għal kull livell tal-proċedura ġudizzjarja.
Dan il-ftehim huwa fformulat bil-kitba, datat u ffirmat miż-żewġ konjuġi. Jekk il-liġi ta' l-Istat Membru li fih wieħed mill-konjuġi għandu r-residenza abitwali tiegħa/tagħha fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim tipprevedi esiġenzi formali ulterjuri għal ftehimiet bħal dawn, dawn l-esiġenzi għandhom jiġu sodisfatti. Jekk il-konjuġi għandhom ir-residenza abitwali tagħhom fi Stati Membri differenti, li l-liġijiet rispettivi tagħhom jipprevedu esiġenzi formali ulterjuri, il-ftehim huwa validu jekk jissodisfa l-esiġenzi ta' waħda minn dawn il-liġijiet.
Jekk il-ftehim huwa parti minn kuntratt ta' żwieġ, l-esiġenzi formali ta' dan il-kuntratt taż-żwieġ għandhom jiġu sodisfatti.
Emenda 13
ARTIKOLU 1, PUNT 3
Artikoli 4 u 5 (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
3)  Fl-Artikoli 4 u 5, it-termini "Artikolu 3" tbiddlu mat-termini "Artikoli 3 u 3a".
3)  Fl-Artikoli 4 u 5, it-termini "Artikolu 3" tbiddlu mat-termini "Artikoli 3, 3a u 7".
Emenda 14
ARTIKOLU 1, PUNT 5
Artikolu 7, punt (a) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
(a) il-konjuġi kellhom ir-residenza abitwali ta' qabel fit-territorju ta' Stat Membru għal mill-inqas tliet snin; jew;
(a) il-konjuġi preċedentement kellhom ir-residenza abitwali tagħhom fit-territorju ta' l-Istat Membru msemmi matul mill-inqas tliet snin, bil-kundizzjoni li t-tmiem ta' dan il-perjodu ma seħħx iktar minn tliet snin qabel ma l-qorti ngħatat l-ġuriżdizzjoni, jew;
Emenda 15
ARTIKOLU 1 – PUNT 5 (a) (ġdid)
Artikolu 7a (ġdid) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
5 a)  L-Artikolu li ġej huwa miżjud:
"Artikolu 7a
Forum necessitatis
Meta l-ġuriżdizzjoni kompetenti skond dan ir-Regolament tinsab fi Stat Membru li l-liġi tiegħu ma tipprevedix id-divorzju jew ma tirrikonoxxix l-eżistenza jew il-validità taż-żwieġ in kwistjoni, il-ġuriżdizzjoni tingħata:
(a) lill-Istat Membru tan-nazzjonalità ta' wieħed mill-konjuġi; jew
b) lill-Istat Membru li fih ġie ċċelebrat iż-żwieġ."
Emenda 16
ARTIKOLU 1, PUNT 6
Artikoli 12(1) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
6)  Fl-Artikolu 12 (1), it-termini "Artikolu 3" tbiddlu mat-termini "Artikoli 3 u 3a".
6)  Fl-Artikolu 12 (1), it-termini "Artikolu 3" tbiddlu mat-termini "Artikoli 3, 3a u 7".
Emenda 38
ARTIKOLU 1, PUNT 7
Artikolu 20a, paragrafu 1, parti introduttorja(Regolament (KE) Nru 2201/2003)
1.  Il-konjuġi jistgħu jiftiehmu sabiex jagħżlu l-liġi applikabbli għal divorzju jew separazzjoni legali. Il-konjuġi jistgħu jiftiehmu sabiex jagħżlu waħda mil-liġijiet li gejjin:
1.  Il-konjuġi jistgħu jiftiehmu sabiex jagħżlu l-liġi applikabbli għal divorzju jew separazzjoni legali sakemm din il-liġi hija f'konformità mad-drittijiet fundamentali definiti fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-prinċipju tal-politika pubblika. Il-konjuġi jistgħu jiftiehmu sabiex jagħżlu waħda mil-liġijiet li gejjin:
Emenda 18
ARTIKOLU 1, PUNT 7
Artikolu 20a (1), punt -(a) (ġdid) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
-a) il-liġi ta' l-Istat Membru tar-residenza abitwali tal-konjuġi fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim;
Emenda 19
ARTIKOLU 1, PUNT 7
Artikolu 20a (1) punt (a) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
(a) il-liġi ta" l-Istat ta" l-aħħar residenza abitwali komuni tal-konjuġi
safejn wieħed jew waħda minnhom ghadhom jgħixu hemm;
(a) il-liġi ta' l-Istat tar-residenza abitwali tal-konjuġi sakemm wieħed mit-tnejn kien għadu jgħix fiha fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim;
Emenda 20
ARTIKOLU 1, PUNT 7
Artikolu 20a (1) punt (b) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
(b) il-liġi ta' l-Istat ta' nazzjonalità ta' wieħed mill-konjuġi jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, id-"domiċilju" ta" wieħed jew waħda mill-konjuġi;
b) il-liġi ta' l-Istat ta' nazzjonalità ta' wieħed mill-konjuġi jew, fil-każ tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda, "id-domiċilju" ta' wieħed mill-konjuġi fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim;
Emenda 21
ARTIKOLU 1, PUNT 7
Artikolu 20a (1) punt (c) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
(c) il-liġi ta" l-istat fejn il-konjuġi għexu għal mill-imqas ħames snin;
(c) il-liġi ta" l-Istat fejn il-konjuġi kellhom preċedentement ir-residenza abitwali tagħhom għal mill-inqas tliet snin;
Emenda 22 u 23
ARTIKOLU 1, PUNT 7
Artikolu 20a (1), punt c (a) (ġdid) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
c a) il-liġi ta' l-Istat li fih ġie ċċelebrat iż-żwieġ;
Emenda 24
ARTIKOLU 1, PUNT 7
Artikolu 20a (2) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
2.  Ftehim li jindika l-liġi applikabbli ser ikun espress bil-miktub u jkun iffirmat miż-żewġ konjuġi sa mhux iktar tard minn meta l-qorti tingħata l-ġuriżdizzjoni.
2.  Ftehim li jindika l-liġi applikabbli ser ikun espress bil-miktub u jkun iffirmat miż-żewġ konjuġi sa mhux iktar tard minn meta l-qorti tingħata l-ġuriżdizzjoni.
Madankollu, jekk il-liġi ta' l-Istat Membru li fih wieħed mill-konjuġi għandu r-residenza abitwali tiegħa/tagħha fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim tipprevedi esiġenzi formali ulterjuri għal ftehimiet bħal dawn, dawn l-esiġenzi għandhom jiġu sodisfatti. Jekk il-konjuġi għandhom ir-residenza abitwali tagħhom fi Stati Membri differenti, li l-liġijiet rispettivi tagħhom jipprevedu esiġenzi formali ulterjuri, il-ftehim huwa validu jekk jissodisfa l-esiġenzi ta' waħda minn dawn il-liġijiet.
Jekk il-ftehim hu parti minn kuntratt ta' żwieġ, l-esiġenzi formali tal-kuntratt taż-żwieġ għandhom jiġu sodisfatti.
Emenda 25
ARTIKOLU 1, PUNT 7
Artikolu 20a (2a) (ġdid) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
2 a.  Jekk il-liġi indikata skond l-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu ma tirrikonoxxix is-separazzjoni legali jew id-divorzju jew jekk tirrikonoxxihom b'mod li huwa diskriminatorju fir-rigward ta' waħda mill-persuni li qed jiżżewġu, għandha tapplika l-lex fori.
Emenda 27
ARTIKOLU 1, PUNT 7
Artikolu 20b, punt (a) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
(a) fejn il-konjuġi għandhom ir-resdenza komuni abitwali, jew fin-nuqqas ta" dan,
a) fejn il-konjuġi għandhom ir-residenza abitwali fil-mument meta l-qorti tingħata l-ġuriżdizzjoni, jew, fin-nuqqas ta" dan,
Emenda 28
ARTIKOLU 1, PUNT 7
Artikolu 20b, punt (b) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
(b) fejn il-konjuġi kellhom l-aħħar residenza komuni abitwali sakemm wieħed jew waħda minnhom għadu jgħix hemm, jew fin-nuqqas ta" dan,
b) fejn il-konjuġi kellhom ir-residenza abitwali sakemm wieħed jew waħda minnhom kien għadu jgħix hemm fil-mument meta l-qorti tingħata l-ġuriżdizzjoni, jew fin-nuqqas ta" dan,
Emenda 29
ARTIKOLU 1, PUNT 7
Artikolu 20b, punt (c) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
(c) ta" fejn iż-żewġ konjuġi għandhom in-nazzjonalità, jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, it-tnejn li huma għandhom id-"domiċilju", jew fin-nuqqas ta' dan,
c) tan-nazzjonalità taż-żewġ konjuġi jew, fil-każ tar-Renju Unit u ta' l-Irlanda, tad-''domiċilju'' taż-żewġ konjuġi fil-mument meta l-qorti tingħata l-ġuriżdizzjoni, jew fin-nuqqas ta' dan,
Emenda 30
ARTIKOLU 1, PUNT 7
Artikolu 20 b, inċiż 1 a (ġdid) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
Jekk il-liġi indikata skond l-ewwel paragrafu mhux innumerat ta' dan l-Artikolu ma tirrikonoxxix is-separazzjoni legalijew id-divorzju jew jekk tirrikonoxxihom b'mod li huwa diskriminatorju fir-rigward ta' waħda mill-persuni li qed jiżżewġu, għandha tapplika l-lex fori.
Emenda 31
ARTIKOLU 1, PUNT 7
Artikolu 20e a (ġdid) (Regolament (KE) Nru 2201/2003)
Artikolu 20e a
Informazzjoni min-naħa ta' l-Istati Membri
1.  Sa mhux aktar tard mill-...1, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni r-regoli nazzjonali tagħhom fir-rigward ta' l-esiġenzi formali li japplikaw għall-ftehimiet rigward l-għażla tal-ġuriżdizzjoni kompetenti u tal-liġi applikabbli.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw kull tibdil ulterjuri f'dawn ir-regoli lill-Kummissjoni.
2.  Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-informazzjoni li ġiet komunikata lilha skond l-ewwel paragrafu permezz ta' miżuri adegwati, b'mod partikolari permezz tan-netwerk ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali.
1 3 xhur wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

L-immaniġġjar tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-iktar periferiċi tal-Komunità *
PDF 379kWORD 56k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 639/2004 dwar l-amministrazzjoni tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-iktar periferiċi tal-Komunità (COM(2008)0444 – C6-0298/2008 – 2008/0138(CNS))
P6_TA(2008)0503A6-0388/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0444),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 37 u 299(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0298/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A6-0388/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 3 a (ġdid)
(3a)  Barra minn hekk, jirriżulta li fir-reġjuni l-iktar periferiċi jeżistu flotot li fil-maġġoranza tagħhom huma magħmula minn dgħajjes antikwati, li xi kultant ikollhom iktar minn 30 sena, u li minħabba f'dan hemm il-ħtieġa li jkun garantit appoġġ Komunitarju għat-tiġdid u għall-immodernizzar ta" dawn il-flotot, b'mod partikulari tal-flotta artiġanali, biex jittejbu l-kundizzjonijiet ta" preservazzjoni tal-ħut kif ukoll il-kundizzjonijiet tax-xogħol u ta' sikurezza tal-professjonisti tas-sajd f'dawn ir-reġjuni;
Emenda 2
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 4
(4)  Għalhekk huwa xieraq li d-data ta' l-għeluq għad-deroga stabbilita fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 639/2004 tiġi estiża għal sena oħra.
(4)  Għalhekk huwa xieraq li d-data tal-għeluq għad-deroga stabbilita fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 639/2004 tiġi estiża sal-2011.
Emenda 4
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu -1 (ġdid)
Regolament (KE) Nru 639/2004
Artikolu 2 – punt 2
Artikolu -1
Fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 639/2004, il-punt 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:
"2) b'deroga mill-Artikolu 9(1)(c)(i) tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999, tista' tingħata għajnuna pubblika għall-immodernizzar tal-flotta f'dak li huwa tunnellaġġ u/jew qawwa, fil-limiti tal-livelli ta" referenza speċifiċi msemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament."
Emenda 6
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu -1 a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 639/2004
Artikolu 2 – punt 4
Artikolu -1a
Fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 639/2004, il-punt 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:
"4) b'deroga mill-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2792/1999, għajnuna pubblika għat-tiġdid ta' bastimenti tas-sajd tista' tingħata sal-31 ta' Diċembru 2009."
Emenda 7
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1
Regolament (KE) Nru 639/2004
Artikolu 2 – punt 5
Fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 639/2004, "il-31 ta' Diċembru 2008" għandu jiġi sostitwit b" "il-31 ta' Diċembru 2009".
Fl-Artikolu 2, punt 5, tar-Regolament (KE) Nru 639/2004, id-data "31 ta' Diċembru 2008" għandha tinbidel bid-data "31 ta' Diċembru 2011".
Emenda 8
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 1 a (ġdid)
Regolament (KE) Nru 639/2004
Artikolu 6
Artikolu 1a
L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 639/2004 għandu jibidel b'dan li ġej:
"Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament qabel l-iskadenza tad-derogi li dan jipprevedi. F'dak li għandu x'jaqsam mal-miżuri stipulati fl-Artikolu 2, il-Kummissjoni għandha tipproponi, jekk ikun il-każ, l-adattamenti meħtieġa, skont l-evoluzzjoni tal-bżonnijiet soċjoekonomiċi tar-reġjuni kkonċernati u tal-istat tar-riżorsi tas-sajd rispettivi tagħhom."

Il-ġlieda kontra t-traffikar tat-tfal
PDF 216kWORD 53k
Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ġlieda kontra t-traffikar tat-tfal
P6_TA(2008)0504P6_DCL(2008)0050

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 34 u 35 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar Azzjoni kontra t-Traffikar tal-Bnedmin,

–   wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 116 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi t-traffikar tat-tfal għadu problema persistenti, b'iktar minn żewġ miljuni ttraffikati kull sena minħabba xogħol sfurzat u esplojtazzjoni sesswali,

B.   billi l-iżvilupp ta' teknoloġiji tal-komunikazzjoni ġodda jżid it-traffikar tat-tfal, filwaqt li jwassal biex l-immaniġġjar ta' dan il-fenomenu jsir iktar diffiċli,

C.   billi l-awtoritajiet nazzjonali u l-NGOs fl-Istati Membri għadhom mhux qed jaġixxu b'mod effiċjenti kontra t-traffikar tat-tfal, minħabba koperazzjoni transkonfinali insuffiċjenti, nuqqas ta' taħriġ professjonali jew minħabba implimentazzjoni inadegwata ta' l-istandards legali eżistenti,

1.  Jistieden lill-Istati Membri biex jirrikonoxxu l-ġlieda kontra t-traffikar tat-tfal bħala objettiv ta' prijorità fil-politiki nazzjonali tagħhom għall-ħarsien tat-tfal;

2.  Jistieden biex il-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jipprovdu r-riżorsi neċessarji fil-qafas ta' l-istrateġija tal-Kummissjoni dwar il-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tat-tfal;

3.  Jistieden lill-Istati Membri biex ikomplu jikkoperaw u jagħmlu skambju ta' għarfien u esperjenza b'mod attiv ma' l-awtoritajiet ta' l-UE u l-NGOs rilevanti, għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tat-tfal, u biex jipprovdu trattament adegwat għall-vittmi ta' dan it-traffikar;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien ma' l-ismijiet tal-firmatarji, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Lista ta' firmatarji

Adamos Adamou, Vittorio Agnoletto, Alexander Alvaro, Jan Andersson, Georgs Andrejevs, Laima Liucija Andrikienė, Emmanouil Angelakas, Rapisardo Antinucci, Kader Arif, Stavros Arnaoutakis, Elspeth Attwooll, Jean-Pierre Audy, Margrete Auken, Inés Ayala Sender, Liam Aylward, Pilar Ayuso, Maria Badia i Cutchet, Mariela Velichkova Baeva, Enrique Barón Crespo, Paolo Bartolozzi, Alessandro Battilocchio, Katerina Batzeli, Edit Bauer, Jean Marie Beaupuy, Zsolt László Becsey, Ivo Belet, Irena Belohorská, Monika Beňová, Giovanni Berlinguer, Slavi Binev, Sebastian Valentin Bodu, Herbert Bösch, Guy Bono, Josep Borrell Fontelles, Victor Boştinaru, Costas Botopoulos, Catherine Boursier, Bernadette Bourzai, John Bowis, Sharon Bowles, Emine Bozkurt, Iles Braghetto, Mihael Brejc, Frieda Brepoels, Hiltrud Breyer, Jan Březina, Ieke van den Burg, Niels Busk, Cristian Silviu Buşoi, Philippe Busquin, Jerzy Buzek, Mogens Camre, Luis Manuel Capoulas Santos, Marie-Arlette Carlotti, Giorgio Carollo, Paulo Casaca, Michael Cashman, Françoise Castex, Pilar del Castillo Vera, Giusto Catania, Jean-Marie Cavada, Alejandro Cercas, Giulietto Chiesa, Ole Christensen, Sylwester Chruszcz, Luigi Cocilovo, Carlos Coelho, Dorette Corbey, Giovanna Corda, Thierry Cornillet, Jean Louis Cottigny, Michael Cramer, Corina Creţu, Gabriela Creţu, Brian Crowley, Magor Imre Csibi, Marek Aleksander Czarnecki, Ryszard Czarnecki, Hanne Dahl, Daniel Dăianu, Dragoş Florin David, Chris Davies, Bairbre de Brún, Véronique De Keyser, Panayiotis Demetriou, Gérard Deprez, Proinsias De Rossa, Marielle De Sarnez, Marie-Hélène Descamps, Harlem Désir, Christine De Veyrac, Mia De Vits, Jolanta Dičkutė, Alexandra Dobolyi, Valdis Dombrovskis, Beniamino Donnici, Avril Doyle, Mojca Drčar Murko, Bárbara Dührkop Dührkop, Andrew Duff, Árpád Duka-Zólyomi, Constantin Dumitriu, Lena Ek, Saïd El Khadraoui, Maria da Assunção Esteves, Edite Estrela, Harald Ettl, Jill Evans, Göran Färm, Richard Falbr, Emanuel Jardim Fernandes, Elisa Ferreira, Ilda Figueiredo, Roberto Fiore, Věra Flasarová, Nicole Fontaine, Glyn Ford, Armando França, Duarte Freitas, Urszula Gacek, Kinga Gál, Milan Gaľa, Vicente Miguel Garcés Ramón, Iratxe García Pérez, Jean-Paul Gauzès, Evelyne Gebhardt, Eugenijus Gentvilas, Georgios Georgiou, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Claire Gibault, Adam Gierek, Maciej Marian Giertych, Neena Gill, Robert Goebbels, Bogdan Golik, Bruno Gollnisch, Ana Maria Gomes, Donata Gottardi, Hélène Goudin, Genowefa Grabowska, Martí Grau i Segú, Louis Grech, Nathalie Griesbeck, Lissy Gröner, Elly de Groen-Kouwenhoven, Mathieu Grosch, Françoise Grossetête, Lilli Gruber, Ignasi Guardans Cambó, Pedro Guerreiro, Umberto Guidoni, Zita Gurmai, Catherine Guy-Quint, Fiona Hall, Małgorzata Handzlik, Gábor Harangozó, Malcolm Harbour, Marian Harkin, Joel Hasse Ferreira, Satu Hassi, Anna Hedh, Gyula Hegyi, Erna Hennicot-Schoepges, Edit Herczog, Esther Herranz García, Jim Higgins, Jens Holm, Mary Honeyball, Richard Howitt, Ján Hudacký, Ian Hudghton, Stephen Hughes, Alain Hutchinson, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Iliana Malinova Iotova, Mikel Irujo Amezaga, Carlos José Iturgaiz Angulo, Lily Jacobs, Anneli Jäätteenmäki, Stanisław Jałowiecki, Lívia Járóka, Pierre Jonckheer, Romana Jordan Cizelj, Madeleine Jouye de Grandmaison, Jelko Kacin, Filip Kaczmarek, Gisela Kallenbach, Ioannis Kasoulides, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Piia-Noora Kauppi, Metin Kazak, Glenys Kinnock, Evgeni Kirilov, Ewa Klamt, Wolf Klinz, Dieter-Lebrecht Koch, Jaromír Kohlíček, Maria Eleni Koppa, Magda Kósáné Kovács, Miloš Koterec, Guntars Krasts, Wolfgang Kreissl-Dörfler, Ģirts Valdis Kristovskis, Urszula Krupa, Wiesław Stefan Kuc, Sepp Kusstatscher, Zbigniew Krzysztof Kuźmiuk, André Laignel, Alain Lamassoure, Stavros Lambrinidis, Alexander Graf Lambsdorff, Vytautas Landsbergis, Esther De Lange, Raymond Langendries, Vincenzo Lavarra, Henrik Lax, Johannes Lebech, Stéphane Le Foll, Roselyne Lefrançois, Bernard Lehideux, Jörg Leichtfried, Jo Leinen, Jean-Marie Le Pen, Katalin Lévai, Janusz Lewandowski, Bogusław Liberadzki, Marie-Noëlle Lienemann, Kartika Tamara Liotard, Pia Elda Locatelli, Eleonora Lo Curto, Antonio López-Istúriz White, Andrea Losco, Patrick Louis, Caroline Lucas, Sarah Ludford, Astrid Lulling, Elizabeth Lynne, Marusya Ivanova Lyubcheva, Jules Maaten, Linda McAvan, Arlene McCarthy, Mary Lou McDonald, Mairead McGuinness, Jamila Madeira, Eugenijus Maldeikis, Ramona Nicole Mănescu, Vladimír Maňka, Marian-Jean Marinescu, Helmuth Markov, Sérgio Marques, David Martin, Miguel Angel Martínez Martínez, Jan Tadeusz Masiel, Antonio Masip Hidalgo, Marios Matsakis, Maria Matsouka, Mario Mauro, Manolis Mavrommatis, Hans-Peter Mayer, Jaime Mayor Oreja, Manuel Medina Ortega, Erik Meijer, Íñigo Méndez de Vigo, Emilio Menéndez del Valle, Marianne Mikko, Miroslav Mikolášik, Gay Mitchell, Nickolay Mladenov, Viktória Mohácsi, Claude Moraes, Javier Moreno Sánchez, Eluned Morgan, Luisa Morgantini, Philippe Morillon, Elisabeth Morin, Roberto Musacchio, Cristiana Muscardini, Joseph Muscat, Riitta Myller, Pasqualina Napoletano, Juan Andrés Naranjo Escobar, Cătălin-Ioan Nechifor, Catherine Neris, Bill Newton Dunn, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Angelika Niebler, Lambert van Nistelrooij, Vural Öger, Cem Özdemir, Péter Olajos, Jan Olbrycht, Gérard Onesta, Dumitru Oprea, Josu Ortuondo Larrea, Siiri Oviir, Reino Paasilinna, Maria Grazia Pagano, Justas Vincas Paleckis, Marie Panayotopoulos-Cassiotou, Vladko Todorov Panayotov, Pier Antonio Panzeri, Dimitrios Papadimoulis, Atanas Paparizov, Georgios Papastamkos, Neil Parish, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Maria Petre, Rihards Pīks, Józef Pinior, Gianni Pittella, Francisca Pleguezuelos Aguilar, Zita Pleštinská, Rovana Plumb, Anni Podimata, Zdzisław Zbigniew Podkański, Lydie Polfer, José Javier Pomés Ruiz, Mihaela Popa, Nicolae Vlad Popa, Christa Prets, Pierre Pribetich, Vittorio Prodi, John Purvis, Bilyana Ilieva Raeva, Miloslav Ransdorf, Poul Nyrup Rasmussen, José Ribeiro e Castro, Teresa Riera Madurell, Karin Riis-Jørgensen, Giovanni Rivera, Maria Robsahm, Michel Rocard, Bogusław Rogalski, Zuzana Roithová, Luca Romagnoli, Raül Romeva i Rueda, Dariusz Rosati, Wojciech Roszkowski, Libor Rouček, Martine Roure, Heide Rühle, Eoin Ryan, Guido Sacconi, Aloyzas Sakalas, Katrin Saks, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, María Isabel Salinas García, Antolín Sánchez Presedo, Manuel António dos Santos, Daciana Octavia Sârbu, Christel Schaldemose, Olle Schmidt, Pál Schmitt, György Schöpflin, Inger Segelström, Esko Seppänen, Adrian Severin, Czesław Adam Siekierski, Brian Simpson, Kathy Sinnott, Peter Skinner, Csaba Sógor, Renate Sommer, Søren Bo Søndergaard, María Sornosa Martínez, Jean Spautz, Bart Staes, Grażyna Staniszewska, Gabriele Stauner, Petya Stavreva, Dirk Sterckx, Struan Stevenson, Catherine Stihler, Theodor Dumitru Stolojan, Dimitar Stoyanov, Margie Sudre, Eva-Britt Svensson, József Szájer, István Szent-Iványi, Hannu Takkula, Charles Tannock, Andres Tarand, Britta Thomsen, Marianne Thyssen, Silvia-Adriana Ţicău, Gary Titley, Patrizia Toia, László Tőkés, Ewa Tomaszewska, Witold Tomczak, Jacques Toubon, Antonios Trakatellis, Catherine Trautmann, Kyriacos Triantaphyllides, Evangelia Tzampazi, Feleknas Uca, Vladimir Urutchev, Inese Vaidere, Nikolaos Vakalis, Adina-Ioana Vălean, Johan Van Hecke, Anne Van Lancker, Daniel Varela Suanzes-Carpegna, Ari Vatanen, Yannick Vaugrenard, Riccardo Ventre, Donato Tommaso Veraldi, Bernadette Vergnaud, Kristian Vigenin, Dominique Vlasto, Diana Wallis, Graham Watson, Renate Weber, Åsa Westlund, Glenis Willmott, Janusz Wojciechowski, Corien Wortmann-Kool, Francis Wurtz, Anna Záborská, Jan Zahradil, Zbigniew Zaleski, Iva Zanicchi, Andrzej Tomasz Zapałowski, Tatjana Ždanoka, Dushana Zdravkova, Roberts Zīle, Gabriele Zimmer, Jaroslav Zvěřina, Tadeusz Zwiefka

Avviż legali - Politika tal-privatezza