Indiċi 
Testi adottati
Il-Ħamis, 23 ta' Ottubru 2008 - Strasburgu
Abbozz tal-baġit ġenerali 2009 (taqsima III)
 Abbozz tal-Baġit ġenerali 2009 - (Taqsimiet I, II, IV, V, VI, VII, VIII, IX)
 L-imposti tal-ajruporti ***II
 Ftehim ta" Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Bożnja Ħerzegovina ***
 Il-piraterija fuq il-baħar
 Ekwivalenza għall-istandards tal-kontabilità
 Miżuri ta' sigurtà tal-avjazzjoni u body scanners
 Ftehima ta" Stabilizzazzjoni u ta" Assoċjazzjoni bejn il-KE u l-Bożnja Ħerżegovina
 Il-kommemorazzjoni tal-Holodomor, il-karestija artifiċjali tal-Ukrajna (1932-1933)
 Rapport annwali li jikkonċerna l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fis-sena 2007
 Venezwela
 Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo: ġlied fiż-żoni tal-fruntiera tal-lvant
 Burma

Abbozz tal-baġit ġenerali 2009 (taqsima III)
PDF 378kWORD 131k
Riżoluzzjoni
Anness
Riїoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2008 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III - Kummissjoni (C6-0309/2008 – 2008/2026(BUD)) u Ittra ta' Emenda Nru 1/2009 għall-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali tal-unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 (SEC(2008)2435)
P6_TA(2008)0515A6-0398/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra d-Deċiїjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom tad-29 ta' Settembru 2000 dwar is-sistema tar-riїorsi tagħhom tal-Komunitajiet Ewropej(1),

–   wara li kkunsidra Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Gunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej(2)

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda(3),

–   wara li kkunsidra r-riїoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' April 2008 dwar l-Istrateġija tal-Politika Annwali għall-2009 tal-Kummissjoni(4),

–   wara li kkunsidra r-riїoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' April 2008 dwar il-qafas baġitarju u l-prijoritajiet għall-2009(5),

–   wara li kkunsidra r-riїoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2008 dwar il-baġit tal-2009: L-ewwel riflessjonijiet dwar l-Abbozz Preliminari tal-Baġit għall-2009 u l-mandat għall-konċiljazzjoni, Taqsima III - Kummissjoni(6),

–   wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 li ressqet il-Kummissjoni fis-16 ta' Mejju 2008 (COM(2008)0300),

–   wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, stabbilit mill-Kunsill fis-17 ta' Lulju 2008 (C6-0309/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ittra ta' emenda Nru 1/2009 (SEC(2008)2435) għall-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

-   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-kumitati l-oħra kkonċernati (A6-0398/2008),

Kwistjonijiet ewlenin

1.  Ifakkar li l-prijoritajiet politiċi u l-evalwazzjoni tiegħu tal-qafas baġitarju għas-sena 2009 ġew stabbiliti fiї-їewġ riїoluzzjonijiet imsemmija qabel tal-24 ta' April 2008; jinnota li dawn iї-їewġ riїoluzzjonijiet servew ta' baїi soda għall-ewwel evalwazzjoni sussegwenti tal-abbozz preliminari tal-baġit (PDB) tal-Kummissjoni għall-2009, kif ġie stabbilit fir-riїoluzzjoni PDB fuq msemmija u adottata fit-8 ta' Lulju 2008; ifakkar li l-Parlament, f'din ir-riїoluzzjoni, kien ikkritika ħafna l-livell baxx tal-approprjazzjonijiet ta' ħlas u tal-marġnijiet їgħar disponibbli fil-biċċa l-kbira tal-intestaturi tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (MFF);

2.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-ftehima ta' sitt dikjarazzjonijiet konġunti, annessi ma' din ir-Riїoluzzjoni, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-konċiljazzjoni tal-ewwel qari dwar il-baġit tal-2009 fis-17 ta' Lulju 2008; ikkunsidrahom meta ġie biex iħejji l-emendi għall-abbozz tal-baġit; jiġbed l-attenzjoni, madankollu, li fuq xi kwistjonijiet, bħall-evalwazzjoni tal-aġenziji, s'issa għadha ma ntlaħqitx poїizzjoni komuni mal-Kunsill;

3.  Jiddeplora l-fatt li l-Kunsill kompla jnaqqas il-PDB li diġà kien wieħed baxx: l-approprjazzjonijiet ta' impenn fl-abbozz tal-baġit jammontaw għal EUR 133 933 miljun u din is-somma tirrappreїenta tnaqqis ta' EUR 469 miljun fir-rigward tal-PDB, filwaqt li l-approprjazzjonijiet ta' ħlas ta" EUR 114 972 miljun huma EUR 1 771 miljun inqas mill-PDB, li jikkorrispondi għal 0.89% tal-GNI, u dan iniїїel il-ħlasijiet għall-aktar livell baxx li qatt kien hemm; jenfasizza li dan kompla їied id-disparità bejn il-livell ta' impenji u ta' ħlasijiet, li jmur kontra l-prinċipju ta' ekwilibriju;

4.  Jitlob li l-limitu massimu tal-intestatura 4 jiġi aġġustat mal-ewwel opportunità sabiex jikkorrispondi għall-bїonnijiet attwali; jiddeplora l-fatt li l-Kunsill mhuwiex lest li jibbaġitja b'mod xieraq f'din id-direzzjoni;

5.  Jappoġġja l-Ittra ta' emenda Nru 1 għall-PDB tal-2009 adottata mill-Kummissjoni fid-9 ta' Settembru 2008, minħabba li tidher li tagħti stampa iktar realistika tal-bїonnijiet fl-intestatura 4 mill-PDB; jisgħobbih, madankollu, li minħabba l-limitazzjonijiet tal-MFF 2007-2013, mhuwiex f'poїizzjoni li jiffinanzja bїonnijiet ġodda urġenti u mhux previsti bħall-għajnuna għall-ikel u bħall-bїonnijiet ta" rikostruzzjoni fil-Ġeorġja, fil-Kosovo, fl-Afganistan u fil-Palestina; jisħaq li huwa biss ir-rikors għall-possibilitajiet provduti permezz tad-dispoїizzjonijiet tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 (it-IIA) u id-determinazzjoni politika soda li hija ħtieġa assoluta li jippermettu lill-UE li twettaq l-impenji li ħadet fil-qasam tal-politika barranija;

6.  Iqis li ċ-ċifra adottata mill-Kunsill għall-approprjazzjonijiet ta' ħlas jonqosha ħafna biex tkun koerenti mal-prijoritajiet politiċi u l-impenji varji tal-UE; jesprimi s-sorpriїa tiegħu għall-fatt li l-Kunsill jista' jipproponi b'mod uffiċjali 0.89% tal-GNI biss fi ħlasijiet, meta fl-2007 diġà kien hemm RAL globali ta' EUR 139 000 miljun; b'konsegwenza ta' dan, jiddeċiedi li jїid il-livell globali tal-ħlasijiet għal 0,959%;

7.  Huwa tal-opinjoni li l-baġit tal-UE fil-forma attwali tiegħu ma jistax jindirizza b'mod effettiv u realistiku l-għanijiet li l-UE fasslet għall-bidla fil-klima; iqis li ċ-ċittadini Ewropej għandhom bїonn inizjattiva Ewropea tanġibbli li tiffaċċja l-konsegwenzi tal-bidla fil-klima; jiddeplora l-fatt li l-appoġġ għall-miїuri tal-bidla fil-klima għadu limitat wisq fil-baġit tal-UE; huwa konvint li jista" jsir sforz serju sabiex jiїdiedu u jkunu konċentrati riїorsi finanzjarji adegwati li jagħtu spinta lit-tmexxija Ewropea sabiex tiffaċċja l-konsegwenzi tal-bidla fil-klima; jistieden lill-Kummissjoni sabiex, sal-15 ta" Marzu 2009, tippreїenta pjan ambizzjuї għal їieda adegwata fil-fondi tal-bidla fil-klima, li jikkunsidra l-istabbiliment ta" "fond tal-bidla fil-klima" speċifiku jew il-ħolqien ta' linja tal-baġit b'allokazzjoni li ttejjeb il-kapaċità tal-baġit sabiex ikun jista" jlaħħaq ma' dawn il-kwistjonijiet, l-aktar permezz tal-miїuri ta" mitigazzjoni, ta" adattazzjoni u ta" stabilizzazzjoni; jemmen li l-Iskema tal-Iskambju ta' Emissjonijiet (ETS) għandha titqies bħala riїors potenzjali fil-livell tal-UE;

8.  Mhux lest li jaċċetta xi tip ta' allokazzjoni ġdida fir-rimarki tal-Baġit 2009; għalhekk ħassar ir-referenzi ġodda kollha proposti għal ammonti konkreti u/jew għal organizzazzjonijiet jew entitajiet imsemmija b'mod individwali, minħabba li dawn l-allokazzjonijiet mhumiex konformi mar-Regolament Finanzjarju;

9.  Iddeċieda li jaċċetta t-tnaqqis їgħir tal-Kunsill fil-linji tan-nefqa amministrattiva ta' xi programmi pluriennali minħabba l-fatt li l-Kummissjoni stess ta' spiss talloka mill-ġdid fondi minn dawn il-linji permezz ta' trasferiment f'eїerċizzju ta' kklerjar ġenerali; jenfasizza, madankollu, li dan it-tnaqqis fi proċedura baġitarja annwali waħda m'għandu bl-ebda mod iwassal għal tnaqqis fil-pakketti globali kodeċiїi għall-programmi kkonċernati; jinsisti sabiex il-Kummissjoni tiffinanzja l-ammonti mnaqqsa fl-aħħar snin tal-perjodu tal-programm;

10.  Iqis it-tkabbir u l-impjieġi, il-ġlieda kontra l-bidla fil-klima u t-tisħiħ tas-sikurezza u tas-sigurtà taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u tad-dimensjoni soċjali tagħha , pereїempju permezz tal-inizjattiva tat-tkabbir għall-impjiegi u l-appoġġ għall-SMEs u għar-riċerka u l-innovazzjoni, kif ukoll l-appoġġ għall-koeїjoni fost ir-reġjuni, bħala prijoritajiet importanti tal-Baġit 2009; se jsaħħaħ l-approprjazzjonijiet fuq linji baġitarji marbuta mal-finanzjament ta' dawn il-prijoritajiet b'konformità mar-riїoluzzjonijiet preċedenti tiegħu;

Dwar is-sottointestatura 1a

11.  Huwa sorpriї bit-tnaqqis addizzjonali tal-Kunsill fir-rigward ta' linji li jappoġġjaw l-istrateġija ta' Liїbona li, wara kollox, hija bbaїata fuq deċiїjoni tal-Kunsill Ewropew; jiġbed l-attenzjoni li l-għanijiet tat-tkabbir u l-impjiegi jinsabu fil-qalba tal-istrateġija ta' Liїbona u li l-Kummissjoni, fil-PDB tagħha, kienet diġà naqqset xi linji meta mqabbel mas-sena ta' qabel;

12.  Se jagħmel minn kollox biex jiїgura li jkun hemm biїїejjed finanzjament għall-attivitajiet u l-linji politiċi kollha f'din l-intestatura, li jista' jkun ta' vantaġġ dirett u tanġibbli għaċ-ċittadini Ewropej; lest li juїa l-marġni disponibbli kollu għall-finanzjament ta' proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji f'din is-sottointestatura;

13.  Dwar l-Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (l-EIT), ma jistax jaċċetta t-tentattiv tal-Kummissjoni li treġġa' lura d-deċiїjonijiet meħuda mill-awtorità baġitarja fil-Baġit 2008; se jinsisti, għalhekk, biex il-baġit tal-EIT jiġi inkluї fil-qasam politiku tar-"Riċerka" u biex l-istruttura regolatorja tiegħu, minħabba n-natura amministrattiva tagħha, tiġi ffinanzjata fl-intestatura 5 tal-MFF; jiddeċiedi li jibdel in-nomenklatura kif ikun xieraq;

14.  Jenfasizza li l-iїburїar tal-fondi mil-linja tal-baġit 06 03 04 (Enerġija tat-TENs) u l-konformità tal-istatus TEN-E għal kull pajplajn tal-gass jew proġett li jiffaċilita t-traїmissjoni tal-gass mir-Russja jew minn entitajiet li fl-aħħar mill-aħħar huma kkontrollati mir-Russja, għandu jkun kondizzjonali fuq it-twettiq tar-Rotta NG3, kif huwa kkonfermat mill-Koordinatur tal-UE;

Dwar is-sottointestatura 1b

15.  Itenni l-importanza li jagħti lill-prinċipju ta' solidarjetà fl-Unjoni Ewropea; għandu l-ħsieb li jagħmel kull sforz biex jiġi garantit finanzjament biїїejjed għall-politika ta' koeїjoni sabiex ikunu jistgħu jiġu ttrattati l-isfidi attwali u tal-ġejjieni;

16.  Jenfasizza li din is-sottointestatura tiffinanzja bosta linji politiċi u attivitajiet importanti bil-għan li jilqgħu għall-bidla fil-klima u li jappoġġjaw it-tkabbir għall-impjiegi;

17.  Jisgħobbih li l-PDB tnaqqas mill-Kunsill b'mod partikulari fir-rigward tal-finanzjament tal-Fond Soċjali Ewropew iddedikat għall-kompetittività u l-impjiegi reġjonali; ifakkar lill-Kunsill li l-istrateġija ta' Liїbona hija bbaїata fuq sforzi konġunti kemm mill-baġits tal-Unjoni Ewropea kif ukoll minn dawk tal-Istati Membri;

Dwar l-intestatura 2

18.  Jinnota li l-Kummissjoni ddikjarat li l-ġlieda kontra l-bidla fil-klima hija waħda mill-prijoritajiet tagħha għall-Baġit 2009; iqis, madankollu, li din il-prijorità mhijiex riflessa biїїejjed fil-PDB u b'konsegwenza ta' dan bi ħsiebu jisħaq aktar fuq din il-politika ewlenija; jipproponi, għal raġunijiet ta" viїibilità, li jiġu allokati approprjazzjonijiet f'linja tal-baġit waħda speċifika biss għal dan l-għan; se jїid ir-riїorsi għall-programm LIFE+ u għall-Fond Ewropew għall-Iїvilupp Rurali kif ikun xieraq;

19.  Jieħu nota tal-proposti reċenti tal-Kummissjoni dwar il-health check tal-Politika Agrikola Komuni (CAP) u jїomm mal-fehma li kull tibdil mill-ewwel għat-tieni pilastru għandu jibqa' newtrali rigward il-baġit;

20.  Jinnota li l-ħolqien ta' linji baġitarji għal tliet fondi ġodda fil-politika tal-agrikoltura u s-sajd komuni - il-fond għall-istrutturar mill-ġdid tas-settur tal-prodotti tal-ħalib, l-Eco-Aid biex tiġi sostnuta t-trobbija tan-nagħaġ u l-mogħoї fl-UE u l-istrument finanzjarju ad hoc – L-adattament tal-flotta tas-sajd minħabba l-konsegwenzi ekonomiċi taї-їieda fil-prezzijiet tal-fjuwil – li kollha nħolqu bil-għan li jsir adattament għal sitwazzjonijiet ġodda u biex jiftħu opportunitajiet għall-ġejjieni, b'mod partikulari fir-reġjuni їvantaġġati u sensittivi; iqis li dawn il-fondi għandhom l-ewwel nett ikunu ffinanzjati mill-approprjazzjonijiet tal-baġit tal-agrikoltura li ma ntuїawx;

21.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Kunsill u l-Kummissjoni sa fl-aħħar iridu jistabbilixxu skema tal-frott għall-iskejjel, billi jallokaw ammont annwali sostanzjali għall-ġlieda kontra l-obeїità u l-problemi tas-saħħa fost l-istudenti, imma jiddeplora l-fatt li ntilfet sena minħabba li din l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew ma ntlaqgħetx mill-Kunsill fil-Baġit 2008;

Dwar is-sottointestatura 3a

22.  Jirrikonoxxi x-xewqa taċ-ċittadini Ewropej għal Ewropa sikura u jilqa' b'sodisfazzjon iї-їidiet f'din is-sottointestatura meta jitqabblu mal-Baġit 2008; jinnota l-importanza tal-prinċipju ta' solidarjetà u ta' salvagwardja tal-ogħla livell ta' ħarsien tad-drittijiet fundamentali;

23.  Jisħaq fuq l-importanza li jkun hemm finanzjament suffiċjenti biїїejjed disponibbli permezz tal-baġit tal-UE għall-immaniġġjar tal-immigrazzjoni legali u għall-integrazzjoni taċ-ċittadini ta' pajjiїi terzi filwaqt li, fl-istess ħin, tiġi indirizzata l-immigrazzjoni illegali u tissaħħaħ il-protezzjoni tal-fruntieri, inkluї it-tisħiħ tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati sabiex jiffaċilita s-solidarjetà fost l-Istati Membri;

Dwar is-sottointestatura 3b

24.  Ifakkar li s-sottointestatura 3b tkopri linji politiċi importanti li għandhom impatt dirett fuq il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini Ewropej; itenni d-diїappunt tiegħu għaї-їieda baxxa, meta mqabbel mal-2008, proposta mill-Kummissjoni għal din is-sottointestatura, b'mod speċjali għal dawk l-attivitajiet li huma importanti għal Ewropa għaċ-Ċittadini, li wħud minnhom saħansitra kellhom tnaqqis fil-baġits tagħhom;

25.  Ma jistax jaċċetta li l-Kunsill kompla jnaqqas dawn il-"linji taċ-ċittadini", u se jiїgura li jiġu garantiti riїorsi adegwati f'dan il-qasam importanti; jinnota li se jagħmel uїu mill-marġni їgħir li baqa" f'din is-sottointestatura sabiex jiffinanzja proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji li jagħtu spinta lil dan il-qasam tal-politika;

Dwar l-intestatura 4

26.  Jinnota l-allokazzjoni mill-ġdid sinifikanti tal-fondi mwettqa mill-Kunsill fl-intestatura 4 u jqis dan bħala indikazzjoni qawwija ta' nuqqas serju ta' riїorsi disponibbli fil-limitu massimu tal-MFF; jinnota li l-limiti tal-intestatura 4 se jwasslu biex ir-rikors regolari għad-dispoїizzjonijiet tat-IIA kulma jmur isir aktar meħtieġ; jemmen li l-fondi disponibbli, hekk kif inhuma, ma jippermettux li l-Unjoni Ewropea tieħu l-irwol tagħha bħala sieħba globali;

27.  Jistieden lill-Kunsill Ewropew biex ma jieħux impenji politiċi wesgħin, bħal pereїempju fil-konkluїjonijiet tal-Presidenza tiegħu tal-20 ta' Ġunju 2008, fejn il-kapijiet tal-istat u tal-gvern talbu appoġġ finanzjarju tal-UE iktar b'saħħtu għall-pajjiїi li qegħdin jiїviluppaw, jew li jieħdu impenji, fl-istess ħin, għas-suġġerimenti u għall-azzjonijiet tal-baġit meħtieġa meta jkun hemm kontradizzjoni ovvja mal-fondi disponibbli fil-limiti annwali tal-MFF attwali;

28.  Itenni l-evalwazzjoni tiegħu tal-ħtieġa urġenti ta' mobilizzazzjoni kbira u konkreta tal-Unjoni Ewropea sabiex jiġu indirizzati l-prezzijiet tal-ikel li qegħdin jogħlew bla raїan u l-kriїi tal-ikel li tirriїulta minn dan kollu u jtenni l-ħtieġa li jkun hemm reazzjoni baġitarja soda; ifakkar li l-marġnijiet disponibbli fl-intestatura 2 ma jistgħux jintefqu għal skopijiet tal-intestatura 4 minħabba li l-limitu massimu attwali tal-intestatura 4 mhux biїїejjed biex jiffinanzja l-istrument mingħajr ma ssir ħsara lill-prijoritajiet eїistenti; iqis li ї-їewġ fergħat tal-awtorità baġitarja għandhom jagħmlu kull sforz biex jeїaminaw il-possibilitajiet kollha stipulati fil-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) biex ikunu ffinanzjati l-ammonti previsti għall-għajnuna għall-ikel fl-intestatura 4; ifakkar, madankollu, li d-deċiїjoni aħħarija dwar il-pakkett finanzjarju se tittieħed matul il-proċess tal-proċedura baġitarja annwali, u se tkun marbuta ma' evalwazzjoni ġenerali tal-istrumenti attwali għal politika ta' koperazzjoni mal-pajjiїi li qegħdin jiїviluppaw;

29.  Għadu jqis l-appoġġ għall-proċess ta' paċi fil-Palestina u fil-Kosovo fost il-prijoritajiet ewlenin tiegħu li ma nbidlux u li għalihom għandhom jiddaħħlu riїorsi biїїejjed fil-baġit tal-UE; jinnota, madankollu, li dan il-livell adegwat ta' fondi jista' jirrikjedi pprogrammar mill-ġdid fl-intestatura 4, b'xi kumpens baġitarju minn linji baġitarji oħrajn; ifakkar fl-importanza ta' amministrazzjoni pubblika li tiffunzjona u li tkun meħtieġa biex tiggarantixxi l-attenzjoni speċjali meħtieġa ħalli jiġi їgurat l-uїu xieraq tal-fondi tal-UE;

30.  Jilqa' b'sodisfazzjon id-dħul mill-ġdid ta' riїorsi fuq il-linja tal-għajnuna finanzjarja biex jiġi stimulat l-iїvilupp ekonomiku tal-Komunità Torka f'Ċipru: jilqa' b'sodisfazzjon ukoll l-appoġġ għall-eїumazzjoni, l-identifikazzjoni u r-ritorn tal-fdalijiet ta' persuni nieqsa f'Ċipru;

31.  Jappoġġja l-ħidma tal-pulizija li tnediet permezz tal-Politika Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiїa fil-Kosovo; jitlob, madankollu, lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi pjan konkret u skeda għall-Missjoni tal-Istat tad-Dritt tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo (EULEX), b'mod partikulari fir-rigward tat-teħid tar-responsabilitajiet minn idejn il-missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo (UNMIK) u fir-rigward tal-ħtiġijiet u l-ispejjeї ta' riїorsi umani, kif ukoll il-koperazzjoni mal-Uffiċċju għaї-Їamma ta' Kuntatt tal-Kummissjoni Ewropea fil-Kosovo (ECLO); jitlob, barra minn hekk, lill-Kummissjoni sabiex tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar it-taħriġ li ngħata lill-forzi lokali;

32.  Jisħaq fuq ir-rieda tiegħu li jgħin lill-Ġeorġja fil-proċess twil u li jqum il-flus għar-rikostruzzjoni tagħha, u sabiex jipparteċipa b'mod attiv ħalli tinstab soluzzjoni finanzjarja xierqa kif ġie ddikjarat fir-riїoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Settembru 2008 dwar is-sitwazzjoni fil-Ġeorġja(7); iħeġġeġ, għalhekk, lill-Kummissjoni sabiex tippreїenta proposti li jissodisfaw l-impenji tal-UE, jinsisti, għalhekk, sabiex jitħares il-prinċipju sod, politikament u finanzjarjarment, ta' finanzjament ġdid għal ħtiġijiet ġodda; jinnota f'dan ir-rigward l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tikkunsidra l-provvediment ta' somma sa EUR 500 miljun għall-perjodu mill-2008 sal-2010 (dawn is-snin inkluїi) u li, jekk ikun meħtieġ, talloka dawn il-fondi b'konnessjoni ma' konferenza tad-donaturi għall-Ġeorgja;

33.  Jinnota l-importanza li qiegħda tikber tal-Komunità tal-Enerġija u jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni tat-Turkija li tingħaqad magħha; huwa tal-opinjoni li d-dħul tal-Ukraina, il-Ġeorġja, l-Aїerbajġan u l-Armenja fil-Komunità tal-Enerġija għandu jkun iffaċilitat u l-miїuri ta' solidarjetà tal-enerġija bejn il-membri għandhom jiġu їviluppati; jistenna l-preїentazzjoni tar-rapport tal-Kummissjoni fl-2009 dwar l-esperjenzi li nkisbu mill-implimentazzjoni tad-Deċiїjoni tal-Kunsill 2006/500/KE tad-29 ta' Mejju 2006 dwar il-konkluїjoni tal-Komunità Ewropea tat-Trattat tal-Komunità dwar l-Enerġija(8);

34.  Jiġbed l-attenzjoni li l-prijorità tal-UE li tilqa' kontra l-bidla fil-klima għandha wkoll komponent estern u li l-attivitajiet rilevanti, bħal dawk marbuta mal-Alleanza Globali għall-Bidla fil-Klima, għandhom ikunu ffinanzjati fl-intestatura 4;

35.  Jisħaq fuq il-fatt li l-Fond Globali għall-Ġlieda kontra l-AIDS, it-Tuberkuloїi u l-Malarja wera li huwa mekkaniїmu finanzjarju effettiv, imma jiddeplora l-fatt li l-Fond Globali mhuwiex aġent ta' implimentazzjoni; ifakkar lill-Kummissjoni li sabiex l-għotjiet tal-Fond Globali jkunu implimentati b'mod effikaċi, jeħtieġ li jintefqu aktar riїorsi finanzjarji fl-assistenza teknika;

36.  Ifakkar lill-Kunsill li r-Riїerva għall-Għajnuna ta" Emerġenza suppost għandha tiffinanzja bїonnijiet ta' emerġenza mhux previsti u jemmen mhux biss li l-approprjazzjonijiet f'din il-linja baġitarja huma ġustifikati iїda wkoll li t-tħassir ta' dawn l-approprjazzjonijiet jipperikola l-kapaċità tal-UE biex tirreaġixxi b'mod xieraq għal sitwazzjoni ta' kriїi li tista' sseħħ fix-xhur bikrija tal-2009; għalhekk jerġa' jġib kif kien il-PDB għar-Riїerva għall-Għajnuna ta" Emerġenza, fir-rigward ukoll tal-punt 25 tal-Ftehima Interistituzzjonali IIA;

Dwar l-intestatura 5

37.  Bħala prinċipju ġenerali, se jerġa' jġib kif kienu ċ-ċifri mnaqqsa mill-Kunsill għall-PDB f'din l-intestatura; jinnota, madankollu, li għad għandu xi mistoqsijiet pendenti fir-rigward ta' aspetti speċifiċi tal-allokazzjoni tal-Kummissjoni ta' staff fost il-karigi amministrattivi ta' appoġġ u ta' koordinazzjoni u possibilitajiet ta' organizzazzjoni mill-ġdid tal-istaff, u l-bїonn għal aktar informazzjoni dwar il-politika tal-bini; iddeċieda li jpoġġi xi ammonti fir-riїerva sabiex jiїgura li eventwalment jikseb tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet;

38.  Jinnota li fil-PDB 2009 hemm ibbaġitjat ammont globali ta' EUR 1 120 miljun għall-iffinanzjar tan-nefqa amministrattiva li mhijiex fl-intestatura 5; iqis dan l-ammont bħala wieħed pjuttost sostanzjali;

39.  Jisħaq fuq il-fatt li n-nefqa amministrattiva qiegħda tkompli tikber ħafna aktar mill-medja tal-livell tal-inflazzjoni fl-UE, u dan qiegħed iwassal għal tħassib dwar jekk min iħallas it-taxxi hux qiegħed jieħu l-valur ta' flusu lura; jistieden lill-Kummissjoni biex tniedi reviїjoni fundamentali tal-aspetti kollha tan-nefqa amministrattiva, b'rapport fuq il-progress li sar mir-riformi tas-sena 2000 'l hawn, filwaqt li tingħata attenzjoni partikulari għall-impatt tat-tkabbir tal-2004 u l-ħtieġa li tkompli t-tfittxija biex jiġu ffrankati l-flus permezz tal-effiċjenza; jitlob li din ir-reviїjoni tkun lesta sal-31 ta' Lulju 2009.

40.  Jinsab imħasseb, f'dan ir-rigward, dwar il-fatt li l-ammonti li jittieħdu mill-pakketti tal-programmi operattivi sabiex jiġu ffinanzjati l-aġenziji eїekuttivi qegħdin jiїdiedu kontinwament u diġà laħqu livell sostanzjali, bl-iffinanzjar ta' aktar minn 1 300 membru tal-istaff fl-2009; jixtieq li jkollu stampa iktar ċara tal-effetti tal-ħolqien tal-aġenziji eїekuttivi u tal-estensjonijiet li hemm għaddejjin ta' dmirijiethom fuq dawk id-Direttorati Ġenerali ta' referenza tagħhom li kienu responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programmi rilevanti qabel ma l-aġenziji eїekuttivi ħadu fuqhom din ir-responsabilità;

41.  Jinnota li d-data attwali wriet li, fid-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni, il-proporzjon bejn l-istaff involut f'attivitajiet ta' koordinazzjoni u appoġġ amministrattiv u dawk li jwettqu ħidmiet operattivi jista' jvarja b'mod notevoli; jitlob lill-Kummissjoni biex tanalizza r-raġunijiet għal dawn id-diskrepanzi;

42.  Jistenna li jkun mgħarraf bis-sħiħ bl-iїviluppi kollha fir-rigward ta' dik li hi magħrufa bħala r-riforma tal-istaff "Holmquist" fil-Kummissjoni;

43.  Jitlob lill-Uffiċċju tas-Selezzjoni tal-Persunal Ewropew (EPSO) sabiex ikompli bl-isforzi tiegħu biex jissimplifika u jqassar iċ-ċikli tal-kompetizzjonijiet; iqis li għandhom jiġu provduti r-riїorsi umani xierqa lill-EPSO bħala appoġġ għall-isforzi meħuda sabiex itejjeb il-proċeduri u l-metodi interni tiegħu u jaċċellera l-ġestjoni tal-listi ta' riserva sabiex jiġi garantit li jista' jipprovdi staff xieraq lill-istituzzjonijiet skont il-bїonnijiet, inkluїi l-kriterji ta' adegwatezza ta' ammissibilità, b'mod partikulari għall-karigi ta' AST;

44.  Jistieden lill-Kunsill sabiex jippreїenta kalendarju ta' negozjati mal-Parlament rigward il-proposti tiegħu dwar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 (OLAF) sabiex tissaħħaħ l-effiċjenza tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u sabiex jiġi ċċarat il-qafas legali tal-ħidma tiegħu;

45.  Jiddispjaċih min-nuqqas ta' konsistenza u koerenza li ta' spiss tista' tiġi nnutata fil-politika ta' komunikazzjoni implimentata mid-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni; huwa favur l-iїvilupp ta' "identità tal-UE" koerenti u li tingħaraf sabiex tintuїa fil-miїuri ta' komunikazzjoni kollha; għalhekk jixtieq iħeġġeġ lis-servizzi individwali tal-Kummissjoni biex jipperfezzjonaw u jikkoordinaw l-attivitajiet kollha ta' informazzjoni u komunikazzjoni mwettqa fil-livell tagħhom;

46.  Jistieden lill-istituzzjonijiet sabiex jikkoordinaw l-isforzi tagħhom b'mod sistematiku bil-għan li:

   - l-informazzjoni dwar id-drittijiet taċ-ċittadini u kif jiġu eїerċitati fil-prattika fl-Istati Membri, tiġi aċċessibbli għaċ-ċittadini,
   - tittejjeb l-aċċessibilità u t-trasparenza tal-liġi Ewropea permezz ta' għodod effiċjenti ta' tfittxija, permezz ta' testi konsolidati u permezz tal-uїu tal-aħjar format tekniku disponibbli għall-ifformattjar tas-sors tad-direttivi, regolamenti u deċiїjonijiet,
   - tiġi stabbilita librerija diġitali dwar l-Unjoni Ewropea fuq il-baїi tar-riїorsi disponibbli kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f'dak nazzjonali;

47.  Jilqa' b'sodisfazzjon ir-riforma tas-sistema tal-Iskejjel Ewropej imnedija dan l-aħħar mill-Kummissjoni iїda jħeġġeġ lill-Istati Membri biex iwettqu l-impenji tagħhom skont il-ftehimiet eїistenti; jiġbed l-attenzjoni għall-punt 47 tat-IIA billi skont dan tinħtieġ l-awtorizzazzjoni tal-awtorità baġitarja għall-ħolqien ta' skejjel ġodda li joħolqu implikazzjonijiet għall-baġit;

48.  Jenfasizza l-importanza li jkun osservat il-punt 47 tat-IIA; jitlob lill-Kummissjoni biex taħdem mal-awtorità baġitarja fuq id-definizzjoni ta' proċedura dettaljata xierqa għall-applikazzjoni tagħha;

49.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreїenta rapport dwar is-soluzzjonijiet possibbli rigward il-mekkaniїmu tal-UE għas-sigurtà u għad-diversifikazzjoni tal-gass fil-kuritur NG3, inkluї fost l-oħrajn l-irwol possibbli tal-Bank Ewropew għall-Investiment meta jinxtara l-gass bil-bulk minn stati fornituri mhux tradizzjonali (li jkollhom anqas minn sehem ta' 5% fis-suq tal-UE) fil-kuritur NG3 jew sabiex jiffaċilita x-xiri tiegħu, permezz ta' xiri dirett jew inkella permezz tal-ħolqien ta' entità ta' xiri;

Dwar l-aġenziji

50.  Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiїjoni tal-Kummissjoni sabiex fl-aħħar tagħti widen għat-talbiet tal-awtorità baġitarja u tqis id-dħul assenjat fit-tfassil tal-PDB għall-aġenziji deċentralizzati għall-2009; iqis li bla ebda dubju dan huwa pass lejn trasparenza baġitarja ikbar; itenni, madankollu, f'konformità mal-emendi tiegħu għar-rimarki baġitarji tal-aġenziji tal-Baġit 2008, li dawk l-aġenziji li jiddependu fil-parti l-kbira mid-dħul iġġenerat mill-ħlasijiet xorta waħda għandhom ikunu jistgħu juїaw l-istrument ta' dħul assenjat sabiex ikollhom il-flessibilità baġitarja li jeħtieġu;

51.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2008, bl-isem "L-aġenziji Ewropej - il-mixja 'l quddiem" (COM(2008)0135), filwaqt li jinnota b'mod partikulari l-impenn tal-Kummissjoni biex tagħmel evalwazzjoni tal-aġenziji regolatorji fl-2009; jitlob li din l-evalwazzjoni tagħti attenzjoni partikulari biex teїamina l-effikaċja, l-effiċjenza u l-impatt tal-ħidma tal-aġenziji, filwaqt li tidentifika kemm ġew iffrankati flus permezz tal-effiċjenza bħala proporzjon fis-servizzi tal-Kummissjoni stess bix-xogħol li qiegħed jingħata lill-aġenziji, u li din l-evalwazzjoni tkun lesta sat-30 ta' Ġunju 2009.

52.  Jinnota l-fatt li l-aġenziji ї-їgħar għandhom it-tendenza li jkollhom parti kbira ħafna tal-istaff (50% jew iktar) li jittrattaw mal-amministrazzjoni interna tal-aġenzija nnifisha; jikkunsidra l-effiċjenza f'sens ta' spejjeї tal-aġenziji ї-їgħar bħala waħda mill-kwistjonijiet li għandu jindirizza l-grupp ta' ħidma interistituzzjonali dwar il-ġejjieni tal-aġenziji deċentralizzati li għandu jitwaqqaf fil-ħarifa tal-2008;

53.  Ħa nota tal-bilanċ poїittv ta' EUR 290 miljun tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern fis-sena finanzjarja attwali; jixtieq li l-Kummissjoni tirrifletti dwar jekk ikunx xieraq li d-dħul їejjed mill-Uffiċċju, minħabba li huwa konsegwenza diretta tas-Suq Intern, imur lura fil-baġit tal-UE;

54.  Jenfasizza li l-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom, kif maħluqa mit-Trattat Euratom, hija aġenzija indipendenti li s-sussidji tagħha għandhom ikunu ppreїentati fil-baġit tal-UE b'mod trasparenti;

Dwar proġetti pilota u azzjonijiet preparatorji

55.  Ifakkar li l-IIA jipprovdi għal ammont totali għal proġetti pilota ta' massimu ta' EUR 40 miljun fi kwalunkwe sena finanzjarja, u għal ammont totali għal azzjonijiet preparatorji ta' massimu ta' EUR 100 miljun, li minnhom ammont massimu ta' EUR 50 miljun jista' jiġi allokat għal azzjonijiet preparatorji ġodda;

56.  Iqis li dawn il-proġetti huma għodda fundamentali għall-Parlament sabiex iniedi inizjattivi ġodda fl-interessi taċ-ċittadini Ewropej; analizza numru ta' proposti interessanti, li fosthom numru їgħir biss jista' jiddaħħal fil-Baġit 2009 minħabba restrizzjonijiet tal-IIA u l-limiti tal-MFF;

57.  Jinsisti li dawn l-azzjonijiet u l-proġetti proposti li mhux se jkunu inkluїi fil-Baġit 2009 minħabba l-fatt li, skont il-Kummissjoni, diġà huma koperti minn baїi legali u għalhekk fil-verità għandhom jiġu implimentati taħt din il-baїi legali u jitlob lill-Kummissjoni sabiex tirrapporta wkoll il-proposti fi ħdan ir-rapport tagħha dwar il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji; jistenna li l-Kummissjoni tagħmel kull sforz f'din id-direzzjoni indipendentement minn jekk il-proġetti u l-azzjonijiet eventwalment jiġux imsemmija jew le b'mod espliċitu fir-rimarki relevanti tal-baїi legali tal-Baġit 2009; bi ħsiebu jissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni ta' dawn il-proġetti u azzjonijiet taħt il-baїi legali tagħhom waqt is-sena finanzjarja 2009;

o
o   o

58.  Jieħu nota tal-opinjonijiet adottati mill-kumitati speċjalizzati kif jinsabu fir-rapport A6-0398/2008;

59.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riїoluzzjoni, flimkien mal-emendi u mal-proposti għal modifika għat-Taqsima III tal-abbozz tal-baġit ġenerali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati.

ANNESS

STQARRIJIET MIFTIEHMA FIL-LAQGĦA TA" KONĊILJAZZJONI TAS-17 TA" LULJU 2008

1.  Il-Fondi Strutturali u ta' Koeїjoni u l-programmi għall-Iїvilupp Rurali 2007-2013

"Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jagħtu l-akbar importanza lill-implimentazzjoni bla xkiel u tajba tal-programmi u l-proġetti operattivi ppreїentati mill-Istati Membri fir-rigward tal-programmi l-ġodda tal-Fondi Strutturali u ta' Koeїjoni u l-programmi għall-Iїvilupp Rurali għall-perjodu 2007-2013.

Sabiex ikun evitat li jiġu ripetuti esperjenzi mill-faїi inizjali tal-perjodu ta' programmazzjoni 2000-2006, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill filwaqt li jirrikonoxxu l-approvazzjoni tal-biċċa l-kbira ta' dawn il-proġetti u programmi operattivi jqisu li issa huwa importanti ferm li tkun їgurata implimentazzjoni bla xkiel u effettiva permezz tal-approvazzjoni tas-Sistemi ta' Ġestjoni u Kontroll korrispondenti kemm jista' jkun malajr, fil-limitu ta' їmien stabbilit mir-Regolamenti.

Għalhekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill se jsegwu b'mod rigoruї u fuq baїi regolari l-istat tal-approvazzjoni ta' dawn is-Sistemi ta' Ġestjoni u Kontroll fl-Istati Membri, flimkien mal-istat ta' approvazzjoni tal-Proġetti Prinċipali.

Għal dan il-għan, il-Kummissjoni mitluba tkompli tipprovdi regolarment għodod speċifiċi ta' sorveljanza matul il-proċedura baġitarja.

Il-Kummissjoni mitluba wkoll tippreїenta, jekk ikun meħtieġ, aġġornament tal-previїjonijiet tagħha tal-ħlasijiet għall-2009 sa mhux aktar tard mill-aħħar ta' Ottubru 2008."

2.  Reklutaġġ marbut mat-tkabbir tal-2004 u tal-2007

"Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għal darb'oħra jenfasizzaw l-importanza ta' reklutaġġ sħiħ fil-karigi kollha relatati mat-tkabbir tal-2004 u l-2007 u jinsistu li għandhom isiru l-isforzi kollha mill-istituzzjonijiet u speċifikament mill-Uffiċċju Ewropew għall-Għaїla tal-Persunal (EPSO) biex jiġi їgurat li tittieħed l-azzjoni meħtieġa biex jitħaffef il-proċess kollu biex dawn il-karigi jimtlew b'uffiċjali. Il-kriterji għandhom ikunu kif inhu stabbilit fl-Artikolu 27 tar-Relogament tal-Persunal u għandhom jimmiraw li tintlaħaq il-baїi proporzjonali ġeografika l-aktar wiesgħa possibbli malajr kemm jista' jkun.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom l-intenzjoni li jkomplu josservaw mill-qrib il-process kontinwu tar-reklutaġġ. Għal dan il-għan, huma jitolbu lil kull istituzzjoni u lill-EPSO biex jirrapportaw darbtejn fis-sena, f'Marzu u f'Ottubru, dwar l-istat attwali rigward ir-reklutaġġ f'relazzjoni mat-tkabbir tal-2004 u l-2007."

3.  Fond ta" Solidarjetà tal-UE

"Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jikkonfermaw l-importanza li jiġi їgurat proċess bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiїjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE. Għalhekk, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jilqgħu b'sodisfazzjon l-impenn tal-Kummissjoni li, min issa 'l quddien, kull abbozz preliminari tal-baġit li jemenda meħtieġ mill-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà se jkun biss għal dak l-iskop."

4.  Fond Ewropew għall-Aġġustament Globali u Riїerva għal Għajnuna ta" Emerġenza

"Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jikkonfermaw l-importanza li jiġi їgurat proċess rapidu u bir-rispett mistħoqq għall-Ftehima Interistituzzjonali għall-adozzjoni tad-deċiїjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew għall-Aġġustament Globali u r-Riїerva għal Għajnuna ta" Emerġenza."

5.  Dikjarazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit fl-2009

"Sabiex tiġi їgurata tmexxija bla xkiel tal-implimentazzjoni tal-baġit matul l-2009 biex jiġi permess it-tnaqqis ta' kwalunkwe diffikultà li tiġi mit-tmiem tal-mandat tal-Parlament Ewropew u l-perijodu ta' btala għall-elezzjonijiet Ewropej, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu dwar il-punti li ġejjin:

Trasferimenti

Il-Kummissjoni ser tiїgura li tintroduċi t-talbiet kollha għal trasferimenti fil-ħin għall-aħħar laqgħa ordinarja tal-Kumitat dwar il-Baġits tal-Parlament Ewropew, prevista għas-27 ta' April 2009.

Fil-kaї li din id-data ma tkunx tista' tintlaħaq, it-talbiet kollha magħmula wara d-data se jiġu trattati mill-kumitat, wara komunikazzjoni xierqa skont proċedura straordinarja.

Baġits ta' emenda

Il-Kunsill u l-Kummissjoni jieħdu nota li waqt il-perjodu elettorali jistgħu jittieħdu deċiїjonijiet urġenti u mhux previsti; id-delega ta' kompetenzi mill-plenarja lill-kumitat għall-Baġits taf tevita dewmien bla bїonn."

6.  Aġġornament tal-ipprogrammar finanzjarju taħt l-Intestatura 5

"Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jistiednu lis-Segretarji Ġenerali tal-Istituzzjonijiet kollha biex jippreїentaw rapport aġġornat dwar l-ipprogrammar finanzjarju tan-nefqa amministrattiva taħt l-Intestatura 5 sal-aħħar ta' Ottubru."

DIKJARAZZJONIJIET UNILATERALI

1.  Approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet

   1.1. "Il-Kunsill jitlob lill-Kummissjoni biex tippreїenta baġit ta' emenda jekk l-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit 2009 jirriїultaw li mhumiex biїїejjed biex ikopru n-nefqa taħt is-sottointestatura 1a (Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi), is-sottointestatura 1b (Koeїjoni għat-tkabbir u l-impjiegi), l-Intestatura 2 (Preservazzjoni u ġestjoni tar-riїorsi naturali) u l-Intestatura 4 (L-UE bħala sieħba globali)."
   1.2. "Il-Parlament Ewropew jikkunsidra li waqt il-proċedura, se jevalwa l-ħtiġijiet għal ħlasijiet taħt l-intestaturi kollha għas-sena sħiħa, fuq il-baїi tal-previїjonijiet disponibbli fl-istadji differenti tal-proċedura."

2.  Il-Fondi Strutturali u ta' Koeїjoni u l-programmi għall-Iїvilupp Rurali 2007-2013

Il-Kummissjoni ntalbet tippreїenta sal-aħħar ta' Ottubru 2008 l-previїjonijet aġġornati ta' ħlasijiet għall-2009. Minħabba l-livell ta' inċertezza dwar il-kondizzjonijiet ta' implimentazzjoni fl-Istati Membri, għal tali aġġornament il-Kummissjoni se jkollha toqgħod ukoll fuq il-previїjonijiet aġġornati ta' ħlasijiet li għandhom jiġu pprovduti mill-Istati Membri.

3.  L-evalwazzjoni tal-aġenziji

   3.1 "Il-Kunsill jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tagħti bidu għal evalwazzjoni bir-reqqa tal-aġenziji regolatorji kif ħabbret fil-Komunikazzjoni tagħha "Aġenziji Ewropej - it-triq 'il quddiem" tal-11 ta' Marzu 2008. Huwa jilqa' b'sodisfazzjon ukoll l-impenn tal-Kummissjoni li ma tagħmilx proposti għal aġenziji regolatorji ġodda sal-konkluїjoni tal-evalwazzjoni, bl-eċċezzjonijiet li jinsabu fil-komunikazzjoni msemmija hawn fuq mill-Kummissjoni.

Il-Kunsill u l-Kummissjoni jikkunsidraw li din l-evalwazzjoni għandha tippermettilhom jevalwaw kemm l-aġenziji regolatorji huma għodda adegwata, fil-kuntest ta' governanza tajba u ġestjoni finanzjarja soda, għall-implimentazzjoni tal-politika Ewropea fil-preїent u fil-ġejjieni. Għal dan il-għan, l-evalwazzjoni għandha tippermetti l-komparabilità tar-riїultati b'mod orizzontali, meta possibbli abbaїi ta' indikaturi komuni.

Barra minn hekk, l-evalwazzjoni għandha tkopri partikolarment il-punti li ġejjin:

- ir-raġuni wara dawn l-aġenziji, ir-rilevanza u l-iskop tagħhom f'konformità ma' governanza tajba;

- l-impatt, l-effikaċja u l-effiċjenza tal-ħidma tal-aġenziji u l-organizzazzjoni tajba tagħhom, notevolment fir-rigward tal-fatturi determinanti bħall-mekkaniїmi ta' ipprogrammar, rappurtar u segwitu;

- il-proċedura baġitarja u l-obbligu tal-aġenziji li jagħtu kont tal-ġestjoni tagħhom;

L-objettiv għandu jkun ukoll l-evalwazzjoni ta':

- il-koerenza tal-għanijiet u l-attivitajiet tal-aġenziji mal-prijoritajiet u l-għanijiet tal-politika tal-UE;

- it-trasparenza tal-ħidma tal-aġenziji;

- ir-relazzjoni bejn l-aġenziji u l-Kummissjoni u, fejn xieraq, ir-rabta bejn l-aġenziji regolatorji u l-aġenziji nazzjonali;

- il-ġestjoni tar-riїorsi baġitarji tal-aġenziji.

Din l-evalwazzjoni għandha tipprovdi l-għodod u l-mezzi adegwati lill-awtorità baġitarja biex tevalwa, fil-kuntest tal-allokazzjoni tal-kontribut Komunitarju matul il-proċedura baġitarja annwali, il-komparabilità tal-miri ta' prestazzjoni, in-nefqa amministrattiva u operattiva, l-evoluzzjoni tal-persunal (it-tipi u r-rata tal-karigi vakanti) u l-impatt tad-daqs tal-aġenzija.

Il-Kummissjoni mistiedna tqis il-poїizzjoni tal-Kunsill meta tkun qed tiddefinixxi l-kamp ta' applikazzjoni u t-termini ta' riferiment ta' din l-evalwazzjoni sabiex tiїgura li jiġu koperti l-aspetti tal-akbar interess għall-Kunsill, speċjalment fil-qasam baġitarju. Huwa meħtieġ espert indipendenti estern biex ikunu їgurati riїultati affidabbli, solidi u kompleti."

   3.2. "Il-Parlament Ewropew jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tagħti bidu għal evalwazzjoni bir-reqqa tal-aġenziji deċentralizzati kif ħabbret fil-Komunikazzjoni tagħha "Aġenziji Ewropej - it-triq 'il quddiem" tal-11 ta' Marzu 2008.

Huwa jikkunsidra grupp ta' ħidma interistituzzjonali bħala struttura vijabbli għad-dibattitu kostruttiv u orjentat lejn ir-riїultat li huwa meħtieġ għal dan il-fini u jenfasizza li l-protagonisti ewlenin kollha mill-qasam istituzzjonali u leġiїlattiv kif ukoll ir-rappreїentanti tal-awtorità baġitarja għandhom jipparteċipaw f'dan il-grupp ta' ħidma biex ikunu garantiti riїultati sodisfaċenti.

Il-Parlament Ewropew b'mod partikulari, jilqa' t-tnedija ta' evalwazzjoni bir-reqqa tal-aġenziji deċentralizzati kif deskritt fil-Komunikazzjoni. Din l-evalwazzjoni għandha tippermetti l-valutazzjoni ta' kemm l-aġenziji deċentralizzati huma għodda adegwata, fil-kuntest ta' governanza tajba u ġestjoni finanzjarja soda, għall-implimentazzjoni tal-politiki Ewropej fil-preїent u fil-ġejjieni. Għal dan il-għan, l-evalwazzjoni għandha tippermetti l-komparabilità tar-riїultati b'mod orizzontali, meta possibbli abbaїi ta' indikaturi komuni.

Il-prerogattivi tal-awtorità baġitarja kif issalvagwardjati għall-ħolqien ta' aġenziji deċentralizzati ġodda skont il-Punt 47 tal-IIA tas-17 ta' Mejju 2006 għandhom jinїammu fit-totalità tagħhom fil-proċess ta' evalwazzjoni u kontroll li jikkonċerna aġenziji diġà eїistenti."

4.  Segwitu għall-punt 32 tal-Konkluїjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19-20 ta" Ġunju 2008

"Il-Parlament Ewropew ifakkar li l-finanzjament kollu ta' miїuri ġodda għandu jirrispetta l-prinċipji stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju (notevolment għall-ispeċifikazzjonijiet) u fil-Ftehim Interistituzzjonali IIA tas-17 ta' Mejju 2006 (notevolment il-limiti massimi tal-intestaturi differenti).

Huwa jistieden lill-Kummissjoni sabiex tippreїenta l-proposti meħtieġa għall-finanzjament tagħhom fil-qafas tal-proċeduri baġitarji 2008-2009."

(1) ĠU L 253 du 7.10.2000, p. 42.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(4) Testi adottati, P6_TA(2008)0174.
(5) Testi adottati, P6_TA(2008)0175.
(6) Testi adottati, P6_TA(2008)0335.
(7) Testi adottati, P6_TA(2008)0396.
(8) ĠU L 198, 20.7.2006, p. 15.


Abbozz tal-Baġit ġenerali 2009 - (Taqsimiet I, II, IV, V, VI, VII, VIII, IX)
PDF 265kWORD 78k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2008 dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima I - Parlament Ewropew, Taqsima II - Kunsill, Taqsima IV - Qorti tal-Ġustizzja, Taqsima V - Qorti tal-Awdituri, Taqsima VI - Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Taqsima VII - Kumitat tar-Reġjuni, Taqsima VII - Ombudsman Ewropew u Taqsima IX - Kontrullur Ewropew għall-Ħarsien tad-Data (C6-0310/2008 – 2008/2026B(BUD))
P6_TA(2008)0516A6-0397/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom tad-29 ta' Settembru 2000 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej(1),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(2),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(3),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' April 2008 dwar il-linji gwida għall-proċedura tal-baġit tal-2009 – taqsimiet oħrajn(4),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2008 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2009(5),

–   wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, ippreżentat mill-Kummissjoni fis-16 ta' Mejju 2008 (COM(2008)0300),

–   wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, li l-Kunsill stabbilixxa fis-17 ta' Lulju 2008 (C6-0310/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-kumitati l-oħra kkonċernati (A6-0397/2008),

A.   billi l-Abbozz Preliminari tal-Baġit (PDB) tal-istituzzjonijiet kollha ħalla marġni ta' EUR 121 744 018 taħt il-limitu tal-qafas finanzjarju għas-sena finanzjarja 2009,

B.   billi wara d-deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta" Lulju 2008, l-abbozz tal-baġit (DB) għandu marġni ta" EUR 224 133 714 taħt dan il-limitu,

C.   billi ġie miftiehem proċess pilota li fih il-koperazzjoni msaħħa bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits, u l-koperazzjoni reċiproka bikrija għall-punti kollha b'implikazzjonijiet baġitarji sinifikanti, iridu jiġu applikati matul il-proċedura kollha tal-2009,

D.   billi l-prerogattivi tal-plenarja biex jiġi adottat il-baġit iridu jinżammu bis-sħiħ skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat u mar-Regoli ta' Proċedura,

E.   billi fis-16 ta' April 2008 saret laqgħa ta" qabel il-konċiljazzjoni bejn delegazzjonijiet tal-Bureau u tal-Kumitat għall-Baġits qabel l-adozzjoni mill-Bureau tal-Abbozz tal-Estimi Preliminari,

F.   billi seħħet laqgħa ta" konċiljazzjoni bejn dawn id-delegazzjonijiet fit-30 ta" Settembru 2008, qabel il-votazzjonijiet fil-Kumitat għall-Baġits u fis-seduta plenarja,

Il-Qafas Ġenerali

1.  Iqis li l-istituzzjonijiet tal-UE, wara t-talba tiegħu li huma jippreżentaw abbozzi tal-baġit ibbażati b'mod sħiħ fuq in-nefqa u li jikkorrispondu mal-ħtiġijiet reali, ikkoperaw b'mod kostruttiv sabiex issa waslu għal proposti finali li jqisu l-aspettattivi taċ-ċittadini u l-ħtieġa ta' responsabilità finanzjarja;

2.  Jenfasizza li huwa talab stqarrijiet mill-istituzzjonijiet kollha dwar kif kull nefqa relatata speċifikament mad-dħul fis-seħħ potenzjali tat-Trattat ta" Liżbona li jemenda t-Trattat tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tista" tkun identifikata; huwa sodisfatt, wara t-tweġibiet tagħhom, li ebda nefqa simili ma ġiet inkluża fil-proposta finali;

3.  Jilqa" b'sodisfazzjon l-approċċ tal-Kunsill li jintuża metodu aktar immirat fit-twaqqif tal-Abbozz tal-Baġit minflok it-tibdil ġenerali ta" perċentwali li kien jintuża qabel;

4.  Jenfasizza li, b'mod ġenerali, xorta għad baqa" lok għal titjib u użu aktar effettiv ta" riżorsi baġitarji f'numru ta" oqsma u jqis li dawn jinkludu aktar koperazzjoni interistituzzjonali, użu aħjar ta" miri ta" prestazzjoni, għodod ta' previżjoni u benchmarking fil-konfront tal-aħjar prattika, aktar użu ta" mobilità u ċaqliq ta" staff biex iż-żiediet jinżammu taħt kontroll u wkoll turija ta" dixxiplina solida tal-ispejjeż kollha relatati ma" vjaġġar, allowances, traduzzjoni u, b'mod speċjali, spejjeż ta" bini;

5.  Jenfasizza għal darba oħra l-importanza tal-monitoraġġ kontinwu tal-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet baġitarji mill-Parlament, xi ħaġa li hija l-bażi għall-istabbiliment tal-baġit annwali; huwa konvint li kontroll parlamentari dirett jista' biss jikkontribwixxi biex titjieb il-kwalità tal-infiq, biex ikun hemm kontroll aktar dirett tal-ġestjoni finanzjarja soda u eventwalment biex l-appoġġ finanzjarju jiġi ffukat mill-ġdid fuq il-prijoritajiet politiċi; jemmen li dan l-għan jista' jintlaħaq biss bl-involviment sħiħ taż-żewġ kumitati baġitarji u tal-kumitati speċjalizzati;

6.  Iddeċieda li jħalli marġni taħt il-limitu ta" l-intestatura 5, Nefqa amministrattiva ta' EUR 76 269 100, biex b'hekk jillimita ż-żieda ġenerali għal 5.8%; jenfasizza li dan jinkludi li terġa" tiġi kif kienet parti mit-tnaqqis imwettaq mill-Kunsill fil-baġit tal-istituzzjonijiet , iżda f'dawk il-każijiet biss fejn il-ħtiġijiet speċifiċi ta' kull waħda jkunu ġew iġġustifikati;

Taqsima 1 - Il-Parlament Ewropew

7.  Jenfasizza li l-prijoritajiet politiċi tiegħu kif stabbiliti fir-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-Linji Gwida u l-Estimi baġitarji tal-10 ta' April 2008 u l-20 ta' Mejju 2008 ggwidaw il-proposti tal-2009 fi spirtu ta' dixxiplina baġitarja waqt li ssalvagwardjaw il-prijoritajiet politiċi msemmija; iqis li r-riżultat huwa konformi b'mod sħiħ ma" dawn l-objettivi u, b'mod partikulari, jikkorrispondi wkoll mar-rekwiżiti speċifiċi relatati mal-2009 bħala sena ta" elezzjoni għall-Parlament u l-isfidi relatati mal-Istatut il-ġdid għall-Membri u l-bidla tal-mandat;

8.  Jilqa" b'sodisfazzjon kbir il-koperazzjoni mtejba bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits, li pprovdiet bażi solida għall-ħidma preparatorja ta' qabel l-ewwel qari tal-baġit, kif ukoll waqt l-istadji tal-linji gwida u l-estimi; jenfasizza r-rieda taż-żewġ partijiet li jkomplu u jagħmlu suċċess mill-proġett pilota biex isolvu d-differenzi fi stadju bikri filwaqt li, fl-istess waqt, iżommu l-prerogattivi formali ta" kull korp;

9.  Iqis, madankollu, li xi diffikultajiet prattiċi jridu jiġu solvuti biex tkun faċilitata u tittejjeb aktar il-koperazzjoni, b'mod partikulari titjib ċar rigward l-informazzjoni meħtieġa u rigward li r-rapporti jkunu disponibbli fi żmien limiti ta" żmien xierqa qabel l-ewwel qari;

10.  Jagħraf li seħħew żviluppi sinifikattivi, b'impatt baġitarju ċar, mill-adozzjoni tiegħu tal-Estimi u li, b'konsegwenza, issa huma mixtieqa ċerti aġġustamenti; jenfasizza b'mod partikulari, f'dan ir-rigward, tibdil baġitarju ikkawżat mis-sospensjoni tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta" Liżbona, mit-tħejjijiet għall-implimentazzjoni tal-Istatut il-ġdid għall-Assistenti, mill-previżjonijiet aġġornati għall-Istatut tal-Membri u, wkoll, miż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija;

11.  Jenfasizza li ntlaħqu żviluppi sinifikanti bl-għan li l-Membri jiġu assistiti fit-twettiq tal-mandat tagħhom, b'mod partikulari fid-dmirijiet leġiżlattivi tagħhom; jiġbed l-attenzjoni għall-evalwazzjoni u l-istabbiliment pożittivi tas-Servizz ta' Informazzjoni tal-Librerija, li se jtejjeb l-attivitajiet parlamentari tal-Membri; jenfasizza l-importanza li l-Membri jkunu jistgħu jirċievu informazzjoni f'waqtha, oġġettiva u fattwali dwar suġġetti relevanti għall-attivitajiet parlamentari tagħhom; jitlob lill-amministrazzjoni biex tkompli ttejjeb il-preżentazzjoni tat-tweġibiet għall-mistoqsijiet tal-Membri, tippubblika t-talbiet kollha, u mhux biss il-ġabriet fil-qosor tagħhom, fuq il-websajt tal-librerija u żżid il-lingwi li biha tingħata l-informazzjoni; jixtieq ikun infurmat bħala tal-ewwel evalwazzjoni fil-bidu tal-2010;

12.  Jenfasizza li l-livell ġenerali tal-baġit tiegħu jammonta għal 19.67% tan-nefqa awtorizzata skont l-intestatura 5 (approprjazzjonijiet amministrattivi) tal-qafas finanzjarju pluriennali, jiġifieri nżamm taħt il-limitu ta" 20% impost minnu stess; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li dan ifisser iffrankar ulterjuri ta' EUR 0.9 miljun meta mqabbel mal-pożizzjoni tiegħu f'Mejju 2008; jinnota li dan huwa relatat ma" taħlita ta" fatturi kif imsemmi hawn fuq;

13.  Jieħu nota tal-laqgħa ta' konċiljazzjoni bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits tat-30 ta' Settembru 2008, li fiha d-differenzi baġitarji ewlenin ġew innegozjati u, fil-parti l-kbira tagħhom, solvuti; jinnota, madankollu, xi kwistjonijiet pendenti, fejn ebda ftehim ma seta' jintlaħaq, li tħallew f'idejn il-Parlament;

14.  Jenfasizza r-riżultati pożittivi u n-natura kostruttiva ta' din il-laqgħa; jista', fuq il-bażi tar-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu u l-analiżi ulterjuri tal-Estimi u l-Ittra ta' Emenda, japprova fil-parti l-kbira tagħhom il-modifikazzjonijiet għall-Organigramma proposti mill-Bureau; mhux f'pożizzjoni, madankollu, li japprova b'mod sħiħ il-proposti kollha;

15.  Jirrikonoxxi li saru, u se jsiru, sforzi sinifikattivi biex jerġgħu jiġu organizzati mill-ġdid ir-riżorsi biex jiġu limitati żidiet ta" persunal u spejjeż relatati;

   - jenfasizza li għandha tiġi analizzata wkoll l-effettività ġenerali tal-użu tar-riżorsi umani f'termini tas-sodisfazzjon ta' kompiti speċifiċi u li l-Bureau u l-Amministrazzjoni se jkollhom bżonn jagħtu attenzjoni b'mod konsistenti lil din il-kwistjoni għas-snin li ġejjin sabiex jibbilanċjaw bl-aħjar mod possibbli t-tqassim tar-riżorsi umani fost l-attivitajiet leġiżlattivi ewlenin, is-servizzi diretti lill-Membri u l-funzjonijiet ta' appoġġ amministrattiv, u kif ukoll jaraw li jinftiehmu aħjar is-soppożizzjonijiet ta' bażi u l-prijoritajiet;
   - bħala l-ewwel pass sinifikattiv, jilqa' b'sodisfazzjon l-organigramma analitiku u dettaljat ippreżentat, minkejja li b'dewmien u wara l-iskadenza għat-tressiq tal-emendi baġitarji għall-ewwel qari; jixtieq li jinżamm infurmat b'mod kontinwu dwar din il-kwistjoni fil-ġejjieni;
   - huwa sodisfatt li l-proposti attwali se jikkontribwixxu b'mod pożittiv biex jissaħħu l-kapaċitajiet leġiżlattivi tal-Parlament, inkluż fir-rigward tal-kwistjoni tal-komitoloġija, kif ippreżentat ukoll f'rapport reċenti, biex jingħata segwitu, lill-Kumitat tiegħu għall-Baġits;

16.  Japprova t-tibdil għall-Organigramma tas-segretarjat kif stipulat fl-emendi baġitarji mressqa, b'total ta" 88 impjiegi u 1283 promozzjoni; iżomm f'riżerva l-approprjazzjonijiet relatati ma' numru limitat ta' impjiegi sakemm isiru analiżi u kjarifiki ulterjuri rigward l-użu, il-ħtiġijiet u t-tqassim ottimali tar-riżorsi, kif imfisser hawn fuq, l-aktar tard sal-aħħar ta' Ġunju 2009;

17.  Filwaqt li hu impenjat b'mod sħiħ għal tnedija malajr taċ-Ċentru tal-Viżitaturi, jenfasizza li, wara l-Konċiljazzjoni, hu meħtieġ ftit aktar xogħol biex tintlaħaq soluzzjoni sodisfaċenti u effettiva mil-lat tal-ispejjeż; jinnota li ż-żewġ delegazzjonijiet ma setgħux jaslu għal ftehim sħiħ dwar dan il-punt u, konsegwenza ta' dan, jiddeċiedi li f'dan l-istadju japprova parzjalment it-talbiet, filwaqt li jkun lest li jerġa' jeżamina din il-kwistjoni malajr kemm jista' jkun u wara li tkun ingħatat l-informazzjoni meħtieġa;

18.  Jirrikonoxxi l-ħtiġijiet tal-gruppi politiċi rigward riżorsi ta" staff biex jiffaċċjaw sfidi li dejjem jiżdiedu u, konsegwenza ta' dan, jaqbel li jkunu pprovduti 53 impjieg ieħor; iqis li jkun tajjeb ħafna li ssir riflessjoni dwar kif it-talbiet għall-persunal mill-gruppi u l-approprjazzjonijiet relatati jkunu jistgħu jiġu integrati aħjar fil-proċedura tal-baġit, fi stadju minn qabel, biex titwettaq analiżi aktar f'waqtha tar-rekwiżiti essenzjali;

19.  Jirrimarka li ddeċieda li jagħti spinta lill-attivitajiet ta' tagħrif mwettqa fl-Istati Membri bħala parti mill-istrateġija u l-pjan ta' azzjoni tiegħu għall-elezzjonijiet Ewropej tal-2009; jilqa' b'sodisfazzjon ukoll l-idea ta' involviment akbar taż-żgħażagħ fil-proċess tal-kampanja, bl-għan li ċ-ċittadini Ewropej jiġu infurmati dwar l-irwol tal-Parlament Ewropew;

20.  Jefasizza li issa ġew stabbiliti d-dispożizzjonijiet baġitarji sabiex tiġi ffaċilitata l-introduzzjoni ta' "Reġim" ġdid għall-assistenti parlamentari tal-Membri u jilqa' b'sodisfazzjon kbir il-ħidma li qed titwettaq bħalissa sabiex jintlaħaq ftehim aħħari dwar din il-kwistjoni qabel tmiem is-sena;

21.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta għal Sistema għall-Ġestjoni tal-Għerf biex jittejjeb it-tqassim tat-tagħrif u biex jiġu ġestiti d-diversi għejun ta' informazzjoni fil-livell amministrattiv u politiku; jitlob lill-amministrazzjoni biex tippreżenta r-riżultati tal-ewwel fażi tal-istrateġija b'żewġ stadji sal-aħħar ta' Marzu 2009;

22.  Meta jitqiesu l-ammonti sostanzjali involuti, iqis li l-awtorità baġitarja teħtieġ li tikkunsidra l-limiti finanzjarji u l-ispiża dejjem tiżdied tax-xiri, tal-manutenzjoni u tal-attrezzament tal-bini fis-sena li ġejja, speċjalment meta jitqies il-fatt li l-Istatut tal-Membri se jidħol fis-seħħ fl-2009; jitlob lill-Bureau biex jippreżenta pjan strateġiku sa Settembru 2009, qabel l-ewwel qari tal-baġit; f'dan ir-rigward, ma jistax jaqbel ma' żieda f'riżerva għall-bini u jiddeċiedi li jżommha f'EUR 20 miljun;

23.  Ifakkar li viżjoni aktar ċara għal perjodu ta' żmien medju jew twil, inklużi miżuri tal-ippjanar, x'aktarx ikunu ta' benefiċċju biex jiġu kkontrollati l-ispejjeż; jistieden lill-Bureau tiegħu biex ikompli l-isforzi f'dan ir-rigward; jitlob li jirċievi rapport finali dwar l-implikazzjonijiet finanzjarji, amministrattivi u legali relatati mal-kwistjoni tal-ażbestos u, ukoll, il-ħidma tat-tiswija tas-saqaf meħtieġa fi Strażburgu;

24.  Itenni li s-seduta Plenarja ddeċidiet li bid-dħul fis-seħħ tal-Istatut tal-Membri, m'għandux ikun possibbli aktar li jinkisbu drittijiet ġodda bl-Iskema Volontarja tal-Pensjoni; jiġbed l-attenzjoni li d-deċiżjonijiet li jimplimentaw, kif deċiżi mill-Bureau, jippermettu l-kisba ta' drittijiet ġodda biss għal dawk il-Membri tal-Fond li jerġgħu jiġu eletti, li mbagħad jidħlu f'arranġament temporanju u li ma jkunux intitolati għal pensjoni nazzjonali jew Ewropea marbuta mal-mandat tagħhom; jemmen, għalhekk, li ftit li xejn se jkun hemm Membri li jkunu eliġibbli biex jiksbu drittijiet ġodda; jistenna stima aġġornata mill-amministrazzjoni rigward l-approprjazzjonijiet meħtieġa bid-dħul fis-seħħ tal-Istatut tal-Membri;

25.  Jistenna r-riżultati tal-istudju dwar l-impronta tal-karbonju tal-Parlament Ewropew, li għandu jinkludi wkoll il-kwistjoni tal-iskemi ta' kumpens għas-CO2, kif mitlub mill-Parlament; iddeċieda li jadatta n-nomenklatura tal-linji affettwati minn skema ġejjienija eventwali ta' kumpens bħal din; itenni, madankollu, li jeħtieġ li jiżdiedu l-isforzi biex jitnaqqas l-ivvjaġġar fejn hu possibbli;

26.  Jesprimi x-xewqa tiegħu li jkun hemm disponibbli ċentru ta' ġestjoni tal-mobilità, li jagħti informazzjoni dettaljata dwar il-konnessjonijiet tat-trasport pubbliku minn u lejn il-Parlament, fil-bini kollu tal-Parlament, kif ukoll permezz tal-internet, mill-bidu tal-mandat il-ġdid tal-Parlament, li jinkoraġġixxi l-użu tat-trasport pubbliku bħala alternattiva għall-użu tal-karozza;

27.  Jinnota s-suġġeriment li jiġi ffinanzjat professorat tal-Parlament Ewropew f'ġieħ il-Professur Bronisław Geremek u biex jitwaqqaf bord, li wieħed mill-iskopijiet tiegħu jista' jkun dak li jagħti premju annwali; jistieden lill-Bureau biex jevalwa dan is-suġġeriment u l-fattibbiltà tiegħu f'kollaborazzjoni mal-Kummissjoni, bil-għan li jiġu allokati r-riżorsi xierqa;

28.  Jieħu nota tal-opinjonijiet ippreżentati mill-Kumitati għall-Kummerċ Internazzjonali, għall-Affarijiet Legali u għall-Petizzjonijiet u jirrikonoxxi l-livell għoli ta' ftehim; jenfasizza li, fil-parti l-kbira tiegħu, it-tħassib li tqajjem ġie indirizzat permezz tal-emendi baġitarji u l-votazzjoni;

Taqsima IV – Il-Qorti tal-Ġustizzja

29.  Jirrikonoxxi l-importanza tal-proċedura ġdida ta" urġenza li għandha tiġi implimentata mill-Qorti, li fiha l-qrati nazzjonali huma intitolati għal risposta fi żmien ta" skadenza ħafna aktar qasir milli kien il-każ qabel; għalhekk japprova l-abbozz tal-baġit li jirrigwarda d-39 impjieg ġdid ikkonċernat;

30.  Jinnota li r-rata għolja ta" żieda fil-baġit seħħet primarjament minħabba l-proġett ta" kostruzzjoni tal-bini l-ġdid tal-Qorti, li ntlaħaq qbil dwaru qabel u li se jkompli jkollu impatt finanzjarju għoli għas-snin li ġejjin; jistieden lill-Qorti biex tippreżenta rapport aġġornat dwar ix-xogħlijiet kollha kemm huma u l-implikazzjonijiet tal-ispiża tagħhom sal-2013;

31.  Iqis li l-iżvilupp tal-baġit operattiv normali tal-Qorti, li bħalissa għandu rata ta' madwar +2.5%, huwa ħafna aktar inkoraġġanti u li, b'mod ġenerali, il-Qorti għamlet sforzi ċari biex tillimita ż-żieda fin-nefqa tagħha għall-eżerċizzju tal-2009;

32.  Jiddeċiedi li jiffissa r-rata ġenerali ta" tnaqqis għal 3.5%, livell qrib ta" dak li l-Qorti nnifisha qed tissuġġerixxi, u jerġa" jġib kif kienu l-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu; jinnota li dan għandu jiżgura l-operabilità sħiħa tal-Qorti waqt li xorta jirrappreżenta frankar fuq il-proposti oriġinali;

Taqsima V - Il-Qorti tal-Awdituri

33.  Jilqa" t-tisħiħ propost tal-kapaċità ta" verifika tal-Qorti u jiddeċiedi li jipprovdi l-20 impjieg assoċjat bi qbil kemm mal-Qorti kif ukoll mal-Kunsill;

34.  Iqis li l-iffinanzjar tal-estensjoni tal-bini tal-Qorti jrid jinżamm fl-inqas spiża possibbli għall-kontributuri tat-taxxa; għalhekk jikkonferma mill-ġdid id-deċiżjoni tiegħu biex iħallas għal dan direttament mill-baġit, f'erba' snin, milli jaħbi l-ispejjeż sinifikattivament ogħla li jirriżultaw minn arranġament ta' xiri u self għal 25 sena; b'hekk, jiddeċiedi li jalloka fil-bidu tal-perjodu l-ammont massimu possibbli għall-baġit tal-2009 u, għal dan il-għan, approva ammont ta' EUR 55 miljun għal dan il-għan;

35.  Jiddeċiedi li jagħti spinta lil numru limitat ta" partiti ta" nefqa relatati mat-tifrix ta" rapporti tal-Qorti lill-pubbliku, verifika ta" prestazzjoni tal-Qorti nnifisha, rappurtar aħjar, faċilitajiet tal-kura tat-tfal għall-persunal u wkoll biex ikunu pprovduti żewġ impjiegi oħra fl-organigramma minbarra l-awdituri msemmija hawn fuq;

Taqsima VI - Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

36.  Qies it-tħassib tal-Kumitat rigward l-approprjazzjonijiet disponibbli għall-persunal u, meta jitqiesu l-argumenti preżentati, jaqbel li tkun aġġustata r-rata ġenerali ta' tnaqqis għal-livell ta' 4.5%;

37.  Jiddeċiedi li joħloq, minbarra ż-żewġ impjiegi AD5 ġodda inklużi fl-Abbozz tal-Baġit, żewġ impjiegi AST oħra li kienu ġew rifjutati mill-Kunsill;

38.  Jiddeċiedi li jpoġġi porzjon tal-approprjazzjonijiet għall-ispejjeż ta" vjaġġar u ta" laqgħat f'riżerva sakemm isir pjan ċar mill-Kumitat dwar kif għandu l-ħsieb li jżomm dawn l-ispejjeż taħt kontroll;

Taqsima VII - Il-Kumitat tar-Reġjuni

39.  Jinnota l-fatt li l-Kumitat se jeħtieġ reklutaġġ ta' persunal addizzjonali 'relatat mat-tkabbir' u jaqbel mal-impjiegi l-ġodda fl-abbozz tal-baġit tal-Kunsill;

40.  Minbarra dan, jista" jaċċetta, wara smigħ tal-Kumitat, numru limitat ta" tliet impjiegi oħra biex jagħti spinta lill-kapaċità operattiva tiegħu f'dipartimenti speċifiċi;

41.  Jiddeċiedi li jintroduċi rata ta" tnaqqis ġenerali ta" 4.5% wara s-smigħ tal-argumenti tal-Kumitat; jinnota li dan huwa qrib ħafna tat-talbiet tal-Kumitat stess waqt li xorta jirrappreżenta tfaddil;

Taqsima VIII - L-Ombudsman Ewropew

42.  Jaqbel ma" l-abbozz tal-baġit tal-Kunsill dwar il-ħolqien ta" tliet impjiegi AD ġodda biex jissaħħaħ l-Ombudsman fl-indirizzar ta" numru dejjem jiżdied ta" ilmenti ammissibbli; minbarra dan, wara s-smigħ tal-Ombudsman, jista" jaqbel ukoll ma" tliet impjiegi AST temporanji;

Taqsima IX - L-Uffiċjal Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

43.  Japprova din it-taqsima tal-abbozz tal-baġit;

o
o   o

44.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-emendi għat-Taqsimiet I, II, IV, V, VI, VII, VIII u IX tal-abbozz tal-baġit ġenerali, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lill-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra kkonċernati.

(1) ĠU L 253, 7.10.2000, p. 42.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(4) Testi adottati, P6_TA(2008)0115.
(5) Testi adottati, P6_TA(2008)0208.


L-imposti tal-ajruporti ***II
PDF 359kWORD 34k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta" Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imposti tal-ajruporti (8332/2/2008 – C6-0259/2008 – 2007/0013(COD))
P6_TA(2008)0517A6-0375/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (8332/2/2008 – C6-0259/2008)(1),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2006)0820),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0375/2008),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fit-23 ta' Ottubru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/.../KE dwar l-imposti ta' l-ajruporti

P6_TC2-COD(2007)0013


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2009/12/KE.)

(1) ĠU C 254E, 7.10.2008, p. 18.
(2)Testi Adottati, 15.1.2008, P6_TA(2008)0004.


Ftehim ta" Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Bożnja Ħerzegovina ***
PDF 202kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta" Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u l-Bożnja Ħerzegovina, fuq in-naħa l-oħra (8225/2008 (COM(2008)0182 – C6-0255/2008 – 2008/0073(AVC))
P6_TA(2008)0518A6-0378/2008

(Proċedura ta' kunsens)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni (8225/2008 – COM(2008)0182),

–   wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehim ta" Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda, u l-Bożnja u Ħerzegovina, fuq in-naħa l-oħra (8226/2008),

–   wara li kkunsidra t-talba għal kunsens magħmula mill-Kunsill skond l-Artikolu 300(3), it-tieni sub-paragrafu, flimkien mal-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-aħħar sentenza, u mal-Artikolu 310 tat-Trattat KE (C6-0255/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 101 tat-Trattat KEEA,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 75 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0378/2008),

1.  Jagħti l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Bożnja u Ħerzegovina.


Il-piraterija fuq il-baħar
PDF 223kWORD 58k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2008 dwar il-piraterija fuq il-baħar
P6_TA(2008)0519B6-0537/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2008 dwar politika marittima integrata għall-Unjoni Ewropea(1),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Ġunju 2008 dwar il-qtil rikurrenti ta" ċittadini ċivili fis-Somalja(2),

–   wara li kkunsidra l-konklużjonjiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ġenerali tal-15 ta' Settembru 2008 (13028/2008),

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tar-Relazzjonijiet Esterni tas-26 ta" Mejju 2008 (9868/2008),

–   wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/749/CFSP tad-19 ta" Settembru 2008 dwar l-azzjoni kkoordinata militari tal-Unjoni Ewropea b'appoġġ għar-riżoluzzjoni 1816(2008) (EU NAVCO)(3) u għar-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1838 (2008) ,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1988 dwar it-Trażżin ta" Azzjonijiet Illegali kontra s-Sikurezza tan-Navigazzjoni Marittima,

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1814 (2008) tal-15 ta" Mejju 2008 u 1816(2008) tat-2 ta" Ġunju 2008 dwar is-sitwazzjoni fis-Somalja ,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

A.   billi l-piraterija fl-ibħra miftuħa jirrappreżentaw theddida dejjem tikber għall-ħajja u s-sikurezza tal-bniedem, b'mod partikulari fl-ibħra li jinsabu "l barra mis-Somalja u mill-ibħra li jinsabu 'l barra mis-Somalja u l-Qarn tal-Afrika, inkluża l-għajnuna umanitarja lil xi 3.5 miljun ruħ li għandhom bżonn l-għajnuna;

B.   billi, barra minn hekk, diġà saru rapporti dwar iż-żieda fil-piraterija f'zoni oħra tad-dinja, bħall-Kanal ta" Mozambique, ibħra speċifiċi qrib l-Indja u l-Karibew;

C.   billi l-kunflitt kontinwu u l-instabilità politika fis-Somalja wasslet għal attivitajiet ta' piraterija u ta' serq bl-armi,

D.   billi s-sena l-oħra l-attakki kriminali fuq il-bastimenti Komunitarji tas-sajd, tal-merkanzija u tal-passiġġieri fl-ibħra internazzjonali qrib ix-xtut Afrikani żdiedu kemm fin-numru u kemm fil-frekwenza, u billi dawn qed ipoġġu f'riskju l-ħajja tal-ekwipaġġ u qed ikollhom impatt negattiv fuq il-kummerċ internazzjonali,

E.   billi l-passaġġ bla xkiel ta" bastimenti li jkunu qed ibaħħru bis-snajja' tagħhom b'mod legali fuq ibħra miftuħa huwa prekundizzjoni assoluta biex ikun hemm il-kummerċ internazzjonali;

F.   billi piraterija bħal din hija theddida immedjata għall-baħħara li l-għixien tagħhom jiddependi fuq l-eżerċitar sikur u legali tas-sengħa u l-professjoni tagħhom fuq il-baħar;

G.   billi s-sajjieda tal-UE fl-ibħra miftuħa daħlu fil-mira tal-pirati, u billi t-theddida tal-piraterija qed twassal biex numru sinifikanti ta" bastimenti tas-sajd tal-UE jirtiraw mill-baħar f'distanzi ta" mijiet ta" kilometri bogħod mis-Somalja jew biex inaqqsu l-attività tas-sajd tagħhom fir-reġjun;

H.   billi numru ta" vittmi tal-piraterija kienu ċittadini ordinarji li kienu għaddejin bl-attivitajiet tagħhom b'mod paċifiku fuq dgħajjes għar-rikreazzjoni fl-ibħra li jinsabu 'l barra mill-Qarn tal-Afrika;

I.   billi sa ċertu punt din it-tip ta" piraterija tirriżulta mill-vjolenza u mill-instabilità politika li hemm fis-Somalja, u għandha effett indirett fuq il-bqija tar-reġjun tal-Qarn, u billi l-piraterija tikkontribwixxi għalihom u anke għall-konsegwenzi konkomitanti fuq il-popolazzjoni ċivili tas-Somalja, l-iżjed f'dak li għandu x'jaqsam mal-esponiment għat-theddid, man-nuqqas ta" żvilupp u mal-waqfien fl-għajnuna tal-ikel u fi sforzi umanitarji oħrajn;

J.   billi fl-2007 ġie rrappurtat li nqatlu 20 membru tal-ekwipaġġ, 153 ġew midruba jew attakkati u 194 inħatfu;

K.   billi, b'reazzjoni għad-deterjorament ta" dan il-fenomenu, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti attwalment qed jaħdem fuq riżoluzzjoni ġdida, bil-għan li jimmobilizza l-komunità internazzjonali fir-rigward tal-użu aħjar tal-għodod tas-soppressjoni u l-prevenzjoni eżistenti, fil-qafas tal-liġi marittima jew fil-qafas tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà;

1.  Jistieden lill-Gvern Tranżitorju tas-Somalja biex, b'koperazzjoni man-NU u mal-Unjoni Afrikana, iqis il-piraterija u s-serq bl-armi li sar fix-xtut Somali fuq bastimenti li kien qed iġorru għajnuna umanitarja bħala azzjonijiet kriminali li għandhom ikunu segwiti bl-arrest ta" dawk involuti abbażi tal-liġi internazzjonali tal-mument;

2.  Jieħu nota tal-Azzjoni Konġunta 2008/749/CFSP li tistabbilixxi azzjoni kkoordinata militari b'appoġġ għar-riżoluzzjoni 1816(2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU intitolata EU NAVCO;

3.  Jitlob lill-Istati Membri li huma parti tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU biex iġeddu l-awtorizzazzjonijiet konċessi fir-riżoluzzjoni 1816(2008), bi qbil mal-intenzjoni stipulata fir-riżoluzzjoni 1838 (2008);

4.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tfittex modi kif tipprovdi protezzjoni kontra l-piraterija ta' bastimenti li jġorru l-bandiera tal-UE u bastimenti tas-sajd oħra li jkunu joperaw f'ibħra internazzjonali fil-Majjistral tal-Oċean Indjan, possibilment permezz tal- koperazzjoni mal-Kummissjoni tat-Tonn tal-Oċean Indjan;

5.  Juri dispjaċir rigward in-nuqqas ta" konsultazzjoni mill-Kunsill tal-Parlament dwar id-deċiżjoni li tiġi mnedija din l-operazzjoni tal-Politika Ewropea ta' Sigurta u Difiża (ESDP), u jħeġġeġ lill-Kunsill biex jipprovdi informazzjoni lill-Parlament dwar l-ambitu ta" din l-azzjoni u dwar il-ħidmiet eżatti li ċ-"Ċellola ta" Koordinazzjoni tal-UE" se twettaq b'appoġġ għall-missjoni marittima tal-ESDP; EU NAVCO;

6.  Jitlob lill-Kunsill biex jiddistingwi b'mod ċar bejn il-mandat ESDP għall-ġejjieni u l-ħidmiet ta" kontra l-piraterija magħmula mill-Istati Membri tagħha fi ħdan il-qafas tal-Operazzjoni Ħelsien Dejjiem-Qarn tal-Afrika, li għandha l-għan li xxejjen l-attivitajiet terroristi; jitlob li jkun hemm linji gwida ċari fir-rigward tad-detenzjoni u tal-prosekuzzjoni tal-pirati maqbuda; jitlob lill-Kunsill biex jevita l-involviment tal-EU NAVCO fil-kunflitt kurrenti fis-Somalja; jitlob biex ikun hemm koordinazzjoni effettiva ma' bastimenti navali oħra fir-reġjun, b'mod speċjali fl-Istati Uniti u fir-Russja;

7.  Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jistinkaw ħalli jiżguraw li l-istrumenti legali tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) li jittrattatw il-piraterija u s-serq bl-armi jkunu riveduti u aġġornati kemm jista' jkun malajr sabiex l-awturi tar-reati jkunu jistgħu jiġu insegwiti u kkundannati;

8.  Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ lill-Istati kostali u lill-Istati Mermbri kollha tal-UE biex jirratifikaw il-Protokoll 2005 għall-Konvenzjoni dwar it-Trażżin ta" Azzjonijiet Illegali kontra s-Sikurezza tan-Navigazzjoni Marittima,

9.  Jistieden lill-Istati Membri li għadhom m'għamlux dan biex kemm jista' jkun malajr jittrasponu fil-liġi domestika tagħhom id-dispożizzjonijiet relevanti tal-Konvenzjonijiet dwar il-liġi tal-baħar tan-Nazzjonijiet Uniti u il-Konvenzjoni dwar "Suppression of unlawful acts against the safety of martime navigation" li jippermettu li jiġu stabbiliti b'mod ċar il-ġurisdizzjonijiet u b'hekk li jiġu żgurati proċedimenti penali b'ċertezza legali sħiħa fil-każ li jinqabdu l-pirati jew l-awturi ta' attakki armati fil-baħar;

10.  Jilqa" b'sodisfazzjoni l-intenzjoni tal-Kummissjoni li ttejjeb il-koordinazzjoni tagħha mal-aġenziji Ewropej li huma responsabbli mis-sorveljanza marittima, billi jenfasizza, b'mod speċjali, il-prevenzjoni ta" attivitajiet illegali (l-ittraffikar tal-bnedmin u tad-droga u l-immigrazzjoni illegali) b'attenzjoni speċjali fuq l-ibħra internazzjonali; iħeġġeġ lill-Kunsill biex ma jitfax fl-istess keffa l-isfida tat-terroriżmu u l-kwistjoni tal-immigrazzjoni illegali u tal-ittraffikar tal-bnedmin u tad-droga;

11.  Jilqa" l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tippromwovi negozjati dwar l-immaniġġjar aħjar tal-ispazju marittimu ma' pajjiżi terzi, u jappoġġja bil-qawwa l-koperazzjoni msaħħa mal-pajjiżi ġirien favur il-ħarsien tal-ibħra li jkunu jinsabu lil hinn mill-ġurisdizzjonijiet nazzjonali;

12.  Jikkundanna kategorikament il-kummerċ fl-armi u l-munizzjon ma' gruppi organizzati li jwettqu atti ta' piraterija; jitlob lill-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti biex jirrakkomandaw miżuri xierqa biex ma jħallux armi jaslu għand gruppi ta' pirati bħal dawn;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi l-informazzjoni lill-Parlament dwar kwalunkwe deċiżjoni li taf tieħu dwar il-finanzjament ta" proġetti relatati ma" rottot marittimi kritiċi fil-Qarn tal-Afrika, fl-istretti ta" Bab al Mandab u l-Golf tal-Aden;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra kif jista" jingħata appoġġ prattiku lill-aġenda Sana's/Dar es Salaam tal-IMO u b'mod partikulari mat-twaqqif ta" Ċentru ta" Informazzjoni Marittimu Reġjonali jew ma" sistema relatata ma" dan;

15.  Jifraħ bil-progress li sar mill-Kunsill Ewropew fit-tħejjija ta' operazzjoni navali tal-Unjoni Ewropea kontra l-piraterija bil-għan li tiġi garantita s-sigurtà tal-bastimenti tal-merkanzija li jkunu qed jivvjaġġaw f'rotta navali fil-Golf ta' Aden;

16.  Jisogħbih li l-azzjoni tal-Kunsill ma tikkonċernax iz-zoni ta' sajd ta' dan ir-reġjun, u jitlob li jittieħdu malajr azzjonijiet f'dan is-sens;

17.  Jitlob lill-Kummissjoni biex, mal-ewwel opportunità, fil-qafas ta" Politika Marittima Integrata ġdida, twaqqaf sistema Komunitarja għal koperazzjoni u koordinazzjoni reċiproċi, li tippermetti lil dawk il-bastimenti navali li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru f'ibħra internazzjonali li jħarsu l-bastimenti tas-sajd u tal-merkanzija minn Stati Membri oħra;

18.  Jilqa', għaldaqstant, l-adozzjoni ta' emenda tal-Parlament fl-ewwel qari tal-baġit ġenerali tal-Unjoni tal-2009 bl-għan li tinħoloq linja baġitarja ġdida biex tiffinanzja proġett pilota li janalizza l-possibilitajiet ta" finanzjament, ġestjoni u koordinazzjoni ta" pjan ta" azzjoni Komunitarju għall-ħarsien tal-bastimenti Komunitarji li jgħaddu minn, u joperaw f'zoni mhedda mill-piraterija internazzjonali;

19.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jappoġġjaw b'mod attiv, fil-qafas tan-NU u tal-IMO, l-inizjattiva promossa minn diversi Stati Membri li d-dritt għal insegwiment attiv fuq il-baħar u fl-ajru jiġi estiż għall-istati kostali, bil-kundizzjoni li jkun hemm kunsens mill-pajjiżi inkwistjoni, kif ukoll biex jiżviluppaw mekkaniżmu ta' assistenza kkoordinata f'każi ta' piraterija marittima; jitlob ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jaħdmu b'mod attiv sabiex tiġi żgurata l-adozzjoni ta" riżoluzzjoni ġdida tan-Nazzjonijiet Uniti, billi r-Riżoluzzjoni 1816 (2008) se tiskadi fit-2 ta" Diċembru 2008;

20.  Jixtieq li, b'mod parallel mal-iżgurar tas-sikurezza tal-konvojs u mal-eżerċitar tad-dritt tagħhom ta' insegwiment tal-agressuri tagħhom, il-Kummissjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti ma jittraskurawx it-triq tal-koperazzjoni u n-normalizzazzjoni politiċi mal-Istati tar-reġjun sabiex ikunu jistgħu jipprevjenu u jiġġieldu b'mod aħjar id-delinkwenza marittima u l-kawżi multipli tagħha;

21.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membri biex jispjegaw l-objettivi tal-operazzjoni navali militari tal-UE fi ħdan il-qafas tar-Riżoluzzjoni 1816 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti favur it-trażżin tas-serq bl-armi u l-piraterija fi xtut li jinsabu 'l barra mis-Somalja; jirrikonoxxi li l-abbozzi tal-UNSC 1816(2008) u 1838 (2008) kienu saru taħt il-Kapitolu VII tal-Karta tan-NU bħala l-uniku mod biex jiġi leġittimizzat l-użu tal-forza; jenfasizza, madanakollu, li taħt l-ebda ċirkustanza l-atti ta' piraterija kif ukoll atti kontra l-piraterija ma għandhom jiġu kkunsidrati bħala atti ta' gwerra; iħeġġeġ lill-Kunsill Ewropew biex jittratta l-piraterija bħala attività kriminali fil-kuntest tal-liġi internazzjonali eżistenti;

22.  Jitlob lill-Kunsill biex jagħmel kull ma jista' biex jiġu identifikati u żarmati n-netwerks ta' kriminalità organizzata li qed jisiltu qligħ minn dawn l-azzjonijiet;

23.  Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea u anke lill-komunità internazzjonali, biex jimmobilitaw ir-riżorsi umani u finanzjarji kollha li hemm bżonn biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' reġim demokratiku u stabbli fis-Somalja biex il-piraterija fil-baħar miftuħ tiġi miġġielda b'mod effikaċi u fit-tul;

24.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membri biex jadottaw regoli ta' involviment ċari u legalment indiskutabbli għall-forzi navali impenjati f'dawn l-operazzjonijiet;

25.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi Adottati, P6_TA(2008)0213.
(2) Testi Adottati, P6_TA(2008)0313.
(3) ĠU L 252, 20.9.2008, p. 39.


Ekwivalenza għall-istandards tal-kontabilità
PDF 506kWORD 119k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2008 dwar l-abbozz għal regolament tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ġunju 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' elementi relatati mal-prospetti u r-reklami u għall-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ġunju 2008 dwar l-użu minn dawk li joħorġu titoli ta' pajjiżi terzi ta' standards nazzjonali ta' kontabilita ta' ċertu pajjiżi terzi u l-istandards ta' rappurtar finanzjarji internazzjonali biex jippreparaw id-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati
P6_TA(2008)0520B6-0544/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta" Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ(1), b'mod partikolari l-Artikolu 7(1) tagħha,

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat(2), b'mod partikolari it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 23(4) tagħha,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali ta' kontabilita(3),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 tal-21 ta" Diċembru 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni tal-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabilità applikati mill-emittenti tal-pajjiż terz ta" titoli skont id-Direttivi 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4),

–   wara li kkunsidra l-abbozz tar-regolament tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ġunju 2008 li temenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 li timplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' elementi relatati ma prospectuses u riklami,

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ġunju 2008 dwar l-użu minn dawk li joħorġu titoli ta' pajjiżi terzi ta' standards nazzjonali ta' kontabilita ta' ċertu pajjiżi terzi u l-istandards ta' rappurtar finanzjarji internazzjonali biex jippreparaw id-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni(5)

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Novembru 2007 dwar l-abbozz ta" regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 809/2004 dwar l-istandards tal-kontabilità li bi qbil magħhom titfassal l-informazzjoni storika li jkun fihom il-Prospetti dwar l-abbozz ta" deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-użu minn entitajiet ta" pajjiżi terzi li joħorġu t-titoli ta' informazzjoni ppreparata skont standards tal-kontabilità rikonoxxuti internazzjonalment(6),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 81 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

Fir-rigward tal-abbozz għal regolament u l-abbozz għal deċiżjoni

1.  Jinnota l-progress miksub mill-Kummissjoni fl-eliminazzjoni tar-rekwiżiti ta" rikonċiljazzjoni għall-entitatjiet tal-UE li joħorġu t-titoli f'pajjiżi terzi; jagħraf il-passi li ttieħdu lejn ir-rikonoxximent tal-Prinċipji Ġeneralment Aċċettati ta' Kontabilità tal-US (US GAAP) u l-Istandards ta' Rappurtar Finanzjarju Internazzjonali (IFRS) kif adottati mill-UE;

2.  Huwa tal-fehma li l-Prinċipji Ġeneralment Aċċettati ta' Kontabilità ta" pajjiżi terzi (pajjiżi terzi GAAP) għandhom jitqiesu ekwivalenti għall-IFRS kif adottat skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jekk l-investituri jkunu f'pożizzjoni li jagħmlu deċiżjoni simili irrispettivament minn jekk ikunux ġew ipprovduti b'rendikonti finanzjarji bbażati fuq l-IFRS jew fuq il-GAAP ta" pajjiż terz u jekk l-assigurazzjoni u l-infurzar tal-verifika fuq il-livelli ta' entità humiex biżżejjed biex l-investituri joqogħdu fuqhom;

3.  Iqis li r-regolaturi għandhom iżommu djalogu attiv għaddej mal-kontropartijiet internazzjonali tagħhom fir-rigward tal-applikazzjoni u l-infurzar konsistenti tal-IFRS u jsaħħu l-koperazzjoni u l-qsim tal-informazzjoni;

4.  Jinnota li l-IFRS maħruġa mill-Bord ta' Standards ta' Kontabilità Internazzjonali (IASB) jipprovdu bażi soda biex ir-regolaturi jaħdmu fuq il-konverġenza tal-istandards tal-kontabilità globalment; huwa tal-fehma li l-applikazzjoni dinjija tal-istandards tal-kontabilità aċċettati tista" ttejjeb it-trasparenza u t-tqabbil tar-rendikonti finanzjarji, u b'hekk toffri benefiċċji sostanzjali kemm għall-kumpaniji kif ukoll għall-investituri;

5.  Jemmen li l-ħolqien tal-konverġenza tal-istandards tal-kontabilità jikkostitwixxi kompitu importanti, però jenfasizza li l-għan aħħari jrid ikun li kull ġurisdizzjoni tadotta l-IFRS filwaqt li tirrispetta l-qafas demokratiku u legali tagħha;

6.  Jilqa" b'sodisfazzjon ir-Regolament (KE) Nru 1569/2007 li jipprovdi għad-definizzjoni tal-ekwivalenza u jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni tal-ekwivalenza tal-GAAP ta' pajjiż terz; jenfasizza li r-Regolament (KE) Nru 1569/2007 jeħtieġ li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tippermetti l-emittenti Komunitarji jużaw l-IFRS adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 fil-pajjiż terz ikkonċernat;

7.  Jinnota li l-Istati Uniti biss tirrikonoxxi r-rapporti finanzjarji skont l-IFRS kif maħruġa mill-IASB; jirrikonoxxi madankollu li l-Istati Uniti jippermettu li jkun hemm perjodu ta' tranżizzjoni qasir li matulu rendikonti finanzjarji preparati taħt l-IFRS kif adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, jiġu aċċettati wkoll mingħajr il-ħtieġa ta' rikonċiljazzjoni;

8.  Jenfasizza li ċertu pajjiżi terzi ma stqarrux b'mod ċar u pubblikament meta se japplikaw l-IFRS għall-emittenti domestiċi tagħhom;

9.  Iqis li l-abbozz ta" deċiżjoni tal-Kummissjoni u l-abbozz ta" regolament tal-Kummissjoni għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati mir-Regolament (KE) Nru 1569/2007 u din ir-riżoluzzjoni;

10.  Jilqa" l-pjanijiet direzzjonali li ġew ippreżentati reċentement minn ċerti pajjiżi terzi sabiex jaqilbu għall-IFRS. jitlob lill-Kummissjoni sabiex tissorvelja l-progress ta" dawk il-pjanijiet direzzjonali mħabbra pubblikament bil-għan li jitneħħa r-rikonoxximent ta' ekwivalenza meta jintlaħqu d-dati predeterminati tal-bidla;

11.  Jinnota li saru proposti sabiex tiġi żviluppata governanza tal-IASB;

12.  Jiġbed l-attenzjoni għar-rapport tal-Kummissjoni tat-22 ta' April 2008 dwar il-progress li qed isir fl-eliminazzjoni ta' rekwiżiti ta' rikonċiljazzjoni u għall-isforzi magħmula minn dawk li jistipulaw l-istandards tal-kontabilitá (accounting standard setters) f'pajjiżi terzi biex dawn jikkonformaw mal-IFRS;

13.  Jipproponi li jimmodifika l-abbozz tar-regolament tal-Kummissjoni kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni   Modifika
Modifika 1
Abbozz ta' regolament - Att li jemenda
Premessa 3
(3)  Għall-valutazzjoni ta' l-ekwivalenza bejn il-Prinċipji tal-Kontabbiltà Aċċettati Ġeneralment (GAAP) ta' pajjiż terz ma' l-IFRS adottati, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 tal-21 ta" Diċembru 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni ta" l-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabbiltà applikati mill-emittenti tal-pajjiż terz ta" titoli skond id-Direttivi 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jipprovdi għad-definizzjoni ta' l-ekwivalenza u jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni ta' l-ekwivalenza tal-GAAP ta' pajjiż terz.
(3)  Għall-valutazzjoni ta' l-ekwivalenza bejn il-Prinċipji tal-Kontabbiltà Aċċettati Ġeneralment (GAAP) ta' pajjiż terz ma' l-IFRS adottati, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 tal-21 ta" Diċembru 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni ta" l-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabbiltà applikati mill-emittenti tal-pajjiż terz ta" titoli skond id-Direttivi 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jipprovdi għad-definizzjoni ta' l-ekwivalenza u jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni ta' l-ekwivalenza tal-GAAP ta' pajjiż terz. Ir-Regolament (KE) Nru 1569/2007 jirrikjedi wkoll li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tkun tali li l-emittenti Komunitarji jiġu permessi li jużaw l-IFRS adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 fil-pajjiż terz ikkonċernat.
Modifika 2
Abbozz ta' regolament - Att li jemenda
Premessa 6
(6)  Fil-parir tiegħu [maħruġ f'Marzu, f'Mejju 2008 u fi …. rispettivament], is-CESR irrakkomanda li l-GAAP ta' l-Istati Uniti u tal-Ġappun jitqiesu bħala ekwivalenti għall-IFRS għall-użu fil-Komunità. Barra minn hekk, is-CESR irrakkomanda l-aċċettazzjoni ta' rapporti finanzjarji li jużaw il-GAAP taċ-Ċina, il-Kanada, il-Korea t'Isfel fil-Komunità fuq bażi temporanja, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011.
(6)  Fil-parir tiegħu [maħruġ f'Marzu, f'Mejju u f'Ottubru 2008 rispettivament], is-CESR irrakkomanda li l-GAAP tal-Istati Uniti u tal-Ġappun jitqiesu bħala ekwivalenti għall-IFRS għall-użu fil-Komunità. Barra minn hekk, is-CESR irrakkomanda l-aċċettazzjoni ta' rapporti finanzjarji li jużaw il-GAAP taċ-Ċina, il-Kanada, il-Korea t'Isfel u l-Indja fil-Komunità fuq bażi temporanja, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011.
Modifika 3
Abbozz ta' regolament - Att li jemenda
Premessa 7
(7)  Fl-2006, il-Bord tal-Istandards tal-Kontabbiltà Finanzjarja tal-Istati Uniti u l-IASB ikkonkludew Memorandum ta' Qbil li afferma mill-ġdid lil-mira tagħhom li jkun hemm konverġenza bejn il-GAAP tal-Istati Uniti u l-IFRS, u fassal programm ta' ħidma għall-ilħiq ta' din il-mira. B'riżultat ta' dan il-programm ta' ħidma, ġew solvuti bosta differenzi kbar bejn il-GAAP tal-Istati Uniti u l-IFRS. Barra minn hekk, wara d-djalogu bejn il-Kummissjoni u s-Securities and Exchange Commission (il-Kummissjoni dwar it-Titoli u l-Kambju) tal-Istati Uniti, l-emittenti tal-Komunità li jippreparaw ir-rapporti finanzjarji tagħhom skont l-IFRS ma għadx għandhom l-obbligu jagħmlu rikonċiljazzjoni. Għaldaqstant huwa f'loku li l-GAAP ta' l-Istati Uniti jitqies ekwivalenti għall-IFRS adottati mill-1 ta' Jannar 2009.
(7)  Fl-2006, il-Bord tal-Istandards tal-Kontabbiltà Finanzjarja tal-Istati Uniti u l-IASB ikkonkludew Memorandum ta' Qbil li afferma mill-ġdid lil-mira tagħhom li jkun hemm konverġenza bejn il-GAAP tal-Istati Uniti u l-IFRS, u fassal programm ta' ħidma għall-ilħiq ta' din il-mira. B'riżultat ta' dan il-programm ta' ħidma, ġew solvuti bosta differenzi kbar bejn il-GAAP tal-Istati Uniti u l-IFRS. Barra minn hekk, wara d-djalogu bejn il-Kummissjoni u s-Securities and Exchange Commission (il-Kummissjoni dwar it-Titoli u l-Kambju) tal-Istati Uniti, l-emittenti tal-Komunità li jippreparaw ir-rapporti finanzjarji tagħhom skont l-IFRS kif maħruġ mill-IASB ma għadx għandhom l-obbligu jagħmlu rikonċiljazzjoni. Għaldaqstant huwa f'loku li l-GAAP ta' l-Istati Uniti jitqies ekwivalenti għall-IFRS adottati mill-1 ta' Jannar 2009.
Modifika 4
Abbozz ta' regolament - Att li jemenda
Premessa 12 a (ġdida)
(12a)  Il-Gvern Indjan u l-Istitut Indjan tal-Akkawntants Ikkwalifikati ħadu impenn pubbliku f'Lulju 2007 li se jadottaw l-IFRS sal-31 ta' Diċembru 2011 u qed jieħdu miżuri effikaċi biex jiżguraw it-tranżizzjoni għall-IFRS, f'waqtha u sħiħa, sa dik id-data.
Modifika 5
Abbozz ta' regolament - Att li jemenda
Artikolu 1 - punt 1
Regolament (KE) Nru 809/2004
Artikolu 35 - paragrafu 5 A
5A. L-emittenti ta" pajjiżi terzi mhumiex suġġetti għal obbligu, skond l-Anness I, punt 20.1; l-Anness IV, punt 13.1; l-Anness VII, punt 8.2; l-Anness X, punt 20.1 jew l-Anness XI, punt 11.1, li jerġgħu jirrappurtaw informazzjoni finanzjarja inkluża fi prospett u rilevanti għas-snin finanzjarji qabel is-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta' Jannar 2012 jew wara dik id-data, jew għal obbligu skond l-Anness VII, punt 8.2.bis; l-Anness IX, punt 11.1; jew l-Anness X, punt 20.1.bis, li jipprovdu deskrizzjoni narrattiva tad-differenzi bejn l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju adottati skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 u l-prinċipji tal-kontabbiltà li permezz tagħhom tkun tfasslet it-tali informazzjoni, bil-kundizzjoni li l-informazzjoni finanzjarja storika tkun ippreparata skond il-Prinċipji tal-Kontabbiltà Aċċettati Ġeneralment tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Kanada jew ir-Repubblika tal-Korea.
5A. L-emittenti ta" pajjiżi terzi mhumiex suġġetti għal obbligu, skont l-Anness I, punt 20.1; l-Anness IV, punt 13.1; l-Anness VII, punt 8.2; l-Anness X, punt 20.1 jew l-Anness XI, punt 11.1, li jerġgħu jirrappurtaw informazzjoni finanzjarja inkluża fi prospett u rilevanti għas-snin finanzjarji qabel is-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta' Jannar 2012 jew wara dik id-data, jew għal obbligu skond l-Anness VII, punt 8.2.bis; l-Anness IX, punt 11.1; jew l-Anness X, punt 20.1.bis, li jipprovdu deskrizzjoni narrattiva tad-differenzi bejn l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 u l-prinċipji tal-kontabilità li permezz tagħhom tkun tfasslet tali informazzjoni, bil-kundizzjoni li l-informazzjoni finanzjarja storika tkun ippreparata skont il-Prinċipji tal-Kontabilità Aċċettati Ġeneralment tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Kanada, ir-Repubblika tal-Korea jew ir-Repubblika tal-Indja.
Modifika 6
Abbozz ta' regolament - Att li jemenda
Artikolu 1 a (ġdid)
Artikolu 1 a (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha tkompli tissorvelja, bl-għajnuna teknika tas-CESR, l-isforzi magħmula minn pajjiżi terzi biex joqorbu lejn l-adozzjoni ta' l-IFRS u żżomm għaddej djalogu attiv mal-awtoritajiet matul il-proċess ta' konverġenza. Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport dwar il-progress f'dan ir-rigward lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat ta' Titoli Ewropej (ECS) matul l-2009.
Modifika 7
Abbozz ta' regolament - Att li jemenda
Artikolu 1 b (ġdid)
Artikolu 1 b (ġdid)
Dati mħabbra pubblikament għall-bidla lejn l-IFRS minn pajjiżi terzi għandhom iservu ta" dati ta" referenza sabiex titneħħa l-ekwivalenza rikonoxxuta għal pajjiżi terzi bħal dawn.

14.  Jipproponi li jemenda l-abbozz għal deċiżjoni tal-Kummissjoni kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni   Modifika
Modifika 8
Abbozz ta' deċiżjoni
Premessa 5
(5)  Għall-valutazzjoni ta' l-ekwivalenza bejn il-Prinċipji tal-Kontabbiltà Aċċettati Ġeneralment (GAAP) ta' pajjiż terz ma' l-IFRS adottati, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 tal-21 ta" Diċembru 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni ta" l-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabbiltà applikati mill-emittenti tal-pajjiż terz ta" titoli skond id-Direttivi 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jipprovdi għad-definizzjoni ta' l-ekwivalenza u jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni ta' l-ekwivalenza tal-GAAP ta' pajjiż terz.
(5)  Għall-valutazzjoni ta' l-ekwivalenza bejn il-Prinċipji tal-Kontabbiltà Aċċettati Ġeneralment (GAAP) ta' pajjiż terz ma' l-IFRS adottati, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 tal-21 ta" Diċembru 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni ta" l-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabbiltà applikati mill-emittenti tal-pajjiż terz ta" titoli skond id-Direttivi 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jipprovdi għad-definizzjoni ta' l-ekwivalenza u jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni ta' l-ekwivalenza tal-GAAP ta' pajjiż terz. Ir-Regolament (KE) 1569/2007 jirrikjedi wkoll li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tkun tali li l-emittenti Komunitarji jiġu permessi li jużaw l-IFRS adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 fil-pajjiż terz ikkonċernat.
Modifika 9
Abbozz ta' deċiżjoni
Premessa 7
(7)  Fil-parir tiegħu [maħruġ f'Marzu, f'Mejju 2008 u … rispettivament], is-CESR irrakkomanda li l-GAAP ta' l-Istati Uniti u tal-Ġappun jitqiesu bħala ekwivalenti għall-IFRS għall-użu fil-Komunità. Barra minn hekk, is-CESR irrakkomanda l-aċċettazzjoni ta' rapporti finanzjarji li jużaw il-GAAP taċ-Ċina, il-Kanada u l-Korea t'Isfel fil-Komunità fuq bażi temporanja, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011.
(7)  Fil-parir tiegħu [maħruġ f'Marzu, f'Mejju 2008 u f'Ottubru 2008 rispettivament], is-CESR irrakkomanda li l-GAAP tal-Istati Uniti u tal-Ġappun jitqiesu bħala ekwivalenti għall-IFRS għall-użu fil-Komunità. Barra minn hekk, is-CESR irrakkomanda l-aċċettazzjoni ta' rapporti finanzjarji li jużaw il-GAAP taċ-Ċina, il-Kanada, il-Korea t'Isfel u l-Indja fil-Komunità fuq bażi temporanja, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011.
Modifika 10
Abbozz ta' deċiżjoni
Premessa 8
(8)  Fl-2006, il-Bord ta' l-Istandards tal-Kontabbiltà Finanzjarja ta' l-Istati Uniti u l-IASB kkonkludew Memorandum ta' Qbil li afferma mill-ġdid lil-mira tagħhom li jkun hemm konverġenza bejn il-GAAP ta' l-Istati Uniti u l-IFRS, u fassal programm ta' ħidma għall-ilħiq ta' din il-mira. B'riżultat ta' dan il-programm ta' ħidma, ġew solvuti bosta differenzi kbar bejn il-GAAP ta' l-Istati Uniti u l-IFRS. Barra minn hekk, wara d-djalogu bejn il-Kummissjoni u s-Securities and Exchange Commission (il-Kummissjoni dwar it-Titoli u l-Kambju) ta' l-Istati Uniti, l-emittenti tal-Komunità li jippreparaw ir-rapporti finanzjarji tagħhom skond l-IFRS ma għadx għandhom l-obbligu jagħmlu rikonċiljazzjoni. Għaldaqstant huwa f'loku li l-GAAP ta' l-Istati Uniti jitqies ekwivalenti għall-IFRS adottati mill-1 ta' Jannar 2009.
(8)  Fl-2006, il-Bord ta' l-Istandards tal-Kontabbiltà Finanzjarja ta' l-Istati Uniti u l-IASB kkonkludew Memorandum ta' Qbil li afferma mill-ġdid lil-mira tagħhom li jkun hemm konverġenza bejn il-GAAP ta' l-Istati Uniti u l-IFRS, u fassal programm ta' ħidma għall-ilħiq ta' din il-mira. B'riżultat ta' dan il-programm ta' ħidma, ġew solvuti bosta differenzi kbar bejn il-GAAP ta' l-Istati Uniti u l-IFRS. Barra minn hekk, wara d-djalogu bejn il-Kummissjoni u s-Securities and Exchange Commission (il-Kummissjoni dwar it-Titoli u l-Kambju) ta' l-Istati Uniti, l-emittenti tal-Komunità li jippreparaw ir-rapporti finanzjarji tagħhom skond l-IFRS kif maħruġ mill-IASB ma għadx għandhom l-obbligu jagħmlu rikonċiljazzjoni. Għaldaqstant huwa f'loku li l-GAAP ta' l-Istati Uniti jitqies ekwivalenti għall-IFRS adottati mill-1 ta' Jannar 2009.
Modifika 11
Abbozz ta' deċiżjoni
Premessa 13 a (ġdid)
(13a)  Il-Gvern Indjan u l-Istitut Indjan tal-Akkawntants Ikkwalifikati ħadu impenn pubbliku f'Lulju 2007 li se jadottaw l-IFRS sal-31 ta' Diċembru 2011 u qed jieħu miżuri effikaċi biex jiżguraw it-tranżizzjoni għall-IFRS, f'waqtha u sħiħa, sa dik id-data.
Modifika 12
Abbozz ta' deċiżjoni
Artikolu 1 - paragrafu 1 - parti introduttorja
Mill-1 ta' Jannar 2009, minbarra l-IFRS adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, emittent ta' pajjiż terz għandu jitħalla jipprepara r-rapporti finanzjarji konsolidati tiegħu skont l-istandards li ġejjin:
Mill-1 ta' Jannar 2009, minbarra l-IFRS adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, l-istandards li ġejjin se jitiqiesu ekwivalenti għall-IFRS adodatti skont ir-Regolament (EK) Nru 1606/2002 rigward ir-rapporti finanzjarji konsolidati annwali u ta' nofs is-sena:
Modifika 13
Abbozz ta' deċiżjoni
Artikolu 1 - paragrafu 2
Qabel is-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta' Jannar 2012, emittent ta' pajjiż terz għandu jitħalla jipprepara r-rapporti finanzjarji konsolidati annwali u ta' kull sitt xhur tiegħu skond il-Prinċipji tal-Kontabbiltà Aċċettati Ġeneralment tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew il-Kanada jew ir-Repubblika tal-Korea.
Qabel is-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta' Jannar 2012, emittent ta' pajjiż terz għandu jitħalla jipprepara r-rapporti finanzjarji konsolidati annwali u ta' kull sitt xhur tiegħu skond il-Prinċipji tal-Kontabilità Aċċettati Ġeneralment tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew il-Kanada, ir-Repubblika tal-Korea jew ir-Repubblika tal-Indja.
Modifika 14
Abbozz ta' deċiżjoni
Artikolu 1a ġdid
Artikolu 1 a
Il-Kummissjoni għandha tkompli tissorvelja, bl-għajnuna teknika tas-CESR, l-isforzi magħmula minn pajjiżi terzi biex joqorbu lejn l-IFRS u żżomm għaddej djalogu attiv mal-awtoritajiet matul il-proċess ta' konverġenza. Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport dwar il-progress f'dan ir-rigward lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat tat-Titoli Ewropej (ECS) matul l-2009.
Modifika 15
Abbozz ta' deċiżjoni
Artikolu 1b ġdid
Artikolu 1 b
Dati mħabbra pubblikament minn pajjiżi terzi fir-rigward tal-bidla lejn l-IFRS għandhom iservu ta" dati ta" referenza sabiex titneħħa l-ekwivalenza rikonoxxuta għal dawk il-pajjiżi terzi.

15.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.
(2) ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.
(3) ĠU L 243, 11.9.2002, p.1.
(4) ĠU L 340, 22.12.2007, p.66.
(5) ĠU L 184, 17.7.1999, p.23.
(6) Testi adottati, P6_TA(2007)0527.


Miżuri ta' sigurtà tal-avjazzjoni u body scanners
PDF 209kWORD 41k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2008 dwar l-impatt tal-miżuri ta' sigurtà tal-avjazzjoni u body scanners fuq id-drittijiet tal-bniedem, il-privatezza, id-dinjità umana u l-protezzjoni tad-dejta
P6_TA(2008)0521B6-0562/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (ECHR), il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, l-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 80(2) tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u r-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar ir-regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal avjazzjoni ċivili(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi l-Kummissjoni pproponiet abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jissuplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili, li jinkludi fost il-metodi permessi għal screening ta' passiġġieri fl-ajruporti tal-UE 'body scanners', i.e. magni li jipproduċu immaġini skenjata ta' persuni daqs li kieku kienu għarwenin, ekwivalenti għal tiftixa virtwali fuq persuna għarwiena,

B.   billi l-body scanners jistgħu jkunu waħda mis-soluzzjonijiet tekniċi mitluba biex jinżamm livell għoli ta' sigurtà fl-ajruporti Ewropej,

C.   billi qafas Ewropew biex jiggarantixxi d-drittijiet tal-passiġġieri Ewropej, fil-każ li jibdew jintużaw il-body scanners, hu essenzjali biex ikun evitat li kull ajruport japplika regolamenti differenti,

D.   billi dak l-abbozz ta' miżura, li żgur mhijiex biss teknika, għandha impatt serju fuq id-dritt tal-privatezza, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta u d-dritt għad-dinjità tal-persuna, u għalhekk teħtieġ li tkun akkumpanjata minn salvagwardji b'saħħithom u adegwati,

E.   billi l-abbozz ta' miżura ma kenitx akkumpanjata minn evalwazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni marbuta mad-drittijiet fundamentali kif mitlub mill-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' April 2005 dwar il-konformità tal-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (COM(2005)0172); billi l-Kummissjoni ma kkonsultatx la lill-Kontrollur tal-Protezzjoni tad-Dejta Ewropew (EDPS) kif mitlub mill-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u korpi Komunitarji u dwar il-moviment ħieles ta' tali data(2), u lanqas lill-Grupp ta' Ħidma ta' l-Artikolu 29, jew l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), u billi ma sar l-ebda stħarriġ dwar l-impatt possibbli fuq is-saħħa tal-passiġġieri minn magni bħal dawn,

F.   billi, għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, jidħlu dubji fir-rigward tal-ġustifikazzjoni għal din il-miżura kif ukoll il-proporzjonalità u l-ħtieġa tagħha f'soċjetà demokratika,

G.   billi l-abbozz ta' din il-miżura dwar metodi ta' screening ta' passiġġieri, eżaminata permezz tal-proċedura regolatorja bi skrutinju (komitoloġija) se tkun segwita minn miżuri implimentattivi dwar rekwiżiti u proċeduri għal screening li se jkunu deċiżi permezz ta' proċeduri li taħthom il-Parlament ma għandu kważi l-ebda setgħa,

H.   billi ma sar l-ebda dibattitu wiesa', trasparenti u miftuħ li jinvolvi passiġġieri, persuni interessati u istituzzjonijiet f'livell ta' UE jew dak nazzjonali dwar dik li hi kwistjoni estremament delikata li taffettwa d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini,

I.   billi hemm bżonn li tiġi żgurata s-sigurtà effettiva fis-settur tal-avjazzjoni,

J.   billi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex gradwalment tneħħi l-projbizzjoni tal-likwidi sa mhux aktar tard minn April 2010 hija pass pożittiv 'il quddiem,

1.  Iqis li l-kundizzjonijiet għat-teħid ta' deċiżjoni għadhom ma ntlaħqux, minħabba li għad hemm informazzjoni essenzjali nieqsa, u jistaqsi lill-Kummissjoni, qabel l-iskadenza ta' tliet xhur, sabiex:

   - tagħmel evalwazzjoni tal-impatt dwar id-drittijiet fundamentali;
   - tikkonsulta mal-EDPS, mal-Artikolu 29 tal-Grupp ta' Ħidma u mal-FRA;
   - tagħmel evalwazzjoni xjentifika u medika tal-impatt possibbli ta' dawn it-teknoloġiji fuq is-saħħa;
   - tagħmel evalwazzjoni tal-impatt ekonomiku, kummerċjali u tal-benefiċċju meta mqabbel mal-ispejjeż;

2.  Jemmen li dan l-abbozz ta' miżura jista' jeċċedi s-setgħat implimentattivi previsti fl-istrument bażiku, minħabba li l-miżuri in kwistjoni ma jistgħux ikunu kkunsidrati sempliċement bħala miżuri tekniċi fir-rigward tas-sigurtà tal-avjazzjoni, imma għandhom impatt serju fuq id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini;

3.  Iqis, f'dan ir-rigward, li l-miżuri kollha ta' sigurtà tal-avjazzjoni, kif ukoll l-użu ta' body scanners, għandhom jirrispettaw il-prinċipju ta' proporzjonalità kif ġustifikati u meħtieġa f'soċjetà demokratika, u għalhekk jitlob lill-EDPS, lill-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29 u lill-FRA, bħala kwistjoni ta' urġenza, li mingħajr telf ta' żmien jagħtu opinjoni dwar il-body scanners sal-bidu ta' Novembru 2008;

4.  Iżomm id-dritt li jivverifika mas-servizzi legali tal-UE dwar il-kompatibilità ta' dawn il-miżuri mad-drittijiet tal-bniedem u mal-libertajiet fundamentali, u li jieħu l-miżuri ta' segwitu meħtieġa;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 97, 9.4.2008, p.72.
(2) ĠU L 8, 12.1.2001, p.1.


Ftehima ta" Stabilizzazzjoni u ta" Assoċjazzjoni bejn il-KE u l-Bożnja Ħerżegovina
PDF 244kWORD 79k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehima ta" Stabilizzazzjoni u ta" Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnja Ħerżegovina, min-naħa l-oħra
P6_TA(2008)0522B6-0541/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta" Tessaloniki (19-20 ta' Ġunju 2003) kif ukoll l-anness tagħhom intitolat "L-Aġenda ta" Tessaloniki għall-Balkani tal-Punent: lejn integrazzjoni Ewropea",

–   wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Novembru 2005 biex jinbdew negozjati mal-Bożnja Ħerżegovina bil-għan li tintlaħaq ftehima ta' Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni (FSA),

–   wara li kkunsidra l-inizjalar tal-FSA fl-4 ta" Diċembru 2007 kif ukoll l-iffirmar tagħha fis-16 ta" Ġunju 2008,

–   wara li kkunsidra l-abbozz tal-Ftehima ta" Stabilizzazzjoni u ta" Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u l-Bożnja Ħerżegovina, min-naħa l-oħra (8226/2008),

–   wara li kkunsidra l-Pjan Direzzjonali għal-liberalizzazzjoni tal-viżi ppreżentat mill-Kummissjoni lill-Bożnja Ħerżegovina fil-5 ta" Ġunju 2008,

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interim dwar il-kummerċ u l-kwistjonijiet marbuta mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u l-Bożnja Ħerżegovina, min-naħa l-oħra, kif ukoll l-Annessi u l-Protokolli tagħha, u d-dikjarazzjoni konġunta u d-dikjarazzjoni mill-Komunità mehmuża mal-Att Finali,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi l-FSA hija l-ewwel ftehima internazzjonali komprensiva bejn il-Bożnja Ħerżegovina u l-Unjoni Ewropea li tistabbilixxi relazzjoni kuntrattwali bejn iż-żewġ partijiet li se tiffaċilita t-tranżizzjoni tal-Bożnja Ħerżegovina biex issir stat funzjonali għalkollox, stat li l-ġejjieni tiegħu, kif iddikjarat fil-Kunsill Ewropew ta" Tessaloniki imsemmi hawn fuq, huwa fl-Unjoni Ewropea,

B.   billi l-FSA għandha l-potenzjal li tagħti spinta lill-ekonomija tal-Bożnja Ħerżegovina peress li fiha dispożizzjonijiet li jimpenjaw lill-pajjiż biex jilliberalizza s-suq tiegħu, u għalhekk tiżdied il-kompetittività tan-negozji tiegħu u jiżdied l-investiment, biex jimmodernizza l-qafas legali tiegħu billi jagħmlu aktar effiċjenti u trasparenti u biex gradwalment iqarreb il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu lejn l-acquis communautaire,

C.   billi l-Ftehima Interim, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta" Lulju 2008, tabolixxi gradwalment il-biċċa l-kbira tar-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ bejn iż-żewġ partijiet, u fil-futur qarib tista" titfa" piż fuq l-ekonomija tal-Bożnja Ħerżegovina minħabba l-kompetizzjoni minn prodotti tal-UE u tnaqqis fid-dħul mid-dwana,

D.   billi l-FSA fiha dispożizzjonijiet dwar it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet, il-konsolidazzjoni tal-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-minoranzi,

E.   billi tistipula li l-partijiet għandhom jikkoperaw f'oqsma sensittivi bħall-viżi, il-kontrolli tal-fruntieri, il-kenn u l-migrazzjoni, il-ħasil tal-flus, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata,

F.   billi l-implimentazzjoni tar-riforma miftiehma tal-istrutturi tal-pulizija tal-Bożnja Ħerżegovina għandha tkun parti mill-isforzi tal-pajjiż biex itejjeb il-kapaċità tiegħu li jittratta l-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq,

G.   billi t-titjib tal-livell tal-edukazzjoni ġenerali u tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fil-Bożnja Ħerżegovina kif ukoll il-politika taż-żgħażagħ u x-xogħol taż-żgħażagħ, inkluża l-edukazzjoni mhux formali, huwa wkoll objettiv tal-ftehima,

H.   billi jinħtieġu sforzi aktar qawwija sabiex tingħeleb il-firda bejn gruppi etniċi u biex ikun hemm konċiljazzjoni ġenwina bejn il-partijiet; billi dawn l-isforzi għandhom jindirizzaw, b'mod partikulari, liż-żgħażagħ permezz ta' programmi ta' edukazzjoni komuni fiż-żewġ entitajiet u permezz ta' għarfien komuni tal-avvenimenti traġiċi riċenti li seħħew fil-pajjiż,

I.   billi l-Bożnja Ħerżegovina għadha minn ħafna aspetti mifruda skont il-gruppi etniċi, u billi dan huwa ostaklu għat-trasformazzjoni tagħha fi stat u f'demokrazija li jaħdmu verament,

J.   billi l-isħubija tal-Unjoni Ewrope għall-Bożnja Ħerżegovina tikkostitwixxi prospett li jrid iseħħ unikament bħala stat wieħed, u mhux għall-entitajiet tiegħu, li m'ghandhomx sovranità awtonoma ; billi huwa għalhekk fl-interess tal-entitajiet li jiżguraw li l-Bożnja u l-Ħerżegovina huwa stat li jiffunzjona bis-sħiħ, u li huwa kapaċi jissodisfa l-kriterji u l-obbligi kollha ta' sħubija,

K.   billi għad hemm 125 072 persuna rreġistrata uffiċjalment bħala persuni spustjati internament, li minnhom, skont il-Gvern tal-Bożnja Ħerżegovina, 8 000 persuna spustjata internament għadhom qed jgħixu f'ċentri kollettivi, partikolarment minħabba n-nuqqas ta" djar, infrastruttura u impjiegi xierqa fiz-zoni tal-oriġini tagħhom,

L.   billi twettqet ħidma eċċellenti fil-post mill-NGOs bil-għan li tittejjeb is-sitwazzjoni tal-persuni spustjati internament u tar-refuġjati,

M.   billi hemm ukoll 45 000 persuna rreġistrata uffiċjalment li jeħtieġu l-għajnuna biex jerġgħu lura għar-residenzi tagħhom ta' qabel il-gwerra,

N.   billi r-reati tal-gwerra għandhom jiġu ttrattati bl-istess determinazzjoni, mezzi u effiċjenza kemm f'livell statali kif ukoll f'livell lokali,

1.  Jilqa" b'sodisfazzjon l-iffirmar ta" din il-ftehima importanti u jħeġġeġ lill-Istati Membri kollha tal-UE biex jirratifikawha malajr; huwa konvint li din il-ftehima tikkonsolida l-prospetti Ewropej tal-Bożnja Ħerżegovina u tipprovdi opportunità unika biex dan il-pajjiż jikseb il-paċi, l-istabilità u l-prosperità;

2.  Ifakkar lill-mexxejja politiċi, b'mod partikulari, li hija l-aktar ir-responsabilità tagħhom li jisfruttaw din l-opportunità billi juru biżżejjed ħsieb u determinazzjoni biex isiru riformi b'mod konġunt fil-livelli kollha - tal-Istat, tal-entitajiet u lokali - bil-għan li jimmodernizzaw il-pajjiż u jagħmluh aktar effiċjenti u kompatibbli mal-istandards tal-UE, anke billi jabolixxu l-ostakli legali u amministrattivi kollha li mhemmx bżonnhom u billi jirrazzjonalizzaw l-istrutturi amministrattivi; jemmen li l-awtoritajiet tal-Federazzjoni, b'mod partikulari, għandhom iqisu urġentement li jieħdu passi konkreti f'din id-direzzjoni;

3.  Ifakkar f'dan ir-rigward fl-obbligu tal-Bożnja Ħerżegovina, b'konformità mal-FSA u mal-Ftehima Interim, inter alia biex:

   a. tabolixxi gradwalment ir-restrizzjonijiet kwantitattivi kollha fuq il-prodotti tal-UE,
   b. tneħħi t-taxxi tad-dwana skont il-pjanijiet innegozjati,
   c. tissimplifika l-fluss tal-prodotti b'kull mezz ta" trasport fit-territorju kollu tal-Bożnja Ħerżegovina, u
   d. tfassal inventorju eżawrjenti tal-iskemi kollha ta" għajnuna fil-pajjiż kollu, biex l-iskemi kollha ta" għajnuna jsiru konformi mal-leġiżlazzjoni tal-UE u biex twaqqaf awtorità indipendenti għall-għajnuna mill-Istat;

4.  Iqis li l-FSA għandha l-potenzjal li tagħti spinta lill-ekonomija tal-Bożnja Ħerżegovina peress li fiha dispożizzjonijiet li jimpenjaw lill-pajjiż biex jilliberalizza s-suq tiegħu, u għalhekk tiżdied il-kompetittività tan-negozji tiegħu u jiżdied l-investiment, u biex jimmodernizza l-qafas legali tiegħu billi jagħmlu aktar effiċjenti u trasparenti; jinkuraġġixxi lill-awtoritajiet tal-Bożnja Ħerżegovina biex jieħdu l-passi meħtieġa biex iżidu l-livell tal-investiment dirett barrani fil-pajjiż;

5.  Jemmen li l-miżuri msemmija hawn fuq ifissru li l-kapaċità amministrattiva tal-Bożnja Ħerżegovina trid tissaħħaħ fil-livelli kollha, inkluż fil-livell statali, li se jkollu r-responsabilità li jimmoniterja u jiżgura l-konformità mal-obbligi li joriġinaw mill-FSA, irrispettivament mill-korpi li jkunu responsabbli mill-implimentazzjoni tal-FSA;

6.  Ifakkar li ż-żewġ entitajiet iridu jagħmlu progress fil-proċess ta" privatizzazzjoni iżda jenfasizza li dan għandu jsir f'kundizzjonijiet ta" trasparenza u fi ħdan qafas legali u regolatorju xieraq u li d-dħul mill-privatizzazzjoni għandu jkun investit sabiex jitħeġġeġ l-iżvilupp ekonomiku dewwiemi fil-pajjiż;

7.  Jistieden lill-Parlament tal-Bożnja Ħerżegovina biex, b'koperazzjoni mill-qrib mal-parlamenti tal-entitajiet, jimmoniterja l-implimentazzjoni tal-FSA u biex jiffaċilita l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni marbuta mal-FSA u mal-Isħubija Ewropea;

8.  Huwa konvint li d-dispożizzjonijiet dwar il-koperazzjoni f'oqsma bħall-viżi, l-immaniġġjar tal-fruntieri, il-migrazzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, se jipprovdu inċentiv qawwi fil-Bożnja Ħerżegovina biex titkompla r-riforma tal-pulizija adottata riċentement billi tkun imħeġġa aktar koperazzjoni bejn l-istrutturi differenti tal-pulizija u billi tinkiseb armonizzazzjoni akbar tal-proċeduri u l-prattiki; jistieden lill-Missjoni tal-Pulizija tal-UE fil-Bożnja Ħerżegovina biex tiffaċilita dan il-proċess;

9.  Jilqa" b'sodisfazzjon il-fatt li l-ftehima tirrikonoxxi wkoll il-prinċipju tal-aċċess mhux diskriminatorju għas-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali tal-Bożnja Ħerżegovina irrispettivament mis-sess, mill-oriġini etnika jew mir-reliġjon; fil-fatt jemmen li jeħtieġ li jsiru sforzi kbar sabiex jingħelbu l-istutturi segregazzjonisti li attwalment qed jitħaddmu fil-pajiż; iqis li l-edukazzjoni u l-familjarità li tinkiseb billi l-persuni jgħixu flimkien mindu jkunu tfal, huma fatturi ewlenin fil-proċess ta" rikonċiljazzjoni;

10.  Jemmen li l-UE għandha tippromwovi l-koperazzjoni akkademika u fil-qasam tar-riċerka, inklużi l-iskambji tal-istaff, bejn il-Bożnja Ħerżegovina u l-pajjizi l-oħra tar-reġjun u bejn dawn il-pajjiżi u l-Istati Membri tal-UE; ifakkar f'dan ir-rigward fil-kontribut li l-programmi tal-UE jistgħu jagħtu lil dan l-objettiv u fil-ħtieġa urġenti li titwaqqaf aġenzija nazzjonali inkarigata mill-implimentazzjoni ta' dawn il-programmi li issa huma miftuħa għall-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent;

11.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet edukattivi fil-Bożnja Ħerżegovina biex iwaqffu l-aġenzija nazzjonali meħtieġa biex iċ-ċittadini tal-Bożnja Ħerżegovina jkunu jistghu jieħdu sehem fil-programmi ta" mobilità tal-Komunità li, fuq ordni ta" dan il-Parlament, infetħu għall-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent; huwa tal-fehma li, minbarra li jħeġġu l-mobilità tal-istudenti u tar-riċerkaturi, il-programmi Komunitarji rilevanti għandhom jippromwovu wkoll il-koperazzjoni bejn l-istabbilimenti edukattivi taż-żewġ entitajiet;

   12. Huwa tal-fehma wkoll li, filwaqt li jitqies l-impatt ekonomiku u soċjali li jista" jirriżulta mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehima Interim, l-Istrument tal-UE għall-Assistenza ta" Qabel l-Adeżjon(1)i jrid jipprovdi appoġġ għall-modernizzazzjoni tas-sistemi ta" sigurtà soċjali tal-pajjiż u tal-leġiżlazzjoni tiegħu dwar ix-xogħol, kif ukoll appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-suq tax-xogħol u għat-trejdjunjins, għall-modernizzazzjoni tal-infrastruttura tat-trasport tal-Bożnja Ħerżegovina sabiex ikun iffaċilitat l-iżvilupp ekonomiku, kif ukoll għall-politiki ambjentali biex jitnaqqas it-tniġġis, biex l-enerġija tintuża bl-aħjar mod u biex jittejjeb l-immaniġġjar tal-iskart; jilqa' b'sodisfazzjoni f'dan ir-rigward il-ħatra, wara negozjati mtawla tal-Koordinatur nazzjonali IPA, kif mitlub mill-Kummissjoni;
   13. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa miżuri magħmula apposta li jirriflettu l-kundizzjonijiet speċjali fil-Bożnja Ħerżegovina sabiex jgħinu u jiffaċilitaw il-proċess ta" adeżjoni mal-UE;
   14. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tinkludi lill-pajjiż fl-inizjattivi kollha tagħha għall-promozzjoni tal-kuntatti interpersonali, għall-iżvilupp tas-soċjetà ċivili u għat-titjib tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Bożnja Ħerżegovina;
   15. Huwa preokkupat minħabba n-nuqqas ta" progress fir-ritorn tar-refuġjati u tal-persuni spustjati internament, pereżempju f'Posavina fir-Repubblika ta' Srpska; ifakkar fil-ħtieġa li jkun żgurat li l-awtoritajiet lokali jkunu involuti u impenjati aktar fil-proċess tar-rirorn, fil-ħtieġa li jkunu organizzati attivitajiet immirati ta' għajnuna sabiex tiżdied l-aċċettazzjoni pubblika tal-persuni li jirritornaw, fil-ħtieġa li jiġu ttrattati rekwiżiti pendenti ta' infrastruttura u ta' utilitajiet pubbliċi fil-qasam tar-ritorn, fil-ħtieġa li jinħolqu opportunitajiet ta" impjieg għall-persuni li jirritornaw, u fil-ħtieġa li jiġu armonizzati l-pensjonijiet, l-assikurazjzoni tas-saħħa u s-sistemi tal-edukazzjoni fil-Bożnja Ħerżegovina kollha, sabiex ikun żgurat li r-ritorni jkunu jistgħu jsiru f'kundizzjonijiet sikuri u dinjitużi, ikunu sostenibbli u jikkontribwixxu b'mod effettiv għall-proċess ta' rikonċiljazzjoni;
   16. Ifakkar f'dan ir-rigward fl-impenn biex tiġi implimentata d-Dikjarazzjoni ta" Sarajevo tal-2005;
   17. Huwa konvint li aktar sforzi biex ikunu ffaċilitati r-ritorni huma ta" importanza partikulari minħabba l-ħtieġa li sal-2011 irid isir ċensiment ġdid tal-popolazzjoni, ibbażat fuq dejta diżaggregata, sabiex jingħata rendikont aġġornat tal-istruttura tal-popolazzjoni tal-Bożnja Ħerżegovina;
   18. Jistieden lill-awtoritajiet tal-Bożnja Ħerżegovina biex jindirizzaw b'mod urġenti l-problemi tat-8 000 resident taċ-ċentri kollettivi li għadhom miftuħa, li għalihom ir-ritorn b'mod sikur u dinjituż jista' ma jkunx possibbli, u biex iqisu soluzzjonijiet xierqa, dinjitużi u dewwiema għal dawn il-persuni;
   19. Iqis li għandhom isiru aktar sforzi għad-drittijiet tal-minoranzi fil-Bożnja Ħerżegovina, meta jitqies il-progress limitat li sar f'dan il-qasam; jilqa" b'sodisfazzjon f'dan ir-rigward, l-emenda tal-liġi elettorali ta' April 2008 li tippermetti li l-membri tal-minoranzi nazzjonali joħorġu għall-elezzjoni; madankollu jiddispjaċih għall-fatt li l-għadd ta" siġġijiet għall-minoranzi nazzjonali huwa f'idejn il-muniċipalitajiet; barra minn hekk jenfasizza l-ħtieġa li l-kunsilli konsultattivi dwar il-minoranzi li twaqqfu riċentement fir-Republika Srpska u li se jitwaqqfu dalwaqt fil-Federazzjoni tal-Bożnja Ħerżegovina, isiru operattivi; fl-aħħarnett jiddeplora d-diskriminazzjoni persistenti kontra "nies oħra" fil-Kostituzzjoni u fil-liġijiet elettorali tal-Bożnja Ħerżegovina;
   20. Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-klima ta' intolleranza kontra nies liżbjani, omosesswali, bisesswali u transesswali (LGBT) fir-rigward, b'mod partikolari, tal-inċidenti li seħħew fil-ftuħ tal-ewwel "Queer Festival" f'Sarajevo fl-24 ta' Settembru 2008 u jħeġġeġ lill-Istat Bożnijak u l-awtoritajiet lokali biex jadottaw il-miżuri neċessarji ħalli jiżguraw li d-dritt fundamentali li n-nies jinġabru b'mod paċifiku jiġi garantit fis-sħuħija tiegħu wkoll għal nies LGBT fil-Bożnja Ħerżegovina;
   21. Jitlob li jingħata aktar finanzjament sabiex jintlaħaq l-għan tal-Istrateġija Nazzjonali ta" Azzjoni kontra l-Mini li sal-2009 jitneħħew il-mini kollha fil-Bożnja Ħerżegovina; jiġbed l-attenzjoni li l-isfida ewlenija f'dan il-qasam hija n-nuqqas ta" finanzjament għall-implimentazzjoni ta' dik l-istrateġija, u għalhekk iħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti biex jipprovdu l-finanzjament meħtieġ u jlestu dak il-proġett mill-aktar fis possibbli;
   22. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiggarantixxi fondi tal-UE għall-programm tan-NU dwar id-diżarm sabiex il-qerda tal-armi, tat-tagħmir militari u tal-munizzjon żejda tal-forzi armati tal-Bożnja Ħerżegovina tkun tista" titkompla taħt is-superviżjoni tan-NU u sabiex tieħu l-miżuri li jistgħu jittieħdu biex tiżgura li dawn l-armi ma jkunux jistgħu jinbiegħu lil intermedjarji, pajjiżi jew reġimenti mhux mixtieqa;
   23. Ifakkar f'dan ir-rigward fil-ħtieġa li jkunu implimentati b'mod effettiv id-dispożizzjonijiet dwar ir-restituzzjoni tal-proprjetà li diġà qegħdin fis-seħħ u jħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Bożnja Ħerżegovina biex jegħlbu d-dubji tagħhom f'dan ir-rigward;
   24. Huwa konvint ukoll li għandhom isiru sforzi akbar biex tiġi ttrattata l-kwistjoni tal-persuni neqsin u tal-kumpensi lill-familji tagħhom, u jilqa' b'sodisfazzjon f'dan ir-rigward ix-xogħol li sar mill-Kummissjoni Internazzjonali dwar il-Persuni Neqsin u mill-Istitut tal-Persuni Neqsin tal-Bożnja Ħerżegovina; i iħeġġeġ lill-aġenziji korrispondenti fil-livell tal-entitajiet biex jappoġġjaw ix-xogħol tal-entitajiet fil-livell tal-istat billi jibgħatulhom l-informazzjoni relevanti kollha li huma jiġbru;
   25. Huwa tal-fehma li jeħtieġ li tingħata aktar attenzjoni lill-kawżi tar-reati tal-gwerra fil-livell distrettwali u tad-distretti awtonomi (cantons) sabiex ikun iċċarat jekk il-każijiet għandhomx jitqassmu bejn l-Istat u l-ġudikaturi ta' livell aktar baxx u b'liema mod għandhom jitqassmu, u sabiex ikun żgurat li l-qrati u l-prosekuturi jkollhom ir-riżorsi xierqa, li x-xhieda jkollhom aċċess għal protezzjoi xierqa, li tissaħħaħ il-koperazzjoni transkonfinali bejn il-pulizija u l-ġudikatura, u li jkun armonizzat il-qafas legali applikabbli fil-livell tal-Istat, fil-livell distrettwali u fil-livell tad-distretti awtonomi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent biex jaġixxu sabiex ikun hemm titjib kbir fil-koperazzjoni f'livell reġjonali u internazzjonali f'dan ir-rigward;
   26. Jappoġġja f'dan ir-rigward l-abbozzar attwali tal-Istrateġija tal-Prosekuzzjoni tar-Reati tal-Gwerra tal-Bożnja Ħerżegovina li, billi jikkjarifika l-għadd ta" każijiet potenzjali ta" reati tal-gwerra, għandu jgħin biex ikunu identifikati d-deċiżjonijiet u r-riżorsi leġiżlattivi, finanzjarji u politiċi li huma meħtieġa biex dawn il-każijiet jiġu ttrattati;
   27. Huwa preokkupat minħabba l-ambjent ta" intimidazzjoni tal-midja, tal-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u tas-soċjetà ċivili b'mod ġenerali li qed jiddomina fir-Republika Srspka u jħeġġeġ lill-mexxejja politiċi biex jagħrfu l-irwol importanti li għandhom il-midja indipendenti u l-NGOs fil-ħajja demokratika tal-entità tagħhom;
   28. Jiddispjaċih għall-fatt li r-Republika Srpska heddet li tirtira unilateralment mill-kumpanija statali ta" distribuzzjoni tal-elettriku u li twaqqaf kumpanija tagħha billi tirtira l-appoġġ preċedenti tagħha għar-riforma miftiehma; jiġbed l-attenzjoni li dan l-att kien idgħajjef l-isforzi Bożnijaċi fil-kuntest tal-Proċess ta" Stabilizzazzjoni u ta" Assoċjazzjoni (PSA) tal-pajjiż; iħeġġeġ fl-istess ħin lill-awtoritajiet fil-Federazzjoni biex jadottaw il-liġijiet li ilhom mistennija fil-qasam tal-forniment tal-elettriku;
   29. Jitlob li tittieħed azzjoni xierqa bħala reazzjoni għall-fatt li l-Bożnja Ħerżegovina, b'rabta mal-Qorti Kriminali Internazzjonali, iffirmat ftehima ta" immunità bilaterali mal-Istati Uniti li mhijiex konformi mal-pożizzjoni komuni u mal-linji gwida tal-UE f'dan il-qasam;
   30. Jiddispjaċih għall-fatt li, minkejja l-isfidi kbar li l-Bożnja Ħerżegovina qed tiffaċċja fil-qasam tal-kontroll tal-korruzzjoni, tal-kriminalità organizzata, tat-traffikar tal-bnedmin, tal-ħasil tal-flus u tat-traffikar tad-droga, il-progress f'dawn l-oqsma huwa mxekkel mill-indħil politiku u minn nuqqas ta' rieda politika kif ukoll minn nuqqas ta' koordinazzjoni bejn l-aġenziji differenti bbażati fuq l-entitajiet u l-forzi tal-pulizija; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Bożnja Ħerżegovina biex tieħu azzjonijiet oħra malajr, sabiex issib tarf ta' dawn il-problemi;
   31. Huwa tal-fehma li d-dibattitu dwar l-istruttura kostituzzjonali futura tal-pajjiż għandu jitmexxa mill-Parlament tal-Bożnja Ħerżegovina; jitlob f'dan ir-rigward li jsir dibattitu pubbliku mmexxi b'mod trasparenti u miftuħ, bl-involviment sħiħ tas-soċjetà ċivili; huwa tal-fehma wkoll li kull ftehim kostituzzjonali jrid ikun ir-riżultat ta" qbil volontarju bejn il-partiti politiċi differenti fil-Bożnja Ħerżegovina; madankollu jemmen li l-komunità internazzjonali u r-Rappreżentant Speċjali tal-UE għandhom rwol importanti bħala faċilitaturi u jistedinhom biex, b'koperazzjoni mal-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa, jipprovdu l-appoġġ meħtieġ biex jitmexxa dan id-dibattitu;
   32. Jistieden lill-politiċi lokali biex jagħrfu l-ħtieġa għal riforma strutturali tal-Istat tal-Bożnja Ħerżegovina; ifakkar madankollu li din ir-riforma tista" tirnexxi biss jekk tkun ibbażata fuq premessi realistiċi;
   33. Ifakkar li t-tisħiħ tal-Istat ċentrali ma jfissirx li jiddgħajfu l-entitajiet iżda li jinħolqu l-kundizzjonijiet għal amministrazzjoni effiċjenti li taħdem għall-ġid komuni taċ-ċittadini kollha tal-Bożnja Ħerżegovina f'diversi oqsma, pereżempju fit-twaqqif ta' suq intern wieħed; fl-istess ħin iwissi kontra l-użu tad-dibattitu kostituzzjonali bħala opportunità biex wieħed jippretendi mill-entitajiet poteri u prerogattivi li huma speċifiċi għal stat sovran;
   34. Ifakkar lill-awtoritajiet tal-Bożnja Ħerżegovina dwar l-obbligu tagħhom li jikkoperaw għalkollox mat-Tribunal Krimiinali Internazzjonali għall-ex Jugoslavja, partikolarment fir-rigward tal-faċilitazzjoni tal-arrest tal-maħrubin li fadal, tal-identifikazzjoni u tal-protezzjoni tax-xhieda potenzjali u fir-rigward tal-fatt li t-Tribunal jingħata d-dokumenti u evidenza oħra meħtieġa għall-kawżi u l-investigazzjonijiet;
   35. Jiddispjaċih għall-fatt li l-awtoritajiet elettorali naqsu milli jittrattaw ilpreokkupazzjonijiet ta' dawk iċ-ċittadini tal-Bożnja Ħerżegovina li matul il-gwerra telqu mill-pajjiż iżda li madnakollu jixtiequ jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jivvutaw; jemmen li għandha tinstab soluzzjoni b'koperazzjoni xierqa mal-pajjiżi ġirien, sabiex dawn iċ-ċittadini jkunu jistgħu jiġu rreġistrati;
   36. Huwa tal-fehma li l-għeluq tal-Uffiċċju tar-Rappreżentant Għoli u t-tisħiħ tal-irwol tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE għandhom jibqgħu l-objettiv aħħari kemm għall-komunità internazzjonali kif ukoll għall-mexxejja lokali; għalhekk iħeġġeġ lill-mexxejja politiċi biex jassumu r-responsabiltajiet tagħhom f'dan ir-rigward u biex jagħmlu sforzi kbar biex jintlaħqu l-ħames objettivi u ż-żewġ kundizzjonijiet stabbiliti mill-Kunsill ta" Implimentazzjoni tal-Paċi sabiex, permezz ta" proċess konsenswali, tinkiseb it-tranżizzjoni minn Rappreżentant Għoli għal Rappreżentant Speċjali tal-UE;
   37. Mhuwiex kuntent b'mod partikulari bin-nuqqas ta" progress fl-iffinalizzar tal-arranġamenti għad-Distrett ta" Brcko; iwissi lill-mexxejja politiċi tal-Bożnja Ħerżegovina li d-deċiżjoni tat-Tribunal Arbitrarju dwar l-istejtus ta" Brcko hija finali u ma tistax terġa" tiġi kkunsidrata;
   38. Jistieden ukoll lill-politiki tal-Bożnja Ħerżegovina biex jagħrfu l-ħtieġa ta" tqassim raġonevoli tal-proprjetà bejn l-Istat u l-livelli amministrattivi l-oħra, tqassim li huwa wieħed mill-objettivi għall-għeluq tal-Uffiċċju tar-Rappreżentant Għoli; iħeġġiġhom biex jinnegozjaw serjament sabiex tinstab soluzzjoni għal din il-kwistjoni li ilha teżisti; ifakkar li l-Istat għandu jingħata r-riżorsi meħtieġa biex iwettaq il-kompiti tiegħu;
   39. Ifakkar lir-rappreżentanti tal-komunità internazzjonali li l-interlokuturi tagħhom fil-Bożnja Ħerżegovina huma l-istituzzjonijiet ta" dak il-pajjiż, mhux il-mexxejja tal-partiti politiċi ewlenin; jemmen għalhekk li l-istituzzjonijiet tal-Bożnja Ħerżegovina għandhom ikunu involuti u tassew isiru l-parteċipanti ewlenin fil-proċess ta" riforma li l-pajjiż irid iwettaq;
   40. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-Gvern tal-Bożnja Ħerżegovina u lir-Rappreżentant Għoli - Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Bożnja Ħerżegovina.

(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta' Lulju 2006 li jistabilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA), ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82.


Il-kommemorazzjoni tal-Holodomor, il-karestija artifiċjali tal-Ukrajna (1932-1933)
PDF 205kWORD 37k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2008 dwar il-kommemorazzjoni tal-Holodomor, il-karestija artifiċjali tal-Ukrajna (1932-1933)
P6_TA(2008)0523RC-B6-0571/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali,

–   wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU għall-Prevenzjoni u l-Ikkastigar tad-Delitt tal-Ġenoċidju,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta magħmula waqt it-58 Sessjoni Plenarja tal-Assemblea Ġenerali tan-NU fis-70 Anniversarju tal-Holodomor fl-Ukrajna, li kienet appoġġjata minn 63 Stat, inklużi l-25 Stat Membru tal-UE (dak iż-żmien),

–   wara li kkunsidra l-Liġi Ukrajna dwar 'Il-Holodomor fl-Ukrajna tal-1932 u l-1933', adottata fit-28 ta' Novembru 2006,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni magħmula mill-President tal-Parlament Ewropew fil-21 ta' Novembru 2007 fl-okkażjoni tal-bidu tal-kommemorazzjoni tal-75 anniversarju tal-karestija ta' Holodomor fl-Ukrajna,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u r-Rakkomandazzjonijiet Finali tal-Għaxar Laqgħa tal-Kumitat għall-Koperazzjoni Parlamentari UE-Ukrajna, adottati fis-27 ta' Frar 2008,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali huwa prinċipju bażiku li fuqu hi bbażżata l-UE,

B.   billi l-Konvenzjoni tan-NU għall-Prevenzjoni u l-Ikkastigar tad-Delitt tal-Ġenoċidju tikkriminalizza numru ta' atti kommessi bil-ħsieb li jinqered, b'mod sħiħ jew parzjalment, grupp nazzjonali, etniku, razzjali jew reliġjuż: billi jinqatlu membri tal-grupp; billi ssir ħsara fiżika jew mentali serja lil membri tal-grupp; billi jiġu imposti fuq il-grupp kundizzjonijiet ta' għajxien ikkalkulati li jikkawżaw il-qerda fiżika tiegħu b'mod sħiħ jew parzjalment; billi jiġu imposti miżuri maħsuba sabiex jevitaw li jkun hemm twelid fil-grupp; u billi tfal tal-grupp jiġu ttrasferiti bil-forza għal grupp ieħor,

C.   billi l-karestija ta' Holodomor tal-1932 u l-1933, li kkawżat il-mewt ta' miljuni ta' Ukrajni kienet ippjanata b'mod ċiniku u krudili mir-reġim ta' Stalin biex idaħħal bil-forza l-politika ta' kollettivizzazzjoni tal-agrikoltura tal-Unjoni Sovjetika kontra r-rieda tal-popolazzjoni rurali fl-Ukrajna,

D.   billi t-tifkir il-kommemorazzjoni tar-reati kontra l-umanità fl-istorja Ewropea għandu jgħin biex jiġi evitat li jsiru reati simili fil-futur,

E.   billi l-integrazzjoni Ewropea kienet ibbażata fuq ir-rieda li wieħed jaċċetta l-istorja traġika tas-seklu 20 u rikonoxximent li din ir-rikonċiljazzjoni ma' storja diffiċli mhix sinjal ta' xi sens ta' ħtija kollettiva, iżda tifforma bażi stabbli għall-kostruzzjoni ta' futur Ewropew komuni bbażat fuq valuri komuni u futur kondiviż u interdipendenti,

1.  Jagħmel din id-dikjarazzjoni li ġejja lill-poplu tal-Ukrajna u b'mod partikolari lis-superstiti li baqa' tal-Holodomor u lill-familjari u l-qraba tal-vittmi:

   a) jirrikonoxxi l-Holodomor (il-karestija artifiċjali tal-1932 u l-1933 fl-Ukrajna) bħala delitt ta' min jistmerru kontra l-poplu Ukrajin, u kontra l-umanità;
   b) jikkundanna b'mod qawwi dawn l-atti, diretti kontra l-klassi tal-bdiewa tal-Ukrajna, u kkaratterizzati minn qerda tal-mases u vjolazzjonijiet tad-drittijiet u l-libertajiet tal-bniedem;
   c) jesprimi s-simpatija tiegħu mal-poplu Ukrajin, li sofra f' din it-traġedja, u jonora lil dawk li mietu bħala konsegwenza tal-karestija artifiċjali tal-1932 u l-1933;
   d) jistieden lill-pajjiżi li nħolqu wara x-xoljiment tal-Unjoni Sovjetika biex jiftħu l-arkivji tagħhom rigward il-Holodomor fl-Ukrajna tal-1932 u l-1933 għal skrutinju komprensiv sabiex ikunu jistgħu jiġu żvelati u investigati b'mod sħiħ il-kawżi u l-konsegwenzi kollha;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvern u l-Parlament tal-Ukrajna, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lis-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni għas-Sigurta u l-Koperazzjoni fl-Ewropa u lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa.


Rapport annwali li jikkonċerna l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fis-sena 2007
PDF 238kWORD 75k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2008 dwar ir-rapport annwali li jikkonċerna l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fis-sena 2007 (2008/2158(INI))
P6_TA(2008)0524A6-0358/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-rapport annwali li jikkonċerna l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fis-sena 2007,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 195 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 43 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tal-Parlament Ewropew, tad-9 ta' Marzu 1994, rigward ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman(1),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Settembru 2001 li temenda l-Artikolu 3 tar-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman(2),

–   wara li kkunsidra l-ftehima ta' qafas dwar il-koperazzjoni li ġiet konkluża bejn il-Parlament Ewropew u l-Ombudsman fil-15 ta' Marzu 2006, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' April 2006,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Ottubru 2005 bit-titolu "Il-poter tal-adozzjoni u t-trażmissjoni ta' komunikazzjonijiet lill-Ombudsman Ewropew u l- awtorizzazzjoni lill-impjegati tal-gvern biex jidhru quddiem l-Ombudsman Ewropew" (SEC(2005)1227),

–   wara li kkunsidra l-ittra tal-Ombudsman Ewropew ta' Lulju 2006 indirizzata lill-President tal-Parlament Ewropew, bil-għan li tippromwovi l-proċedura ta' reviżjoni tal-Istatut tal-Ombudsman,

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċizjoni tiegħu tat-22 ta' April 2008(3) u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Ġunju 2008 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li temenda d-Deċiżjoni 94/262/KEFA, KE, Euratom tad-9 ta' Marzu 1994 dwar ir-regolamenti u l-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman(4),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 195(2), it-tieni u t-tielet sentenza, tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A6-0358/2008),

A.   billi r-rapport annwali rigward l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fl-2007 inbagħat uffiċjalment lill-President tal-Parlament Ewropew fl-10 ta' Marzu 2008 u billi l-Ombudsman Ewropew, is-Sur Nikiforos Diamandouros, ippreżenta r-rapport tiegħu lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fi Strasburgu fid-19 ta' Mejju 2008,

B.   billi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li oriġinarjament ġiet ipproklamata uffiċjalment f'Diċembru 2000, ġiet iffirmata fit-12 ta' Diċembru 2007, u reġgħet ġiet ipproklamata mill-Presidenti tal-Parlament, tal-Kummissjoni u tal-Kunsill, u billi l-impenn li l-Karta tkun torbot ġuridikament, u li qiegħda fil-proċess li tiġi ratifikata, jirrifletti għarfien dejjem jikber li ċ-ċittadini għandhom jitqiegħdu fiċ-ċentru ta' Ewropa trasparenti, aċċessibbli u kuntattabbli li tkun konxja tal-interessi taċ-ċittadini tagħha,

C.   billi l-Artikolu 41 tal-Karta jistipula: 'Kull persuna għandha d-dritt li jkollha l-affarijiet tagħha trattati b'mod imparzjali, b'mod ġust u fi żmien raġonevoli mill-istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni',

D.   billi l-Artikolu 43 tal-Karta jistipula: 'Iċ-ċittadini tal-Unjoni, u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jirrisjedu jew li jkollhom l-uffiċċju tagħhom reġistrat fi Stat Membru għandhom id-dritt li jirrikorru għand l-Ombudsman tal-Unjoni f'każijiet ta' amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet tal-istituzzjonijiet jew tal-korpi tal-Komunitá, bl-eċċezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti tal-Prim' Istanza meta jkunu qed jaġixxu fl-irwol ġudizzjarju tagħhom',

E.   billi huwa essenzjali li l-istituzzjonijiet u l-korpi Ewropej jagħmlu użu sħiħ mir-riżorsi neċessarji sabiex jissodisfaw l-obbligi tagħhom biex jiżguraw li ċ-ċittadini jirċievu tweġiba konkreta fi żmien qasir għat-talbiet, l-ilmenti u l-petizzjonijiet tagħhom,

F.   billi, għalkemm għaddew seba' snin mill-adozzjoni tar-riżoluzzjoni tal-Parlament msemmija hawn fuq tas-6 ta' Settembru 2001 li tapprova l-Kodiċi ta' Mġieba Amministrattiva Tajba tal-Ombudsman, l-istituzzjonijiet ewlenin l-oħra għadhom ma ssodisfawx it-talba urġenti tal-Parlament li jikkonformaw il-prattika tagħhom mad-dispożizzjonijiet ta' dak il-kodiċi,

G.   billi l-għadd ta' lmenti fl-2007 kien madwar 16% inqas mill-2006 iżda fl-2007 l-għadd ta' lmenti ammissibbli żdied kemm f'termini assoluti u relattivi minn 449 (12% tat-total) għal 518 (16% tat-total),

H.   billi r-riżultati tat-348 inkjesta kompluti, li minnhom 341 kienu marbuta ma' lmenti u 7 kienu investigazzjonijiet proprji, juru li f'95 każ, (li huma ekwivalenti għal 25,7% tal-ilmenti investigati) ma setgħet tiġi aċċertata l-ebda amministrazzjoni ħażina,

I.   billi s-sena 2007 rat irduppjar fl-għadd tal-każijiet ta' amministrazzjoni ħażina li ġew solvuti mill-istituzzjoni jew mill-korp innifishom, wara li jkun sar ilment lill-Ombudsman (f'129 każ), fatt li juri rieda dejjem tikber fuq in-naħa tal-istituzzjonijiet u l-korpi li jaraw l-Ombudsman bħala opportunità biex jiġu solvuti żbalji li saru u biex jikkoperaw mal-Ombudsman għal-benefiċċju taċ-ċittadini,

J.   billi kien hemm 5 każijiet li intemmu fl-2007 wara li nstabet soluzzjoni amikevoli, u fi tmiem l-2007, kienu għadhom qed jiġu kkunsidrati 31 proposta għal soluzzjoni amikevoli,

K.   billi fl-2007, l-Ombudsman beda jagħmel użu iktar wiesa' minn proċeduri iktar informali biex jissolvew problemi b'mod flessibbli, u se jkompli jiżviluppa dan l-approċċ fil-ġejjieni, li juri kemm l-Ombudsman u l-istituzzjonijiet huma lesti li jgħinu liċ-ċittadini,

L.   billi fl-2007 l-Ombudsman għalaq 55 inkjesta b'kummenti kritiċi u billi kumment kritiku jikkonferma li l-ilment huwa ġustifikat u jindika lill-istituzzjoni jew lill-korp ikkonċernat dak ikun għamel ħażin, sabiex tiġi evitata amminstrazzjoni ħażina fil-ġejjieni,

M.   billi saru tmien abbozzi ta' rakkomandazzjonijiet fl-2007, seba' abbozzi ta' rakkomandazzjonijiet mill-2006 li wasslu li tittieħed deċiżjoni fl-2007 u każ wieħed li wassal għal rapport speċjali lill-Parlament Ewropew,

N.   billi la l-kummenti kritiċi fid-deċiżjonijiet li jagħlqu każijiet irrimedjabbli ta' amministrazzjoni ħażina, u lanqas rakkomandazzjonijiet jew rapporti speċjali mill-Ombudsman m'għandhom effett li jorbot ġuridikament, peress li s-setgħat tiegħu ma jestendux għal istanzi ta' rimedju dirett ta' amministrazzjoni ħażina, iżda huma maħsuba bħala inkoraġġament sabiex l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea jirrimedjaw għall-iżbalji tagħhom stess,

O.   billi l-amministrazzjoni ħażina ġiet definita bħala nuqqas min-naħa tal-istituzzjoni, jew xi entità oħra kkonċernata, li tikkonforma mar-regoli jew mal-prinċipji li jorbtuha, ukoll meta dan jiġi minn impenn min-naħa tal-istituzzjoni jew tal-entità nnifisha li ma jkunx stipulat b'mod dirett mit-Trattati jew mil-leġiżlazzjoni sekondarja,

P.   billi l-Ombudsman stabbilixxa bħala prijorità l-ħtieġa li jippromwovi l-amministrazzjoni tajba fl-istituzzjonijiet u fl-entitajiet Ewropej u li jinkoraġġixxi sforzi f'dan ir-rigward li jmorru lil hinn mill-prevenzjoni tal-kondotta illegali,

Q.   billi l-Ombudsman ressaq rapport speċjali wieħed lill-Parlament Ewropew fl-2007 u billi t-tressiq ta' rapport speċjali lill-Parlament jirrappreżenta mezz importanti li bih l-Ombudsman jista' jfittex l-appoġġ politiku tal-Parlament u tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tiegħu sabiex jingħata soddisfazzjon liċ-ċittadini li d-drittijiet tagħhom ma jkunux ġew irrispettati, kif ukoll biex ikun hemm promozzjoni tat-titjib tal-istandards tal-amministrazzjoni tal-UE,

R.   billi, sa mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Nizza, il-Parlament ingħata l-istess dritt daqs l-Istati Membri, il-Kunsill u l-Kummissjoni li jressaq azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fuq bażi ta' nuqqas ta' kompetenza, ksur ta' rekwiżiti proċedurali essenzjali, ksur tat-Trattat KE jew ta' kwalunkwe liġi relatata mal-applikazzjoni tiegħu, jew inkella ta' użu ħażin ta' setgħat,

S.   billi l-kummenti kritiċi rigward l-amminstrazzjoni ħażina espressi mill-Ombudsman fir-rapport 2007 (kummenti kritiċi, abbozz ta' rakkomandazzjonijiet u rapport speċjali) jistgħu jservu ta' bażi biex tiġi evitata ripetizzjoni tal-iżbalji u n-nuqqasijiet fil-ġejjieni permezz tal-implimentazzjoni ta' miżuri adegwati mill-istituzzjonijiet u minn korpi oħra tal-UE,

T.   billi l-koperazzjoni stabbilita mill-Ombudsman fi ħdan in-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen, għal aktar minn għaxar snin taħdem bħala sistema flessibbli għall-iskambju ta' informazzjoni u ta' prattika tajba u bħala mezz biex il-persuni li għandhom ilment jiġu indirizzati lil ombudsman jew korpi oħra simili li jkunu jistgħu jgħinuhom,

U.   billi l-irwol tal-Ombudsman bħala tutur taċ-ċittadin Ewropew żviluppa fi 12-il sena minn meta ġie stabbilit l-uffiċċju, grazzi għall-awtonomija tal-Ombudsman u għall-iskrutinju demokratiku mill-Parlament Ewropew fuq it-trasparenza tal-attivitajiet tiegħu,

V.   billi l-attivitajiet tal-Ombudsman u tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet għandhom jibqgħu separati u, bħala regola ġenerali immirati biex jiġu evitati kunflitti fir-rigward tal-prerogattivi rispettivi tagħhom, għandhom jinkludu riferimenti reċiproċi definittivi għall-fajls rispettivi tagħhom,

1.  Japprova r-rapport annwali għall-2007 ippreżentat mill-Ombudsman Ewropew, u japprezza l-preżentazzjoni tal-mudell konsolidat ta' valutazzjoni fil-qosor tal-attivitajiet li saru u l-analiżi tematika tad-deċiżjonijiet u tal-problemi li hemm fil-fażijiet differenti tal-proċedura; iqis madankollu li għandhom isiru iktar sforzi sabiex tittejjeb it-tabella tal-istatistika, peress li t-taħlita ta' ċifri u ta' perċentwali ta' ġo fiha tista' toħloq konfużjoni;

2.  Jistieden lill-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE biex ikunu mogħnija bir-riżorsi tal-baġit u r-riżorsi umani metħieġa sabiex jiżguraw li ċ-ċittadini jirċievu tweġiba konkreta fi żmien qasir għat-talbiet, l-ilmenti u l-petizzjonijiet tagħhom;

3.  Iqis li l-Ombudsman kompla jeżerċita l-poteri tiegħu b'mod attiv u ekwilibrat, kemm f'dak li jirrigwarda l-eżami u t-trattament tal-ilmenti, kif ukoll fl-iżvilupp u l-konklużjoni tal-investigazzjonijiet, u fil-manteniment ta' rapporti kostruttivi mal-istituzzjonijiet u mal-korpi tal-Unjoni Ewropea u ħeġġeġ liċ-ċittadini sabiex jisħqu fuq id-drittijiet tagħhom fir-rigward ta' dawk l-istituzzjonijiet u l-korpi;

4.  Jitlob lill-Ombudsman biex ikompli l-isforzi tiegħu għall-promozzjoni tal-attivitajiet tiegħu b'mod effettiv, trasparenti u flessibbli, sabiex tkun tista' tinbena ta' kultura ġenwina ta' servizz fl-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE;

5.  Iqis li t-terminu 'amministrazzjoni ħażina' għandu jkun interpretat b'mod estensiv, sabiex jifthiem li jirreferi mhux biss għall-attività amministrattiva li tikser ir-regoli jew il-prinċipji stabbiliti mit-Trattati jew mil-leġiżlazzjoni sekondarja,, imma anki għal każijiet meta l-awtoritajiet amministrattivi nnifishom jidħlu għal ċerti obbligi, pereżempju, bl-adozzjoni ta' kodiċi ta' kondotta amministrattiva tajba jew meta politiki jew dikjarazzjonijiet ta' natura politika li jkunu approvati jqanqlu aspettattivi leġittimi u raġonevoli fost iċ-ċittadini;

6.  Jagħti l-appoġġ tiegħu għall-isforzi tal-Ombudsman biex jippromwovi l-amministrazzjoni tajba permezz ta' rimarki u suġġerimenti addizzjonali lill-istituzzjonijiet u l-entitajiet, ukoll meta ma jkunx sab każijiet ta' amministrazzjoni ħażina waqt l-istħarriġ tiegħu, iżda madankollu jqis li jkun jinħtieġ li jsir titjib fid-dawl tal-għan li titrawwem kultura favur iċ-ċittadin u l-għoti tas-servizzi fl-amministrazzjoni tal-UE;

7.  Iqis l-irwol tal-Ombudsman fit-tisħieħ tat-trasparenza u r-responsabilità fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet u fl-amministrazzjoni tal-Unjoni Ewropea bħala kontribuzzjoni essenzjali lejn Unjoni fejn id-deċiżjonijiet jittieħdu 'bl-aktar mod miftuħ u l-eqreb taċ-ċittadin kemm jista' jkun', kif stabbilit fl-Artikolu 1(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'kollaborazzjoni mal-awtoritajiet tal-ombudsman f'kull Stat Membru sabiex l-UE tkun f'kuntatt eqreb maċ-ċittadini tal-Ewropa;

8.  Ifakkar it-talba tiegħu, li huwa esprima fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, sabiex l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE jadottaw approċċ komuni fir-rigward tal-Kodiċi ta' Mġieba Amministrattiva Tajba;

9.  Itenni li l-Kodiċi ta' Mġieba Amministrattiva Tajba propost mill-Ombudsman, kif approvat mill-Parlament fir-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq tas-6 ta' Settembru 2001, ikopri l-istaff tal-istituzzjonijiet u tal-korpi Komunitarji kollha u ġie aġġornat regolarment u ppubblikat fuq il-websajt tal-Ombudsman, b'differenza mill-kodiċijiet l-oħra;

10.  Jisħaq fuq il-bżonn li jittejjeb iżjed il-profil pubbliku tal-Ombudsman, li għandu l-għan li jinforma liċ-ċittadini, lill-kumpaniji, lill-NGOs u lil entitajiet oħra b'informazzjoni, u jqis li informazzjoni ta' kwalità tista' tgħin sabiex jonqsu l-għadd ta' lmenti li ma jaqgħux taħt it-termini ta' referenza tal-Ombudsman; fl-istess ħin jistieden lill-Ombudsman biex immedjatament jgħaddi l-ilmenti li ma jaqgħux taħt it-termini ta' referenza tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti, lill-aktar netwerk xieraq fil-livell nazzjonali u lokali;

11.  Jirrikonoxxi ż-żieda fl-għadd assolut ta' lmenti inammissibbli imma jqis li ċ-ċifra fir-rigward tal-ilmenti ammissibbli – 16% – għadha mhux sodisfaċenti; fid-dawl ta' dan, jirrakkomanda li ssir kampanja ta' informazzjoni mtejba fost iċ-ċittadini Ewropej imfassla biex iżżid l-għarfien tal-funzjonijiet u l-kompetenzi tal-Ombudsman Ewropew;

12.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-koperazzjoni kostruttiva ġenerali bejn l-Ombudsman u l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE u jappoġġjah fl-irwol tiegħu ta' mekkaniżmu ta' kontroll estern kif ukoll bħala sors prezzjuż ta' titjib kontinwu fl-amministrazzjoni Ewropea;

13.  Jistieden lill-Ombudsman sabiex jiżgura li l-Kummissjoni tuża b'mod tajjeb il-poteri ta' diskrezzjoni tagħha biex tagħti bidu għal proċedura ta' ksur taħt l-Artikolu 226 tat-Trattat KE jew li tipproponi penalitajiet taħt l-Artikolu 228 tat-Trattat KE, filwaqt li toqgħod attenta li tevita dewmien jew nuqqas ta' azzjoni li mhux ġustifikati, li huma inkompatibbli mal-poteri tal-Kummissjoni għas-sorvlejanza tal-applikazzjoni tal-liġi tal-UE;

14.  Iqis illi, jekk istituzzjoni tirrifjuta li ssegwi rakkomandazzjoni li tinsab f'rapport speċjali mill-Ombudsman, minkejja li l-Parlament ikun approva r-rakkomandazzjoni, il-Parlament jista' b'mod leġittimu juża l-poteri tiegħu biex jieħu azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-att jew tan-nuqqas li kien soġġett għar-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman;

15.  Jinnota li l-Ombudsman ippreżenta rapport speċjali fejn ikkritika lill-Kummissjoni għaliex ma ttrattatx ilment rigward id-Direttiva Ewropea dwar il-Ħin tax-Xogħol, li dwarha l-Parlament adotta riżoluzzjoni fit-3 ta' Settembru 2008(5);

16.  Iqis li meta l-Ombudsman u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet, li jaġixxu fil-qafas tal-mandati u l-kompetenzi rispettivi tagħhom, jinvestigaw kwistjonijiet li jkopru l-kampijiet ta' xulxin, bħal, pereżempju, il-mod kif il-Kummissjoni min-naħa waħda tmexxi proċedura ta' ksur u min-naħa l-oħra l-ksur tal-liġi nnifsu, huma jistgħu jilħqu sinerġija utli permezz ta' koperazzjoni mill-qrib;

17.  Jilqa' r-relazzjoni bejn l-Ombudsman u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet fi ħdan l-oqfsa istituzzjonali f'dak li jirrigwarda r-rispett reċiproku tal-kompetenzi u l-prerogattivi;

18.  Jirrikonoxxi l-kontribuzzjoni utli min-naħa tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, fl-iżgurar ta' rimedji mhux ġudizzjarji; jilqa' b'sodisfazzjon il-kollaborazzjoni bejn l-Ombudsman Ewropew u ombudsmen u organi simili f'livelli nazzjonali, reġjonali u lokali fl-Istati Membri, u jħeġġeġ biex jissaħħaħ aktar l-iskambju tal-aħjar prattika, li biha tiġi permessa l-armonizzazzjoni tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri;

19.  Jilqa' l-adozzjoni tad-Dikjarazzjoni tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsman f'Ottubru 2007 bħala kontribut importanti biex id-dimensjoni tal-UE tax-xogħol tal-ombudsman ssir aktar magħrufa u lejn il-kjarifika tas-servizzi li jipprovdu lill-persuni li jkollhom ilment dwar kwistjonijiet fl-ambitu tal-liġi tal-UE;

20.  Jilqa' l-inizjattivi tal-Ombudsman Ewropew biex jagħti informazzjoni b'mod mifrux dwar ix-xogħol tiegħu u x-xogħol magħmul mill-ombudsman nazzjonali u jirrakkomanda li l-Ombudsman ikompli fl-isforzi tiegħu biex iżid l-għarfien taċ-ċittadini;

21.  Jinkoraġġixxi lill-Ombudsman biex ikompli jagħmel enfasi huwa stess fuq avvenimenti li jinvolvu ċ-ċittadini u, għalhekk, kwerelanti potenzjali, peress li d-dimarkazzjoni tar-responsabilitajiet u l-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet bejn il-livelli Ewropej, nazzjonali u reġjonali għadhom wisq ikkumplikati għaċ-ċittadin u għal min imexxi negozju;

22.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-kampanja mtejba ta' informazzjoni mħeġġa mill-istrateġija ta' komunikazzjoni adottata mill-Ombudsman li twassal għal għarfien aħjar tad-drittijiet taċ-ċittadini u tal-kompetenzi tal-Komunità, kif ukoll għal fehim ikbar tal-ambitu tal-kompetenza tal-Ombudsman; iħeġġu, madankollu, fid-dawl tan-numru kbir ta' lmenti li ma jaqgħux taħt it-termini ta' referenza tiegħu, sabiex jintensifika l-isforzi tiegħu biex jipprovdi informazzjoni iktar komprensiva dwar dawk it-termini ta' referenza fuq bażi iktar regolari;

23.  Peress li kull istituzzjoni għandha l-websajt tagħha fejn jistgħu jsiru lmenti, petizzjonijiet etċ, u peress li d-distinzjoni bejn l-istituzzjonijiet hija ta' frustrazzjoni għaċ-ċittadini, jilqa' l-iżvilupp ta' manwal interattiv imfassal biex jgħin liċ-ċttadini fl-identifikazzjoni tal-awtorità l-aktar xierqa biex ssolvi l-problemi tagħhom;

24.  Sabiex jitnaqqas l-għadd ta' lmenti mhux ammissibbli li jsiru lill-Ombudsman, jissuġġerixxi li tiġi żviluppata websajt komuni għall-istituzzjonijiet Ewropej biex tgħin liċ-ċittadini u twassalhom direttament lejn l-istituzzjoni kompetenti biex tisma' l-ilment tagħhom;

25.  Jipproponi li l-Ombudsman jieħu miżuri biex inaqqas l-għadd ta' lmenti f'dawk il-każijiet fejn ebda azzjoni m'hi possibbli;

26.  Jappella lill-Ombudsman Ewropew biex jimpenja ruħu li jgħaddi b'mod dirett, wara li jikseb il-kunsens ta' min ressaq l-ilment, kull ilment li jaqgħa fl-ambitu tal-kompetenza ta' ombudsman nazzjonali jew reġjonali;

27.  Bil-għan li ċ-ċittadini jingħataw servizz aqwa u aktar effiċjenti, li l-Ombudsman ikompli jgħarrafhom dwar il-proċeduri interni u l-iskadenzi għat-trattament ta' lmenti, kif ukoll dwar il-kriterji użati fit-teħid ta' deċiżjonijiet fi stadji differenti tal-eżami ta' lment;

28.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Ombudsman Ewropew u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-ombudsmen tagħhom jew lill-entitajiet simili kompetenti.

(1) ĠU L 113, 4.5.1994, p.15.
(2) ĠU C 72 E, 21.3.2002, p. 336.
(3) Testi adottati, P6_TA(2008)0129.
(4) Testi adottati, P6_TA(2008)0301.
(5) Testi adottati, P6_TA(2008)0398.


Venezwela
PDF 207kWORD 38k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2008 dwar l-iskwalifiki politiċi fil-Venezwela
P6_TA(2008)0525RC-B6-0549/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Venezwela, partikolarment dik tal-24 ta' Mejju 2007 dwar il-każ tal-kanal tat-televiżjoni Radio Caracas fil-Venezwela(1),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-organiżżazzjoni mhux governattiva, Human Rights Watch ta' Settembru 2008 rigward id-drittijiet tal-bniedem fil-Venezwela fl-aħħar għaxar snin, intitolat: ''Deċennju taħt Chávez: Intolleranza Politika u Opportunitajiet Mitlufa għall-Progress tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-Venezwela'',

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi l-awtoritajiet tal-Venezwela qed jużaw bosta listi ta' ċittadini ('lista Tascón', 'lista Maisanta', 'lista Russián') biex ineħħu uffiċjali pubbliċi mill-kariga tagħhom u biex jiċħdu liċ-ċittadini mid-dritt tagħhom li jkollhom karigi ta' uffiċjali pubbliċi u mill-aċċess għal servizzi u proċeduri amministrattivi,

B.   billi l-użu politiku ta' dawn il-listi qed jillimita d-drittijiet ċivili u politiċi tal-opponenti tal-Gvern attwali tal-Venezwela, partikolarment id-dritt li ċ-ċittadin joħroġ għall-elezzjoni u d-dritt tal-votanti li jeliġġu fil-libertà kollha l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali tagħhom,

C.   billi l-Kontrollur-Ġenerali tal-Venezwela ħareġ ordni amministrattiv li bih ġie skwalifikat numru kbir ta' personalitajiet tal-oppożizzjoni milli joħorġu għall-elezzjonijiet reġjonali u lokali li għandhom isiru f'Novembru 2008,

D.   billi l-awtoritajiet tal-Venezwela b'mod arbitrarju keċċew mill-pajjiż lid-Direttur tal- José Miguel Vivanco, u lill-Daniel Wilkinson , il-Viċi Direttur tal-Ameriki fi ħdan il-Human Rights Watch, i, , minħabba li kienu ppreżentaw rapport kritiku dwar il-libertajiet ċivili u s-sitwazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem matul l-10 snin li fihom tail-President Hugo Chávez kien fil-kariga,

E.   billi dawn huma biss l-aħħar episodji fost numru kbir ta' miżuri li ttieħdu mill-gvern sabiex jiġu intimiditi l-membri tal-oppożizzjoni, id-dissidenti u l-osservaturi internazzjonali fil-pajjiż,

F.   billi fl-1 ta' Ottubru 2008, Julio Soto, l-istudent mexxej tal-partit Comité de Organización Política Electoral Independiente (COPEI) u President tal-Unjin tal-Istudenti fl-Università tal-Istat ta' Zulia, inqatel permezz ta' bosta tiri ta' arma tan-nar fil-karozza tiegħu fil-belt ta' Maracaibo – reat li twettaq taħt kundizzjonijiet suspetti u li għad irid jiġi ċċarat,

1.  Jesprimi tħassib dwar il-lista ta' skwalifiki elettorali maħruġa mill-Kontrollur-Ġenerali tal-Venezwela;

2.  Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Venezwela biex jeżamina l-iskwalifiki politiċi ta' hawn fuq li ġew imponuti amministrattivament, b'referenza għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 42 u 65 tal-Kostituzzjoni tal-Venezwela, li li jgħidu li miżuri bħal dawn fuq bażi definittiva jistgħu biss jittieħdu mill-awtoritajiet ġudizzjarji, kif inhu normali fl-istati demokratiċi kollha;

3.  Iħeġġeġ ukoll lill-Gvern tal-Venezwela biex ikun konformi mal-ftehim internazzjonali ffirmati u ratifikati mill-Venezwela, inkluża l-Konvenzjoni Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, b'referenza speċifika għad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet politiċi mniżżla fl-Artikoli 23(1)(b) u (2) tagħha, u l-Artikoli 2 u 25 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi;

4.  Jesprimi oppożizzjoni qawwija fir-rigward tat-turment u tal-iskwalifika arbitrarja tal-attivisti tad-Drittijiet tal-Bniedem; jikkunsidra li din it-tkeċċija toħloq preċedent ferm gravi fir-rigward tar-rispett tal-libertà tal-espressjoni u tad-dritt li wieħed jikkritika, li jikkostitwixxu element fundamentali għal kwalunkwe soċjetà demokratika;

5.  Jikkundanna bis-saħħa l-qtil tal-istudent mexxej, Julio Soto; iressaq il-kondoljanzi tiegħu lill-familja u lill-ħbieb tal-vittma, u jitlob lill-awtoritajiet tal-Venezwela biex jagħmlu kull sforz possibbli sabiex jiġi ċċarat dan il-qtil mill-aktar fis, ħalli l-qattiela u l-persuni responsabbli jinġiebu quddiem il-qrati, u sabiex dan ir-reat issirlu ġustizzja;

6.  Jitlob lill-gvern ta' Chávez biex itemm kull xorta ta' prattika ta' dan it-tip, u biex irawwem demokrazija iktar parteċipattiva fil-Venezwela, b'konformità sħiħa mal-prinċipji stabbiliti fil-kostituzzjoni tal-1999;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u lis-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latinamerikana, lill-Parlament tal-Mercosur u lill-gvern u lill-parlament tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela.

(1) ĠU C 102 E, 24.4.2008, p.484.


Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo: ġlied fiż-żoni tal-fruntiera tal-lvant
PDF 222kWORD 55k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2008 dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo: il-ġlied fiż-żoni tal-fruntiera tal-lvant tar-RDK
P6_TA(2008)0526RC-B6-0556/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-21 ta" Frar 2008 dwar il-Kivu ta' Fuq(1),

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Jannar 2008 dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u l-istupru bħala reat tal-gwerra,(2) kif ukoll ir-Riżoluzzjonijiet ta' qabel dwar l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo,

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tat-22 ta' Novembru 2007 tal-Assemblea Parlamentari Konġunta tal-ACP u l-UE dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, b'mod partikulari fil-lvant u l-impatt fuq ir-reġjun(3),

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-15 ta' Novembru 2007 dwar ir-reazzjoni tal-UE għal sitwazzjonijiet ta' fraġilità f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw(4),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-25 ta' Ottubru 2007bl-isem "Lejn reazzjoni tal-UE għal sitwazzjonijiet ta" fraġilità – l-involviment f'ambjenti diffiċli għall-iżvilupp sostenibbli, l-istabilità u l-paċi (COM(2007)0643) u d-Dokument ta' Ħidma tal-Istaff tal-Kummissjoni anness miegħu (SEC(2007)1417),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 60/1 tal-24 ta' Ottubru 2005 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-effetti tal-Laqgħa Għolja Dinjija tal-2005, u b'mod partikulari, il-paragrafi 138 sa 140 dwar ir-responsabiltà tal-protezzjoni tal-popolazzjonijiet,

–   wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kunsill dwar is-sitwazzjoni fil-Lvant tar-RDK fl-10 ta' Ottubru 2008,

–   wara li kkonsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi l-ġlied bejn l-armata tal-Kongo, it-truppi ribelli tal-Ġeneral Laurent Nkunda li tneħħa mill-armata, u l-ġellieda tal-Forzi Demokratiċi għal-Liberazzjoni tal-Irwanda (FDLR) kif ukoll it-truppi tal-Armata ta' Reżistenza Lord (LRA) tal-Uganda ġab tbatija kbira għall-popolazzjonijiet ċivili tar-reġjun tal-provinċji tal-Lvant tar-RDK għal bosta xhur,

B.   billi, mill-1998, il-kunflitt li qed jolqot l-RDK qatel 5 400 000 persuna, u billi ikompli jkun il-kawża, b'mod dirett jew indirett, tal-mewt ta' madwar 1500 persuna kuljum,

C.   billi kien hemm ġlied kbir fl-inħawi tar-raħal ta' Rumangabo, li jinsab mal-fruntiera ħdejn Goma, u kamp militari importanti strateġiku nqered mir-ribelli ta' Nkgunda li ħatfu armi u provvisti,

D.   billi skont rapporti tal-UNHCR il-ġlied ġdid fil-Kivu ta' Fuq ħalla għadd kbir ta' nies imweġġgħin u aktar minn 100,000 persuna li ġew spustati, flimkien ma' rapporti ta' mijiet ta' katavri li ntefgħu fix-xmara u 50,000 persuna li ġew spustati wara ġlied qalil mil-LRA fil-provinċja ta' Ituri,

E.   billi sa mill-ftehim ta' paċi ta' Goma li sar fit-23 ta' Jannar 2008 kien hemm massakri, stupri fuq tfajliet, ommijiet u nanniet, lieva furzata ta' persuni ċivili u suldati tfal, u bosta atti oħra ta' vjolenza u ta' abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fil-Lvant tar-RDK, kemm mit-truppi ribelli ta' Laurent Nkunda kif ukoll mill-ġellieda tal-FDLR u l-armata tal-Kongo stess,

F.   billi l-Missjoni tan-NU fir-RDK (MONUC) għandha mandat, skont il-Kapitlu VII tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, biex tuża l-mezzi kollha meħtieġa biex tiskoraġġixxi kull tentattiv ta' użu ta' forza min-naħa ta' xi gruppi armati barranin jew tal-Kongo, b'mod partikulari l-ġellieda tal-ex-FAR (ex-Forzi Armati tar-Rwanda) u l-Interhamwes li jhedded il-proċess politiku, u biex jiżgura l-ħarsien tan-nies ċivili li jkunu f'theddida imminenti ta' vjolenza fiżika,

G.   wara li kkunsidra l-impenji dwar id-demobilizzazzjoni gradwali u l-waqfien mill-ġlied li ttieħdu fil-Konferenza ta' Goma għall-Paċi, is-Sigurtà u l-Iżvilupp, fosthom il-waqfien mill-ġlied fost dawk kollha mdaħħla fil-ġlied, id-diżarm tal-forzi kollha li mhumiex tal-gvern, ir-ritorn u l-insedjament mill-ġdid tal-persuni spustati kollha fil-Lvant tar-RDK u l-istallazzjoni ta' mekkaniżmu temporanju għall-monitoraġġ tal-waqfien mill-ġlied,

H.   billi l-armata tal-Kongo m'għandhiex ir-riżorsi umani, tekniċi u finanzjarji meħtieġa biex twettaq il-kompiti tagħha fil-provinċji tal-Lvant tar-RDK u dan hu ta' theddida għas-sehem li għandha biex tħares il-popolazzjoni u terġa' ddaħħal il-paċi,

I.   billi hu importanti ħafna li tinstab soluzzjoni politika għall-kunflitt fil-provinċji tal-Lvant tar-RDK, sabiex jissaħħu l-paċi u d-demokrazija u jiġu promossi l-istabilità u l-iżvilupp fir-reġjun għall-ġid tal-popli kollha tar-Reġjun tal-Għadajjar il-Kbar,

J.   billi l-gwerra ċivili fir-reġjun, li ilha għaddejja għal erba' snin, kienet ikkaratterizzata mis-sakkeġġ sistematiku tal-ġid tal-pajjiż mill-alleati u l-għedewwa tal-Gvern tal-Kongo,

K.   billi bosta għaqdiet umanitarji kellhom iwaqqfu l-attivitajiet tagħhom wara l-ġlied fi tmiem l-2007, filwaqt li ċ-ċentri tas-saħħa għadhom mingħajr provvisti jew ġew abbandunati mill-istaff mediku tagħhom,

L.   billi, sabiex ikun hemm titjib sinifikanti fis-saħħa u tnaqqis fir-rata tal-imwiet fir-RDK kollha kemm hi u, b'mod partikulari, fil-provinċji tal-Lvant tar-RDK, jeħtieġu snin ta' impenn konsistenti u investiment finanzjarju sostanzjali kemm mill-Gvern tal-Kongo kif ukoll mill-komunità internazzjonali,

M.   billi l-ħaddiema tal-għajnuna umanitarja rrappurtaw li l-popolazzjonijiet lokali u spostati fil-provinċji tal-Lvant tar-RDC qegħdin kulma jmorru jiddgħajfu u li l-ġlied li għadu għaddej qiegħed jimpedixxi lill-ħaddiema tal-assistenza milli jidħlu f'ċerti żoni li jeħtiġilhom assistenza urġenti fl-ikel u l-mediċini,

N.   billi n-nutrizzjoni ħażina hija aspett ieħor tal-vulnerabilità estrema li jinsabu fiha l-popolazzjonijiet li bħalissa qegħdin jgħixu fil-provinċji tal-Lvant tar-RDK u billi t-tagħrif mill-programmi ta' għajnuna medika tal-MSF jagħti indikazzjoni allarmanti tal-kobor tan-nutrizzjoni ħażina fil-provinċji tal-Lvant tar-RDK,

O.   billi l-UE tikkundanna bil-qawwa d-dikjarazzjonijiet reċenti ta' Laurent Nkunda li jitolbu biex jitwaqqa' l-gvern tar-RDK elett b'mod leġittimu,

1.  Huwa mħasseb ferm dwar il-ġlied li reġa' beda bejn l-armata tal-Kongo u l-milizzji ribelli fil-Kivu ta' Fuq u fir-reġjun ta' Ituri, li qabel kien wieħed ta' paċi;

2.  Jesprimi r-rabja kbira tiegħu għall-massakri, ir-reati kontra l-umanità u l-vjolenza sesswali kontra n-nisa u l-bniet, li ilhom għaddejjin għal wisq snin fil-provinċji tal-Lvant tar-RDK u jistieden lill-awtoritajiet rilevanti nazzjonali u internazzjonali biex b'mod sistematiku jinġiebu l-ħatja quddiem il-ġustizzja, huma min huma, u jistieden lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti biex b'urġenza jieħu l-miżuri kollha li jistgħu jwaqqfu b'mod ġenwin aktar attakki fuq il-popolazzjonijiet ċivili tal-provinċji tal-Lvant tar-RDK;

3.  Jistieden lill-Congrès National pour la Défense du Peuple (CNDP - Kungress Nazzjonali għad-Difiża tal-Poplu) biex jerġa' lura minnufih u bla kundizzjonijiet għall-proċess tal-paċi li kkommetta ruħu għalih f'Goma f'Jannar;

4.  Iħeġġeġ lill-parteċipanti kollha biex jerġgħu jistabbilixxu l-istat tad-dritt u biex jiġġieldu konra l-impunità minħabba l-istupri tal-massa tan-nisa u l-bniet u r-reklutaġġ tat-tfal bħala suldati;

5.  Jistieden lill-Gvern tar-RDK biex jiżviluppa pjan flimkien mal-Irwanda u l-MONUC sabiex jiżolaw u jaqbdu lill-mexxejja tal-FDLR li wettqu l-ġenoċidji u biex joffru li jerġgħu jilqgħu fiRDK jew li jiġu integrati fl-Irwanda lil dawk li ma kinux imdaħħla fil-ġenoċidji u li huma lesti li jiddemobilizzaw;

6.  Jistieden lill-komunità internazzjonali u lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU biex isaħħu l-MONUC billi jipprovdu materjal xieraq u staff sabiex ikunu jistgħu jaqdu l-mandat tagħhom, kif kien mitlub mill-kap tal-MONUC Alan Doss fi New York wara li informa lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU;

7.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-President tar-RDK u l-ministri tiegħu esprimew pubblikament l-appoġġ tagħhom għall-MONUC u għall-kontribut tagħha għas-sigurtà nazzjonali;

8.  Jistieden lill-MONUC biex tinvestiga l-akkużi li l-armata tal-Kongo qiegħda tiftiehem mal-FDLR fuq il-kontroll tal-kummerċ tal-minerali li jħalli l-qligħ, u biex twaqqaf din il-prattika;

9.  Jerġa' jafferma l-appoġġ tiegħu għall-awtoritajiet tal-Kongo fl-isforzi tagħhom biex isibu soluzzjoni politika għall-kriżi u jistieden lill-partijiet kollha biex josservaw il-waqfien mill-ġlied;

10.  Jinnota filwaqt li jitħasseb li elementi mill-Armata ta' Reżistenza tar-ribelli Lord (LRA) tal-Uganda dan l-aħħar fetħet attakki fuq 16-il lokalità fit-territorji ta' Dungu, Province Oriental u Ituri fil-Lvant tar-RDK, fejn il-UNHCR irrappurtat li kien hemm madwar 80 tifel u tifla neqsin, filwaqt li kkonfermaw il-biża' li reġa' qiegħed isir ir-reklutaġġ furzat tat-tfal bħala suldati;

11.  Jenfasizza li l-ġbir tan-nies fi gruppi etniċi waqt il-proċess ta' spostament jista' jkun ta' periklu fiċ-ċirkustanzi attwali;

12.  Jitlob li m'għandu jkun hemm l-ebda tolleranza għall-vjolenza sesswali fir-rigward tal-bniet u tan-nisa, aġir li jintuża bħala arma tal-gwerra, u jitlob kastigi ħorox kontra l-persuni ħatja ta' dawn ir-reati; ifakkar fl-importanza tal-aċċess għas-servizzi tas-saħħa f'sitwazzjonijiet ta" kunflitt u fil-kampijiet tar-rifuġjati;

13.  Jistieden lill-partijiet kollha biex jonoraw l-impenji tagħhom li jħarsu l-popolazzjoni ċivili u l-osservanza tad-drittijiet tal-bniedem, kif hemm fil-ftehima ta' paċi ta' Goma u fil-Komunikat ta' Nairobi u biex jimplimentawhom bil-ħeffa;

14.  Jistieden lill-gvernijiet tar-RDK u tal-Irwanda biex iwaqqfu t-tilwim verbali reċenti u biex jerġgħu lura għad-djalogu kostruttiv u jtemmu dan il-kunflitt;

15.  Iħeġġeġ lill-gvernijiet kollha tar-Reġjun tal-Għadajjar il-Kbar biex jibdew djalogu bil-għan li jikkoordinaw l-isforzi tagħhom biex inaqqsu t-tensjoni u jwaqqfu l-vjolenza fil-Lvant tar-RDK, qabel ma l-kunflitt jinfirex fir-reġjun kollu kemm hu;

16.  Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex, b'effett immedjat, jimplimentaw programmi ta' għajnuna medika fuq skala kbira għall-popolazzjonijiet ċivili fil-Lvant tar-RDK, b'aċċent partikulari fuq l-assistenza għan-nisa u l-bniet effettwati mir-reati tal-vjolenza sesswali, sabiex jintlaħqu l-bżonnijiet immedjati tal-popolazzjoni kif ukoll biex tiġi antiċipata r-rikostruzzjoni tar-reġjun li ser tkun meħtieġa; jinnota s-sehem ewlieni tan-nisa biex il-komunitajiet imfarrka jinbnew mill-ġdid;

17.  Jistieden lill-Prosekutur tal-Qorti Kriminali Internazzjonali biex jinvestiga r-reati atroċi mwettqa fil-Kivu u f'Ituri sa minn Ġunju 2003 u biex jipproċedi kontra dawk responsabbli b'mod ċar; u jiżgura li jiġu nklużi l-kapijiet tal-milizzji ewlenin li għadhom ma ġewx arrestati, u dawk responsabbli għall-massakri u għall-vjolenza sesswali;

18.  Jitlob li jiġu implimentati b'mod effettiv mekkaniżmi ta' kontroll, bħall-Proċess ta' Kimberley, f'dak li għandu x'jaqsam maċ-ċertifkazzjoni tal-oriġini tar-riżorsi naturali importati fis-suq tal-UE;

19.  Jistieden lill-Kunsill u lil kull Stat Membru biex jagħtu għajnuna speċjali lill-popolazzjonijiet tal-Lvant tar-RDK;

20.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli tal-PESK, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Afrikana, , lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti u tar-Reġjun tal-Għadajjar il-Kbar.

(1) Testi Adottati, P6_TA(2008)0072
(2) Testi Adottati, P6_TA(2008)0022.
(3) ĠU C 58, 1.3.2008, p.40.
(4) Testi Adottati, P6_TA(2007)0540.


Burma
PDF 213kWORD 49k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2008 dwar il-Burma
P6_TA(2008)0527RC-B6-0554/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-19 ta' Ġunju 2008(1), tal-24 t'April 2008(2), tas-27 ta' Settembru 2007(3), tal-21 ta' Ġunju 2007(4) u tal-14 ta' Diċembru 2006(5) dwar il-Burma,

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Burma/Mjanmar tad-29 t'April 2008 adottati fil-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali u Esterni fil-Lussemburgu u l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2006/318/PESK tas-27 ta' April 2006 li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Burma/Myanmar(6),

–   wara li kkunsidra r-rapport tat-3 ta' Settembru 2008 (A/63/341) li sar mir-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'Myanmar, Tomás Ojea Quintana,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 115 (5) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

A.   billi l-24 t'Ottubru 2008 jimmarka t-13-il anniversarju tal-priġunerija inġusta bħala priġuniera politika ta' Daw Aung San Suu Kyi, Segretarja Ġenerali tal-Lega Nazzjonali għad-Demokrazija (NLD); billi madwar 2 120 individwi oħra għadhom jiffaċċjaw il-priġunerija f'kundizzjonijiet atroċi sempliċiment għax esprimew ix-xewqa tad-demokrazija fil-Burma; u billi fit-3 t'Ottubru 2008 Navanethem Pillay, il-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti li nħatret reċentement, appellat formalment lill-awtoritajiet militari tal-Burma biex jeħilsu l-priġunieri politiċi kollha,

B.   billi, fl-anniversarju tal-priġunerija ta' Daw Aung San Suu Kyi, mexxejja ta' pajjiżi Asjatiċi u Ewropej se jiltaqgħu fis-Seba' Laqgħa Ażja-Ewropea (ASEM) fiċ-Ċina fl-24 u l-25 t'Ottubru 2008,

C.   billi l-ġunta militari tal-Burma qiegħda tirrifjuta apposta li tieħu miżuri preventivi jew protettivi ta' salvagwardja kontra l-karestija serja li qed thedded l-istat ta' Chin fil-Punent tal-pajjiż,

D.   billi, f'Settembru 2008, l-awtoritajiet tal-Burma għamlu azzjoni ta' ripressjoni twila ħamest ijiem fuq il-protesti mifruxa li kienu bdew sitt ġimgħat qabel,

E.   billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem kompliet tmur għall-agħar, ir-ripressjoni politika żdiedet u l-ġunta militari naqset milli taġixxi skont il-wegħdiet li għamlet lill-komunità internazzjonali wara r-Rivoluzzjoni Żagħfrana ta' Settembru 2007,

F.   billi fl-2003 l-Istati Uniti pprojbixxiet l-importazzjoni tal-ħwejjeġ mill-Burma, li huma mmanifatturati f'kundizzjonijiet prattikament ta' skjavitù, u billi l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea s'issa naqas milli jilħaq kunsens fost l-Istati Membri dwar it-teħid ta' miżuri ekwivalenti,

G.   billi s-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti ħabbar li jista' jikkanċella żjara fil-Burma ppjanata għal Diċembru 2008 jekk ma jkun hemm l-ebda titjib fis-sitwazzjoni nazzjonali fix-xhur li ġejjin,

H.   billi n-NU żvelat f'Awwissu 2008 li l-awtoritajiet militari tal-Burma kienu ħatfu taħt idejhom b'mod frawdolenti persentaġġ mill-għajnuna umanitarja mibgħuta lill-Burma permezz ta' rati ta' skambju tal-munita imwieżna b'mod falz,

I.   billi l-awtoritajiet militari tal-Burma waħħlu l-aċċess bl-Internet għall-midja ħielsa, ostakolaw iċ-ċirkulazzjoni ta' sorsi ta' informazzjoni indipendenti u waddbu l-ħabs lill-hekk-imsejħa dissidenti ċibernetiċi għaliex ippruvaw jesprimu liberament l-opinjonijiet politiċi tagħhom,

1.  Jikkundanna l-kontinwazzjoni tal-priġunerija ta' Daw Aung San Suu Kyi, li ilha taħt arrest domiċiljari intermittenti mir-rebħa tagħha fl-aħħar elezzjonijiet demokratiċi fl-1990, u jinsisti li għandha tinħeles immedjatament;

2.  Jiddeplora l-fatt li n-numru ta' priġunieri politiċi żdied minn 1300 għal 2000 wara r-Rivoluzzjoni Żagħfrana, u minkejja li nħelsu l-ġurnalist veteran u segretarju tal-NLD U Win Tin u sitt mexxejja oħra f'Settembru 2008, 23 membru ieħor tal-NLD ġew arrestati sussengwentement;

3.  Jiddenunzja l-akkużi arbitrarji għall-arrest ta' ħafna dissidenti u l-kundizzjonijiet ħorox ta' detenzjoni għall-priġunieri politiċi inkluż l-użu mifrux tat-tortura u x-xogħol iebes; jesprimi tħassib kbir dwar iċ-ċaħda sistematika ta' trattament mediku għall-priġunieri politiċi u jitlob lill-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (ICRC) titħalla terġa' tibda ż-żjarat;

4.  Iħeġġeġ lill-istati tal-ASEM biex fis-Samit tagħhom jappellaw flimkien lill-awtoritajiet militari tal-Burma biex jeħilsu lill-priġunieri politiċi kollha;

5.  Jikkundanna bil-qawwa t-tindif etniku kontra l-komunità Karen, inklużi dawk minnha li qed ifittxu rifuġju fil-pajjiż ġar tat-Tajlandja; jitlob, f'dan ir-rigward lill-komunità internazzjonali biex tagħmel pressjoni ikbar fuq il-ġunta biex din twaqqaf l-azzjonijiet militari kontra ċ-ċivili u biex iżżid l-għajnuna umanitarja lill-popolazzjonijiet affettwati, inkluż permezz ta' mekkaniżmi transkonfinali, fejn ikun meħtieġ;

6.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tinsisti fuq it-tneħħija tar-restrizzjonijiet kollha fuq it-tqassim tal-għajnuna imposti mill-awtoritajiet militari tal-Burma fuq iz-zoni affettwati miċ-Ċiklun Nargis, u biex tippreżenta rapport sħiħ dwar l-effettività tal-għajnuna tagħha u kemm għajnuna għadha meħtieġa;

7.  Jitlob b'urġenza lill-awtoritajiet militari tal-Burma biex jagħtu kas ir-responsabilitajiet umanitarji tagħhom, b'mod partikulari rigward il-karestija imminenti fl-istat ta' Chin;

8.  Jinnota li 37 żjara mill-mibgħuta tan-NU fl-aħħar 20 sena ma wasslux għal riforma waħda mill-Kunsill għall-Paċi u l-Iżvilupp tal-Istat tal-Burma (SPDC), u jiġbed l-attenzjoni għad-Dikjarazzjoni tal-Presidenza tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-11 t'Ottubru 2007 dwar is-sitwazzjoni fil-Myanmar (S/PRST/2007/37), li wkoll ġiet injorata mill-SPDC; jitlob li jingħataw skadenzi u jkunu stabbiliti indikaturi għar-riforma, u li l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jiddeċiedi li jieħu azzjoni ulterjuri dwar il-Burma jekk dawn l-iskadenzi u l-indikaturi ma jkunux irrispettati jew milħuqa;

9.  Jistieden lill-Gvern tal-Burma biex jimplimenta b'mod progressiv l-erba' elementi fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem mitluba mir-Rapporteur Speċjali tan-NU, jiġifieri: il-libertà tal-espressjoni, l-assemblea u l-assoċjazzjoni; il-ħelsien tal-priġunieri tal-kuxjenza; it-transizzjoni għall-gvern b'aktar minn partit wieħed, demokratiku u ċivili; u ġudikatura indipendenti u imparzjali;

10.  Jistieden lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti biex jagħmel it-tieni żjara tiegħu fil-Burma f'Diċembru 2008, ikunu x'ikunu l-kundizzjonijiet prevalenti, sabiex jagħmel appell personali urġenti għall-ħelsien tal-priġunieri politiċi kollha u l-inklużjoni sħiħa tal-NLD fit-tħejjijiet għall-elezzjonijiet tal-2010, u biex jenfasizza li t-talbiet tan-NU jridu jkunu milqugħa;

11.  Jistieden lill-Kunsill Ewropew biex juża l-laqgħa tiegħu tal-11 u t-12 ta' Diċembru 2008 biex jirrevedi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008 tal- 25 ta" Frar 2008 li jġedded u jsaħħaħ il-miżuri restrittivi fir-rigward tal-Burma/Myanmar(7), biex jiftaħ il-kamp tas-sanzjonijiet immirati biex jinkludi l-aċċess għas-servizzi bankarji internazzjonali għall-kumpaniji, konglomerati u negozji li huma proprjetà ta' jew għandhom rabtiet mill-qrib mal-militar tal-Burma, biex iwaqqaf l-importazzjoni tal-ħwejjeġ immanifatturati fil-Burma, u biex itemm l-aċċess minn ġenerali magħżula u l-familji tagħhom għall-opportunitajiet ta' negozju, kura tas-saħħa, akkwisti bħala konsumaturi u edukazzjoni barra mill-pajjiż;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tispjega x'azzjoni bi ħsiebha tieħu rigward l-ammissjoni tan-NU li persentaġġ tal-għajnuna umanitarja kollha mogħtija lill-Burma qed tispiċċa vittma ta' abbuż mir-rata tal-iskambju appoġġat mill-istat;

13.  Jesprimi tħassib kbir li l-'Entità ta" Investigazzjoni' stabbilita mill-awtoritajiet militari tal-Burma biex jinvestigaw l-imwiet, l-arresti u l-għejbien marbuta mad-dimostrazzjonijiet paċifiċi ta' Settembru 2007 ma tat l-ebda risposta, u jistieden lill-awtoritajiet tal-Burma biex jiffaċilitaw l-operat tal-kummissjoni investigattiva ssanzjonata min-NU;

14.  Iħeġġeġ lill-Gvernijiet taċ-Ċina, l-Indja, u r-Russja biex jużaw l-influwenza ekonomika u politika konsiderevoli tagħhom mal-awtoritajiet tal-Burma sabiex ikun hemm titjib sostanzjali fil-pajjiż u sabiex jitwaqqaf il-forniment ta" armi u ta" riżorsi strateġiċi oħra;

15.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Mibgħut Speċjali tal-UE għall-Burma, lill-SPDC, lill-gvernijiet tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tal-Ażja tax-Xlokk (ASEAN) u l-ASEM, lis-segretarjat tal-ASEM, lill-Caucus Interparlamentari dwar il-Myanmar tal-ASEAN, lil Daw Aung San Suu Kyi, lill-NLD, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u lir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar.

(1) Testi Adottati, P6_TA(2008)0312.
(2) Testi Adottati, P6_TA(2008)0178.
(3) ĠU C 219 E, 28.8.2008, p.311.
(4) ĠU C 146 E, 12.6.2008, p.383.
(5) ĠU C 317 E, 23.12.2006, p.902.
(6) ĠU L 116, 29.4.2006, p.77.
(7) ĠU L 66, 10.3.2008, p.1.

Avviż legali - Politika tal-privatezza