Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 18 ta' Novembru 2008 - Strasburgu
Protokoll għall-Ftehima ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn il-KE u l-Każakstan *
 Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) *
 Immarkar statutorju għal vetturi bil-mutur b'żewġ jew tliet roti (verżjoni kodifikata) ***I
 Il-liġi tal-kumpanniji dwar kumpanniji b'responsabbilità limitata privati b" membru wieħed (Verżjoni kkodifikata) ***I
 Is-sedil tas-sewwieq ta" trakters bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (verżjoni kodifikata) ***I
 Fond ta' garanzija għall-azzjonijiet esterni (verżjoni kodifikata) *
 Konvenzjoni dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali ***
 Sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità ***I
 Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni
 It-talba għat-tneħħija ta' l-immunità ta' Frank Vanhecke
 It-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Massimo D'Alema
 Ħarsien tal-konsumatur: Titjib tal-edukazzjoni u l-għarfien tal-konsumatur dwar il-kreditu u l-finanzi
 It-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur
 L-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa *
 Programm għall-konsum tal-frott fl-iskejjel *
 L-EMU@10: L-ewwel għaxar snin tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-isfidi għall-ġejjieni
 Applikazzjoni tal-prinċipju ta' pagi ugwali għall-irġiel u n-nisa
 Appoġġ għal turija minn kmieni tal-produzzjoni sostenibbli tal-enerġija mill-fjuwils fossili

Protokoll għall-Ftehima ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn il-KE u l-Każakstan *
PDF 200kWORD 34k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Novembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehima ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda u r-Repubblika tal-Każakstan min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea (COM(2007)0105 – C6-0328/2008 – 2007/0039(CNS))
P6_TA(2008)0528A6-0416/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (COM(2007)0105),

–   wara li kkunsidra Ftehima ta" Sħubija u Koperazzjoni mar-Repubblika tal-Każakstan,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 44(2), l-Artikolu 47(2), l-aħħar sentenza, l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133, 181a, u l-Artikolu 300(2), it-tieni sentenza, tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 101 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, li permezz tiegħu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6–0328/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0416/2008),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Każakstan.


Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) *
PDF 197kWORD 31k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Novembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 219/2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) (COM(2008)0483 – C6-0305/2008 – 2008/0159(CNS))
P6_TA(2008)0529A6-0439/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM (2008)0483)

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 171 u 172 tat-Trattat KE, skont liema artikoli ġie kkonsultat il-Parlament (C6-0305/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0439/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

4.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Immarkar statutorju għal vetturi bil-mutur b'żewġ jew tliet roti (verżjoni kodifikata) ***I
PDF 200kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Novembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-immarkar statutorju għal vetturi bil-mutur b'żewġ jew tliet roti (verżjoni kodifikata) (COM(2008)0318 – C6-0205/2008 – 2008/0099(COD))
P6_TA(2008)0530A6-0382/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0318),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0205/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0382/2008),

A.   billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Il-liġi tal-kumpanniji dwar kumpanniji b'responsabbilità limitata privati b" membru wieħed (Verżjoni kkodifikata) ***I
PDF 202kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Novembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-liġijiet tal-kumpanniji dwar il-kumpanniji privati ta" membru wieħed b'responsabbilità limitata (Verżjoni kkodifikata) (COM(2008)0344 – C6-0217/2008 – 2008/0109(COD))
P6_TA(2008)0531A6-0383/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0344),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 44 tat-Trattat KE, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0217/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċelerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0383/2008),

A.   billi, skont il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta konċernata tillimita ruħha biss għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil fis-sustanza tagħhom,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Is-sedil tas-sewwieq ta" trakters bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (verżjoni kodifikata) ***I
PDF 201kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Novembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sedil tas-sewwieq ta" trakters bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija (verżjoni kodifikata) (COM(2008)0351 – C6-0243/2008 – 2008/0115(COD))
P6_TA(2008)0532A6-0384/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0351),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0243/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0384/2008),

A.   billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Fond ta' garanzija għall-azzjonijiet esterni (verżjoni kodifikata) *
PDF 201kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Novembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Fond ta" garanzija għall-azzjonijiet esterni (verżjoni kodifikata) (COM(2008)0365 – C6-0273/2008 – 2008/0117(CNS))
P6_TA(2008)0533A6-0387/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0365),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat KE, skond liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0273/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0387/2008),

A.   billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 102 4.4.1996, p. 2.


Konvenzjoni dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali ***
PDF 196kWORD 31k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Novembru 2008 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (9196/2008 – C6-0215/2008 – 2008/0048(AVC))
P6_TA(2008)0534A6-0428/2008

(Proċedura ta' kunsens)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta" deċiżjoni tal-Kunsill (9196/2008),

–   wara li kkunsidra t-talba għal kunsens ippreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 300(3), it-tieni subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 61(c) tat-Trattat KE (C6-0215/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 75 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0428/2008),

1.  Jagħti l-kunsens tiegħu għal konklużjoni tal-Konvenzjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


Sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità ***I
PDF 198kWORD 31k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Novembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 dwar is-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità rigward is-setgħat ta' implimentazzjoni mgħoddija lill-Kummissjoni - (COM(2007)0776 – C6-0452/2007 – 2007/0272(COD))
P6_TA(2008)0535A6-0376/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0776),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 285(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0452/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0376/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni
PDF 371kWORD 45k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Novembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (COM(2008)0609 – C6-0345/2008 – 2008/2286(ACI))
P6_TA(2008)0536A6-0430/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0609 – C6-0345/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(1), u b'mod partikolari l-punt 28 tagħha,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' aġġustament għall-globalizzazzjoni(2),

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0430/2008),

A.   billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet l-istrumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex jingħata appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li qed isofru l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet kummerċjali dinjija u biex tgħinhom sabiex jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol,

B.   billi l-assistenza finanzjarja min-naħa tal-Unjoni lill-ħaddiema li sfaw qegħda għandha tkun dinamika u disponibbli malajr u b'mod effiċjenti kemm jista' jkun skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008,

C.   billi l-Italja talbet assistenza fir-rigward ta' erba' każijiet li jirrigwardaw qgħad fis-settur tat-tessili f'Sardinja, fil-Piemonte, fil-Lombardia u fit-Toscana(3),

1.  Jistieden lill-istituzzjonijiet involuti biex jagħmlu l-isforzi meħtieġa biex iħaffu l-mobilizzazzjoni tal-Fond skont id-dikjarazzjoni konġunta msemmija hawn fuq li permezz tal-adozzjoni tagħha l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jikkonfermaw l-importanza li tkun żgurata proċedura mħaffa li tirrispetta l-Ftehima Interistituzzjonali (IIA) tas-17 ta' Mejju 2006 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni;

2.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma d-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, inkluż l-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(4), u b'mod partikolari l-punt 28 tagħha,

wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' aġġustament għall-globalizzazzjoni(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)  Il-Fond Ewropew ta" Aġġustament għall-Globalizzazzjoni ("il-Fond") twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li jitilfu l-impjieg minħabba nuqqas ta' xogħol għalihom u li jsofru l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjin, u sabiex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)  Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond fil-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun.

(3)  L-Italja ippreżentat erba' applikazzjonijiet għall-użu tal-Fond fir-rigward ta' redundanxcies fis-settur tat-tessuti: fid-9 ta' Awissu 2007 għal Sardinja, fl-10 ta' Awissu 2007 għall-Piemonte, fis-17 ta' Awissu 2007 għal-Lombardia u fit-12 ta' Frar 2008 għat-Toscana. Dawn l-applikazzjonijiet jikkonformaw mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

(4)  Il-Fond, għalhekk, għandu jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjonijiet,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 35 158 075 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Strasburgu, ... Novembru 2008.

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.
(3) EGF/2007/005 IT/Sardegna, EGF/2007/006 IT/Pjemonte, EGF/2007/007 IT/Lombardia u EGF/2008/001 IT/Toscana
(4) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(5) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


It-talba għat-tneħħija ta' l-immunità ta' Frank Vanhecke
PDF 286kWORD 33k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Novembru 2008 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Frank Vanhecke (2008/2092(IMM))
P6_TA(2008)0537A6-0421/2008

Il-Parlament Ewropew,

-   wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Frank Vanhecke, imressqa fuq talba tal-Prosekutur Pubbliku ta' Dendermonde, mill-Ministru għall-Ġustizzja tar-Renju tal-Belġju, u mħabbra fis-seduta plenarja fl-10 ta' April 2008,

-   wara li sema' lil Frank Vanhecke skont l-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

-   wara li kkunsidra l-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, tat-8 ta' April 1965, u l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'vot universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,

-   wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta' Mejju 1964 u ta' l-10 ta' Lulju 1986(1),

-   wara li kkunsidra l-Artikoli 58 u 59 tal-Kostituzzjoni Belġjana,

-   wara li kkunsidra l-Artikoli 6(2) u 7 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

-   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0421/2008),

1.  Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Frank Vanhecke;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Renju tal-Belġju.

(1) Kawża 101/63 Wagner v Fohrmann u Krier [1964] ECR 195 u Kawża 149/85 Wybot v Faure u Oħrajn [1986] ECR 2391.


It-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Massimo D'Alema
PDF 270kWORD 32k
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Novembru 2008 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Massimo D'Alema (2008/2298(IMM))
P6_TA(2008)0538A6-0422/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Massimo D'Alema, imressqa mill-Avukat Ġenerali tar-Repubblika quddiem il-Qorti ta" Milan, fit-30 ta' Mejju 2008, u mħabbra fis-seduta plenarja fis-16 ta' Ġunju 2008,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 10 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, tat-8 ta' April 1965, kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'vot universali dirett, tal-20 ta" Settembru 1976,

–   wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta' Mejju 1964 u tal-10 ta' Lulju 1986(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 6 u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0422/2008),

1.  Jiddeċiedi li ma jawtorizzax l-użu tal-interċettazzjonijiet telefoniċi konċernati u li ma jneħħix l-immunità ta' Massimo D'Alema;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtoritajiet Taljani responsabbli.

(1) Kawża 101/63 Wagner v Fohrmann u Krier [1964] ECR 195 u Kawża 149/85 Wybot v Faure u Oħrajn [1986] ECR 2391.


Ħarsien tal-konsumatur: Titjib tal-edukazzjoni u l-għarfien tal-konsumatur dwar il-kreditu u l-finanzi
PDF 227kWORD 59k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Novembru 2008 dwar il-ħarsien tal-konsumatur: dwar it-titjib tal-edukazzjoni u tal-kuxjenza tal-konsumatur dwar kreditu u finanzi (2007/2288(INI))
P6_TA(2008)0539A6-0393/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 2007 dwar l-Edukazzjoni Finanzjarja (COM(2007)0808),

–   wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar is-Servizzi Finanzjarji għall-Konsumatur fis-Suq Waħdieni (COM(2007)0226),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu stabbilita fit-tieni qari tas-16 ta' Jannar 2008 bil-għan li tkun adottata direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ftehimiet ta' kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE(1),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Lulju 2007 dwar il-politika tas-servizzi finanzjarji (2005-2010) - White Paper(2),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur kif ukoll l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0393/2008),

A.   billi minn banda, is-swieq finanzjarji qed jevolvu malajr, saru dinamiċi ferm u dejjem iktar kumplessi u, mill-banda l-oħra, it-tibdil fis-soċjetà u fil-mod kif wieħed jgħix joħloq il-bżonn għal ġestjoni tajba tal-finanzi privati kif ukoll għal aġġustament tal-finanzi privati b'mod regolari sabiex ikunu jissodisfaw xogħol ġdid u ċirkostanzi familjari ġodda,

B.   billi ż-żieda fil-livell tal-edukazzjoni finanzjarja tal-konsumaturi għandha tkun prijorità għal min jagħmel il-politiki kemm fil-livell tal-Istati Membri kif ukoll f'dak Ewropew, mhux biss minħabba l-benefiċċji għall-individwi iżda wkoll minħabba l-benefiċċji għas-soċjetà u għall-ekonomija, bħat-tnaqqis tal-livell tad-dejn problematiku, iż-żieda fit-żamma tal-flus fil-bank, l-użu adegwat ta' prodotti ta' assigurazzjoni u l-provvista adegwata għall-pensjoni,

C.   billi l-istudji juru li l-konsumaturi għandhom it-tendenza li jissopravvalutaw l-għarfien tagħhom tas-servizzi finanzjarji u hemm il-ħtieġa li jiġu infurmati bil-fatt li l-edukazzjoni finanzjarja tagħhom mhijiex tajba daqs kemm jaħsbu,

D.   billi programmi ta' edukazzjoni finanzjarja ta' kwalità, immirati u, meta dan ikun xieraq, personalizzati kemm jista' jkun, jistgħu jikkontribwixxu biex tiżdied l-edukazzjoni finanzjarja, u dan jippermetti lill-konsumaturi li jagħmlu għażliet infurmati u b'hekk jippermettu tħaddim effettiv tas-swieq finanzjarji,

E.   billi l-importanza tas-servizzi finanzjarji transkonfinali dejjem qiegħda tiżdied, u l-Kummissjoni għandha tieħu inizjattivi fil-livell tal-UE għall-promozzjoni ta' tagħrif transkonfinali u, fejn meħtieġ, tagħrif kumparabbli dwar l-edukazzjoni finanzjarja,

F.   billi għandha tingħata attenzjoni partikulari għall-bżonnijiet edukattivi ta' konsumaturi vulnerabbli, u anki ta' dawk ta' konsumaturi żgħażagħ, li jaffaċċjaw deċiżjonijiet li jolqtu l-prospetti ekonomiċi għal ħajjithom kollha,

G.   billi r-riċerka wriet li dawk li tgħallmu l-aspetti bażiċi tal-finanzi personali minn età żgħira għandhom edukazzjoni finanzjarja ogħla; billi l-edukazzjoni finanzjarja hija relatata mill-qrib mat-tagħlim ta' kapaċitajiet bażiċi (matematika u qari),

1.  Jilqa' l-inizjattivi tal-Kummissjoni fil-qasam tal-edukazzjoni finanzjarja tal-konsumaturi, b'mod partikolari t-twaqqif reċenti tal-Grupp ta' Esperti dwar l-Edukazzjoni Finanzjarja, u l-intenzjoni tagħha li tippubblika fuq l-Internet bażi ta' dejta ta' skemi u ta' riċerka dwar l-edukazzjoni finanzjarja fl-UE; huwa tal-opinjoni li l-Grupp ta' Esperti għandu jkollu responsabbiltajiet u setgħat ċari; jissuġġerixxi li dan il-grupp jintalab b'mod partikulari li jħares lejn il-valur miżjud, u l-aħjar prattiki fl-edukazzjoni finanzjarja tal-UE u s-servizzi finanzjarji transkonfinali;

2.  Jenfasizza li l-objettiv tal-edukazzjoni u tas-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi fil-qasam tal-finanzi u tal-kreditu huwa li jittejjeb l-għarfien tal-konsumaturi fir-rigward tar-realtajiet ekonomiċi u finanzjarji sabiex jinftehmu l-impenji ekonomiċi u jiġu evitati riskji mhux neċessarji, dejn eċċessiv u esklużjoni finanzjarja; iqis li l-azzjonijiet ta' taħriġ u ta' informazzjoni għandhom jippermettu li l-konsumaturi jkollhom approċċ indipendenti, ibbażat fuq l-opinjoni tagħhom, tal-prodotti finanzjarji li jiġu offruti lilhom jew li l-konsumaturi jkunu qed iqisu li jirrikorru għalihom;

3.  Jinnota li l-kriżi tal-krediti immobiljari b'riskju għoli mhux biss turi l-perikli kkawżati minn informazzjoni mhux adegwata għal min jissellef, iżda wkoll in-nuqqas ta' fehma u ta' għarfien dwar din l-informazzjoni li twassal biex il-konsumaturi ma jkunux konxji biżżejjed dwar ir-riskji ta' falliment u ta' dejn eċċessiv;

4.  Jenfasizza li konsumaturi mgħallma u li jkollhom is-setgħa jistgħu jgħinu biex irawmu l-kompetizzjoni, il-kwalità u l-innovazzjoni fl-industriji tas-servizzi bankarji u finanzjarji, u jfakkar li investituri mgħallma u konfidenti jistgħu jipprovdu likwidità addizzjonali għas-swieq kapitali għall-investiment u t-tkabbir;

5.  Jenfasizza l-importanza li jkun stabbilit livell ta' edukazzjoni finanzjarja fl-Istati Membri u fehim tal-valur miżjud li l-UE tista' tipprovdi, kif ukoll li jkunu ddefiniti l-bżonnijiet edukattivi għal gruppi immirati speċifiċi fis-soċjetà, skont taħlita ta' kriterji bħall-età, id-dħul u l-livell ta' edukazzjoni;

6.  Jirrikonoxxi l-irwol tal-inizjattivi privati, l-industrija tas-servizzi finanzjarji u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur kemm fil-livell tal-Komunità kif ukoll f'dak nazzjonali fid-definizzjoni ta' ħtiġijiet partikulari għal gruppi mmirati għall-edukazzjoni finanzjarja, fl-identifikazzjoni ta' nuqqasijiet u djufijiet tal-iskemi edukattivi eżistenti, u fil-provvista ta' tagħrif finanzjarju lill-konsumaturi, inkluż permezz ta' għodda bbażati fuq l-internet u kampanji ta' tagħrif, eċċ. għall-ippjanar finanzjarju;

7.  7 Huwa tal-opinjoni li l-programmi dwar l-edukazzjoni finanzjarja huma l-aktar effettivi jekk ikunu mfassla skont il-bżonnijiet speċifiċi tal-gruppi mmirati u fejn xieraq, jiġu personalizzati; huwa tal-opinjoni, madankollu, li l-programmi edukattivi finanzjarji għandhom jikkontribwixxu għat-titjib tal-għarfien u l-immaniġġjar realistiku ta' kull possibilità finanzjarja individwali; għandha tingħata attenzjoni għall-iżvilupp ta' programmi li jtejbu l-kapaċitajiet finanzjarji tal-adulti;

8.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex, f'koperazzjoni mal-Istati Membri, tiżviluppa fil-livell tal-UE programmi ta' edukazzjoni bażika fil-qasam ta' finanzi personali, ibbażati fuq regoli u prinċipji komuni li jistgħu jiġu adattati għall-bżonnijiet tal-Istati Membri kollha u applikati f'kull wieħed minnhom, ikunu stabbiliti livelli ta' riferiment kif ukoll ikun promoss l-iskambju tal-aħjar prassi;

9.  Jenfasizza li l-edukazzjoni finanzjarja tista' tikkumplimenta, iżda ma tistax tissostitwixxi, dispożizzjonijiet koerenti għall-ħarsien tal-konsumatur fil-leġiżlazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji kif ukoll ir-regolament u s-sorveljanza stretta ta' istituzzjonijiet finanzjarji;

10.  Jirrikonoxxi l-irwol importanti tas-settur privat, u b'mod partikulari tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-provvista ta' informazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji lill-konsumaturi; jenfasizza, madankollu, li l-edukazzjoni finanzjarja għandha tiġi offruta b'mod ġust, parzjali u trasparenti, sabiex tieħu ħsieb l-interessi tal-konsumatur, u li għandu jkun hemm distinzjoni ċara bejnha u l-pariri kummerċjali u r-reklamar; sabiex jinkiseb dan l-għan, iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet finanzjarji biex jiżviluppaw kodiċi ta' kondotta għall-istaff tagħhom;

11.  Jirrikonoxxi l-bżonn li jinsab bilanċ delikat bejn il-provvista lill-konsumaturi ta' għarfien li huma jeħtieġu biex jagħmlu deċiżjonijiet finanzjarji infurmati u l-għoti ta' wisq informazzjoni lill-konsumatur; jippreferi informazzjoni ta' kwalità għolja li tkun aċċessibbli, konkreta, faċli li wieħed jifimha u li jkollha l-għan li żżid il-kapaċità tal-konsumatur li jagħmel għażliet infurmati u responsabbli aktar mill-kwantità;

12.  Iqis li informazzjoni effettiva, ċara u li tinftiehem, partikolarment fil-messaġġi ta' reklamar dwar il-prodotti finanzarji, hija neċessarja u li l-intrapriżi finanzjarji għandhom jipprovdu biżżejjed informazzjoni qabel il-konklużjoni tal-kuntratti u b'mod partikolari japplikaw b'mod strett ir-regoli previsti mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/39/KE tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji(3) u d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/48/KE tat-23 ta' April 2008 dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur(4); jitlob lill-Kummissjoni biex b'mod koerenti, tressaq proposti leġiżlattivi speċifiċi għal sistema armonizzata tal-informazzjoni u l-protezzjoni għall-konsumatur b'mod partikolari fil-qafas ta' kreditu fuq l-ipoteka (pereżempju karta tal-informazzjoni Ewropea standardizzata, armonizzata, sempliċi u paragunabbli, inklużi indikazzjonijiet komuni dwar il-persentaġġ annwali tar-rata mħallsa, eċċ.);

13.  Jirrakkomanda li l-iskemi ta' edukazzjoni finanzjarja għandhom jiffokaw fuq aspetti importanti ta' ppjanar tal-ħajja bħal tiġmigħ bażiku, dejn, assigurazzjoni u pensjonijiet;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tkompli bl-isforzi tagħha li tippromwovi d-djalogu bejn il-partijiet ikkonċernati;

15.  Jissuġġerixxi żieda fil-linja baġitarja 17 02 02 għall-attivitajiet finanzjarji fil-livell tal-UE li jimmiraw li jtejbu l-edukazzjoni finanzjarja u l-għarfien finanzjarju tal-konsumaturi ; jistieden lill-Kummissjoni biex tikkontribwixxi għat-tkabbir tal-għarfien fil-livell tal-UE permezz ta' appoġġ għall-organizzazzjoni ta' konferenzi nazzjonali u reġjonali, seminars, midja u kampanji ta' tagħrif kif ukoll ta' programmi edukattivi b'parteċipazzjoni transkonfinali, b'mod partikulari fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u l-kreditu domestiku/l-immaniġġjar tad-dejn;

16.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa ulterjorment u taġġorna l-għodda fuq l-Internet tad-Dolceta u biex tipprovdi dan is-servizz fil-lingwi uffiċjali kollha; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha tinkludi fis-sit tal-Internet tad-Dolceta link għall-bażi tad-dejta online li hija tixtieq twaqqaf dwar skemi ta' edukazzjoni finanzjarja reġjonali u nazzjonali eżistenti; jissuġġerixxi li l-websajt Dolceta għandha tinkludi links għall-websajts ta' entitajiet pubbliċi u privati fil-qasam tal-edukazzjoni finanzjarja, maqsuma skont il-pajjiż;

17.  Jitlob lill-Kummissjoni biex fit-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-konsum tinkludi indikaturi tad-disponibilità u tal-kwalità tal-edukazzjoni finanzjarja;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex twaqqaf kampanji ta' informazzjoni biex tqajjem kuxjenza fil-konsumaturi dwar id-drittijiet tagħhom taħt il-leġiżlazzjoni tal-UE fl-ambitu tal-provvista ta' servizzi finanzjarji;

19.  Jenfasizza l-bżonn għall-Istati Membri, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, li jwettqu stħarriġijiet regolari, b'koperazzjoni mal-gruppi soċjali u tal-popolazzjoni varji tal-Istati Membri, rigward livelli attwali tal-edukazzjoni finanzjarja fost il-pubbliku, sabiex ikunu identifikati zoni prijoritarji għal azzjoni u għalhekk jiżguraw l-implimentazzjoni xierqa, f'waqtha u effettiva tal-programmi edukattivi finanzjarji biex dawn ikunu ta' appoġġ għall-pubbliku;

20.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jinkludu l-edukazzjoni finanzjarja fil-kurrikulu ġenerali tal-iskejjel primarji u sekondarji, li għandu jiġi żviluppat mill-istituzzjonijiet kompetenti u li huwa maħsub biex jiżviluppa l-kapaċitajiet meħtieġa għall-ħajja ta' kuljum, u biex jorganizza taħriġ sistematiku għall-għalliema dwar din il-kwistjoni;

21.  Jenfasizza l-bżonn ta' proċess edukattiv kontinwu għaż-żewġ naħat, fi kliem ieħor għall-konsulenti finanzjarji u l-konsumaturi, sabiex jiżguraw id-dispożizzjoni ta' tagħrif ċar u aġġornat mal-iżviluppi l-aktar reċenti fis-settur tas-servizzi finanzjarji;

22.  Huwa tal-opinjoni li l-effetti ta' sinerġija bejn id-diversi organizzazzjonijiet edukattivi mhumiex qed jintużaw bis-sħiħ; jitlob b'hekk lill-Istati Membri biex iwaqqfu netwerk għall-edukazzjoni finanzjarja li fih jipparteċipaw kemm is-settur pubbliku kif ukoll dak privat, u biex iħeġġu l-koperazzjoni u d-djalogu bejn il-protagonisti kollha;

23.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħtu attenzjoni partikulari għall-bżonnijiet edukattivi tal-pensjonanti u l-persuni fi tmiem il-karriera professjonali tagħhom, li jistgħu jkunu qed jissugraw l-esklużjoni finanzjarja u anki għaż-żgħażagħ li jkunu qed jibdew il-karriera professjonali tagħhom u li jkunu ffaċċjati bl-isfidi li jiddeterminaw kif isir użu xieraq mid-dħul il-ġdid tagħhom;

24.  Jitlob lill-Istati Membri biex iwaqqfu programmi ta' taħriġ fl-ekonomija u fis-servizzi finanzjarji għall-ħaddiema soċjali, peress li dawn ikollhom kuntatt ma' persuni fir-riskju ta' faqar u/jew ta' dejn eċċessiv;

25.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummisjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) Testi adottati, P6_TA(2008)0011.
(2) ĠU C 175 E, 10.7.2008, p. 392.
(3) ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.
(4) ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66.


It-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur
PDF 290kWORD 53k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Novembru 2008 dwar it-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur (2008/2057(INI))
P6_TA(2008)0540A6-0392/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tad-29 ta' Jannar 2008 bl-isem "Il-monitoraġġ tar-riżultati fis-suq waħdieni: il-Kwadru ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur" (COM(2008)0031),

–   wara li kkunsidra t-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Intern Nru 16a tal-14 ta' Frar 2008 (SEC(2008)0076),

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Settembru 2007 dwar il-Green Paper dwar ir-Reviżjoni tal-Acquis tal-Konsumatur(1),

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Mejju 2008 dwar l-istrateġija tal-UE għall-politika tal-konsumatur 2007-2013(2),

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Settembru 2008 dwar it-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Suq Intern(3),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-20 ta' Novembru 2007 bl-isem "Suq uniku għall-Ewropa tas-seklu 21" (COM(2007)0724),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-20 ta' Novembru 2007 bl-isem "Servizzi ta' interess ġenerali, inklużi s-servizzi soċjali ta' interess ġenerali: impenn Ewropew ġdid" (COM(2007)0725), mehmuża mal-Komunikazzjoni dwar suq uniku għall-Ewropa tas-seklu 21,

–   wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Istaff tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' metodoloġija ġdida għall-monitoraġġ tas-swieq u s-setturi tal-prodotti: Ir-riżultati tal-ewwel eżami settorjali (SEC(2007)1517), mehmuża mal-Komunikazzjoni dwar suq wieħed għall-Ewropa tas-seklu 21,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0392/2008),

A.   billi jilqa' l-pubblikazzjoni tat-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur ("it-Tabella"), li għandha l-għan li s-Suq Intern iwieġeb aħjar għall-aspettattivi u t-tħassib taċ-ċittadini,

B.   billi s-swieq tal-konsumatur li jkunu kompetittivi u jaħdmu b'mod effikaċi huma kruċjali sabiex ikun żgurat li ċ-ċittadini jkollhom fiduċja fis-Suq Intern,

C.   billi jeħtieġ li t-Tabella tkun komplementata b'metodi oħra ta' monitoraġġ,

D.   billi l-indikaturi fit-Tabella huma maħsuba biex jgħinu fl-identifikazzjoni tas-setturi li għandhom jiġu studjati aktar fid-dettall,

E.   billi t-Tabella għandha tistimola d-dibattitu dwar kwistjonijiet tal-politika tal-konsumatur,

F.   billi l-istudji u l-analiżi mill-awtoritajiet nazzjonali għall-konsumatur u l-kompetizzjoni jistgħu jkunu rilevanti biex it-Tabella tkompli tiżviluppa,

Introduzzjoni

1.  Jisħaq fuq l-importanza li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jgawdu b'mod sħiħ mill-benefiċċji tas-Suq Intern, u jqis it-Tabella bħala għodda importanti biex jintlaħaq dan il-għan;

2.  Jilqa' l-ħames indikaturi prinċipali tat-Tabella marbuta mal-ilmenti, mal-livelli tal-prezzijiet, mas-sodisfazzjon, mat-tibdil tal-fornitur u mas-sikurezza;

3.  Jenfasizza li t-Tabella għadha fil-bidu tagħha u jeħtieġ li tiżviluppa aktar b'data aktar kompleta, bi statistika aktar preċiza u b'aktar analiżi msejsa fuq l-indikaturi differenti;

4.  Jenfasizza li meta jintlaħaq livell sodisfaċenti ta' żvilupp fil-ħames indikaturi bażiċi tat-Tabella, għandhom ikunu elaborati indikaturi ġodda sabiex is-Suq Intern ikun jista' jwieġeb aħjar għall-aspettattivi u t-tħassib taċ-ċittadini;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li jkun hemm finanzjament u staff biżżejjed għall-iskopijiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 4;

6.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni biex tiżgura approċċ koerenti u kkoordinat fis-servizzi tagħha biex ma jkunx hemm xogħol ripetut u riżultati kontradittorji mill-analiżi tad-data;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tinkludi sintesi li tinftiehem faċilment, kif ukoll konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ċari fit-Tabelli li jsiru fil-ġejjieni, maqlubin fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea;

L-iżvilupp tal-indikaturi

8.  Huwa tal-opinjoni li l-għadd totali ta' indikaturi għandu jkun limitat sabiex tkun żgurata Tabella ffukata tajjeb;

9.  Huwa tal-opinjoni li indikatur marbut mal-ilmenti huwa essenzjali sabiex wieħed jifhem is-sodisfazzjon tal-konsumatur; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jaħdmu sabiex ikun hemm armonizzazzjoni tas-sistemi ta' klassifikazzjoni tal-ilmenti li jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti u mis-servizzi rilevanti tal-assistenza għall-konsumatur fl-Istati Membri u fil-livell Komunitarju, u biex jistabilixxu ġabra ta' data tal-ilmenti tal-konsumatur fl-UE kollha; jistieden lill-Istati Membri biex ikabbru l-għarfien tal-konsumatur dwar is-sistemi ta' lmenti u biex itejbu l-immaniġġjar tal-ilmenti sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu joffru aktar servizzi u servizzi aħjar;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa indikaturi marbuta mal-proċedimenti ġudizzjarji transkonfinali u l-kumpens għal ħsara mġarrba mill-konsumaturi, permezz ta' mezzi ta' kumpens ġudizzjarji u extraġudizzjarji, kif ukoll permezz ta' mekkaniżmi nazzjonali ta' kumpens;

11.  Huwa tal-opinjoni li indikaturi marbuta mal-kompetenza, mal-kapaċità u mal-età tal-konsumatur jistgħu jiġu inklużi fit-Tabella (pereżempju, il-livell tal-edukazzjoni, il-kompetenza fil-kompjuters u l-kapaċitajiet fil-lingwi barranin); madankollu, jisħaq fuq l-importanza li jinstab bilanċ bejn l-indikaturi msejsa fuq id-data 'soft' minn stħarriġ fost il-konsumaturi u data 'hard' imsejsa fuq għejun oħra;

12.  Jirrikonoxxi li l-iżvilupp ta' indikaturi ta' prezzijiet preċiżi u xierqa hija kwistjoni kumplessa ħafna billi d-differenzi fil-livell tal-prezzijiet jista' jkollhom għadd ta' kawżi u l-eżistenza tagħhom fiha nnifisha mhix prova tan-nuqqasijiet tas-suq; madankollu, huwa tal-opinjoni li t-Tabella għandha tinkludi indikaturi tal-prezzijiet, billi l-prezzijiet huma ta' tħassib kbir għall-konsumaturi u l-indikaturi tal-prezzijiet huma importanti biex jistimulaw dibattitu u jiżguraw li jkun hemm għarfien fil-midja rigward in-nuqqasijiet fit-tħaddim tas-swieq; jistieden lill-Kummissjoni biex tqis il-klima makroekonomika kif ukoll is-setgħa tal-akkwist tal-konsumaturi u l-prezzijiet qabel it-taxxa fl-Istati Membri;

13.  Jilqa' l-isforzi sabiex jiġu żviluppati indikaturi tal-prezzijiet aktar sofistikati, imma jitlob ukoll sabiex jintużaw indikaturi oħra marbuta mat-tħaddim effikaċi tas-swieq qabel ma jsiru rakkomandazzjonijiet speċifiċi dwar il-politika;

14.  Ifakkar li t-tħassib dwar l-etika u l-ambjent kulma jmur qiegħed iżid fl-importanza għall-konsumatur; jistieden lill-Kummissjoni sabiex teżamina l-possibilità li titkejjel id-disponibilità tal-informazzjoni marbuta ma' tħassib bħal dan fi swieq differenti;

It-titjib tal-bażi tal-informazzjoni

15.  Jisħaq fuq l-importanza ta' koperazzjoni mill-qrib bejn l-uffiċċji tal-istatistika tal-Istati Membri, tal-Eurostat u ta' servizzi oħra tal-Kummissjoni biex tiġi żgurata l-kwalità u l-kompletezza taċ-ċifri; jistieden lill-Istati Membri biex jieħdu passi sabiex jiffaċilitaw koperazzjoni bħal din;

16.  Ifakkar li l-konsumaturi nazzjonali u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni sikwit jistudjaw każijiet jew ikollhom evidenza oħra li tirrigwarda t-tħaddim ta' swieq differenti, u b'hekk jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu spunt mill-informazzjoni nazzjonali disponibbli u tikkonsulta b'mod attiv mal-esperti nazzjonali meta tiġi biex tkompli tiżviluppa t-Tabella;

17.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jaraw sew il-merti li jiġi stabbilit Ombudsman speċjali għall-Konsumatur; jinnota li numru ta' Stati Membri għandhom ombudsmen tal-konsumatur f'diversi setturi li jgħinu l-konsumaturi biex jittrattaw mal-operaturi ekonomiċi;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex, b'koperazzjoni mal-Istati Membri, tiżgura li ċ-Ċentri Ewropej għall-Informazzjoni tal-Konsumatur jingħataw aktar riżorsi u jkollhom biżżejjed staff biex isolvu b'mod effiċjenti l-għadd li kulma jmur qiegħed jikber ta' lmenti transkonfinali mill-konsumaturi u biex iqassru ż-żmien tal-ipproċessar ta' lmenti bħal dawn;

Aktar għarfien

19.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex iżidu l-għarfien fir-rigward tat-Tabella, inter alia billi jiżguraw li tkun aċċessibbli u viżibbli faċilment fuq il-websajts rilevanti, u jżidu l-isforzi għall-promozzjoni tat-Tabella fil-mezzi ta' komunikazzjoni, mal-awtoritajiet pubbliċi u fl-organizzazzjonijiet tal-konsumatur;

Ir-relazzjoni mat-Tabella tas-Suq Intern

20.  Huwa tal-opinjoni li t-Tabella tas-Suq Intern u t-Tabella tas-Swieq tal-Konsumatur it-tnejn għandhom l-għan li jippromwovu Suq Intern aħjar sabiex ikun ta' benefiċċju għaċ-ċittadini u l-konsumaturi;

21.  Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni biex tiżgura li jkun hemm komunikazzjoni aħjar fis-Suq Intern u huwa tal-opinjoni li ż-żewġ Tabelli huma passi importanti f'dik id-direzzjoni;

22.  Jenfasizza li filwaqt li ż-żewġ Tabelli huma marbuta bejniethom u huwa importanti li jkun promoss l-iżvilupp koerenti tagħhom, huma għandhom udjenzi speċifiċi differenti u għalhekk għandhom jinżammu separati, b'settijiet differenti ta' indikaturi;

23.  Huwa tal-opinjoni li għandha ssir reviżjoni fuq bażi regolari tal-indikaturi użati kif ukoll tar-relazzjoni bejn iż-żewġ Tabelli sabiex jiġu adattati għall-iżviluppi fis-Suq Intern;

o
o   o

24.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU C 187 E, 24.7.2008, p. 231.
(2) Testi adottati, P6_TA(2008)0211.
(3) Testi adottati, P6_TA(2008)0421.


L-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa *
PDF 593kWORD 261k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Novembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa (COM(2008)0078 – C6-0099/2008 – 2008/0051(CNS))
P6_TA(2008)0541A6-0417/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0078),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0099/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija kif ukoll tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0417/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva
Premessa 2 a (ġdida)
(2a)  Sabiex jitjieb il-funzjonament tas-suq intern, għandhom isiru aktar sforzi sabiex tintlaħaq armonizzazzjoni gradwali tad-dazju tas-sisa fl-Unjoni Ewropea, filwaqt li jitqiesu kwistjonijiet bħas-saħħa pubblika, il-ħarsien tal-ambjent u l-kunsiderazzjonijiet baġitarji,
Emenda 2
Proposta għal direttiva
Premessa 4
(4)  L-oġġetti tas-sisa jistgħu jkunu suġġetti għal taxxi oħra indiretti għal skopijiet speċifiċi. F'dak il-każ, madankollu, u sabiex ma jiġix ippreġudikat l-effett utli tar-regoli tal-Komunità relatati mat-taxxi indiretti, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw ma" ċerti elementi essenzjali ta" dawk ir-regoli.
(4)  L-oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa jistgħu jkunu suġġetti għal taxxi oħra indiretti għal skopijiet speċifiċi. F'dak il-każ, madankollu, u sabiex ma jiġix ippreġudikat l-effett utli tar-regoli tal-Komunità relatati mat-taxxi indiretti, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw ma" ċerti elementi essenzjali ta" dawk ir-regoli, jiġifieri dawk relatati mal-bażi u l-kalkolu tat-taxxa, u mal-ħlas u l-monitoraġġ tat-taxxa.
Emenda 3
Proposta għal direttiva
Premessa 4 a (ġdida)
(4a)  Meta jkunu qed jimplimentaw din id-Direttiva l-Istati Membri għandhom iqisu l-ħtieġa li jkun żgurat livell għoli ta" ħarsien tas-saħħa tal-bniedem.
Emenda 4
Proposta għal direttiva
Premessa 9
(9)  Billi d-dazju tas-sisa huwa taxxa fuq il-konsum ta" ċerti oġġetti, id-dazju m'għandux jitħallas fir-rigward ta" oġġetti tas-sisa li jkunu ġew meqruda jew mitlufa għal kollox, irrispettivament miċ-ċirkostanzi tal-qerda jew tat-telfien.
(9)  Billi d-dazju tas-sisa huwa taxxa fuq il-konsum ta" ċerti oġġetti, id-dazju m'għandux jitħallas fir-rigward ta" oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa li b'mod indisputabbli jkunu ġew meqruda jew mitlufa għal kollox, irrispettivament miċ-ċirkostanzi tal-qerda jew tat-telfien.
Emenda 57
Proposta għal direttiva
Premessa 14
(14)  Is-sitwazzjonijiet li fihom huwa permess bejgħ ħieles mit-taxxa lill-vjaġġaturi li jkunu se jħallu t-territorju tal-Komunità għandhom ikunu ddeterminati b'mod ċar.
(14)  Għandu jibqa' jkun permess bejgħ ħieles mit-taxxa lill-vjaġġaturi li jkunu se jħallu t-territorju tal-Komunità permezz ta' vjaġġar fuq l-art sakemm il-ħwienet li jbiegħu bla taxxa li jinsabu fuq il-fruntiera jistgħu jagħtu garanzija lill-Istati Membrli li se jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha neċessarji biex ikun evitat kull tip ta' evażjoni, evitar jew abbuż.
Emenda 58
Proposta għal direttiva
Premessa 14 a (ġdida)
(14a)  Passiġġieri li jivvjaġġaw bl-ajru jew bil-baħar lejn territorju terz jew lejn pajjiż terz b'dokument ta' trasport li jiddikjara li d-destinazzjoni finali huwa ajruport jew port li jinsab f'territorju terz jew f'pajjiż terz, għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni mill-ħlas tad-dazju fuq prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa imma forniti minn ħwienet ħielsa mit-taxxa.
Emenda 59
Proposta għal direttiva
Premessa 19 a (ġdida)
(19a)  Ir-regoli applikabbli għall-moviment ta' oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa li għalihom tapplika sospensjoni tad-dazju għandhom, skont ċertu kundizzjonijiet, jippermettu li jkun hemm garanzija ġenerali għal dazji baxxi jew ma jkunx hemm garanzija.
Emenda 5
Proposta għal direttiva
Premessa 21 a (ġdida)
(21a)  Sabiex jiġi żgurat it-tħaddim effiċjenti tas-sistema kompjuterizzata, l-Istati Membri għandhom jadottaw fl-applikazzjonijiet nazzjonali tagħhom sett u struttura ta' data uniformi biex l-operaturi ekonomiċi jkollhom 'interface' affidabbli.
Emenda 6
Proposta għal direttiva
Premessa 24
(24)  Huwa meħtieġ li jiġu ddeterminati l-proċeduri li għandhom jiġu użati f'każ li fih is-sistema kompjuterizzata ma tkunx disponibbli.
(24)  Huwa meħtieġ li jiġu ddeterminati l-proċeduri li għandhom jiġu użati f'każ li fih is-sistema kompjuterizzata, mingħajr ebda ħtija min-naħa tal-operaturi involuti fil-moviment tal-oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa jew minħabba raġunijiet li ma kellhomx kontroll fuqhom, ma tkunx disponibbli.
Emenda 7
Proposta għal direttiva
Premessa 28 a (ġdida)
(28a)  Fil-każ ta" prodotti li huma suġġetti għad-dazju tas-sisa minħabba li jinxtraw minn individwi privati għall-użu personali tagħhom u trasportati minnhom, il-kwantità ta" oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa għandu jkun speċifikat.
Emenda 8
Proposta għal direttiva
Premessa 36
(36)  Sabiex jitħalla perjodu ta" aġġustament għas-sistema ta" kontroll elettronika għall-moviment ta" oġġetti taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw minn perjodu tranżitorju li matulu dan it-tip ta" moviment ikun jista" jibqa" jitwettaq taħt il-formalitajiet stabbiliti mid-Direttiva 92/12/KEE.
(36)  Sabiex jitħalla perjodu ta" aġġustament għas-sistema ta" kontroll elettronika għall-moviment ta" oġġetti taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw minn perjodu tranżitorju li matulu dan it-tip ta" moviment ikun jista" jibqa" jitwettaq taħt il-formalitajiet stabbiliti mid-Direttiva 92/12/KEE. It-tul tal-perjodu tranżitorju għandu jiġi stabbilit filwaqt li tiġi kkunsidrata kif suppost il-fattibilità li fil-fatt tiġi introdotta s-sistema kompjuterizzata fl-Istati Membri individwali.
Emenda 9
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – punt 4 a (ġdid)
(4a) "importazzjoni ta" oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa" tfisser id-dħul ta" oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa fit-territorju tal-Komunità, ħlief jekk l-oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa, hekk kif ikunu daħlu fil-Komunità, ikunu tpoġġew taħt proċedura jew arranġament doganali sospensivi, jew ir-rilaxx ta" oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa minn kwalunkwe proċedura jew arranġament doganali sospensivi bħal dawn;
Emenda 10
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – punt 4 b (ġdid)
(4b) 'konsenjatarju reġistrat' tfisser persuna naturali jew legali awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni, b'kundizzjonijiet stabbiliti minn dawk l-awtoritajiet, biex tirċievi oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa li jkunu qegħdin jiċċaqalqu skont arranġament ta' sospensjoni tad-dazju u li jkunu ntbagħtu minn Stat Membru ieħor;
Emenda 11
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – punt 4 c (ġdid)
(4c) "konsenjatur reġistrat" tfisser persuna naturali jew legali awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-importazzjoni, b'kundizzjonijiet stabbiliti minn dawk l-awtoritajiet, biex tibgħat oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa li meta jiġu rilaxxati sabiex jiġu ċċirkolati b'mod liberu, jkunu suġġetti għal arranġament ta" sospensjoni ta" dazju, skont ir-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta" April 2008 li jistipula Kodiċi Doganali tal-Komunità (Kodiċi Doganali Modernizzat)1;
1 ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1.
Emenda 12
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – punt 4 d (ġdid)
(4d) "kustodju ta' mħażen awtorizzat" tfisser persuna naturali jew legali awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti ta" Stat Membru biex tipproduċi, tipproċessa, iżżomm, tirċievi jew tibgħat oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa waqt li tagħmel in-negozju tagħha fil-każijiet meta r-rekwiżit li jitħallas id-dazju tas-sisa jkun sospiż skont arranġament ta" sospensjoni tad-dazju;
Emenda 13
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – punt 4 e (ġdid)
(4e) "maħżen tat-taxxa" tfisser post fejn oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa li huma suġġetti għal arranġament ta' sospensjoni tad-dazju huma prodotti, proċessati, miżmuma, riċevuti jew mibgħuta minn magazzinier awtorizzat waqt li jkun/tkun qed jagħmel/tagħmel in-negozju tiegħu jew tagħha, bla ħsara għal ċerti kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun jinsab il-maħżen tat-taxxa;
Emenda 14
Proposta għal direttiva
Artikolu 4 – punt 4 f (ġdid)
(4f) "post tal-importazzjoni" tfisser il-post fejn jinsabu l-oġġetti meta jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skont ir-Regolament (KE) Nru 450/2008.
Emenda 15
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c
(c) l-importazzjoni ta" l-oġġetti tas-sisa.
(c) l-importazzjoni ta' l-oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa, inkluża l-importazzjoni rregolari, sakemm l-oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa ma jkunux tpoġġew, hekk kif ikunu ġew impurtati, taħt arranġament ta" sospensjoni tad-dazju.
Emenda 16
Proposta għal direttiva
Artikolu 7 – paragrafu 4
4.  Il-qerda totali jew it-telfien għal kollox ta" l-oġġetti tas-sisa, inkluż telfien fin-natura ta" dawk l-oġġetti, m'għandhomx jitqiesu rilaxxati għall-konsum.
4.  Il-qerda totali jew it-telfien għal kollox ta' l-oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa kkonċernati għandhom jiġu ppruvati għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun seħħet il-qerda totali jew it-telfien għal kollox.
Il-telfien jew il-qerda ta" l-oġġetti tas-sisa kkonċernati għandhom jiġu ppruvati għas-sodisfazzjon ta" l-awtoritajiet kompetenti.
Meta, fil-każ ta" moviment skont arranġament ta" sospensjoni tad-dazju, ma jkunx possibbli li jiġi ddeterminat fejn seħħew il-qerda totali jew it-telfien għal kollox, dawn għandhom ikunu meqjusa li seħħew fl-Istat Membru fejn ikunu ġew innutati.
Għall-iskopijiet ta" l-ewwel subparagrafu, l-oġġetti għandhom jitqiesu mitlufa għal kollox meta ma jkunux jistgħu jintużaw aktar.
L-Istati Membri jistgħu jissottomettu l-qerda apposta ta' oġġetti li jkunu suġġetti għal arranġament ta' sospensjoni tad-dazju għal approvazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti.
Emenda 17
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 1
1.  Fejn isseħħ irregolarità, matul moviment taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa, li tirriżulta f'rilaxx għall-konsum ta" oġġetti tas-sisa u ma jkunx possibbli li jiġi ddeterminat fejn ir-rilaxx għall-konsum ikun seħħ, dan għandu jitqies li seħħ fl-Istat Membru minn fejn ikunu ntbagħtu.
1.  Fejn isseħħ irregolarità, matul moviment taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa, li tirriżulta f'rilaxx għall-konsum ta" oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa skont l-Artikolu 7(2)(a), u ma jkunx possibbli li jiġi ddeterminat fejn ir-rilaxx għall-konsum ikun seħħ, dan għandu jitqies li seħħ fl-Istat Membru minn fejn ikunu ntbagħtu u fil-waqt meta l-irregolarità tkun ġiet innutata.
Meta l-oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa li jkunu suġġetti għal arranġament ta' sospensjoni tad-dazju ma jirnexxilhomx jaslu fid-destinazzjoni tagħhom u l-irregolarità relatata, li tagħti lok għar-rilaxx għall-konsum skont l-Artikolu 7(2)(a), ma tkunx ġiet individwata, ir-rilaxx għall-konsum għandu jitqies li seħħ fl-Istat Membru fejn ikunu nstabu l-oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa u fiż-żmien meta jkunu nstabu.
Madankollu, jekk, qabel l-iskadenza ta" perjodu ta" tliet snin mid-data li fiha l-moviment ikun beda skond l-Artikolu 19(1), jiġi aċċertat f'liema Stat Membru jkun seħħ attwalment ir-rilaxx għall-konsum, dak l-Istat Membru għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta" l-Istat Membru minn fejn ikunu ntbagħtu.
Madankollu, jekk, qabel l-iskadenza ta" perjodu ta" tliet snin mid-data li fiha l-moviment ikun beda skond l-Artikolu 19(1), jiġi aċċertat f'liema Stat Membru jkun fil-fatt seħħ ir-rilaxx għall-konsum, ir-rilaxx għall-konsum għandu jkun meqjus li seħħ f'dak l-Istat Membru, li għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu ġew individwati jew minn fejn ikunu ntbagħtu.
Fejn id-dazju tas-sisa jkun tħallas lill-Istat Membru minn fejn ikunu ntbagħtu, għandu jiġi rrimborżat jew mibgħut lura malli l-evidenza tal-ġbir tiegħu mill-Istat Membru l-ieħor tiġi pprovduta.
Fejn id-dazju tas-sisa jkun tħallas lill-Istat Membru fejn ikunu ġew individwati jew minn fejn ikunu ntbagħtu, għandu jiġi rrimborżat jew mibgħut lura malli l-evidenza tar-rilaxx tiegħu għall-konsum fl-Istat Membru l-ieħor tiġi pprovduta.
Emenda 18
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 1 a (ġdid)
1a.  Fejn ikun possibbli, permezz tal-użu ta" evidenza xierqa, li b'mod li ma jibqa" l-ebda dubju raġonevoli jiġi ddeterminat fejn tkun seħħet xi irregolarità waqt moviment taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju li tirriżulta fir-rilaxx għall-konsum ta" oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa, id-dazju tas-sisa għandu jitħallas fl-Istat Membru fejn tkun seħħet l-irregolarità.
Emenda 19
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.  Fejn ikun jista" jiġi ppruvat li irregolarità tkun seħħet fi Stat Membru wieħed, li jwassal sabiex jiġu rrilaxxati għall-konsum oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa li fir-rigward tagħhom ikunu mehmuża l-bolli tat-taxxa tas-sisa tal-Istat Membru destinatarju, id-dazju tas-sisa għandu jsir pagabbli fl-Istat Membru li fih tkun seħħet l-irregolarità biss meta d-dazju tas-sisa jkun rimborżat lill-operatur ekonomiku mill-Istat Membru destinatarju.
Emenda 20
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 2 b (ġdid)
2b.  F'każijiet ta" irregolarità fejn l-Istat Membru destinatarju ma jimponix dazju tas-sisa permezz tal-użu ta' bolli tas-sisa, id-dazju tas-sisa għandu jsir pagabbli immedjatament lill-Istat Membru li fih tkun seħħet l-irregolarità.
Emenda 21
Proposta għal direttiva
Artikolu 9 – paragrafu 3
3.  Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, irregolarità għandha tfisser sitwazzjoni li fiha l-moviment ma jkunx intemm skond l-Artikolu 19(2).
3.  Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, irregolarità għandha tfisser sitwazzjoni, minbarra dik imsemmija fl-Artikolu 7(4), li fiha moviment, jew parti minn moviment, ma jkunx intemm skond l-Artikolu 19(2).
Emenda 22
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt e a (ġdid)
(ea) it-twassil għand faċilità approvata tar-riċerka u l-iżvilupp, laboratorju approvat, dipartiment governattiv approvat jew parti oħra approvata għall-fini tal-ittestjar tal-kwalità, eżami introduttorju ta" qabel il-kummerċjalizzazzjoni u l-ivverifikar għall-possibilità ta" kontrafazzjoni, bil-kundizzjoni li l-oġġetti involuti ma jkunux meqjusa li huma fi kwantitajiet kummerċjali, fejn:
(i)  L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw liema kwantitajiet għandhom ikunu 'kwantitajiet kummerċjali'; kif ukoll
(ii) l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu proċeduri ssimplifikati biex ikun iffaċilitat il-moviment ta" oġġetti skont dan il-punt.
Emenda 23
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 2
2.  L-eżenzjonijiet għandhom ikunu suġġetti għal kondizzjonijiet u limitazzjonijiet stabbiliti mill-Istat Membru li jospita. L-Istati Membri jistgħu jagħtu l-eżenzjoni permezz ta" rifużjoni tad-dazju tas-sisa.
2.  L-eżenzjonijiet għandhom ikunu suġġetti għal kondizzjonijiet u limitazzjonijiet stabbiliti mill-Istat Membru li jospita. L-Istati Membri jistgħu jagħtu l-eżenzjoni permezz ta" rifużjoni tad-dazju tas-sisa. Il-kondizzjonijiet tar-rifużjoni stabbiliti mill-Istat Membru ma jistgħux jirriżultaw fi proċeduri ta' eżenzjoni li jkunu ta' piż kbir wisq.
Emenda 54
Proposta għal direttiva
Artikolu 11 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.  Id-dazju tas-sisa, inkluż dak fuq iż-żjut tal-pitrolju, jista' jiġi rimborsat jew jinħafer skont il-proċedura stipulata minn kull Stat Membru. Stat Membru għandu japplika l-istess proċeduri għall-oġġetti nazzjonali kif isir għal dawk minn Stati Membri oħra.
Emenda 63/rev
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – paragrafu 1
1.  L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-ħlas tad-dazju tas-sisa oġġetti tas-sisa fornuti minn ħwienet ħielsa mit-taxxa li jiġu ttrasportati fil-bagalji personali tal-vjaġġaturi li jkunu se jaqbdu titjira jew vjaġġ bil-baħar għal territorju terz jew għal pajjiż terz.
1.  L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-ħlas tad-dazju tas-sisa oġġetti suġġetti għas-sisa fornuti minn ħwienet ħielsa mit-taxxa li jiġu ttrasportati fil-bagalji personali tal-vjaġġaturi li jkunu se jaqbdu titjira, vjaġġ bil-baħar jew vjaġġ fuq l-art, għal territorju terz jew għal pajjiż terz.
Emenda 65/rev
Proposta għal direttiva
Artikolu 13 – paragrafu 4
4.  Għall-iskopijiet ta" dan l-Artikolu d-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
4.  Għall-iskopijiet ta" dan l-Artikolu d-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:
(a) 'territorju terz' ifisser it-territorji msemmija fl-Artikolu 5(2) u (3);
(a) 'territorju terz' ifisser it-territorji msemmija fl-Artikolu 5(2) u (3);
(b) 'ħanut ħieles mit-taxxa' jfisser kwalunkwe stabbiliment li jinsab ġewwa ajruport jew port li jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti, skond il-paragrafu 3 b'mod partikolari;
(b) 'ħanut ħieles mit-taxxa' jfisser kwalunkwe stabbiliment li jinsab ġewwa ajruport jew port jew fi fruntiera ma" pajjiż terz jew ma" territorju terz li jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti, b'mos partikulari skont il-paragrafu 3;
(c) "vjaġġatur għal territorju terz jew għal pajjiż terz" ifisser kwalunkwe passiġġier li jkollu dokument ta" transport, għall-ivvjaġġar bl-ajru jew bil-baħar, li jgħid li d-destinazzjoni immedjata huwa ajruport jew port li jinsab f'territorju terz jew f'pajjiż terz.
(c) "vjaġġatur għal territorju terz jew għal pajjiż terz" ifisser kwalunkwe passiġġier li jkollu dokument ta" transport, għall-ivvjaġġar bl-ajru jew bil-baħar, li jgħid li d-destinazzjoni finali huwa ajruport jew port li jinsab f'territorju terz jew f'pajjiż terz, u kwalunkwe passiġġier li jħalli l-Unjoni Ewropea permezz ta' l-art.
Emenda 25
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 2
2.  Il-produzzjoni, l-ipproċessar u ż-żamma ta" oġġetti tas-sisa għandhom jitqiesu li jkunu seħħew taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa biss jekk dawk l-attivitajiet iseħħu f'bini awtorizzat skond il-paragrafu 3.
2.  Il-produzzjoni, l-ipproċessar u ż-żamma ta' oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa, meta d-dazju tas-sisa ma jkunx tħallas, għandu jseħħ f'maħżen tat-taxxa.
Emenda 26
Proposta għal direttiva
Artikolu 14 – paragrafu 3
3.  L-awtoritajiet kompetenti ta" l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw bħala "mħażen tat-taxxa" bini li għandu jiġi użat għall-produzzjoni, l-ipproċessar u ż-żamma ta" oġġetti tas-sisa, kif ukoll biex jiġu riċevuti jew mibgħuta, taħt arranġamenti ta" sospensjoni tad-dazju.
imħassar
Emenda 27
Proposta għal direttiva
Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafi 2 u 3
L-awtorizzazzjoni ma tistax tiġi rrifjutata unikament fuq il-bażi li l-persuna naturali jew legali tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor u jkollha l-intenzjoni li tħaddem il-maħżen tat-taxxa permezz ta" rappreżentant jew fergħa fl-Istat Membru ta" l-awtorizzazzjoni.
L-awtorizzazzjoni għandha tkun suġġetta għal kundizzjonijiet li l-awtoritajiet jistgħu jistipulaw għall-iskopijiet ta" prevenzjoni ta" kwalunkwe evażjoni jew abbuż possibbli. L-awtorizzazzjoni ma tistax, madanakollu, tiġi rrifjutata unikament fuq il-bażi li l-persuna naturali jew legali tkun stabbilita fi Stat Membru ieħor.
L-awtorizzazzjoni għandha tkopri l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 14(3).
Emenda 28
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  L-oġġetti tas-sisa jistgħu jitmexxew taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa ġewwa t-territorju tal-Komunità:
1.  L-oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa jistgħu jitmexxew taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa bejn żewġ punti ġewwa t-territorju tal-Komunità, inkluż minn pajjiż terz jew minn reġjun f'pajjiż terz:
Emenda 29
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt a – punt ii
(ii) persuna naturali jew legali awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti ta" l-Istat Membru ta" destinazzjoni, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti minn dawk l-awtoritajiet, li jirċievu oġġetti tas-sisa li jkunu qiegħdin jimxu taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa mibgħuta minn Stat Membru ieħor, minn hawn "il quddiem imsemmija l-"konsenjatarju reġistrat";
(ii) il-bini ta" konsenjatarju reġistrat;
Emenda 30
Proposta għal direttiva
Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt b
(b) mill-post ta" l-importazzjoni għal kwalunkwe waħda mid-destinazzjonijiet msemmija fil-punt (a), fejn dawk l-oġġetti jintbagħtu minn persuna naturali jew legali awtorizzata għal dak l-iskop mill-awtoritajiet kompetenti ta" l-Istat Membru ta" l-importazzjoni, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti minn dawk l-awtoritajiet, minn hawn "il quddiem imsemmi l-"konsenjatur reġistrat".
(b) mill-post ta' l-importazzjoni għal kwalunkwe waħda mid-destinazzjonijiet jew konsenjatarji msemmija fil-punt (a), fejn dawk l-oġġetti jintbagħtu minn konsenjatur reġistrat.
Emenda 31
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 1 – parti introduttorja
1.  L-awtoritajiet kompetenti ta" l-Istat Membru minn fejn jintbagħtu, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti minnhom, għandhom jirrikjedu li r-riskji fil-moviment taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa jkunu koperti minn garanzija, li tista" tiġi pprovduta minn waħda jew aktar mill-persuni li ġejjin:
1.  L-awtoritajiet kompetenti ta" l-Istat Membru minn fejn jintbagħtu, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti minnhom, għandhom jirrikjedu li r-riskji fil-moviment taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa jkunu koperti minn garanzija, li tista" tiġi pprovduta minn waħda jew aktar mill-persuni li ġejjin, jew f'isimhom:
Emenda 32
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 – paragrafu 2 - subparagrafu 1
2.  Il-garanzija għandha tkun valida madwar il-Komunità.
2.  Il-garanzija għandha tkun valida madwar il-Komunità u tista' ssir:
(a) minn istituzzjoni awtorizzata biex tagħmel in-negozju ta' istituzzjoni ta' kreditu skont id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 li tikkonċerna l-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu1; jew
(b) minn impriża awtorizzata biex twettaq in-negozju tal-assigurazzjoni skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu ma assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja2.
_______________
1 ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.
2 ĠU L 228, 11.8.1992, p. 1.
Emenda 33
Proposta għal direttiva
Artikolu 17 a (ġdid)
Artikolu 17a
1.  Meta ssir talba mill-persuna msemmija fl-Artikolu 17(1), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru minn fejn jintbagħtu jistgħu, b'kundizzjonijiet li jkunu stabbilew huma, jippermettu li tingħata garanzija ġenerali għal dazji tas-sisa iktar baxxi, jew li ma tingħata l-ebda garanzija, bil-kundizzjoni li r-responsabilità fiskali għat-trasport tittieħed fl-istess ħin mill-parti responsabbli għat-trasport.
2.  L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata biss lil persuni li:
(a) huma stabbiliti fit-territorju doganali tal-Komunità;
(b) għandhom rekord sodisfaċenti fir-rigward tal-għoti ta' garanziji li jikkonċernaw il-moviment tal-oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju; kif ukoll
(c) jagħtu regolarment garanziji li jikkonċernaw il-moviment tal-oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju jew huma meqjusa mill-awtoritajiet tad-dwana bħala li jistgħu jissodisfaw l-obbligi li għandhom fir-rigward ta' dawk il-proċeduri.
3.  Il-miżuri li jirregolaw il-proċedura biex jingħataw l-awtorizzazzjonijiet fl-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 40(2).
Emenda 34
Proposta għal direttiva
Artikolu 18 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – parti introduttorja
Konsenjatarju reġistrat awtorizzat għall-iskopijiet ta" l-ewwel subparagrafu għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
Konsenjatarju reġistrat temporanju awtorizzat għall-iskopijiet ta" l-ewwel subparagrafu għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
Emenda 35
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 1
1.  Il-moviment ta" l-oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa għandu jitqies li jibda meta l-oġġetti jitilqu mill-maħżen tat-taxxa minn fejn jintbagħtu jew mill-post ta" l-importazzjoni.
1.  Il-moviment ta" l-oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa għandu jitqies li jibda meta l-oġġetti jitilqu mill-maħżen tat-taxxa minn fejn jintbagħtu jew mill-post ta" l-importazzjoni. Il-punt li fih l-oġġetti jħallu l-maħżen tat-taxxa jew il-post tal-importazzjoni għandu jkun iddeterminat billi jintbagħat messaġġ ta" tagħrif supplimentari mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti mill-magazzinier awtorizzat jew mill-konsenjatur reġistrat.
Emenda 36
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 – paragrafu 2
2.  Il-moviment ta" l-oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa għandu jitqies li jintemm meta l-konsenjatarju jkun irċieva l-wasla ta" l-oġġetti jew, fil-każ imsemmi fil-punt (iii) ta" l-Artikolu 16(1)(a), meta l-oġġetti jkunu ħallew it-territorju tal-Komunità.
2.  Il-movimenti ta" l-oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa għandu jintemm:
- meta l-konsenjatarju jkun irċieva l-wasla ta" l-oġġetti. Il-ħin meta l-konsenjatarju jirċievi l-wasla tal-oġġetti għandu jiġi ddeterminat billi jintbagħat messaġġ supplimentari ta' informazzjoni mill-konsenjatarju lill-awtorità kompetenti immedjatament wara l-wasla tal-oġġetti;
- meta, fil-każ imsemmi fil-punt (iii) ta" l-Artikolu 16(1)(a), l-oġġetti jkunu ħallew it-territorju tal-Komunità jew ikunu tpoġġew taħt proċedura jew arranġament doganali sospensivi.
Emenda 37
Proposta għal direttiva
Artikolu 19 a (ġdid)
Artikolu 19a
Ir-regoli applikabbli għall-moviment ta' oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa taħt arranġament ta' sospensjoni tad-dazju għandhom, b'kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru minn fejn jintbagħtu, jippermettu li tingħata garanzija ġenerali għal dazju tas-sisa iktar baxx, jew li ma tingħata l-ebda garanzija, bil-kundizzjoni li r-responsabilità fiskali għat-trasport tittieħed fl-istess ħin mill-parti responsabbli għat-trasport.
Emenda 38
Proposta għal direttiva
Artikolu 20 – paragrafu 1
1.  Moviment ta" oġġetti tas-sisa għandu jitqies li jkun seħħ taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa biss jekk ikun seħħ taħt il-kopertura ta" dokument amministrattiv elettroniku pproċessat skond il-paragrafi 2 u 3.
1.  Moviment ta" oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa għandu jitqies li jkun seħħ taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa biss jekk ikun seħħ taħt il-kopertura ta" dokument amministrattiv elettroniku pproċessat skond il-paragrafi 2 u 3. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimplimentaw infrastruttura pubblika importanti fil-livell nazzjonali u biex jiżguraw l-interoperabilità tagħhom.
Emenda 39
Proposta għal direttiva
Artikolu 20 – paragrafu 6
6.  Il-konsenjatur għandu jikkomunika l-kodiċi ta" referenza amministrattiv lill-persuna li takkumpanja l-oġġetti.
6.  L-oġġetti mibgħuta għandhom ikunu akkumpanjati b'informazzjoni stampata li tidentifika l-oġġetti li jkunu qed jiċċaqalqu.
Il-kodiċi għandu jkun disponibbli matul il-moviment taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa kollu.
Emenda 40
Proposta għal direttiva
Artikolu 22
L-awtorità kompetenti ta" l-Istat Membru minn fejn jintbagħtu l-oġġetti tista" tippermetti, taħt kondizzjonijiet stabbiliti minn dak l-Istat Membru, li l-konsenjatur, bl-użu tas-sistema kompjuterizzata, jaqsam moviment taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa ta" prodotti ta" enerġija f'żewġ movimenti jew aktar, sakemm il-kwantità totali ta" l-oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa ma tinbidilx.
L-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru minn fejn jintbagħtu l-oġġetti tista" tippermetti, taħt kondizzjonijiet stabbiliti minn dak l-Istat Membru, li l-konsenjatur, bl-użu tas-sistema kompjuterizzata, jaqsam moviment taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa ta" prodotti ta" enerġija f'żewġ movimenti jew aktar, sakemm:
(a) il-kwantità totali ta" l-oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa ma tinbidilx; kif ukoll
(b) it-tqassim jitwettaq fuq it-territorju ta' Stat Membru li jippermetti proċedura bħal din.
L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu li dan it-tip ta" qsim ma jkunx jista" jitwettaq fit-territorju tagħhom.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni jekk jippermettux qsim ta" kunsinni fit-territorju tagħhom u taħt liema kundizzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dan it-tagħrif lill-Istati Membri l-oħrajn.
Emenda 41
Proposta għal direttiva
Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
1.  Malli jiġu rċevuti l-oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa fi kwalunkwe waħda mid-destinazzjonijiet imsemmija fil-punti (i), (ii) jew (iv) ta" l-Artikolu 16(1)(a) jew fl-Artikolu 16(2), il-konsenjatarju għandu mingħajr dewmien jissottometti rapport tal-wasla tagħhom, minn hawn "il quddiem imsemmi r-"rapport tal-wasla", lill-awtoritajiet kompetenti ta" l-Istat Membru tad-destinazzjoni bl-użu tas-sistema kompjuterizzata.
1.  Malli jiġu rċevuti l-oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa fi kwalunkwe waħda mid-destinazzjonijiet imsemmija fil-punti (i), (ii) jew (iv) ta" l-Artikolu 16(1)(a) jew fl-Artikolu 16(2), il-konsenjatarju għandu, mhux aktar tard mill-ġurnata ta' xogħol ta' wara l-wasla, jissottometti rapport tal-wasla tagħhom, minn hawn "il quddiem imsemmi r-"rapport tal-wasla", lill-awtoritajiet kompetenti ta" l-Istat Membru tad-destinazzjoni bl-użu tas-sistema kompjuterizzata.
Emenda 42
Proposta għal direttiva
Artikolu 24 – paragrafu 3
3.  L-awtoritajiet kompetenti ta" l-Istat Membru minn fejn jintbagħtu l-oġġetti għandhom jgħaddu r-rapport ta" l-esportazzjoni lill-konsenjatur.
3.  L-awtoritajiet kompetenti ta" l-Istat Membru minn fejn jintbagħtu l-oġġetti għandhom jgħaddu r-rapport ta" l-esportazzjoni lill-konsenjatur mhux aktar tard mill-ġurnata ta' xogħol ta' wara l-wasla taċ-ċertifikat li jiddikjara li l-oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa jkunu ħallew it-territorju tal-Komunità.
Emenda 43
Proposta għal direttiva
Artikolu 26 – paragrafu 1 – subparagrafi 2 u 3
Meta terġa tkun disponibbli s-sistema, il-konsenjatur għandu jissottometti abbozz ta" dokument amministrattiv elettroniku mingħajr dewmien. Dak id-dokument għandu jissostitwixxi d-dokument f'forma ta" karta msemmi fil-punt (a) ta" l-ewwel subparagrafu hekk kif ikun ġie pproċessat skond l-Artikolu 20(3), u l-proċedura relatata mad-dokument amministrattiv elettroniku għandha tapplika.
L-oġġetti għandhom ikomplu jiċċaqalqu f'konformità mal-proċedura alternattiva, inkluż il-proċedura tar-rilaxx, anke jekk is-sistema elettronika terġa' ssir disponibbli waqt il-moviment.
Sakemm id-dokument amministrattiv elettroniku jkun ġie pproċessat skond l-Artikolu 20(3), il-moviment għandu jitqies li jkun seħħ taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa taħt kopertura tad-dokument f'forma ta" karta.
Emenda 44
Proposta għal direttiva
Artikolu 26 – paragrafu 2 – subparagrafu 1
2.  Fejn is-sistema kompjuterizzata ma tkunx disponibbli, magazzinier awtorizzat jew konsenjatur reġistrat jistgħu jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(8) jew l-Artikolu 22 bl-użu ta" mezzi alternattivi ta" komunikazzjoni. Għal dak il-għan huwa għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta" l-Istat Membru minn fejn jintbagħtu l-oġġetti fil-ħin li l-bidla ta" destinazzjoni jew il-qsim tal-moviment jinbeda.
2.  Fejn is-sistema kompjuterizzata ma tkunx disponibbli, magazzinier awtorizzat jew konsenjatur reġistrat jistgħu jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(8) jew l-Artikolu 22 bl-użu ta" mezzi alternattivi ta" komunikazzjoni ddefiniti mill-Istati Membri. Għal dak il-għan huwa għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta" l-Istat Membru minn fejn jintbagħtu l-oġġetti fil-ħin li l-bidla ta" destinazzjoni jew il-qsim tal-moviment jinbeda.
Emenda 45
Proposta għal direttiva
Artikolu 28
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu proċeduri semplifikati fir-rigward ta" movimenti taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa li jseħħu kompletament fit-territorju tagħhom.
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu proċeduri semplifikati fir-rigward ta" movimenti taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa li jseħħu kompletament fit-territorju tagħhom, inkluża l-possibilità li jiġi rinunzjat ir-rekwiżit ta" superviżjoni elettronika ta" movimenti bħal dawn.
Emenda 46
Proposta għal direttiva
Artikolu 29 – punt 3 a (ġdid)
(3a) movimenti ta" oġġetti skont l-Artikolu 11(1)(ea).
Emenda 47
Proposta għal direttiva
Artikolu 30 – paragrafu 1 – subparagrafu 2
Fir-rigward ta" l-oġġetti tas-sisa barra tabakk manifatturat akkwistati minn individwi privati, l-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll f'każijiet fejn l-oġġetti jiġu trasportati f'isimhom.
imħassar
Emenda 48
Proposta għal direttiva
Artikolu 30 – paragrafu 2 a (ġdid)
2a.  Biex jiġi applikat il-paragrafu 2(e), l-Istati Membri jistgħu jistipulaw livelli gwida, unikament bħala forma ta' evidenza. Dawk il-livelli gwida m'għandhomx ikunu inqas minn:
(a)  Għall-prodotti tat-tabakk:
-  400 sigarett;
-  200 cigarillos (sigarri li ma jkunux jiżnu aktar minn 3 grammi kull wieħed);
-  100 sigarru;
-  0.5 kilogramm ta' tabakk tat-tipjip;
(b)  Għax-xarbiet alkoħoliċi:
-  5 litri ta' spirti;
-  10 litri ta' prodotti intermedjarji;
-  45 litru nbid (inkluż massimu ta' 30 litru nbid ifexfex);
-  55 litru birra.
Emenda 49
Proposta għal direttiva
Artikolu 30 – paragrafu 2 b (ġdid)
2b.  L-Istati Membri jistgħu wkoll jipprovdu sabiex is-sisa ssir pagabbli fl-Istat Membru tal-konsum fir-rigward tax-xiri ta' żjut minerali li jkunu diġà ġew rilaxxati għall-konsum fi Stat Membru ieħor jekk dawk il-prodotti jkunu ġew trasportati b'modi ta' trasport mhux tipiċi minn persuni privati jew għalihom. Il-moviment mhux tipiku jista' jinkludi l-moviment ta" fjuwils f'kontenituri li mhumiex it-tank tal-vettura jew kontenitur ta" riserva adegwat kif ukoll il-moviment ta" prodotti likwidi għat-tisħin b'modi oħra barra fi trakkijiet għall-ġarr tal-fjuwil użati għal intraprendista kummerċjali.
Emenda 50
Proposta għal direttiva
Artikolu 34 – paragrafu 4 – punt a
(a) jirreġistra l-identità tiegħu ma" l-awtoritajiet fiskali ta" l-Istat Membru minn fejn jintbagħtu l-oġġetti tas-sisa;
(a) jirreġistra l-identità tiegħu ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru minn fejn jintbagħtu l-oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa u jikseb dokument ta" identifikazzjoni mingħand dawk l-awtoritajiet fiskali;
Emendi 51 u 52
Proposta għal direttiva
Artikolu 37
1.  Bla ħsara għall-Artikolu 7(1), l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-oġġetti tas-sisa jkollhom marki fiskali jew marki ta" identifikazzjoni nazzjonali użati għal skopijiet fiskali fil-ħin li jkunu rilaxxati għall-konsum fit-territorju tagħhom, jew, fil-każijiet ipprovduti fl-Artikolu 31(1), l-ewwel subparagrafu, u fl-Artikolu 34(1), meta jidħlu fit-territorju tagħhom.
1.  Bla ħsara għall-Artikolu 7(1), l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa jkollhom marki fiskali, marki ta" identifikazzjoni nazzjonali jew kwalunkwe forma oħra ta' marka tas-serje jew tal-awtentikazzjoni użati għal skopijiet fiskali fil-ħin li jkunu rilaxxati għall-konsum fit-territorju tagħhom, jew, fil-każijiet ipprovduti fl-Artikolu 31(1), l-ewwel subparagrafu, u fl-Artikolu 34(1), meta jidħlu fit-territorju tagħhom.
2.  Kwalunkwe Stat Membru li jirrikjedi l-użu ta" marki fiskali jew ta" marki ta" identifikazzjoni nazzjonali kif stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun meħtieġ li jagħmilhom disponibbli għall-magazzinieri awtorizzati ta" l-Istati Membri l-oħra.
2.  Kwalunkwe Stat Membru li jirrikjedi l-użu ta" marki fiskali, ta" marki ta" identifikazzjoni nazzjonali jew ta' kwalunkwe forma oħra ta' marka tas-serje jew tal-awtentikazzjoni kif stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun meħtieġ li jagħmilhom disponibbli għall-magazzinieri awtorizzati ta" l-Istati Membri l-oħra.
3.  Bla ħsara għal kwanlunkwe dispożizzjonijiet li huma jistgħu jistabbilixxu sabiex jiżguraw li dan l-Artikolu jiġi implimentat kif xieraq u biex jipprevjenu kwalunkwe frodi, evażjoni jew abbuż, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-marki ma joħolqux ostakli għall-moviment ħieles ta" l-oġġetti tas-sisa.
3.  Bla ħsara għal kwanlunkwe dispożizzjonijiet li huma jistgħu jistabbilixxu sabiex jiżguraw li dan l-Artikolu jiġi implimentat kif xieraq u biex jipprevjenu kwalunkwe frodi, evażjoni jew abbuż, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-marki ma joħolqux ostakli għall-moviment ħieles ta" l-oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa.
Meta dawn il-marki jsiru fuq oġġetti tas-sisa, kwalunkwe ammont imħallas jew garantit biex jinkisbu dawn il-marki għandu jiġi rimborżat, rimess jew rilaxxat mill-Istat Membru li jkun ħariġhom jekk id-dazju tas-sisa jkun sar ponibbli u nġabar minn Stat Membru ieħor.
Meta dawn il-marki jsiru fuq oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa, kwalunkwe ammont imħallas jew garantit biex jinkisbu dawn il-marki għandu jiġi rimborżat, rimess jew rilaxxat mill-Istat Membru li jkun ħariġhom jekk id-dazju tas-sisa jkun sar pagabbli u nġabar minn Stat Membru ieħor.
L-Istat Membru li jkun ħareġ il-marki jista" madankollu jagħmel ir-rimborż, ir-remissjoni jew ir-rilaxx tal-ammont imħallas jew garantit suġġett għall-evidenza li dawk il-marki jkunu tneħħew jew inqerdu.
4.  Il-marki fiskali jew il-marki ta" identifikazzjoni skond it-tifsira tal-paragrafu 1 għandom ikunu validi fl-Istat Membru li jkun ħariġhom. Madankollu, jista" jkun hemm rikonoxximent reċiproku ta" dawn il-marki bejn l-Istati Membri.
4.  Il-marki fiskali, il-marki ta" identifikazzjoni nazzjonali jew kwalunkwe forma oħra ta' marka tas-serje jew tal-awtentikazzjoni skond it-tifsira tal-paragrafu 1 għandom ikunu validi fl-Istat Membru li jkun ħariġhom. Madankollu, jista" jkun hemm rikonoxximent reċiproku ta" dawn il-marki bejn l-Istati Membri.
Emenda 53
Proposta għal direttiva
Artikolu 39
Sakemm il-Kunsill jadotta dispożizzjonijiet tal-Komunità dwar l-imħażen għad-dgħajjes u l-ajruplani, l-Istati Membri jistgħu jżommu d-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom fuq is-suġġett.
Sakemm il-Kunsill jadotta dispożizzjonijiet tal-Komunità dwar l-imħażen għad-dgħajjes u l-ajruplani, l-Istati Membri jistgħu jżommu d-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom fuq is-suġġett. Dawk id-dispożizzjonijiet nazzjonali jridu jiġu mgħarrfa lill-Istati Membri l-oħra ħalli l-operaturi ekonomiċi tagħhom ikunu jistgħu jibbenefikaw minnhom.

Programm għall-konsum tal-frott fl-iskejjel *
PDF 439kWORD 118k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Novembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar tal-politika agrikola komuni u (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) biex tiġi stabbilita Skema ta' Frott għall-Iskejjel (COM(2008)0442 – C6-0315/2008 – 2008/0146(CNS))
P6_TA(2008)0542A6-0391/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0442),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skond liema l-Kunsill ikkonsulta l-Parlament (C6-0315/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Biedja u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0391/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tibdel il-proposta tagħha kif meħtieġ, b'konformità mal-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinnotifika lill-Parlament jekk ikun biħsiebu jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jikkonsulta mal-Parlament mill-ġdid jekk biħsiebu jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 2
(2)  L-għanijiet tal-PAK preskritti fl-Artikolu 33 tat-Trattat jinkludu l-istabilizzazzjoni tas-swieq, l-assigurazzjoni tad-disponibbilità tal-provvisti u l-iżgurar li l-provvisti jilħqu lill-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli. Il-forniment ta' l-għajnuna tal-Komunità fil-kuntest ta" Skema tal-Frott għall-Iskejjel li tipprovdi frott, tal-ħaxix u tal-banana lill-istudenti fl-istabbilimenti edukattivi jilħaq dawn l-għanijiet. Barra minn hekk, l-Iskema għandha ġġiegħel konsumaturi żgħar japprezzaw il-frott u l-ħxejjex u għalhekk għandha żżid il-konsum għall-ġejjieni permezz tad-dħul mill-promozzjoni fl-agrikoltura, huwa wieħed mill-għanijiet tal-PAK ukoll. Mhux biss, skond l-Artikolu 35(b) tat-Trattat, jista" jsir provvediment għal azzjonjiet konġunti fil-qafas tal-politika agrikola komuni, bħal per eżempju Skema ta' Frott għall-Iskejjel, sabiex tippromwovi l-konsum ta' ċerti prodotti.
(2)  L-għanijiet tal-PAK preskritti fl-Artikolu 33 tat-Trattat jinkludu l-istabilizzazzjoni tas-swieq, l-assigurazzjoni tad-disponibbilità tal-provvisti u l-iżgurar li l-provvisti jilħqu lill-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli. Il-forniment tal-għajnuna tal-Komunità fil-kuntest ta" Skema tal-Frott għall-Iskejjel li tipprovdi frott u ħaxix u banana u prodotti tagħhom ta" oriġini fl-UE, li għandhom ikunu l-iktar friski possibbli, staġonali u li jistgħu jinkisbu bi prezz baxx, lill-istudenti fl-istabbilimenti edukattivi jilħaq dawn l-għanijiet. Kif jitlob l-prinċipju ta" sussidjarjetà, l-Istati Membri, meta jkunu qed jiddeterminaw il-grupp fil-mira, għandhom jingħataw biżżejjed flessibilità li tippermettilhom, filwaqt li jżommu mal-bżonnijiet tagħhom, li jfornu frott tal-iskejjel lill-ikbar ċirku wiesa" possibbli ta" utenti. Barra minn hekk, l-Iskema għandha ġġiegħel lill-konsumaturi żgħar japprezzaw il-frott u l-ħxejjex u għalhekk għandu jkollha effett pożittiv għoli fuq is-saħħa pubblika u fil-ġlieda kontra l-faqar tat-tfal, iżżid il-konsum tal-ġejjieni, għandha toħloq effett multiplikatur billi tinvovli lill-istudenti, lill-ġenituri u lill-għalliema, biex b'hekk ikollha effett notevolment pożittiv fuq is-saħħa pubblika u tippromwovi d-dħul fl-agrikoltura, li huwa wkoll wieħed mill-għanijiet tal-PAK║. Barra minn dan, skont l-Artikolu 35(b) tat-Trattat, tista" ssir dispożizzjoni għal azzjonijiet konġunti fil-qafas tal-politika agrikola komuni, bħal per eżempju Skema ta' Frott għall-Iskejjel, sabiex tippromwovi l-konsum ta' ċerti prodotti, li għandha tkun akkumpanjata bil-fattur addizzjonali tal-edukazzjoni dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa, u li tinkoraġġixxi u tistimula l-produtturi reġjonali, b'mod partikolari dawk tar-reġjuni muntanjużi.
Emenda 2
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 2 a (ġdida)
(2a)  L-Iskema Frott għall-Iskejjel għandha tkun identifikata bħala inizjattiva tal-UE li għandha l-għan li tiġġieled l-obeżità fost it-tfal u tiżviluppa t-togħma tagħhom għal frott u ħaxix frisk. Hija għandha sservi wkoll, bl-għajnuna ta" programmi edukattivi xierqa, biex tagħmel lit-tfal konxji tat-tibdil tal-istaġuni matul is-sena. Għal dak l-iskop, l-awtoritajiet edukattivi għandhom, bħala prijorità, jiżguraw li jitqasam frott staġjonali, filwaqt li jagħtu preferenza għal varjetà vasta ta" frott sabiex it-tfal ikunu jistgħu jiskopru togħmiet differenti.
Emenda 3
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 3
(3)  Barra dan, l-Artikolu 152(1) tat-Trattat jesiġi li "Livell għoli ta" ħarsien tas-saħħa umana għandu jkun assigurat fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta" l-istrateġiji u l-attivitajiet kollha Komunitarji." Il-benefiċċji għas-saħħa ċari ta' l-Iskema ta' Frott għall-Iskejjel huma aspetti li għandhom jiġu integrati fl-implimentazzjoni tal-PAK.
(3)  Barra dan, l-Artikolu 152(1) tat-Trattat jesiġi li "Livell għoli ta" ħarsien tas-saħħa umana għandu jkun assigurat fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-attivitajiet kollha Komunitarji." Il-benefiċċji għas-saħħa ċari tal-Iskema ta' Frott għall-Iskejjel huma aspetti li għandhom jiġu integrati fl-implimentazzjoni tal-politika tal-UE in ġenerali u fil-PAK, b'mod partikulari.
Emenda 4
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 3 a (ġdida)
(3a)  Il-Pjan ta" Azzjoni Ewropew għall-Ikel u l- Biedja Organiċi jipproponi t-tnedija ta" kampanja informattiva u promozzjonali, plurijennali u madwar l-UE kollha biex tinforma l-iskejjel dwar il-vantaġġi tal-biedja organika u biex iżżid il-kuxjenza pubblika u l-għarfien għal prodotti organiċi, inkluż l-għarfien tal-logo tal-UE. L-Iskema ta' Frott għall-Iskejjel għandha tappoġġja dawn l-objettivi, b'mod partikolari rigward il-frott organiku, u miżuri ta" akkumpanjament għandhom jinkludu l-forniment ta" informazzjoni dwar biedja organika.
Emenda 5
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 6
(6)  Għalhekk jeħtieġ li jsir provvediment għal għajnuna tal-Komunità biex tikkofinanzja l-provvista lill-istudenti fi stabbilimenti edukattivi ta' ċerti prodotti għas-saħħa tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex, frott u ħaxix ipproċessat u tal-banana u wkoll għal ċerti spejjeż relatati mal-loġistika, tqassim, tagħmir, komunikazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta' l-Iskema.
(6)  Għalhekk jeħtieġ li jsir provvediment għal għajnuna tal-Komunità biex tiffinanzja l-provvista lill-istudenti fi stabbilimenti edukattivi ta' ċerti prodotti tajbin għas-saħħa tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex, u tal-banana u wkoll għal ċerti spejjeż relatati mal-loġistika, tqassim, tagħmir, komunikazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni, kif ukoll għall-miżuri ta" akkumpanjament meħtieġa biex tkun żgurata l-effettività tal-Iskema. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-Iskema. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għar-rekwiżiti tal-kwalità u s-sostenibilità tal-prodotti koperti mill-Iskema: huma għandhom jilħqu l-ogħla standards u għandhom, preferibbilment, ikunu staġjonali u prodotti lokalment fejn possibbli, jew fl-UE.
Emenda 6
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 7
(7)  Sabiex jiżguraw implimentazzjoni ordnata ta' l-Iskema ta' Frott għall-iskejjel, l-Istati Membri, fuq livell nazzjonali jew reġjonali, li jixtiequ jagħmlu użu minnha għandhom iħejju strateġija minn qabel. Għandhom jipprovdu wkoll azzjonijiet komplimentari rekwiżiti biex jagħmlu l-iskema effettiva.
(7)  Sabiex jiżguraw implimentazzjoni ordnata tal-Iskema ta' Frott għall-iskejjel, l-Istati Membri, fuq livell nazzjonali jew reġjonali, li jixtiequ jagħmlu użu minnha għandhom iħejju strateġija minn qabel, anke fil-qasam ta" edukazzjoni għall-gruppi mmirati. Għandhom jipprovdu wkoll għal miżuri edukattivi u loġistiċi komplimentari li huma meħtieġa biex jagħmlu l-iskema effettiva, u l-Kummissjoni għandha tipprovdi linji gwida għall-implimentazzjoni ta" dan ir-Regolament. L-Istati Membri jistgħu jinkorporaw dawn il-miżuri b'mod edukattiv f'pakketti tat-tagħlim fl-iskejjel dwar is-saħħa u n-nutrizzjoni.
Emenda 7
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 8
(8)  Sabiex l-impatt globali ta' azzjonijiet nazzjonali simili ma jkunux limitati, l-Istati Membri għandhom ukoll jitħallew jagħtu għajnuna addizzjonali għall-provvista tal-prodotti u l-ispejjeż relatati u l-miżuri ta" akkumpanjament u l-Iskema ta' Frott għall-Iskejjel fil-Komunità għandha tkun bla preġudizzju lil kwalunkwe skema nazzjonali separata ta' frott għall-iskejjel separata li tirrispetta l-liġi tal-Komunità. Madankollu, sabiex ikun żgurat effett prattiku ta" l-Iskema tal-Komunità, ma għandhiex tissostitwixxi l-iffinanzjar preżenti għall-Iskema ta' Frott għall-Iskejjel nazzjonali eżistenti jew skemi oħra ta' tqassim fl-iskejjel li jinkludu l-frott.
(8)  Sabiex l-impatt globali ta' azzjonijiet nazzjonali simili ma jkunux limitati, l-Istati Membri għandhom ukoll jitħeġġu biex jagħtu għajnuna addizzjonali għall-provvista tal-prodotti u l-ispejjeż relatati u l-miżuri ta" akkumpanjament u l-Iskema ta' Frott għall-Iskejjel fil-Komunità għandha tkun bla ħsara għal kwalunkwe skema nazzjonali separata ta' frott għall-iskejjel separata li tirrispetta l-liġi tal-Komunità. Madankollu, sabiex ikun żgurat effett prattiku tal-Iskema tal-Komunità, ma għandhiex tissostitwixxi l-finanzjament nazzjonali attwali għall-Iskema ta' Frott għall-Iskejjel pluriennali eżistenti jew skemi oħra ta' tqassim fl-iskejjel li jinkludu l-frott. Il-finanzjament tal-Komunità għandu jkun ta" natura supplimentari u huwa riservat għal skemi ġodda jew għall-estensjoni ta" skemi eżistenti.
Emenda 8
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 9
(9)  Sabiex tiġi żgurata amministrazzjoni baġitarja soda, għandhon jiġu provduti limiti fissi ta' għajnuna tal-Komunità u rati massimi ta' kofinanzjament u l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-iskema għandha tiżdied mal-lista ta' azzjonijiet eliġibbli għall-iffinanzjar ta' l-EAGF stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni.
(9)  Sabiex tiġi żgurata amministrazzjoni baġitarja soda, għandhom jiġu provduti limiti fissi ta' għajnuna tal-Komunità u rati massimi ta' kofinanzjament u l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għall-iskema għandha tiżdied mal-lista ta' azzjonijiet eliġibbli għall-finanzjament tal-EAGF stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni. Jekk Stat Membru wieħed jew iktar ma jiħdux finanzjament Komunitarju, il-fondi jistgħu jiġu trasferiti u użati fi Stati Membri oħrajn.
Emenda 9
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 10
(10)  Sabiex tippermetti żmien għall-implimentazzjoni bla xkiel ta' l-Iskema, din għandha tapplika mis-sena skolastika 2009/10. Għandu jintbagħat rapport dwarha wara tliet snin.
(10)  Sabiex tippermetti żmien għall-implimentazzjoni bla xkiel tal-Iskema, din għandha tapplika mis-sena skolastika 2009/10. L-Istati Membri għandhom jagħmlu evalwazzjoni annwali tal-implimentazzjoni u tal-impatt tal-programm u l-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill wara tliet snin. Minħabba li programm għal tul ta" żmien twil biss se jħalli benefiċċji fit-tul, hemm bżonn li jiġu żgurati l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm sabiex titkejjel l-effettività tiegħu u jkun jista" jiġi propost titjib possibbli.
Emenda 10
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 11
(11)  Sabiex tagħmel l-iskema aktar effiċjenti, il-Komunità għandha tkun kapaċi tiffinanzja l-azzjonijiet ta' informazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni, u ta' netwerking relatati ma' l-Iskema ta' Frott għall-Iskejjel u l-għanijiet tagħha, mingħajr ħsara għas-setgħat tagħha li tikkofinanzja, fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 tas-17 ta' Diċembru 2007 dwar azzjonijiet ta' tixrid ta' informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi miżuri neċessarji ta" akkumpanjament biex jitrawwem għarfien dwar l-effetti pożittivi għas-saħħa mill-konsum ta' frott u ħxejjex.
(11)  Sabiex tagħmel l-iskema aktar effiċjenti, il-Komunità għandha tkun kapaċi tiffinanzja l-azzjonijiet ta' informazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni, u ta' netwerking relatati mal-Iskema ta' Frott għall-Iskejjel u l-għanijiet tagħha, bla ħsara għas-setgħat tagħha li tikkofinanzja, fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 tas-17 ta' Diċembru 2007 dwar azzjonijiet ta' tixrid ta' informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi miżuri neċessarji ta" akkumpanjament biex jitrawwem għarfien dwar l-effetti pożittivi għas-saħħa mill-konsum ta' frott u ħxejjex. Ikun essenzjali li l-Kummissjoni tagħmel kampanja pubbliċitarja kbira għall-Iskema mal-UE kollha.
Emenda 13
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 2 - punt 1 - punt a
Regolament (KE) Nru 1234/2007
Artikolu 103ga - Paragrafu 1
1.  Skond kundizzjonijiet li għad iridu jiġu determinati mill-Kummissjoni, mis-sena skolastika 2009/10, għandha tingħata għajnuna mill-Komunijtà għall-provvisti lill-istudenti fl-istabbilimenti edukattivi ta' ċerti prodotti mis-setturi tal-frott u ħxejjex u tal-banana li għad iridu jiġu determinati mill-Kummissjoni u jistgħu jingħataw ukoll għal ċerti spejjeż relatati mal-loġistika, tqassim, tagħmir, komunikazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni.
1.  Skont kundizzjonijiet li għad iridu jiġu determinati mill-Kummissjoni, mis-sena skolastika 2009/10, għandha tingħata għajnuna mill-Komunijtà għall-forniment lill-istudenti fl-istabbilimenti edukattivi u ta" qabel l-iskola ta' ċerti prodotti mis-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-banana ta' oriġini fl-UE, li għandhom ikunu magħżulin mill-Kummissjoni u determinati f'aktar dettall mill-Istati Membri, u għandhom jingħataw ukoll għal ċerti spejjeż relatati mal-loġistika, tqassim, tagħmir, komunikazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni, kif ukoll għal għanijiet ta" finanzjament tal-miżuri kumplimentari meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-Iskema.
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħżlu frott u ħxejjex, li għandhom ikunu friski kemm jista" jkun, staġonali u jistgħu jinxtraw bi prezz baxx, abbażi ta" kriterji tas-saħħa, pereżempju l-anqas ammont possibbli ta" addittivi mhux naturali u ħżiena għas-saħħa.
Prodotti lokali għandhom jintużaw bħala prijorità sabiex jiġu evitati t-trasport bla bżonn u t-tniġġis ambjentali li jirriżulta.
Il-frott u l-ħxejjex organiċi u lokali, jekk ikunu disponibbli, għandhom jingħataw kunsiderazzjoni partikulari.
Emenda 14
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1 – punt a
Regolament (KE) nru 1234/2007
Artikolu 103ga – Paragrafu 2
2.  L-Istati Membri, fuq livell nazzjonali jew reġjonali, li jixtiequ jipparteċipaw fl-iskema għandhom iħejju strateġija minn qabel għall-implimentazzjoni tagħha. Għandhom jipprovdu wkoll azzjonijiet komplimentari neċessarji biex jagħmlu l-iskema effettiva.
2.  L-Istati Membri, fuq livell nazzjonali jew reġjonali, li jixtiequ jipparteċipaw fl-iskema għandhom iħejju strateġija minn qabel għall-implimentazzjoni, filwaqt li jqisu l-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima li jiġu prodotti fihom il-frott u l-ħxejjex. B'rabta ma" dan, għandha tiġi żgurata l-preferenza Komunitarja tal-prodotti kkonċernati. Dawn l-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll ir-riżorsi finanzjarji Komunitarji u nazzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni u għandhom iwettqu l-miżuri komplimentari neċessarji biex jagħmlu l-iskema effettiva, bi prijorità mogħtija lit-tfal ta" qabel l-iskola u dawk fl-iskejjel primarji, li għalihom il-frott għandu jitqassam b'xejn kuljum.
Fi ħdan din l-Istrateġija, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw, inter alia, dan li ġej:
- il-prodotti li jridu jitqassmu, filwaqt li titqies ix-xorta staġjonali u lokali tal-prodotti;
- l-gruppi tal-età tal-popolazzjoni skolastika li se jibbenefikaw;
- l-istabbilimenti edukattivi li jkunu qed jipparteċipaw fl-Iskema.
Skond kriterji objettivi, l-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità lil frott u ħxejjex prodotti lokalment u tradizzjonali u jappoġġjaw l-irziezet iż-żgħar fl-implimentazzjoni tal-iskema.
Il-miżuri kumplimentari għandhom jinkludu l-għoti ta" pariri dwar is-saħħa u d-dieta u informazzjoni dwar il-benefiċċju tal-frott għas-saħħa, adattati għall-età tal-istudenti, kif ukoll informazzjoni dwar karatteristiċi partikolari tal-biedja organika.
Emenda 15
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1 – sottopunt 1
Regolament (KE) nru 1234/2007
Artikolu 103g a – Punt 3 – ittra a
(a) taqbeż EUR 90 miljun kull sena skolastika,
(a) taqbeż EUR 500 miljun kull sena skolastika,
Emenda 16
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1 – sottopunt 1
Regolament (KE) nru 1234/2007
Artikolu 103ga – Punt 3(b)
b) taqbeż il-50% ta' l-ispejjeż tal-provvista u ta' l-ispejjeż relatati kif imsemmi fil-paragrafu 1, jew 75% ta' dawn l-ispejjeż fir-reġjuni eliġibbli skond l-Għan ta' Konverġenza,
b) taqbeż l-ispejjeż tal-provvista u spejjeż relatati u dawk tal-miżuri kumplimentari kif imsemmi fil-paragrafu 1,
Emenda 17
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1 – sottopunt a
Regolament (KE) nru 1234/2007
Artikolu 103ga – paragrafu 3 - punt c
c) tkopri spejjeż oħra apparti l-ispejjeż tal-provvista kif imsemmi fil-paragrafu 1, u
c) tkopri spejjeż oħra apparti l-ispejjeż tal-provvista u spejjeż relatati u dawk tal-miżuri kumplimentari meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-Iskema, kif imsemmi fil-paragrafu 1, u
Emenda 18
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1 – sottopunt a
Regolament (KE) nru 1234/2007
Artikolu 103g – paragrafu 3 - punt d
(d) tintuża biex tissostitwixxi l-iffinanzjar preżenti għal kwalunkwe skema ta' frott għall-iskejjel nazzjonali eżistenzjali jew skemi oħra ta' tqassim fl-iskejjel li jinkludu l-frott.
(d) tintuża biex tissostitwixxi l-finanzjament pubbliku attwali għal kwalunkwe skema ta' frott għall-iskejjel nazzjonali eżistenzjali jew skemi oħra ta' tqassim fl-iskejjel li jinkludu l-frott.
Emenda 19
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1 – sottopunt a
Regolament (KE) nru 1234/2007
Artikolu 103ga – paragrafu 5
5.  L-iskema ta' frott għall-iskejjel tal-Komunità għandha tkun bla preġudizzju għal kwalunkwe skema ta' frott għall-iskejjel nazzjonali eżistenti li jirrispettaw il-liġi tal-Komunità.
5.  L-iskema ta' frott għall-iskejjel tal-Komunità għandha tkun bla ħsara għal kwalunkwe skema ta' frott għall-iskejjel nazzjonali eżistenti li jirrispettaw il-liġi tal-Komunità. Il-proġetti pilota, imwettqa fuq bażi esperimentali f'numru żgħir ta" stabbilimenti edukattivi għal perjodi limitati ta" żmien, m'għandhomx jitqiesu bħala skemi nazzjonali taħt il-paragrafu 3(d).
Emenda 21
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 3
Regolament (KE) nru 1234/2007
Artikolu 184 – Punt 6
(6) qabel il-31 ta' Awissu 2012 lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' l-Iskema ta' Frott għall-Iskejjel preskritta fl-Artikolu 103ga, akkumpanjat, jekk meħtieġ, bi proposti xierqa. Ir-rapport għandu partikularment jindirizza il-kwistjonijiet ta' vastità li biha l-iskema ppromwoviet l-istabbiliment ta' skema ta' frott għall-iskejjel li jiffunzjonaw tajjeb fl-Istati Membri u l-impatt ta' l-Iskema fuq it-titjib ta' l-abitudnijiet ta' l-ikel tat-tfal".
(6) qabel il-31 ta' Awissu 2012 lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Iskema ta' Frott għall-Iskejjel preskritta fl-Artikolu 103ga, akkumpanjat, jekk meħtieġ, bi proposti xierqa. Ir-rapport għandu partikularment jindirizza il-kwistjonijiet ta':
- il-limitu sa fejn l-iskema ppromwoviet l-istabbiliment ta' skema ta' frott għall-iskejjel li jiffunzjonaw tajjeb fl-Istati Membri u l-impatt tal-Iskema fuq it-titjib tad-drawwiet tal-ikel tat-tfal;
- il-limitu sa fejn l-għażla ta" kofinanzjament nazzjonali, permezz ta" kontribuzzjoni parentali, tkun influwenzat jew le il-firxa u l-effettività tal-iskema;
- ir-rilevanza u l-impatt ta" miżuri nazzjonali kumplimentari, b'mod partikolari l-mod ta" kif l-Iskema ta" Frott fl-Iskejjel u l-informazzjoni kumplimentari dwar dieta tajba għas-saħħa ġew inkorporati fil-kurrikulu nazzjonali;

L-EMU@10: L-ewwel għaxar snin tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-isfidi għall-ġejjieni
PDF 474kWORD 148k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Novembru 2008 dwar l-EMU@10: L-ewwel għaxar snin tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-isfidi għall-ġejjieni (2008/2156(INI))
P6_TA(2008)0543A6-0420/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-7 ta" Mejju 2008 dwar l-EMU@10: suċċessi u sfidi wara 10 snin mill-Unjoni Ekonomika u Monetarja (COM(2008)0238) (Komunikazzjoni dwar l-EMU@10),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta" Ġunju 2008 dwar il-Finanzi Pubbliċi fl-EMU – 2008 (COM(2008)0387),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta" Ottubru 2008, bit-titolu "Minn kriżi finanzjarja għal irkupru: Qafas Ewropew għall-azzjoni" (COM(2008)0706),

–   wara li kkunsidra t-tbassir ekonomiku tal-Kummissjoni għall-ħarifa 2008, tat-3 ta" Novembru 2008,

–   wara li kkunsidra l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-15 u s-16 ta" Ottubru 2008,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta" Ottubru 2008 dwar il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tal-15 u s-16 ta" Ottubru 2008(1),

–   wara li kkunsidra s-samit ta" emerġenza tal-Grupp tal-Euro tat-12 ta" Ottubru 2008 dwar garanziji governattivi għas-self bejn il-banek,

–   wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill tal-4 ta" Novembru 2008,

–   wara li kkunsidra r-riżultat tal-laqgħa informali tal-Kapijiet tal-Istati u tal-Gvernijiet tas-7 ta" Novembru 2008,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta" Novembru 2006 dwar ir-Rapport Annwali għall-2006 dwar iz-zona ta' l-euro(2),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta" Lulju 2007 dwar ir-Rapport Annwali għall-2007 dwar iz-zona ta' l-euro(3),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta" Frar 2008 dwar il-kontribut għall-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa 2008 rigward l-Istrateġija ta' Liżbona(4),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta" Novembru 2007 dwar l-interess Ewropew: suċċess fl-epoka tal-globalizzazzjoni(5),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta" Frar 2007 dwar is-Sitwazzjoni tal-Ekonomija Ewropea: Rapport preparatorju dwar il-linji gwida wesgħin għall-politika ekonomika għall-2007(6),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta" Frar 2005 dwar il-Finanzi Pubbliċi fl-EMU - 2004(7),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta" April 2007 dwar il-Finanzi Pubbliċi fl-EMU 2006(8),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta" Lulju 2008 dwar ir-Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-2007(9),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta" Ġunju 2006 dwar it-tkabbir taz-zona tal-ewro(10),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta" Ġunju 2007 dwar it-titjib tal-proċess ta' konsultazzjoni tal-Parlament Ewropew fil-proċeduri ta' tkabbir ulterjuri taz-zona ta" l-euro(11),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-17 ta" Ġunju 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni mis-Slovakkja tal-munita unika fl-1 ta' Jannar 2009(12),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta" Marzu 2006 dwar ir-reviżjoni strateġika tal-Fond Monetarju Internazzjonali(13),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta" Lulju 2005 dwar l-implimentazzjoni ta" strateġija ta" komunikazzjoni u ta" informazzjoni dwar l-ewro u l-Unjoni Ekonomika u Monetarja(14),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta" Settembru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-Fondi Spekulattivi u l-kapital privat(15),

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill Ewropew tat-13 ta" Diċembru 1997 dwar il-koordinazzjoni tal-politika ekonomika fl-Istadju III tal-EMU u dwar l-Artikoli 109 u 109b tat-Trattat KE(16),

–   wara li kkunsidra l-kontribut mill-Kunsill (ECOFIN) tat-12 ta" Frar 2008 għall-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa,

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta" Ottubru 2008 dwar rispons koordinat tal-UE għat-tnaqqis ekonomiku,

–   wara li kkunsidra l-Memorandum ta" Ftehim tal-1 ta" Ġunju 2008 dwar il-Koperazzjoni bejn l-Awtoritajiet ta" Sorveljanza Finanzjarja, il-Banek Ċentrali u l-Ministri tal-Finanzi tal-Unjoni Ewropea dwar l-Istabilità Finanzjarja Transkonfinali,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A6-0420/2008),

A.   billi fl-1 ta" Jannar 1999 ħdax-il Stat Membru – il-Belġju, il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Olanda, l-Awstrija, il-Portugall u l-Finlandja – adottaw il-munita waħda tal-Unjoni Ewropea,

B.   billi sa minn dak iż-żmien, erba" Stati Membri oħra ngħaqdu maż-żona tal-euro: il-Greċja fl-2001, is-Slovenja fl-2007, u Ċipru u Malta fl-2008,

C.   billi ż-żona tal-euro għad trid tikber aktar hekk kif il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri li attwalment mhumiex parti miż-żona tal-euro qed iħejju biex jingħaqdu f'xi żmien fil-ġejjieni, u billi l-Islovakkja se tissieħeb fiż-żona tal-euro fl-1 ta" Jannar 2009,

D.   billi l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (EMU) kienet suċċess f'ħafna modi, filwaqt li l-munita waħda saħħet l-istabilità ekonomika tal-Istati Membri b'mod partikulari fid-dawl tal-kriżi finanzjarja attwali,

E.   billi l-adeżjoni maż-żona tal-euro tfisser livell għoli ta" interdipendenza ekonomika bejn l-Istati Membri involuti u għalhekk tirrikjedi koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-politika ekonomika u sehem effettiv fil-governanza ekonomika u finanzjarja dinjija sabiex wieħed jibbenefika bis-sħiħ mill-munita waħda u sabiex ikunu affrontati l-isfidi tal-ġejjieni, bħal aktar kompetizzjoni għar-riżorsi naturali, l-iżbilanċi ekonomiċi dinjija, l-importanza ekonomika li qed tikber tas-swieq li qed jitfaċċaw, it-tibdil fil-klima u l-fatt li l-popolazzjoni fl-Ewropa qed tixjieħ,

F.   billi l-inflazzjoni medja matul l-ewwel għaxar snin taż-żona tal-euro b'mod ġenerali mxiet mal-objettiv tal-BĊE għall-istabilità tal-prezzijiet li kien joqrob għal, iżda anqas minn, 2%; billi reċentement l-inflazzjoni qabżet sew dan il-livell minħabba bidliet strutturali globali, b'mod partikulari fir-rigward taż-żidiet tal-prezzijiet tal-enerġija u tal-ikel, l-illaxkar tal-politika monetarja fl-Istati Uniti ta" l-Amerika, kif ukoll in-nuqqas ta" viġilanza minn għadd ta" banek ċentrali ta" pajjiżi terzi,

G.   billi t-talba, li qed tikber b'rata mgħaġġla, minn ekonomiji emerġenti għall-enerġija u prodotti bażiċi oħra skarsi imbuttat il-provvista progressivament sal-limiti tal-kapaċità; u billi l-pressjoni li qed tgħolli l-prezzijiet ġiet aggravata minħabba l-fatt li l-prodotti bażiċi qed jitqiesu dejjem aktar bħala assi finanzjarji, tant li jistgħu jintużaw bħala ħażna ta' valur,

H.   billi l-versatilità taż-żona tal-euro hi milqugħa tajjeb u l-valur tal-euro, li bħalissa qed jogħla, jista' jkollu kemm effetti negattivi, pereżempju billi jaffettwa ħażin l-esportazzjoni u jħajjar l-importazzjoni fis-suq intern, kif ukoll effetti pożittivi, billi jgħin lill-ekonomija Ewropea taffronta ż-żieda drammatika fil-prezz taż-żejt u l-kriżi finanzjarja attwali,

I.   billi l-ambjent ekonomiku globali kien favorevoli għall-ħolqien tal-impjiegi matul l-ewwel għaxar snin tal-euro, bil-ħolqien ta" kważi 16-il miljun impjieg, bla ma wieħed iqis il-kwalità tal-impjiegi maħluqa, u filwaqt li r-rata tal-qgħad naqset minn 9% fl-1999 għal madwar 7.3 % jew aktar fl-2008,

J.   billi l-Unjoni Ewropea dieħla fi tnaqqis ekonomiku b'rati ta" tkabbir li qed jonqsu minn 3.1% fl-2006 għal rata mbassra ta" 2 sa 1,4 % fl-2008 u 0,2 % fl-2009, filwaqt li l-qgħad u l-esklużjoni soċjali se jkomplu jikbru aktar,

K.   billi t-tkabbir ekonomiku u ż-żieda tal-produttività kienu diżappuntanti, u ż-żieda fil-produzzjoni għal kull ħaddiem naqset bin-nofs minn 1.5% matul il-perjodu mill-1989 sal-1998 għal madwar 0.75% matul il-perjodu mill-1999 sal-2008,

L.   billi l-euro malajr sar it-tieni munita internazzjonali l-aktar importanti wara d-dollaru Amerikan, u billi l-euro għandu rwol importanti bħala munita ta" referenza għal ħafna pajjiżi fid-dinja; billi, madankollu, il-potenzjal tal-euro mhux qed jiġi sfruttat biżżejjed fuq il-livell globali, billi ż-żona tal-euro m'għandhiex strateġija definita kif xieraq, u lanqas m'għandha rappreżentanza internazzjonali effettiva,

L-ewwel għaxar snin tal-euro

1.  Huwa tal-fehma li l-munita waħda saret simbolu tal-Ewropa u wriet li l-Ewropa kapaċi tieħu deċiżjonijiet importanti għal ġejjieni komuni u prosperu;

2.  Jilqa" b'sodisfazzjon il-fatt li l-euro ġab stabilità u rawwem l-integrazzjoni ekonomika fiż-żona tal-euro; jilqa" l-effetti ta" stabilizzazzjoni li għandu l-euro fuq is-swieq dinjija tal-kambju, b'mod speċjali fi żminijiet ta" kriżi; jinnota li d-differenzi ekonomiċi interni għadhom ma naqsux bħalma kien mistenni u l-produttività ma żviluppatx b'mod sodisfaċenti fl-inħawi kollha taż-żona tal-euro;

3.  Jinnota b'sodisfazzjon li qed jiġi kkunsidrat il-ħolqien ta" unjonijiet monetarji oħra f'partijiet oħra tad-dinja;

4.  Ifakkar ir-rabta essenzjali li hemm bejn il-politika monetarja u l-politika kummerċjali fil-livell globali, kif juru bosta studji, u f'dan ir-rigward jisħaq dwar l-irwol pożittiv tal-istabilità tar-rati tal-kambju biex ikun żgurat li l-kummerċ internazzjonali jikber b'mod sostenibbli;

5.  Isemmi li ż-żieda fl-użu tal-euro bħala munita għall-kummerċ internazzjonali hija ta" benefiċċju għall-Istati Membri taż-żona tal-euro b'mod partikulari, billi din tnaqqas ir-riskji tar-rati tal-kambju għall-intrapriżi tagħhom u b'hekk tnaqqas l-ispejjeż tal-kummerċ internazzjonali;

6.  Ifakkar li matul l-ewwel għaxar snin tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, il-Parlament kellu rwol attiv, kemm fil-qasam ekonomiku kif ukoll fil-qasam monetarju, u ħadem kemm felaħ biex jiżgura aktar trasparenza u responsabilità demokratika;

7.  Jenfasizza li jrid isir aktar xogħol biex jitgawdew il-benefiċċji kollha tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, pereżempju li l-Istati Membri u r-reġjuni li għandhom PGD aktar baxx mill-medja jingħataw iċ-ċans li jlaħħqu mal-oħrajn, u biex jissaħħaħ l-għarfien taċ-ċittadini dwar il-munita waħda u l-impenn tagħhom lejha;

8.  Jipproponi l-elementi u l-miżuri konkreti li ġejjin għal pjan direzzjonali xieraq għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja:

Diverġenza ekonomika, riformi strutturali u finanzi pubbliċi

9.  Jemmen li riformi ekonomiċi aktar simplifikati, koerenti u multi-appoġġ, ikkoordinati fiż-żmien opportun fuq il-bażi tal-linji gwida integrati għat-tkabbir u l-impjiegi (Linji Gwida Integrati) u approċċ ta" politika mħallta tal-Istrateġija ta' Liżbona jistgħu jnaqqsu d-diverġenzi ekonomiċi u jkunu ta" għajnuna kbira għal irkupru ekonomiku mill-kriżi finanzjarja attwali; jenfasizza l-ħtieġa li jitjiebu u jiġu simplifikati l-proċeduri u l-metodi ta" reviżjoni u evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta" dawk il-linji gwida fl-aħħar ta" kull sena;

10.  Jirrikonoxxi li fil-każ ta" sforzi ta" modernizzazzjoni u ta" rendiment ekonomiku, il-pajjiżi li jirnexxu l-aktar huma dawk li jgħaqqdu riformi strutturali bbilanċjati sew u li jaħsbu fil-ġejjieni ma" investiment li jkun ogħla mill-medja fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, l-edukazzjoni, it-tagħlim matul il-ħajja kollha u l-kura tat-tfal, kif ukoll fit-tiġdid ta" netwerks soċjali affidabbli; jinnota li, fil-biċċa l-kbira, l-istess Stati Membri għandhom amministrazzjoni trasparenti u effiċjenti ħafna, b'bilanċi baġitarji pożittivi, b'rati ta" dejn anqas mill-medja u b'infiq pubbliku ta" kwalità tajba, effettiv u mmirat, filwaqt li l-kontribut tagħhom ta" progress tekniku għat-tkabbir nazzjonali huwa kważi darbtejn id-daqs tal-medja tal-UE; jinnota, barra minn hekk, li dawn l-Istati Membri ta" "referenza", minħabba r-rati għolja tagħhom ta" impjegar, inkluż l-impjegar tan-nisa u ta" ħaddiema aktar anzjani, u r-rati tat-twelid tagħhom li huma partikolarment għoljin, huma l-Istati mħejjija l-aħjar għal soċjetà li qed tixjieħ kif ukoll biex jiggarantixxu livell għoli ta" kompetittività;

11.  Jenfasizza l-ħtieġa ta" tisħiħ reċiproku tal-politika makroekonomika orjentata lejn l-istabilità u t-tkabbir, billi l-politika u l-investiment bilanċjati jsiru kwistjoni ta" interess komuni; jenfasizza l-ħtieġa li wieħed joqgħod attent għall-finanzi pubbliċi permezz tal-immaniġġjar effiċjenti tal-politika tat-taxxi u tal-infiq kif ukoll għall-impatt tagħhom fuq id-domanda u li fl-istess ħin, ikun hemm ftehim dwar il-ħolqien ta" ambjent favorevoli għal operazzjonijiet transkonfinali mill-intrapriżi;

12.  Jinnota li l-Patt ta" Stabilità u Tkabbir rivedut wera l-valur tiegħu u jinnota wkoll li għandu jkun hemm konsolidazzjoni tal-baġits, peress li l-bidla demografika u t-tnaqqis possibbli fit-tkabbir ekonomiku jistgħu jwasslu għal problemi baġitarji fl-Istati Membri fiż-żona tal-euro, li jista" jkollhom effetti negattivi fuq l-istabilità taż-żona tal-euro kollha kemm hi; jikkritika, f'dan ir-rigward, in-nuqqas ta" dixxiplina fil-ġlieda kontra d-defiċits baġitarji fi żminijiet ta" tkabbir ekonomiku u jenfasizza li l-Istati Membri jridu jaħdmu b'mod aktar effettiv għal politika fiskali antiċiklika, b'mod partikolari biex ikunu mħejjija aħjar għal daqqiet esterni; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa ta" strateġija fuq medda qasira ta" żmien biex jitnaqqsu d-djun nazzjonali u strateġija sostenibbli u b'saħħitha għat-tkabbir, biex jingħata lok għal tnaqqis fid-djun nazzjonali ta" massimu ta" 60% fuq medda twila ta" żmien;

13.  Jinnota li l-elementi ewlenin tal-Patt ta" Stabilità u Tkabbir għandhom jinżammu b'mod konsistenti wkoll fil-ġejjieni, peress li l-limiti massimi ta' defiċit nazzjonali ta" 3% u ta" dejn nazzjonali ta' 60% meta mqabbla mal-PGD kienu speċifikati fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet ekonomiċi tas-snin disgħin; huwa tal-fehma li l-Istati Membri jridu jirrispettaw il-Patt ta" Stabilità u Tkabbir u li dan irid ikun issorveljat mill-Kummissjoni; hu tal-opinjoni li ż-żewġ miri għad-dejn għandhom jiġu trattati bħala limiti massimi li għandhom jiġu evitati; jinnota li koordinazzjoni effettiva tal-politika ekonomika u finanzjarja hija kundizzjoni għas-suċċess ekonomiku tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, għalkemm din il-koordinazzjoni għandha tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà; jitlob lill-Kummissjoni biex teżamina l-metodi kollha possibbli sabiex il-fergħa preventiva tal-Patt ta" Stabilità u Tkabbir tkun tista" tissaħħaħ; jenfasizza li l-istrumenti superviżorji attwali jridu jintużaw aħjar mill-Kummissjoni u li l-evalwazzjoni ta" nofs it-term tal-baġits nazzjonali mill-Grupp tal-Euro trid tissaħħaħ;

14.  Jappoġġja l-fehma tal-Kummissjoni li l-l-Patt ta" Stabilità u Tkabbir rivedut jipprovdi qafas tal-politika importanti fi żminijiet ta" ċirkustanzi ekonomiċi stressjati ħafna, u jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-Patt ta" Stabilità u Tkabbir għandu jiżgura li kwalunkwe deterjorament fil-finanzi pubbliċi jkun akkumpanjat minn miżuri xierqa biex tiġi trattata s-sitwazzjoni, filwaqt li jkun żgurat li qed jerġgħu jiġu stabbiliti pożizzjonijiet sostenibbli; jemmen, barra minn hekk, li l-politiki baġitarji għandhom jużaw bis-sħiħ il-grad ta" flessibilità li jippermetti l-Patt ta" Stabilità u Tkabbir rivedut, u jitlob lill-Kummissjoni biex tiggwida b'mod ċar lill-Istati Membri dwar kif għandhom jimplimentaw dik il-flessibilità;

15.  Iqis li ambjent makroekonomiku sostenibbli u stabbli jirrikjedi li tittejjeb il-kwalità tal-finanzi pubbliċi anke b'aktar tisħiħ baġitarju, ħafna effiċjenza fl-infiq pubbliku u investiment imtejjeb fl-edukazzjoni, fir-riżorsi umani, fir-riċerka u l-iżvilupp u fl-infrastruttura li jħeġġeġ it-tkabbir, jagħti spinta lill-impjiegi, u jindirizza kwistjonijiet ewlenin għas-soċjetà, bħat-tibdil fil-klima, skont l-għanijiet tal-pakkett dwar it-tibdil fil-klima u l-enerġija u l-irkupru ekonomiku mill-kriżi finanzjarja attwali;

16.  Huwa tal-fehma li r-riformi strutturali għandhom jiffukaw fuq iż-żieda fil-produttività permezz ta" taħlita aħjar ta" politika ekonomika u soċjali, filwaqt li jkun żgurat livell tajjeb ta" djalogu soċjali kif definit fl-istrateġija ta" Liżbona;

17.  Jinnota li l-politika tal-kompetizzjoni għandha tikkumplimenta l-politika strutturali u tħeġġeġ l-appoġġ għar-ristrutturazzjoni tal-ekonomija;

18.  Iwissi kontra l-moderazzjoni tal-pagi bħala mezz ewlieni biex tinkiseb l-istabilità tal-prezzijiet; ifakkar, f'dan il-kuntest, li kompetizzjoni akbar minħabba l-globalizzazzjoni diġà wasslet għal pressjoni biex jitbaxxew il-pagi, filwaqt li l-inflazzjoni importata kkawżata miż-żieda fil-prezz taż-żejt u ta" prodotti bażiċi oħra diġà wasslet għal tnaqqis fil-kapaċità tax-xiri tal-konsumatur; itenni l-konvinzjoni tiegħu, għal darb'oħra, li din il-kwistjoni għandha tiġi indirizzata, b'mod partikulari permezz ta" tqassim aktar ġust tal-ġid;

19.  Iqis li l-politika tal-pagi u tat-taxxi hija għodda effiċjenti għall-istabilità ekonomika u t-tkabbir; huwa tal-fehma li żidiet reali fil-pagi skont il-livelli tal-produttività għandhom ikunu garantiti u li l-koordinazzjoni tal-politika fiskali għandha tintuża b'mod selettiv sabiex jintlaħqu l-għanijiet ekonomiċi; iqis li l-ġlieda kontra l-frodi fiskali, kemm fuq taxxi diretti kif ukoll fuq taxxi indiretti, hija importanti b'mod partikulari, u li din il-ġlieda għandha tingħata spinta; jenfasizza l-ħtieġa urġenti li tissaħħaħ kultura ta" inkoraġġament u ta" involviment bħala parti mill-kunċetti tal-governanza korporattiva u tar-responsabilità soċjali korporattiva;

20.  Jenfasizza l-ħtieġa ta" regoli ġusti għas-suq intern; iqis, għaldaqstant, li t-tellieqa għall-aktar rati baxxi ta" taxxi korporattivi hi kontro-produttiva;

21.  Jitlob lill-Istati Membri fiż-żona tal-euro biex jsaħħu l-koordinazzjoni effettiva tal-politika ekonomika u finanzjarja, partikolarment billi jiżviluppaw strateġija komuni koerenti fi ħdan il-Grupp tal-Euro; jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li titlob lill-Istati Membri biex ifasslu programmi ta" qafas fuq medda medja ta" żmien għall-politiki ekonomiċi u finanzjarji tagħhom u biex jikkontrollaw l-implimentazzjoni tagħhom; jenfasizza li kull Stat Membru għandu jassumi r-responsabilità għal kif jaffronta r-riformi strutturali u jtejjeb il-kompetittività tiegħu b'mod koperattiv sabiex tinżamm il-fiduċja fl-euro u l-aċċettazzjoni tal-euro;

22.  Jinnota li t-tendenzi differenti dwar ir-riformi strutturali u l-gradi ta" ftuħ wasslu għall-prestazzjonijiet diverġenti tal-Istati Membri taż-żona tal-euro; jappoġġja l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha dwar l-EMU@10 dwar il-fatt li bosta ekonomiji fiż-żona tal-euro ma laħħqux biżżejjed ma" oħrajn u dwar id-diverġenzi dejjem jikbru bejn l-Istati Membri taż-żona tal-euro; jitlob li jkun hemm skambji regolari ta" fehmiet u koperazzjoni fi ħdan il-Grupp tal-Euro biex jinkiseb l-għan komuni li jitħaffef il-proċess tal-konverġenza;

23.  Jitlob lill-Kummissjoni biex timmaniġġja, b'mod uniformi, il-kriterji komuni fl-evalwazzjoni tad-data ekonomika u fiskali; jirreferi għar-responsabilità tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri rigward l-affidabilità tad-data statistika, u jitlob li deċiżjonijiet futuri jittieħdu biss jekk ma jkunx hemm dubju dwar il-validità u l-eżattezza tad-data disponibbli; jitlob ukoll l-għażla li jitniedu investigazzjonijiet jekk ikun hemm diskrepanza fuq għadd ta' snin bejn id-data pproġettata tal-programmi ta" stabilità u konverġenza u d-data li wieħed jista" jistenna b'mod realistiku;

Politika monetarja

24.  Ifakkar fl-impenn qawwi tiegħu għall-indipendenza tal-BĊE;

25.  Jinnota li r-rapporti regolari tal-BĊE lill-Parlament, b'mod partikulari lill-Kumitat tiegħu għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, jikkontribwixxu għat-trasparenza tal-politika monetarja u jilqa" b'sodisfazzjon il-possibilità li l-Membri tal-Parlament Ewropew jagħmlu mistoqsijiet bil-miktub lill-BĊE dwar il-politika monetarja, sabiex tittejjeb ir-responsabiltà tal-BĊE fil-konfront taċ-ċittadini tal-Unjoni; jappoġġja t-talba għal dibattitu pubbliku aktar b'saħħtu dwar il-politika ekonomika u monetarja komuni ġejjienija fiż-żona tal-euro;

26.  Iqis li d-djalogu dwar il-politika monetarja bejn il-Parlament u l-BĊE kien suċċess, u huwa djalogu li għandu jkompli jiġi żviluppat; jistenna li d-djalogu monetarju jittejjeb f'diversi aspetti, bħall-koordinazzjoni tad-dati għas-seduti ta" smigħ regolari tal-President tal-BĊE mal-kalendarju tal-BĊE għal deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja sabiex tittejjeb l-analiżi tad-deċiżjonijiet, filwaqt li tinżamm il-possibilità li l-President tal-BĊE jkun mistieden għal diskussjonijiet dwar kwistjonijiet attwali meta jkun meħtieġ;

27.  Jinnota li l-objettiv ewlieni tal-politika monetarja tal-BĊE huwa li tinżamm l-istabilità tal-prezzijiet, u li l-għan tal-BĊE huwa li r-rati tal-inflazzjoni jkunu ta" madwar, iżda anqas minn, 2% fuq perjodu medju ta" żmien; jirrimarka li l-objettiv tal-istabilità tal-prezzijiet ma jistax jintlaħaq b'mod effettiv ħlief jekk jiġu indirizzati l-kawżi prinċipali tal-inflazzjoni; ifakkar li l-Artikolu 105 tat-Trattat KE jinkariga wkoll lill-BĊE sabiex isostni l-politiki ekonomiċi ġenerali tal-Komunità;

28.  Huwa tal-fehma li l-BĊE għandu jimxi lejn sistema diretta mmirata għall-kontroll tal-inflazzjoni, fejn objettiv perċentwali tal-inflazzjoni jkun supplimentat permezz ta" medda ta' varjazzjonijiet permessi mir-rata fil-mira; jistieden lill-BĊE sabiex jippubblika t-tbassiriet tiegħu dwar l-inflazzjoni; dan it-tip ta" mossa lejn sistema diretta mmirata għall-kontroll tal-inflazzjoni m'għandhiex tagħmel impossibbli l-iffukar fuq id-dinamika tal-ammonti monetarji biex ikun evitat li jinħolqu "bżieżaq" ġodda tal-assi;

29.  Iqis li l-inflazzjoni hija realtà dinjija u li l-ġlieda kontriha, f'ekonomija miftuħa, ma tistax issir biss permezz tal-politika monetarja tal-UE;

30.  Jenfasizza r-rieda tiegħu li jesplora x'titjib jista" jsir fil-proċedura għall-ħatra tal-membri tal-bord eżekuttiv tal-BĊE qabel l-2010; iqis li huwa importanti li l-esperjenza akkademika u/jew professjonali u varjeta ta" sfondi fis-settur ekonomiku, monetarju u finanzajrju jkun rappreżentati fost il-membri tal-bord eżekuttiv; jiġbed l-attenzjoni għat-talbiet tiegħu biex il-bord eżekuttiv tal-BĊE ikun fih disa' membri b'responsabilità esklussiva li jistipulaw ir-rati tal-interess, u b'hekk tinbidel is-sistema attwali u biex tkun evitata s-soluzzjoni aktar kumplessa li ġiet deċiża għall-ġejjieni; iħeġġeġ li tiġi adottata bidla korrispondenti fit-Trattat;

Integrazzjoni u sorveljanza tas-swieq finanzjarji

31.  Jemmen li l-integrazzjoni finanzjarja għandha tfisser aktar tkabbir ekonomiku u kompetittività minbarra aktar stabilità u likwidità fis-suq intern;

32.  Jinnota li ċ-ċentru finanzjarju ewlieni fl-Unjoni Ewropea jinsab barra miż-żona tal-euro; madankollu jfakkar li l-leġiżlazzjoni tal-KE tkopri l-Istati Membri u l-parteċipanti attivi kollha fis-suq intern; jemmen li l- Unjoni Ewropea teħtieġ b'mod urġenti li ttejjeb l-istruttura ta" superviżjoni filwaqt li jitqies l-irwol speċifiku tal-BĊE;

33.  Huwa tal-fehma li għad fadal ħafna x'isir fil-qasam tal-approvazzjoni u l-ħlas ta" tranżazzjonijiet transkonfinali ta" titoli, fejn sal-lum għadha ma teżistix integrazzjoni vera;

34.  Jenfasizza li, fir-rigward tas-servizzi bl-imnut, tinħtieġ aktar integrazzjoni, bla ma din tkun ta" ħsara għall-ħarsien tal-konsumatur; jemmen li jeħtieġ li jittejbu l-mobilità tal-konsumaturi, l-għarfien finanzjarju, l-aċċess għas-servizzi bażiċi, u l-komparabilità tal-prodotti;

35.  Iqis li Ewropizzazzjoni tal-istruttura tas-superviżjoni finanzjarja, trasparenza tas-swieq finanzjarji, regoli effettivi tal-kompetizzjoni u regolamentazzjoni adegwata huma meħtieġa fuq medda medja ta' żmien, sabiex jitjiebu l-immaniġġjar tal-kriżijiet u l-koperazzjoni bejn is-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ), l-awtoritajiet ta" sorveljanza, il-gvernijiet u l-parteċipanti fis-suq; huwa tal-fehma li qafas ta" sorveljanza integrat, komprensiv (li jkopri s-setturi finanzjarji kollha), konsistenti u koerenti li jibda b'approċċ bilanċjat fir-regolamentazzjoni tat-tifrix trans-konfinali tar-riskji finanzjarji fuq il-bażi ta" leġiżlazzjoni armonizzata, inaqqas l-ispejjeż tal-konformità fil-każ ta" attivitajiet multiġuriżdizzjonali; jinnota li l-"gold plating" (regolamentazzjoni lil hinn mir-rekwiżiti minimi tal-leġiżlazzjoni tal-KE) kif ukoll l-arbitraġġ regolatorju għandhom ikunu evitati; jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposti għar-reviżjoni tal-istruttura ta" sorveljanza attwali skont dawk il-prinċipji; huwa tal-fehma li kull rwol ta' sorveljanza tal-BĊE għandu jkun estiż lil hinn mill-fruntieri taż-żona tal-euro, permezz tal-SEBĊ;

36.  Jilqa" b'sodisfazzjon il-Memorandum ta" Ftehim dwar il-Koperazzjoni bejn l-Awtoritajiet ta" Sorveljanza Finanzjarja, il-Banek Ċentrali u l-Ministri tal-Finanzi tal-Unjoni Ewropea dwar l-Istabilità Finanzjarja Transkonfinali miftiehma fir-rebbiegħa tal-2008; jenfasizza, madankollu, li l-Memorandum ta" Ftehim huwa biss liġi li ma torbotx u jiddependi mir-rieda tal-Istati Membri li jikkoperaw ma" xulxin; huwa tal-fehma li anke jekk huwa diffiċli ħafna li jitfasslu ex ante r-regoli dwar il-qsim tal-piż, jeħtieġ li tkompli l-ħidma marbuta mal-immaniġġjar tal-kriżijiet;

37.  Jenfasizza li l-Unjoni Ewropea, bħala l-akbar zona ekonomika fid-dinja bl-akbar swieq finanzjarji, għandu jkollha rwol ewlieni f'livell internazzjonali fir-rigward tar-riforma tas-sistema regolatorja għas-servizzi finanzjarji għall-benefiċċju tal-pajjiżi involuti kollha u tal-istabilità globali; iqis li l-istabilità finanzjarja għandha ssir objettiv fundamentali tat-tfassil ta' politika f'dinja fejn is-swieq u l-innovazzjoni finanzjarji qegħdin dejjem aktar ikunu integrati, li jista' wkoll iwassal għal effetti destabbilizzanti fuq l-ekonomija reali u ġġorr riskji sistematiċi; huwa konvint li kull deċiżjoni ambizzjuża adottata f'livell tal-UE tinkoraġġixxi lil pajjiżi oħra biex jagħmlu l-istess, u f'dan ir-rigward jenfasizza r-responsabilità li jiġu ttrattati l-problemi globali jew 'off shore'; huwa tal-fehma li jeħtieġ li r-responsabilità politika tal-korpi regolatorji internazzjonali tkun trattata b'mod parallel ma" din il-ħidma regolatorja;

38.  Jitlob li l-Kummissjoni teżamina l-ħolqien ta" bonds Ewropej u li tiżviluppa strateġija għal medda twila ta" żmien li tippermetti l-ħruġ ta" bonds bħal dawn fi ħdan iż-żona tal-euro, minbarra l-bonds nazzjonali tal-Istati Membri; jirreferi għall-ħtieġa ta" evalwazzjoni tal-konsegwenzi ta" dan kemm għas-swieq finanzjarji internazzjonali kif ukoll għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja;

It-tkabbir taż-żona tal-euro

39.  Jitlob li l-Istati Membri kollha li mhumiex parti miż-żona tal-euro jirrispettaw il-kriterji ta" Maastricht u l-Patt ta" Stabilità u Tkabbir, li hu rivedut u ġeneralment flessibbli; iqis li interpretazzjoni stretta tal-Patt ta" Stabilità u Tkabbir u l-użu tal-kriterji ta" esklużjoni qabel kull adeżjoni possibbli, iridu jkunu żgurati mill-Kummissjoni; iqis li jrid ikun żgurat it-trattament indaqs tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro u tal-Istati Membri li jridu jingħaqdu; jinnota, f'dan ir-rigward, li l-istabilità fuq medda twila ta" żmien taż-żona tal-euro trid titqies bħala għan ta" interess komuni u li t-tkabbir u l-istabilità jridu jmorru id f'id; iqis li huwa essenzjali li l-Istati Membri fiż-żona tal-euro u dawk bi status speċjali jissodisfaw l-obbligi tagħhom għalkollox u li ma jħallux dubju dwar l-għanijiet komuni tal-istabilità tal-prezzijiet, l-indipendenza tal-BĊE, id-dixxiplina baġitarja jew dwar il-fatt li jrawmu t-tkabbir, l-impjiegi u l-kompetittività;

40.  Iqis li l-Istati Membri barra ż-żona tal-Euro li jissodisfaw il-kriterji ta' Maastricht u li ma jgawdu minn ebda deroga fit-Trattat għandhom jadottaw il-munita komuni ma" l-ewwel ċans li jkollhom;

41.  Jenfasizza l-fatt li s-sħubija fiż-żona tal-euro tirrikjedi adeżjoni sħiħa mal-kriterji ta" Maastricht, kif speċifikat fit-Trattat u fil-Protokoll għall-Artikolu 121 tat-Tratatt, partikolarment: livell għoli ta" stabilità meqjusa tal-prezzijiet, kif ukoll is-sostenibilità ta" din l-istabilità tal-prezzijiet, finanzi pubbliċi mingħajr defiċit eċċessiv, adeżjoni mal-ERM II għal mill-anqas sentejn, ir-rispett tal-marġni normali ta" varjazzjoni, aġġustament tar-rati tal-interess fuq medda twila ta" żmien, il-kompatibilità tar-regoli legali mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta" Maastricht relatati mal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, u bank ċentrali indipendenti;

42.  Huwa tal-fehma li wieħed mill-aspetti l-aktar impenjattivi tal-għaqda maż-żona tal-euro hu li tkun żgurata s-sostenibilità tal-kriterji ta' Maastricht; jenfasizza, madankollu, li, fl-istess ħin, il-kriterji ta' Maastricht huma wkoll l-ewwel pass fit-triq biex il-proċessi ta' riforma jibgħu għaddejjin kif jixraq, inklużi impenji u sforzi ulterjuri li jikkonċernaw ir-riformi strutturali, l-investiment u l-koordinazzjoni ekonomika;

43.  Jilqa" b'sodisfazzjon is-sorveljanza aktar b'saħħitha u effiċjenti tal-Istati Membri li qed jieħdu sehem fl-ERM II u li jixtiequ jingħaqdu maż-żona tal-euro, kif ukoll l-iżvilupp ekonomiku tagħhom; jinnota li l-parteċipazzjoni b'suċċess fl-ERM II trid tibqa" prekundizzjoni reali, u mhux biss rekwiżit sekondarju għall-adeżjoni maż-żona tal-euro; l-istess rekwiżiti ta" adeżjoni jrid jiġu applikati għall-Istati Membri kollha li jingħaqdu maż-żona tal-euro;

44.  Iqis it-tkabbir dejjiemi u b'suċċess taż-żona tal-euro bħala sfida ewlenija għas-snin li ġejjin, u li kemm l-istandards istituzzjonali għall-BĊE kif ukoll il-proċess tat-teħid ta" deċiżjonijiet tiegħu jridu jkunu adattati għal din il-bidla, u l-mudell ta" rotazzjoni jrid iqis il-piż ekonomiku ta" Stati Membri individwali;

45.  Jenfasizza, b'konnessjoni mat-tkabbir taż-żona tal-euro, li hu mixtieq li jkun hemm livell għoli ta" konverġenza fl-ekonomija reali sabiex tkun limitata l-pressjoni involuta, kemm għaż-żona tal-euro kif ukoll għall-Istati Membri li jixtiequ jingħaqdu magħha; iqis, f'dan il-kuntest, li għandhom jitwaqqfu faċilitajiet favur dawk l-Istati Membri li qed jieħdu sehem fiż-żona tal-euro, fejn il-politika monetarja waħdanija jista" jkollha effett ta' kontrazzjoni partikulari;

46.  Jenfasizza l-importanza, fl-interess ta" tkabbiriet ġejjiena, li jiġu stabbiliti interventi ffukati biex jappoġġaw lill-Istati Membri barra miż-żona tal-euro li ġew milquta b'mod aprtikulari mill-kriżi finanzjarja attwali;

Komunikazzjoni

47.  Jenfasizza li filwaqt li sal-lum inżamm livell għoli ta" stabilità tal-prezzijiet fiż-żona tal-euro, "l-inflazzjoni kif tidher" varjat sostanzjalment mir-rati reali ta" inflazzjoni fl-Istati Membri fl-aħħar 10 snin, li kienu aktar baxxi; jitlob, għaldaqstant, informazzjoni aħjar u kjarifika tal-fatti għall-popolazzjoni dwar il-ħtieġa u l-operat tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, partikolarment fir-rigward tal-istabilità tal-prezzijiet, tas-swieq finanzjarji internazzjonali, u tal-vantaġġi tal-istabilità fi ħdan iż-żona tal-euro waqt kriżijiet finanzjarji internazzjonali;

48.  Iqis li l-munita unika għada prijorità ta' komunikazzjoni għall-Unjoni Ewropea; jemmen li l-benefiċċji tal-euro u tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja - l-istabilità tal-prezzijiet, rati baxxi ta' interessi fuq self, vjaġġar iffaċilitat, protezzjoni kontra l-varjazzjonijiet tal-kambju u skossaturi esterni - għandhom jibqgħu jiġu ppreżentati u spjegati lill-pubbliku fid-dettall; jemmen li għandha titqiegħed enfasi partikulari fuq il-punt li ċ-ċittadini tal-Unjoni, il-konsumaturi u l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), li m'għandhomx kapaċità biżżejjed li jaġġustaw mill-ewwel għall-iżviluppi u l-isfidi l-ġodda tal-euro, għandhom jinżammu infurmati u għandhom ikunu aġġornati dwar l-iżviluppi;

49.  Jistieden lill-BĊE sabiex, jew fir-rapport annwali tiegħu jew f'rapport speċjali, iwettaq analiżi kwantitattiva annwali tal-benefiċċji li l-euro ġab liċ-ċittadini komuni, b'eżempji konkreti ta' kif l-użu tal-euro kellu effetti pożittivi fuq il-ħajja ta' kuljum tan-nies;

50.  Iqis li l-komunikazzjoni hija ta' importanza mill-akbar fit-tħejjija tad-dħul tal-euro fl-Istati Membri li qed jippjanaw li jingħaqdu maż-żona tal-euro; jinnota li l-komunikazzjoni dwar it-tkabbir taż-żona tal-euro hija importanti wkoll għall-Istati Membri kollha li jinsabu fiż-żona tal-euro;

51.  Iqis li l-Kummissjoni għandha tikkonċentra l-isforzi tagħha sabiex tgħin lill-Istati Membri l-ġodda biex iħejju liċ-ċittadini tagħhom għall-adozzjoni tal-euro billi jmexxu kampanja intensiva ta' tagħrif, jew, f'każ li dil-kampanja diġà qed issir, billi jissorveljaw l-implimentazzjoni tagħha, u billi jirrapportaw regolarment dwar l-aħjar prattiki għall-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Nazzjonali ta' Azzjoni għall-adozzjoni tal-euro; iqis ukoll li l-aħjar prattiki u l-kompetenza miksuba mill-qalbiet preċedenti għall-euro x'aktarx li jkunu siewja għall-qalba li se jagħmlu l-Istati Membri l-ġodda u għat-tkabbir li ġej u għat-tħejjija tal-pajjiżi applikanti l-ġodda;

L-irwol internazzjonali tal-euro u r-rappreżentanza esterna

52.  Jilqa" b'sodisfazzjon l-iżvilupp mgħaġġel tal-euro bħala t-tieni l-aktar munita importanti ta" riżerva u ta" tranżazzjoni wara d-Dollaru Amerikan, b'sehem ta" 25% ta" riżervi globali tal-kambju; jinnota li b'mod partikulari fil-pajjiżi ġirien taż-żona tal-euro, l-euro għandu rwol importanti bħala munita ta" finanzjament u li r-rati tal-kambju rispettivi ta" dawk il-pajjiżi huma allinjati mal-euro; espressament japprova l-opinjoni tal-BĊE li d-dħul tal-Ewro huwa l-aħħar pass lejn proċess ta" konverġenza strutturat fi ħdan l-Unjoni Ewropea, u li għalhekk id-dħul tal-euro huwa possibbli biss skont it-Trattat KE;

53.  Huwa tal-fehma li l-aġenda tal-politika tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (EMU) għall-għaxar snin li ġejjin se tkun ikkaratterizzata, fost l-oħrajn, mill-isfidi ppreżentati mill-ekonomiji li għadhom qed jiżviluppaw tal-Asja u l-kriżi finanzjarja dinjija attwali; jiddispjaċih li minkejja l-irwol dejjem jikber tal-euro fid-dinja kollha, it-tentattivi sabiex tittejjeb ir-rappreżentanza esterna taż-żona tal-euro fi kwistjonijiet finanzjarji u monetarji ma tantx għamlu progress; jisħaq li ż-żona ta' l-euro għandha tibni strateġija internazzjonali li tkun proporzjonata ma" l-istatus internazzjonali tal-munita tagħha;

54.  Ifakkar li l-aktar mod effettiv biex l-influwenza taż-żona tal-euro tiġi konformi mal-piż ekonomiku tagħha huwa permezz tal-iżvilupp ta" pożizzjonijiet komuni u tal-konsolidazzjoni tar-rappreżentanza tagħha, biex fl-aħħar mill-aħħar tikseb siġġu waħdieni fl-istituzzjonijiet u l-fora finanzjarji internazzjonali relevanti; iħeġġeġ lill-Istati Membri taż-żona tal-euro sabiex, fost l-oħrajn jitkellmu b'vuċi waħda dwar il-politika tar-rati tal-kambju;

55.  Jenfasizza li l-euro qiegħed jintuża bħala munita nazzjonali barra ż-żona tal-euro; iqis li l-implikazzjonijiet ta' dan l-użu jeħtieġ li jkunu analizzati;

56.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-irwol importanti tal-euro fis-swieq finanzjarji internazzjonali jġib miegħu obbligi, u li l-effetti tal-politika monetarja kif ukoll tal-politika tat-tkabbir fiż-żona tal-euro għandhom impatt globali; jenfasizza l-importanza akbar li għandu l-euro għall-kummerċ u s-servizzi internazzjonali bħala stabilizzatur fl-ambjent globali, bħala mutur għall-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji u bħala bażi sabiex jiżdiedu l-investimenti diretti u l-merġers bejn kumpaniji transkonfinali, peress li l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet jistgħu jitnaqqsu b'mod sostanzjali; jitlob li jsir studju dwar l-iżbilanċi globali u dwar l-irwol tal-euro u sitwazzjonijiet possibbli li jirrikjedu aġġustament sabiex l- Unjoni Ewropea titħejja aħjar biex taffronta skossaturi esterni kbar;

57.  Jissuġġerixxi li jkun hemm koperazzjoni aktar b'saħħitha u li tħares "il quddiem u djalogu internazzjonali msaħħaħ bejn l-awtoritajiet responsabbli tal-blokki ta" muniti l-aktar importanti, biex jittejjeb l-immaniġġjar tal-kriżijiet internazzjonali, u biex ikunu jistgħu jiġu affrontati l-konsegwenzi li l-movimenti tal-muniti jkollhom fuq l-ekonomija reali; ifakkar fl-immaniġġjar komuni tal-kriżi li sar b'suċċess fil-bidu tal-"kriżi tal-kreditu "sub-prime" tal-Istati Uniti li seħħet dan l-aħħar kif ukoll il-kriżi li seħħet immedjatament wara l-ġrajjiet tal-11 ta" Settembru 2001, immaniġġjar li għen biex ikun evitat li "jdub" id-Dollaru Amerikan;

58.  Jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li ssaħħaħ l-influwenza tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja fl-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali b'pożizzjoni komuni tal-UE rappreżentata minn rappreżentanti magħżula, bħal m'huma l-president tal-Grupp tal-Euro, il-Kummissjoni u l-president tal-BĊE; jinnota li fil-prattika l-president tal-Grupp tal-Euro, il-Kummissjoni u l-president tal-BĊE diġà jistgħu jieħdu sehem bħala osservaturi fl-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali l-aktar importanti; jitlob b'insistenza, madankollu, li jkun hemm koordinazzjoni aħjar tal-pożizzjonijiet Ewropej sabiex fil-ġejjieni l-politika monetarja Ewropea komuni tkun irrappreżentata mir-rappreżentanti leġittimi tagħha; jistenna li ż-żona tal-euro tesprimi l-pożizzjoni tagħha dwar il-politika tar-rati tal-kambju tas-sħab ewelenin tagħha; jistieden lill-president tal-Grupp tal-Euro biex jirrappreżenta liż-żona tal-euro fil-Forum dwar l-Istabilità Finanzjarja (FSF); jissuġġerixxi li l-istatuti tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) jiġu emendati sabiex jippermettu li jkun hemm ir-rappreżentanza ta' blokki u organizzazzjonijiet ekonomiċi;

59.  Jisħaq li jinħtieġ approċċ komuni tal-UE fir-rigward tar-riforma tal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, li għandu jqis l-isfidi ta' ekonomija globali inkluża l-miġja ta' potenzi ekonomiċi ġodda;

60.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma wettqitx analiżi iktar dettaljata u preċiża tal-irwol internazzjonali tal-euro fil-Komunikazzjoni tagħha dwar l-EMU@10; jistieden lill-Kummissjoni biex toħroġ rapport dettaljat dwar id-dimensjoni esterna tal-politika monetarja komuni u dwar ir-riperkussjonijiet tagħha għall-prestazzjoni ekonomika u kummerċjali taż-żona tal-euro;

61.  Jenfasizza li l-politika monetarja li qegħdin iħaddnu xi wħud mis-sħab tal-Unjoni Ewropea huma mfassla biex jissottovalutaw il-munita tagħhom, ħaġa li għandha impatt negattiv fuq il-kummerċ u tista' titqies bħala ostaklu mhux tariffarju għall-kummerċ internazzjonali;

L-istrumenti ekonomiċi u l-governanza tal-EMU

62.  Iqis li l-partijiet relevanti kollha – il-Parlament, il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Grupp tal-Euro, u l-imsieħba soċjali fil-livell ta" UE u f'dak nazzjonali – għandhom jaħdmu flimkien biex isaħħu t-tħaddim ġejjieni tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja fir-rigward tal-governanza ekonomika fuq il-bażi tas-suġġerimenti li ġejjin:

   a) bħala komponent essenzjali tal-Istrateġija ta" Liżbona u l-istrument ekonomiku ċentrali, il-Linji Gwida Integrati, bil-għan li jkun hemm "approċċ ta" taħlita ta" linji politiċi" bbilanċjat, għandhom isegwu riformi li jkunu ta" ispirazzjoni reċiproka fl-oqsma tal-impjiegi, l-ambjent u s-sigurtà soċjali;
   b) il-Linji Gwida Integrati għandhom jistabbilixxu qafas wiesa" għal koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-politika ekonomika biex il-Programmi Nazzjonali ta' Riforma (PNR) jiġu konformi, filwaqt li jitqiesu, madankollu, id-diversità ekonomika u t-tradizzjonijiet nazzjonali li huma differenti minn xulxin; għandha tiġi stabbilita konsultazzjoni tal-parlamenti nazzjonali rigward il-programmi ta" stabilità u konverġenza u l-PNR;
   c) għandha tiġi stabbilita rabta aktar mill-qrib bejn il-Linji Gwida Integrati, b'mod partikulari l-Linji Gwida Wiesgħa tal-Politika Ekonomika (LGWPE), u l-programmi ta" stabilità u konverġenza; il-programmi ta" stabilità u konverġenza u l-PNR jkunu jistgħu jiġu ppreżentati fl-istess ħin (kull sena fil-bidu tal-ħarifa) wara dibattitu fil-parlamenti nazzjonali; il-LGWPE jkunu jistgħu jinkludu objettivi baġitarji komuni f'konformità mal-fergħa preventiva tal-Patt ta" Stabbilità u Tkabbir (PST);
   (d) Il-gvernijiet tal-Istati Membri, meta jkunu qed jiddeċiedu dwar il-baġits nazzjonali tagħhom, għandhom iqisu l-Linji Gwida Integrati u r-rakkomandazzjonijiet li jkunu speċifiċi għall-pajjiż partikulari kif ukoll is-sitwazzjoni baġitarja ġenerali fiż-żona tal-euro; il-kalendarji fiskali nazzjonali differenti u s-suppożizzjonijiet ewlenin fit-tbassiriet sottostanti għandhom ikunu armonizzati sabiex ikunu evitati d-disparitajiet ikkawżati mill-użu ta" tbassiriet makroekonomiċi differenti (tkabbir globali, tkabbir tal-UE, prezz ta" barmil taż-żejt, rati ta" l-interessi) u minn parametri oħra; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Eurostat u lill-Istati Membri sabiex jaħdmu lejn id-definizzjoni ta" għodda biex il-baġits nazzjonali jkunu jistgħu jitqabblu aħjar mil-lat ta' infiq fil-kategoriji differenti;
   e) rakkomandazzjonijiet aktar formali għall-Istati Membri taż-żona tal-euro, bħall-iffissar ta" miri dwar in-nefqa f'perjodu ta" żmien medju, riformi strutturali speċifiċi, investimenti, il-kwalità tal-finanzjament pubbliku, għandhom jintużaw kull meta jkun possibbli. għandha tkun segwita wkoll struttura aktar standardizzata ta" rappurtaġġ fil-kuntest tal-PNR, bla ma jkunu ostakolati l-prijoritajiet nazzjonali ta" riforma; l-impenji, il-miri u l-benchmarks kollha għandhom ikunu inkorporati għalkollox fil-Linji Gwida Integrati u fil-PNR sabiex jittejbu l-koerenza u l-effiċjenza tal-governanza ekonomika;
   (f) Strateġija fit-tul ,fi żminijiet tajba, biex id-djun nazzjonali jitnaqqsu għal inqas minn massimu ta' 60% tal-PGD għandha tkun inkluża fil-qafas għall-governanza ekonomika peress li tnaqqas l-ispiża tal-manutenzjoni tad-djun u tnaqqas l-ispiża tal-kapital għall-investimenti privati;
   g) għandu jitwaqqaf qafas li jorbot li fih l-Istati Membri taż-żona tal-euro jikkonsultaw lil xulxin u lill-Kummissjoni qabel ma jieħdu deċiżjonijiet ewlenin dwar politika ekonomika, bħal fil-każ ta" miżuri biex ikunu affrontati l-prezzijiet ogħla tal-ikel u l-enerġija;
   h) il-koordinazzjoni ekonomika għandha tieħu l-forma ta" "Strateġija Ewropea għall-Ekonomija u l-Impjiegi" li tkun waħda integrata u bażata fuq l-istrumenti eżistenti ta' politika ekonomika - b'mod partikulari l-Istrateġija ta' Liżbona, il-Linji Gwida Integrati, l-Istrateġija tal-Iżvilupp Sostenibbli, u l-programmi ta' stabilità u ta" konverġenza; jistieden lill-gvernijiet tal-Istati Membri, taħt it-tmexxija tal-President tal-Grupp tal-Euro, biex jappoġġjaw l-attività ekonomika b'mod koerenti, fl-istess ħin u fl-istess direzzjoni;
   i) l-Istrateġija Ewropea għall-Ekonomija u l-Impjiegi msemmija fil-punt (h) għandha tirrikonoxxi l-potenzjal tat-teknoloġija ġdida u ekoloġika bħala pedament tat-tkabbir ekonomiku flimkien ma" taħlita ta" linji politiċi makroekonomiċi;
   j) il-finanzjament ta' intrapriżi innovattivi, b'mod partikulari SMEs, għandu jkun iffaċilitat, inter alia billi jkun stabbilit "Fond Ewropew Għal Tkabbir Intelliġenti" mill-Bank Ewropew tal-Investiment;
   k) ir-Rapport Annwali dwar iż-żona tal-euro għandu jipprovdi firxa aktar prattika ta" strumenti u evalwazzjonijiet sabiex isir possibbli li jkun hemm djalogu f'aktar dettall bejn id-diversi korpi tal-UE li huma mdaħħla fil-governanza ekonomika;
   l) jeħtieġ li jitwaqqaf kodiċi ta' mġiba bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni, li jkun jiggarantixxi koperazzjoni xierqa u involviment sħiħ ta' dawk it-tliet istituzzjonijiet tal-UE kkonċernati fit-tkomplija tal-immaniġġjar xieraq tal-Linji Gwida Integrati, bħala strumenti ekonomiċi ewlenin;
  m) l-istruttura istituzzjonali għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika għandha tkun imsaħħa kif ġej:
   - Formazzjonijiet tal-Grupp tal-Euro għandhom ikunu stabbiliti wkoll fil-qasam tal-kompetittività/industrija, tal-ambjent, tal-impjiegi u tal-edukazzjoni;
   - il-Grupp tal-Euro għandu jingħata struttura istituzzjonali aktar b'saħħitha u aktar riżorsi umani;
   - il-mandat tal-President tal-Grupp tal-Euro għandu jkun konformi maċ-ċikli ekonomiċi tal-Linji Gwida Integrati;
   - il-Kumitat għall-Politika Ekonomika għandu jkun assorbit fil-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju sabiex ikun kostitwit korp waħdieni u koerenti għall-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji u għall-Grupp tal-Euro;
   - rappreżentant tal-Parlament għandu jingħata status ta" osservatur fi ħdan il-Grupp tal-Euro u fil-laqgħat informali tal-Kunsill;
   - laqgħat bejn it-Trojka, il-Parlament u l-Kummissjoni għandhom ikunu organizzati erba' darbiet fis-sena u, meta jkun meħtieġ, mal-Grupp tal-Euro;
   n) għandu jkun stabbilit li mhux inqas minn kull tliet xhur isir djalogu aktar regolari u strutturat dwar kwistjonijiet makroekonomiċi bejn il-Parlament, il-Kumissjoni u l-Grupp tal-Euro, simili għad-djalogu monetarju bejn il-Parlament u l-BĊE, sabiex jissaħħew l-oqfsa attwali u jkun hemm dibattitu dwar l-isfidi li qed jiffaċċjaw l-ekonomija taż-żona tal-euro; u
   o) jeħtieġ li jkun stabbilit djalogu attiv bejn il-Parlament, il-Grupp tal-Euro, il-BĊE u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew bil-għan li jitmexxew diskussjonijiet dwar it-taħlita xierqa ta' linji politiċi

63.  Hu tal-fehma li l-aġenda tal-politika tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja għall-għaxar snin li ġejjin se tkun ikkaratterizzata, b'mod partikulari, mill-isfidi ppreżentati mit-taqlib tas-suq finanzjarju li seħħ dan l-aħħar u l-implikazzjonijiet tiegħu għall-ekonomija reali; jinnota b'mod pożittiv, f'dan il-kuntest, li l-Istati Membri fi ħdan iż-żona tal-euro huma mgħammra biex jiffaċċjaw skussaturi mill-akbar aħjar milli kienu fl-imgħoddi bis-saħħa tal-politika monetarja komuni u r-riforma li twettqu f'dawn l-aħħar snin; madankollu, bil-għan li l-majnar ekonomiku u l-inflazzjoni għolja jiġu kkumbattuti kemm jista' jkun, jitlob li jkun hemm:

o
o   o

   a) rispons koordinat fil-livell ta' UE, ibbażat fuq fehim komuni tal-problemi u miżuri ta' segwitu komuni filwaqt li jkunu aċċettati xi elementi speċifiċi nazzjonali inkluża l-koordinazzjoni tal-Programmi Nazzjonali ta" Riforma;
   (b) PNR ambizzjużi u aġġustati u impenn għall-implimentazzjoni tagħhom, inkluża reviżjoni tal-baġits nazzjonali biex jirreaġixxu għall-aktar tbassiriet ekonomiċi riċenti, jiġġieldu r-riċessjoni ekonomika u jrawmu t-tkabbir, filwaqt li jistabbilixxu djalogi b'saħħithom mal-imsieħba soċjali;
   c) miżuri li jappoġġjaw l-SMEs, b'mod partikulari, biex jikkumplimentaw l-azzjoni riċenti tal-Bank Ewropew tal-Investiment u biex jiżguraw linji ta' kreditu sostnuti lill-SMEs mis-sistema bankarja;
   d) definizzjoni ta" miżuri mmirati biex jipproteġu l-gruppi vulnerabbli mill-effetti tal-kriżi finanzjarja attwali;
   e) implimentazzjoni sħiħa u f'waqtha tal-pjan direzzjonali tas-Servizzi Finanzjarji, inklużi azzjonijiet ta' segwitu u effettività akbar tas-superviżjoni fir-rigward tat-taqlib finanzjarju li għaddej fil-preżent;
   f) it-tisħiħ tal-arranġamenti tar-riżoluzzjoni tal-kriżijiet billi jittejbu r-regoli tal-UE dwar l-istralċ u billi jkunu stabbiliti arranġamenti li jkunu definiti b'mod ċar u aċċettabbli unanimament dwar il-qsim tal-piż fost l-Istati Membri relevanti fil-każ ta' insolvenza fi ħdan il-gruppi finanzjarji transkonfinali;
   g) it-tlestija tal-għodod monetarji u ekonomiċi użati għat-tfassil tal-politika monetarja permezz ta" analiżi bir-reqqa ta' fatturi li jinfluwenzaw l-istabilità u l-funzjonament tas-sistema finanzjarja, fost oħrajn fir-rigward tat-trasferiment tal-politika monetarja, l-iżvilupp ta" assi ta" kreditu u assi finanzjarji, il-karatteristiċi ta" prodotti ġodda u l-konċentrazzjoni tar-riskji u l-likwidità;
   h) reazzjoni Ewropea proattiva fi ħdan fora internazzjonali, notevolment il-Forum dwar l-Istabilità Finanzjarja u l-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u għaż-żieda fil-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi komuni; u
   i) l-ifformular ta' vuċi tal-Unjoni Ewropea fi ħdan il-G8 u r-riflessjoni tal-irwol tal-Unjoni Ewropea bħala korp dinji effiċjenti tat-teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi filwaqt li dan l-irwol ikun aġġustat għall-konsegwenzi tal-globalizzazzjoni u swieq finanzjarji globali aktar dominanti;
   j) koordinament aħjar u aktar effiċjenti bejn l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-istituzzjonijiet tal-Bretton Woods (il-FMI u l-Grupp tal-Bank Dinji) sabiex tkun miġġielda l-ispekulazzjoni u jkunu affrontati l-isfidi ppreżentati minn din il-kriżi serja;
   k) minħabba t-taqlib monetarju attwali serju, l-organizzazzjoni ta' konferenza monetarja dinjija taħt l-awspiċi tal-Fond Monetarju Internazzjonali sabiex isiru konsultazzjonijiet globali dwar kwistjonijiet monetarji; kif ukoll kunsiderazzjoni tal-fattibilità tal-ħolqien ta' mekkaniżmu għas-soluzzjoni ta' tilwim monetarju fi ħdan il-qafas tal-FMI.

64.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-president tal-Grupp tal-Euro, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) Testi adottati, P6_TA(2008)0506.
(2) ĠU C 314E, 21.12.2006, p. 125.
(3) ĠU C 175E, 10.7.2008, p. 569.
(4) Testi adottati, P6_TA(2008)0057.
(5) ĠU C 282 E, 6.11.2008, p. 422.
(6) ĠU C 287E, 29.11.2007, p. 535.
(7) ĠU C 304E, 1.12.2005, p. 132.
(8) ĠU C 74E, 20.3.2008, p. 780.
(9) Testi adottati, P6_TA(2008)0357.
(10) ĠU C 298E, 8.12.2006, p. 249.
(11) ĠU C 146E, 12.6.2008, p. 251.
(12) Testi adottati, P6_TA(2008)0287.
(13) ĠU C 291E, 30.11.2006, p. 118.
(14) ĠU C 157E, 6.7.2006, p. 73.
(15) Testi adottati, P6_TA(2008)0425.
(16) ĠU C 35, 2.2.1998, p. 1.


Applikazzjoni tal-prinċipju ta' pagi ugwali għall-irġiel u n-nisa
PDF 263kWORD 90k
Riżoluzzjoni
Anness
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Novembru 2008 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' pagi ugwali għall-irġiel u n-nisa (2008/2012(INI))
P6_TA(2008)0544A6-0389/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 192, paragrafu 2 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 142, paragrafu 3, tat-Trattat tal-KE,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Lulju 2007 li ġġib l-isem Niġġieldu kontra l-inugwaljanza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel (COM(2007)0424),

–   wara li kkunsidra r-Rapport tan-netwerk ta' esperti legali tal-Kummissjoni fl-oqsma tax-xogħol, l-affarijiet soċjali u l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa ta' Frar 2007 li ġġib l-isem Aspetti Legali tad-Differenza fil-Ħlas bejn is-Sessi,

–   wara li kkunsidra l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi adottat mill-Kunsill Ewropew ta' Brussell tat-23 u l-24 ta' Marzu 2006,

–   wara li kkunsidra l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej bbażata fuq l-Artikolu 141 tat-Trattat tal-KE,

–   wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tal-1994 dwar Xogħol Part Time tal-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO) li teżiġi li l-pajjiżi jinkorporaw fl-akkwisti pubbliċi tagħhom klawżola dwar ix-xogħol li tinkludi l-kwistjoni ta' pagi indaqs,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 11(1)(d) tal-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Għamla ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU bir-Riżoluzzjoni 34/180 tat-18 ta' Diċembru 1979,

–   wara l- kkunsidra l-Qafas ta' Azzjonijiet tal-Imsieħba Soċjali Ewropej dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-1 ta' Marzu 2005 u tar-rapporti ta' segwitu tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-13 ta" Marzu 2007 dwar il-Pjan Direzzjonali għal ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel (2006-2010)(1) u tat-3 ta' Settembru 2008 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel - 2008(2),

–   wara li kkunsidra r-Regoli 39 u 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0389/2008),

A.   billi fl-Unjoni Ewropea n-nisa jaqilgħu medja ta' 15% anqas mill-irġiel u sa 25% anqas fis-settur privat; filwaqt li d-differenza tal-pagi bejn is-sessi tvarja bejn 4% sa aktar minn 25% fl-Istati Membri u m'hemm ebda sinjal li din id-differenza se tonqon b'xi mod sinifikanti,

B.   billi n-nisa jridu jaħdmu sat-22 ta' Frar (jiġifieri 418-il jum kalendarju) sabiex jaqilgħu daqs kemm jaqilgħu l-irġiel f'sena,

C.   billi l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' pagi ugwali għal xogħol ugwali u għal xogħol tal-istess valur hija kruċjali sabiex tinkiseb l-ugwaljanza bejn is-sessi,

D.   billi d-differenza bejn is-sessi qed tkompli tippersisti, kif tixhed data li tindika l-progress estremament bilmod li qed isir (minn 17% fl-1996 għal 15% fl-2005) minkejja l-korp sinifikkativ ta' leġiżlazzjoni li ilu 30 sena fis-seħħ u minkejja l-azzjonijiet li ttieħdu u r-risorżi li ntefqu biex jippruvaw inaqqsuha; billi l-kawżi ta' din id-diskrepanza jeħtieġ li jiġu analizzati u jiġu ppreżentati strateġiji biex jittakiljaw id-differenzi fil-pagi u s-segregazzjoni tas-suq ta' impjieġi għan-nisa li hu fenomenu li jakkumpanjawhom,

E.   billi n-nisa jiksbu rata ta' suċċess fl-iskejjel aktar għolja mill-irġiel fl-Istati Membri kollha u għandhom l-maġġoranza ta' gradwati, mingħajr ma hemm tnaqqis komparabbli fid-differenza fil-pagi,

F.   billi d-differenza fil-pagi tirrizulta minn diskriminazzjoni diretta u indiretta, kif ukoll minn fatturi soċjali u ekonomiċi, segregazzjoni fis-suq tax-xogħol u l-istruttura globali tal-pagi u, barra minn hekk, hija marbuta ma' għadd ta' fatturi legali, soċjali u ekonomiċi li jmorru lilhinn mill-kwistjoni waħdanija tal-istess paga għall-istess xogħol,

G.   billi d-differenza fil-pagi mhijiex ibbażata biss fuq disparitajiet ta' dħul gross fis-siegħa u billi jeħtieġ li jiġu kkunsidrati wkoll fatturi bħal ħlas supplimentari individwali, il-klassifikazzjoni tal-impjiegi, ix-xejriet fl-organizzazzjoni tax-xogħol, l-esperjenza professjonali u l-produttività, li għandhom jitkejlu mhux biss f'termini kwantitattivi (is-sigħat meta l-ħaddiem ikun fiżikament preżenti fuq il-post tax-xogħol) iżda wkoll f'termini kwalitattivi u f'termini tal-impatt fuq il-qliegħ minn sigħat iqsar ta' xogħol, liv u assenzi relatata mas-saħħa,

H.   billi t-tnaqqis tad-differenza fil-pagi kien wieħed mill-għanijiet tal-Istrateġija għat-Tkabbir u l-Impjiegi ta' Liżbona, iżda baqgħet ma ġietx indirizzata biżżejjed mill-Istati Membri,

I.   billi titjib fil-qafas legali tal-UE għandu jgħin lill-Istati Membri u lill-imsieħba soċjali biex jidentifikaw aħjar il-kawżi bażiċi tal-persistenza tad-differenza fil-pagi bejn irġiel u nisa;

J.   billi professjonijiet u impjiegi li fihom għandhom il-predominanza n-nisa għandhom tendenza li jiġu stmati anqas meta mqabbla ma' dawk li fihom hemm il-predominanza tal-irġiel, mingħajr ma hemm bilfors il-ġustifkazzazzjoni ta' kriterji oġġettivi,

K.   billi l-firda diġitali bbażata fuq id-differenza bejn is-sessi li teżisti għandha impatt fuq il-pagi,

L.   billi is-sistema tal-pagi li permezz tagħha jitqies it-tul tas-servizz biex jiġi stabbilit il-livell tal-pagi mhix favorevoli għan-nisa li jkollhom (bosta drabi) jinterrompu l-karriera tagħhom minħabba fatturi esterni bħalma huma waqfien mix-xogħol minħabba l-ulied, posponiment ta' għażliet ta' karrieri jew tnaqqis fil-ħinijiet tax-xogħol, u tqiegħed lin-nisa fi żvantaġġ permanenti u strutturali,

M.   billi l-istatistika tindika li kwalifiki u esperjenza li jinkisbu min-nisa jirriżultaw f'kumpens finanzjarju anqas minn dawk miksuba mill-irġiel; billi barra mill-kunċett ta' pagi ugwali għal xogħol ta' valur ugwali, li m'għandux ikun preġudikat minn approċċ sterjotipiku għad-differenza bejn is-sessi, jeħtieġ li jitwarrbu rwoli fis-soċjetà li s'issa influwenzaw b'mod sinifikattiv l-edukazzjoni u opportunitajiet ta' xogħol; barra minn hekk, liv tal-maternità jew tal-ġenituri m'għandux iwassal għal diskriminazzjoni kontra n-nisa fis-suq tax-xogħol,

N.   billi d-differenza tal-pagi bejn is-sessi għandha impatt serju fuq l-istatus ekonomiku u soċjali tan-nisa tul il-ħajja tax-xogħol tagħhom u lilhinn minnha, u billi minħabba li ma jikkontribwixxux għas-soċjetà bix-xogħol iżda b'mezzi oħrajn, bħal pereżempju billi jieħdu ħsieb it-tfal u qarba anzjani, bosta nisa jinsabu fir-riskju tal-faqar u huma anqas indipendenti ekonomikament,

O.   billi d-differenza fil-pagi hija aktar qawwija fost nisa immigranti, nisa b'diżabilità, nisa minn minoritajiet u nisa bla kwalifiki,

P.   billi huwa essenzjali li jkun hemm data li tiddistingwi bejn is-sessi u qafas legali konxju mid-distinzjoni bejn is-sessi, li jippermettu li trattati il-kawżi ta' diskriminazzjoni fil-ħlas,

Q.   billi l-edukazzjoni tista' u għandha tikkontribwixxi biex teradika mis-soċjetà sterjotipi rigward differenzi bejn is-sessi,

R.   billi l-Parlament talab ripetutament lill-Kummissjoni biex tieħu inizjattivi, inkluża r-reviżjoni ta' leġiżlazzjoni eżistenti, sabiex tiġi trattata d-differenza fil-pagi, jiġi eradikat ir-riskju tal-faqar fost il-pensjonanti u jiġi żgurat lilhom livell ta' għajxien deċenti,

S.   billi d-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet ugwali u trattatment ugwali ta' nisa u rġiel f'oqsma ta' impjieg u xogħol (riformulazzjoni)(3) tgħid li l-prinċipju ta" ħlas ugwali għal xogħol ugwali jew ta' valur ugwali jagħmel parti essenzjali u indispensabbli mill-acquis komunitarju, inkluża l-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja rigward id-diskriminazzjoni u s-sessi, u jeħtieġ li jkun hemm aktar dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' dan il-prinċipju,

T.   billi l-implimentazzjoni mill-Istati Membri, l-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet għal opportunitajiet indaqs ta' miżuri bħal dawk li hemm indikati fil-"Qafas ta' azzjonijiet dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi" imsemmi hawn fuq tal-1 ta' Marzu 2005, tkun tista' tgħin biex tnaqqas id-differenza fil-pagi permezz ta' djalogu soċjali effettiv,

U.   billi strateġija li tikkoreġi d-differenza, is-segregazzjoni orizzontali u vertikali tas-suq tax-xogħol u l-isterjotipi dwar l-impjiegi u s-setturi fejn tipikament issib dominanza femminili se jeħtieġu qafas għal miżuri leġiżlattivi u għal miżuri oħrajn fuq diversi livelli li jiddistingwi bejn diskriminazzjoni fil-paga u differenzi fil-paga bbażati fuq fatturi differenti mid-diskriminazzjoni diretta jew indiretta, minħabba li tal-ewwel taqa' direttament fl-ambitu tal-leġiżlazzjoni u tal-aħħar għandha tiġi ttrattata permezz ta' politika mmirata u miżuri speċifiċi.

V.   billi l-Kummissjoni, kif imħabbar fil-Komunikazzjoni diġà msemmija tat-18 ta' Lulju 2007 qiegħda tagħmel analiżi matul l-2008 tal-qafas legali tal-UE rigward pagi ugwali li għandu jinvolvi lil dawk kollha konċernati, billi r-riżultat ta' din l-analiżi għandu jingħata l-pubbliċità xierqa,

W.   billi ġiet stabbilità bħala mira l-ugwaljanza fil-pensjonijiet għall-irġiel u n-nisa, inkluż rigward l-età tal-irtirar,

X.   billi l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi jista' jkollu rwol fundamentali fil-monitoraġġ tal-iżvilupp tad-diskrepanza li hemm fil-pagi taż-żewġ sessi u fl-analiżi tal-kawżi ta' din id-diskrepanza, kif ukoll fl-evalwazzjoni tal-impatt tal-leġiżlazzjoni,

1.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tressaq quddiem il-Parlament sal-31 ta' Diċembru 2009, skont l-Artikolu 141 tat-Trattat tal-KE, proposta leġiżlattiva dwar ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti rigward il-prinċipju ta' paġi ugwali għall-irgiel u n-nisa, ibbażata fuq ir-rakkomandazzjonijiet dettaljati annessi (4);

2.  Jikkonferma li r-rakkomandazzjonijiet jirrispettaw il-prinċipju tas-sussidjarjetà u d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini;

3.  Jikkunsidra li l-proposta mitluba mhux se jkollha implikazzjonijiet finanzjarji;

4.  Huwa konvint li hu essenzjali li tiġi żgurata implimentazzjoni aħjar u bikrija tad-dispożizzjoni tad-Direttiva 2006/54/KE dwar organizzazzjonijiet favur l-ugwaljanza u d-djalogu soċjali bl-iskop li jiġu indirizzati d-differenzi fil-pagi billi jiġi żgurat li l-Istati Membri, l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet favur opportunitajiet indaqs japplikaw miżuri bħal dawk indikati mill-"Qafas għal azzjonijiet favur l-ugwaljanza bejn is-sessi" imsemmi hawn fuq tal-1 ta' Marzu 2005, billi jieħdu ħsieb li jingħata tagħrif u linji gwida dwar mezzi prattiċi (b'mod partikulari għall-SMEs) biex jitneħħew id-differenzi fil-pagi, inkluż ftehimiet kollettivi nazzjonali u setttorjali;

5.  Jinnota li negozjati u diskussjonijiet kollettivi għandhom irwol importanti fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni kontra n-nisa, u mhux lanqas f'dak li jirrigwarda l-aċċess għax-xogħol, pagi, kundizzjonijiet tax-xogħol, avvanz fil-karrieri u taħriġ vokazzjonali;

6.  Jitlob lill-Istituzzjonijiet Ewropej biex jorganizzaw Jum Ewropew għall-Pagi Indaqs - il-jum li fih in-nisa fl-Ewropea jaqilgħu (bħala medja) il-paga li l-irġiel jaqilgħu (bħala medja) f'sena - li jikkontribwixxi biex iqajjem il-kuxjenza dwar d-differenzi fil-pagi eżistenti u jħeġġeġ lil dawk kollha involuti biex jieħdu inizjattivi addizjonali biex jeliminaw dawn id-differenzi;

7.  Jitlob lill-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u ta' min iħaddem biex flimkien jiżviluppaw strumenti ta' valutazzjoni ta' impjiegi sabiex jitnaqqsu d-differenzi fil-pagi bejn irġiel u nisa;

8.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni u r-rakkomandazzjonijiet dettaljati li hawn magħha lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

ANNESS

RAKKOMANDAZZJONIJIET DETTALJATI DWAR IL-KONTENUT TAL-PROPOSTA MITLUBA

Rakkomandazzjoni 1: DEFINIZZJONIIET

Id-Direttiva 2006/54/KE tagħti definizzjoni ta' pagi ugwali billi tikkopja d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 75/117/KEE. Biex ikun hemm kategoriji aktar preċiżi bħala għodda biex tiġi trattata d-differenza fil-pagi bejn is-sessi (GPG - gender pay gap) huwa importanti li tingħata definizzjoni aktar preċiża tal-kunċetti differenti, bħal pereżempju:

   - GPG, li d-definizzjoni tagħha ma għandhiex tkopri biss il-paga grossa fis-siegħa;
   - Diskriminazzjoni diretta fil-pagi;
   - Diskriminazzjoni indiretta fil-pagi;
   - Rimunerazzjoni, li d-definizzjoni tagħha għandha tkopri kull paga netta u salarju nett kif ukoll kull dritt finanzjarju marbut max-xogħol u kull benefiċċju in natura;
   - Differenza fil-pensjonijiet - f'pilastri differenti tas-sistemi ta' pensjoni - i.e., f'sistemi pay as you go, sistemi ta" sigurtà soċjali professjonali (bħala kontinwazzjoni tad-differenzi fil-pagi wara li wieħed jirtira).

Rakkomandazzjoni 2: ANALIŻI TAS-SITWAZZJONI U T-TRASPARENZA TAR-RIŻULTATI

2.1.  In-nuqqas ta' informazzjoni u għarfien fost l-impjegati u min iħaddem dwar differenzi, eżisteni jew possibbli, fil-pagi fil-kumpanija tagħhom idgħajjef l-implimentazzjoni tal-prinċipju mħaddan fit-Trattat u fil-leġiżlazzjoni eżistenti.

2.2.  Billi jirrikonoxxi li hemm nuqqas ta' data statistika preċiża u r-rati eżistenti tal-pagi aktar baxxi għan-nisa, speċjalment fi professjonijiet bi predominanza ta' nisa, l-Istati Membri għandhom jagħtu kunsiderazzjoni sħiħa għad-differenza fil-pagi bejn is-sessi fil-politika soċjali tagħhom u jittrattwaha bħala problema serja.

2.3.  Huwa għalhekk essenzjali li verifiki regolari, kif ukoll il-pubblikazzjoni tar-riżultati tagħhom, isiru obbligatorji fi ħdan kumpaniji (pereżempju kumpaniji li jħaddmu mhux anqas minn 20 impjegat). Dan r-rekwiżit għandu japplika wkoll għal tagħrif dwar remunerazzjoni addizzjonali mal-pagi.

2.4.  Min iħaddem għandu jipprovdi lill-impjegati u lir-rappreżentanti tagħhom b'riżultati taħt forma ta' statistika kategorizzata skont is-sess. Din l-informazzjoni għandha tinġabar fil-livelli settorjali u nazzjonali f'kull Stat Membru.

2.5.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom itejbu l-istatistika u jinkludu data komparabbli dwar differenzi fil-paġi bejn is-sessi għal xogħol part time u d-differenzi ta' pensjonijiet bejn is-sessi.

2.6.  Din l-istatistika għandha tkun koerenti, komparabbli u kompluta u jkollha l-iskop li tabolixxi elementi ta' diskriminazzjoni fil-pagi b'konnessjoni mal-organizzazzjoni u l-klassifikazzjoni tax-xogħol.

Rakkomandazzjoni 3: EVALWAZZJONI U KLASSIFIKAZZJONI TAX-XOGĦOL

3.1.  Il-kunċett tal-valur tax-xogħol irid ikun ibbażat fuq ħiliet interpersonali jew responsabilità u li jenfasizza l-kwalità tax-xogħol, bl-iskop li jiġu promossi opportunitajiet indaqs bejn l-irġiel u n-nisa u m'għandhux ikun karatterizzat minn approċċ sterjotipiku li jisfavorixxi n-nisa billi pereżempju jenfasizza s-saħħa fiżika aktar mill-abilitajiet interpersonali jew ir-responsabbiltà. Għalhekk, in-nisa trid tingħatalhom informazzjoni, għajnuna u/jew taħriġ fin-neguzjar tal-pagi, il-klassifikazzjoni tax-xogħol u l-livelli ta' pagi. Irid ikun hemm il-possibilità li setturi u kumpaniji jintalbu jeżaminaw jekk is-sistemi ta' klassifikazzjoni tagħhom jirriflettux id-dimensjoni tas-sessi differenti kif meħtieġ u sabiex jagħmlu l-korrezzjonijiet meħtieġa.

3.2.  L-inizjattiva tal-Kummissjoni għandha tistieden lill-Istati Membri biex idaħħlu klassifikazzjoni ta' impjiegi li taqbel mal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn irgiel u nisa, u li tgħin kemm lil min iħaddem u kemm lill-ħaddiema biex jidentifikaw diskriminazzjoni fil-pagi li jista' jkun hemm fuq il-bażi ta' skala ta' pagi preġudikata. Għandu jibqa' importanti r-rispett tal-liġijiet u tradizzjonijiet nazzjonali rigward relazzjonijiet industrijali. Elementi bħal dawn ta' evalwazzjoni u klassifikazzjoni tax-xogħol għandhom ikunu wkoll trasparenti u jkunu għad-dispożizzjoni ta' kulmin hu konċernat u tal-ispettorati tax-xogħol u ta' korpi għall-ugwaljanza.

3.3.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu evalwazzjoni bir-reqqa ffukkata fuq il-professjonijiet iddominata minn nisa,

3.4.  Evalwazzjoni newtrali tax-xogħol dwar id-diffferenza bejn is-sessi għandha tkun ibbażata fuq sistemi ġodda ta' klassifikazzjoni u organizzazzjoni ta' staff u ta' xogħol u fuq esperjenza professjonali u prodottività li tkun fuq kollox evalwata f'temini kwalitativi, biex tintuża bħala sors ta' data u grids ta' evalwazzjoni li jiddeterminaw il-pagi, b'kunsiderazzjoni xierqa għall-prinċipju tal-komparabilità.

Rakkomandazzjoni 4: KORPI GĦALL-UGWALJANZA

Il-korpi ta' promozzjoni tal-ugwaljanza u ta' monitoraġġ għandhom ikollhom rwol akbar fid-differenza fil-pagi bejn l-irġiel u n-nisa. Il-korpi għandhom ikollhom is-setgħa li jimmoniterjaw, jirraportaw, u fejn ikun possibbli jinfurzaw aktar effetivament u aktar independentement il-leġiżlazzjoni dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi. L-Artikolu 20 tad-Direttiva 2006/54/KE għandu jigi rivedut sabiex iseddaq il-mandat tal-korpi billi:

   - jagħtu appoġġ u pariri lill-vittmi ta' diskriminazzjoni fil-pagi;
   - jipprovdu stħarriġ indipendenti rigward id-differenza fil-pagi;
   - jippubblikaw rapport indipendenti u jagħmlu rakkomandazzjonijiet dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw diskriminazzjoni (diretta u indiretta) fil-pagi.
   - ikollhom poteri legali biex iressqu quddiem il-qorti każijiet ta' diskriminazzjoni fil-pagi;
   - jipprovdu taħriġ speċjalizzat għall-imsieħba soċjali u għall-avukati, imħallfin u ombudsmen li jkun ibbażat fuq qafas ta' strumenti analitiċi u miżuri speċifiċi li għandhom jintużaw meta jiġu mfassla l-kuntratti jew meta jiġi verifikat jekk ir-regoli u l-politika biex jindirizzaw id-differenzi fil-pagi humiex jiġu implimentati.

Rakkomandazzjoni 5: DJALOGU SOĊJALI

Jeħtieġ aktar skrutinju ta' ftehimiet kollettivi u l-iskali ta' pagi applikabbli tagħhom u skemi ta' evalwazzjoni tax-xogħol, l-aktar rigward it-trattament ta' ħaddiema part-time u ta' ħaddiema b'arraġamenti atipiċi ta' xogħol oħrajn jew pagamenti żejda/bonusijiet inklużi ħlasijiet in natura (li aktar jingħataw lill-irġiel milli lin-nisa). Skrutinju bħal dan għandu jkopri mhux biss kundizzjonijiet ta' xogħol primarji, imma wkoll kundizjonijiet ta' xogħol sekondarji u skemi ta' sigurtà soċjali rigward xogħol (regoli għal-liv, skemi tal-pensjoni, karozzi tal-kumpaniji, arranġamenti għall-kura tat-tfal, ħin tax-xogħol flessibbli, eċċ.) L-Istati Membri - filwaqt li jirrispettaw l-liġi nazzjonali, il-ftehimiet kollettivi jew il-prattiċi - għandhom jinkuraġġixxu lill-imsieħba soċjali biex jintroduċu evalwazzjonijiet newtrali fir-rigward tal-ġeneru, hekk li kemm min iħaddem u kemm l-impjegati ikunu jistgħu jidentifikaw diskriminazzjonijiet li jista' jkun hemm li jkunu bbażati fuq definizzjoni ta' skala ta' paga preġudikata.

Rakkomandazzjoni 6: PREVENZJONI TAD-DISKRIMINAZZJONI

Għandu jkun hemm referenza speċifika għad-diskriminazzjoni fil-pagi fl-Artikolu 26 (dwar il-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni) tad-Direttiva 2006/54/KE bil-għan li jiġi żgurat li l-Istati Membri, bl-involviment tal-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet favur opportunitajiet indaqs, jaddottaw:

   - miżuri speċifiċi rigward taħriġ u klassifikazzjoni ta' impjiegi, immirati lejn systemi ta' taħriġ vokazzjonali u mfasslin hekk li jneħħu u jipprevjenu d-diskriminazzjoni fit-taħriġ u l-klassifikazzjoni u fil-valutazzjoni ekonomika tal-kompetenzi;
   - linji politiċi speċifiċi li jagħmlu possibbli r-rikonċiljazzjoni tax-xogħol mal-ħajja personali u l-ħajja fil-familja, li jkopru kura tat-tfal u servizzi oħra ta' kura, organizzazzjoni u sigħat tax-xogħol flessibbli, liv tal-maternità, tal-paternità, tal-ġenituri, u tal-familja, b'miżuri speċifiċi għall-liv tal-paternità u għall-protezzjoni tiegħu u għall liv tal-ġenituri li jkopri finanzjarjament iż-żewġ ġenituri;
   - azzjonijiet affirmativi konkreti (skont l-Artikolu 141(4) tat-Trattat KE) biex jirranġaw id-differenzi fil-pagi u s-segregazzjoni minħabba differenza tas-sessi, li jiddaħħlu fis-seħħ mill-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet favur opportunitajiet indaqs fil-livelli varji, kemm kontrattwali u kemm settorjali, bħalma huma: il-promozzjoni ta' ftehimiet rigward pagi biex jikkumbattu l-GPG, investigazzjonijiet rigward pagi ndaqs, l-iffissar ta' objettivi kwantitativi u benchmarking, skambi tal-aħjar prattika,
   - id-dħul ta" klawsola f'kuntratti pubbliċi li titlob rispett għall-ugwaljanza bejn is-sessi u għall-pagi ndaqs fil-kuntratti pubbliċi.

Rakkomandazzjoni 7: Integrazzjoni tal-ġeneru

L-integrazzjoni tal-ġeneru għandu jisseddaq bl-inklużjoni fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 2006/54/KE ta' linji gwida preċiżi għall-Istati Membri rigward il-prinċipju tal-pagi ndaqs u biex jitnaqqsu d-differerenza fil-pagi. Il-Kummissjoni għandha tarma ruħha biex tipprovdi għajnuna lill-Istati Membri u lill min hu involut fir-rigward ta' miżuri prattiċi biex jitnaqqsu d-differerenzi fil-pagi bejn l-irġiel u nisa permezz ta' dan li ġej:

   - jinstabu skemi ta' rapurtaġġ bl-iskop li jevalwaw id-differerenza fil-pagi bejn l-irġiel u n-nisa
   - jinħoloq bank ta' data li jiġbor l-informazzjoni dwar bidliet fis-sistemi ta' klassifikazzjoni u organizzazzjoni ta' ħaddiema,
   - jinġabru u jitqassmu r-riżultati ta' esperimenti dwar ir-riforma tal-organizzazzjoni tax-xogħol,
   - jinstabu linji gwida speċifiċi għall-monitoraġġ ta' differenzi fil-pagi fil-kuntest ta' neġozjati kollettivi li għandhom jitqiegħdu fuq sit tal-internet u tradotti f'għadd ta' lingwi u li jkunu aċċessibbli għal kulħadd,
   - tixrid ta' informazzjoni u linji gwida rigward mezzi prattiċi (b'mod partikulari għall-SMEs) biex jitnaqqsu d-differenzi fil-pagi, inklużi ftehimiet kollettivi nazzjonali u settorjali.

Rakkomandazzjoni 8: SANZJONIJIET

8.1.  Għal raġunijiet differenti, il-leġiżlazzjoni f'dan il-qasam jidher biċ-ċar li hija anqas effettiva u jekk wieħed iżomm f'moħħu li l-problema kollha ma tistax tissolva bil-leġiżlazzjoni biss, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom isaħħu l-leġiżlazzjoni preżenti b'għamliet xierqa ta' sanzjonijiet.

8.2.  Huwa importanti li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ksur tal-prinċipju ta' pagi ugwali għal xogħol ugwali jkun suġġett għal sanzjonijiet skont id-dispożizzjoni legali fis-seħħ.

8.3.  Ta' min ifakkar li skont id-Direttiva 2006/54/KE, l-Istati Membri diġà huma obbligati li jipprovdu kumpens jew riparazzjoni (Artikolu 18), kif ukoll pieni (Artikolu 25) li jkunu "effettivi, proporzjonati u dissważivi". Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet mhumiex biżżejjed biex jevitaw ksur tal-prinċipju ta' paga ugwali. Għal din ir-raġuni huwa propost li jsir studju dwar il-fattibiltà, l-effetività u l-impatt tat-tnedija ta' sanzjonijiet possibbli, bħalma huma:

   - il-kumpens jew ir-riparazzjoni m'għandhomx ikunu ristretti billi jiġi ffissat minn qabel limitu massimu;
   - pieni, li jridu jinkludu l-ħlas ta' kumpens lill-vittma;
   - multi amministrattivi (pereżempju fil-każ ta' nuqqas ta' notifika jew ta' komunikazzjoni mandatorja jew nuqqas ta' disponibilità ta' analiżi u evalwazzjoni ta' statistiċi ta' pagi mqassma skont il-ġeneru (skont ir-Rakkomandazzjoni 2) mitlubin mill-ispettorati tax-xogħol jew mill-korpi ta' ugwaljanza kompetenti;
   - skwalifika minn benefiċċji pubbliċi, sussidji (inkluż finanzjament immanniġġjat mill-Istati Membri) u proċeduri ta' akkwist pubbliku, kif diġà stipulat fid-Direttivi 2004/17/KE(5) u 2004/18/EC(6) rigward il-proċedura ta' akkwist.
   - l-identifikazzjoni ta' min jagħmel il-ksur, li għandha tixxandar pubblikament.

Rakkomandazzjoni 9: STREAMLINING TA' REGOLAZZJONI TAL-UE U TAL-POLITIKA TAL_UE

9.1.  Qasam fejn hi meħtieġa azzjoni urġenti jirrigwarda l-fatt li hemm penalizzazzjoni fil-pagi marbuta ma' xogħol part time. Dan jeħtieġ evalwazzjoni u possibilment reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal-15 ta' Diċembru 1997 rigward il-Ftehima ta' Qafas dwar xogħol part time konkluż mill UNICE, CEEP u l-Anness ETUC: Ftehima ta' Qafas dwar xogħol part time(7), li jippreskrivi trattament ugwali għal min jaħdem full time u min jaħdem part time, kif ukoll azzjonijiet aktar immirati u aktar effettivi fi ftehimiet kollettivi.

9.2.  Objettiv aktar konkret biex jitnaqqsu d-differenzi fil-pagi għandu jiddaħħal b'urġenza fil-Linji Gwida ta' Impjegar, inkluż fir-rigward ta' aċċess għal taħriġ vokazzjonali u r-rikonoxximent tal-kwalifiki u l-kompetenzi tan-nisa.

(1) ĠU C 301 E, 13.12.2007, p. 56.
(2) Testi adottati , P6_TA(2008)0399.
(3) ĠU L 204, 26.7.2006, p.23.
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 75/117/KEE tal-10 ta' Frar 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' paga ndaqs għall-irġiel u għan-nisa (ĠU L 45 19.2.1975, p. 19) ġiet inkorporata fid-Direttiva 2006/54/KE. Skont id-dispożizzjonijiet tad-Diretttiva 2006/54/EC, id-Direttiva 75/117/KEE tiġi revokata mill-15 ta' Awissu 2009, li hija wkoll l-aħħar skadenza ffissata għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.
(5) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.
(6) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.
(7) ĠU L 14, 20.1.1998, p. 9.


Appoġġ għal turija minn kmieni tal-produzzjoni sostenibbli tal-enerġija mill-fjuwils fossili
PDF 238kWORD 58k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Novembru 2008 dwar l-appoġġ għal turija minn kmieni tal-produzzjoni sostenibbli tal-enerġija mill-fjuwils fossili (2008/2140(INI))
P6_TA(2008)0545A6-0418/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Jannar 2008 li ġġib l-isem L-appoġġ għal turija minn kmieni tal-produzzjoni sostenibbli tal-enerġija mill-fjuwils fossili (COM(2008)0013) u d-dokument ta' ħidma tal-istaff tal-Kummissjoni dwar l-istudju tal-impatt (SEC(2008)0047),

   wara li kkunsidra l-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex ittejjeb u twessa' s-sistema Komunitarja għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra (COM(2008)0016) u d-dokument ta' ħidma tal-istaff tal-Kummissjoni li jakkumpanjah, dwar l-istudju tal-impatt (SEC(2008)0052),

   wara li kkunsidra l-proposta għal-direttiva tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE, 96/61/KE, id-Direttivi 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (COM(2008)0018) d-dokument ta' ħidma tal-istaff tal-Kummissjoni li jakkumpanjah, dwar l-istudju tal-impatt (SEC(2008)0054),

-   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummisssjoni tat-22 ta' Novembru 2007 li ġġib l-isem "Pjan strateġiku Ewropew għat-teknoloġija tal-enerġija (SET-PLAN): Lejn ġejjieni ta' emissjonijiet baxxi tal-karbonju (COM(2007)0723) u d-dokument ta' ħidma tal-istaff tal-Kummissjoni li jakkumpanjah, dwar mappa teknoloġika (SEC(2007)1510) u dwar mappa tal-kapaċitajiet (SEC(2007)1511)

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Jannar 2008 bit-titolu "20 għal darbtejn sa l-2020: L-opportunitajiet dwar it-tibdil fil-klima għall-Ewropa" (COM(2008)0030),

-   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Jannar 2007 bit-titolu "Politika dwar l-enerġija għall-Ewropa" (COM(2007)0001),

-   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013)(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A6-0418/2008),

A.  Billi l-użu ta' fjuwils fossili fi ħdan l-UE, skont l-aħħar għarfien xjentifiku u teknoloġiku, jekk ma jkunx hemm investimenti kbar fir-riċerka u l-iżvilupp f'teknoloġiji oħra, se jibqa' neċessarju għal għexieren ta' snin oħra biex is-sikurezza tal-provvista tkun fiż-żgur,

B.   billi l-faħam huwa l-uniku sors ta' enerġija fossili disponibbli fl-UE li jista' jillimita d-dipendenza dejjem tikber fuq l-importazzjoni taż-żejt u l-gass minn pajjiżi terzi li huma f'qagħda inċerta u, għalhekk, għandu importanza starteġika,

C.   billi, filwaqt li f'ħafna Stati Membri l-faħam għandu rwol ewlieni fit-taħlita ta' enerġija, l-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam jeħtieġu programmi kbar ta' mmodernizzazzjoni u investiment sabiex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom ta' gassijiet b'effett ta' serra,

D.   billi ħafna Stati Membri tal-UE għandhom riżorsi kbar ta' faħam, li huma stmati li jservu għal żmien konsiderevoli fis-seklu li jmiss,

E.   billi l-użu fuq skala wiesgħa ta' teknoloġiji tal-qbid u l-ħażna tad-dijossidu tal-karbonju (CCS), - fl-impjanti tal-enerġija, kif ukoll, fuq żmien fit-tul, f'oqsma industrijali fejn hemm emissjonijiet kbar tad-CO2, - jista' jgħin biex jintlaħqu l-għanijiet ambizzjużi tal-UE rigward il-klima li jmorru lilhinn mis-sena 2020, u billi l-użu ta' dawn it-teknoloġiji għandu jikkompleta l-isforzi fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija fuq in-naħa tal-provvista u d-domanda kif ukoll fil-qasam tal-enerġiji li jiġġeddu,

F.   billi l-produzzjoni tal-enerġija f'ħafna ekonomiji li qed jikbru fid-dinja tiddependi fuq il-faħam, u billi l-kisbiet tal-politika tal-klima f'dawn ir-reġjuni huma marbuta mill-qrib ħafna mal-possibilità tal-użu tal-faħam b'emissjonijiet imnaqqsa,

G.   billi l-użu ta' teknoloġiji tas-CCS fl-impjanti tal-enerġija mill-2020 ikun biss possibbli jekk permezz ta' proġetti ta' turija jinkisbu żviluppi ġodda u meħtieġa fit-teknoloġija u titjib fl-effiċjenza u fil-vijabilità ekonomika, filwaqt li fl-istess ħin ikun żgurat li jkun irrispettat l-ambjent,

H.   billi dewmien fil-bini ta' impjanti ta' turija jixħet fid-dubju l-użu ta' teknoloġiji tas-CCS fl-impjanti tal-enerġija u konsegwentement li jintlaħqu l-għanijiet tal-politika dwar il-klima,

I.   billi s'issa għad m'hemmx qafas leġiżlattiv adegwat li huwa meħtieġ għall-użu tat-teknoloġiji tas-CCS,

J.   billi l-leġiżlazzjoni Komunitarja f'dan il-qasam trid tiġi adottata mill-aktar fis mil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali u reġjonali u għandha tkun issupplimentata bi proposti leġiżlattivi ġodda, l-aktar fir-rigward tal-bini ta' infrastruttura tat-trasport,

K.   billi n-nuqqas ta' dispożizzjonijiet legali jagħmilha diffiċli li l-impriżi jieħdu deċiżjonijiet ta' investiment jew li investituri potenzjali jaġixxu fis-swieq finanzjarji,

L.   billi l-bini ta' mill-inqas 12-il impjant ta' turija għandu jkun appoġġjat, u billi l-proġetti ta' turija fuq livell Ewropew għandhom jintgħażlu skont jekk jipprovdux l-għarfien ġdid meħtieġ fir-rigward tat-teknoloġiji individwali u d-diversi għażliet ta' trasport u ħżin,

1.  Jenfasizza li l-għan tal-politika tal-UE dwar il-klima għandu jkun it-tnaqqis dinji tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra;

2.  Ifakkar fir-Rapport Speċjali tal-2005 dwar is-CCS tal-Panil Intergovernattiv dwar il-Bidla fil-Klima (IPCC) li identifika s-CCS bħala teknoloġija promettenti għat-tnaqqis b'ħeffa tal-emisjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra, bil-potenzjal li jinkiseb tnaqqis sa 55% sal-2100;

3.  Jirrikonoxxi li l-użu ta' teknoloġiji tas-CCS jista' jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-UE dwar il-klima wara s-sena 2020; madankollu jirrimarka li l-appoġġ għall-użu tat-teknoloġiji tas-CCS jikkumplineta l-isforzi li qed isiru biex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika u biex jiżdied l-użu tal-enerġiji li jiġġeddu;

4.  Ifakkar fl-impenn tal-Kunsill Ewropew tat-8 u d-9 ta' Marzu 2007 li jistimula l-bini u t-tħaddim, sal-2015, ta' sa 12-il faċilità ta' turija ta' teknoloġiji li jippermettu l-użu sostenibbli ta' fjuwils fossili għall-produzzjoni kummerċjali tal-enerġija;

5.  Jenfasizza l-ħtieġa li jkun żgurat li jitwettqu dibattiti nazzjonali u li l-esperti kollha fil-qasam ikunu involuti, sabiex tiġi enfasizzata l-importanza tat-turija minn kmieni tal-produzzjoni sostenibbli tal-enerġija mill-fjuwils fossili;

6.  Jaqbel mal-fehma li huwa meħtieġ li jinbnew mill-inqas 12-il impjant ta' turija fl-UE sabiex jintlaħaq l-użu mixtieq tat-teknoloġiji tas-CCS fl-impjanti tal-enerġija u l-ħżin mingħajr perikli tad-CO2 mis-sena 2020 'l quddiem; huwa tal-fehma li, jekk ikun possibbli, f'dan il-kuntest, it-turija tat-teknoloġiji tas-CCS għandha tkun appoġġjata wkoll f'faċilitajiet industrijali oħra qabel l-2020; jirrimarka li t-turija tal-proċessi tas-CCS fil-fażijiet tal-qabda, tat-trasport u tal-ħażna, jeħtieġ li tistabilixxi jekk it-teknoloġiji tas-CCS jistgħux jintużaw b'mod sikur u jekk dawn joffrux soluzzjoni effettiva f'sens ta' nefqa għall-problema tal-bidla fil-klima;

7.  Iqis l-iżvilupp u l-użu, li qed jikbru, tat-teknoloġiji tas-CCS, bħala mezz ta' kif isir progress lejn l-ilħuq simultanju tal-objettivi tas-sigurtà tal-provvista, tal-ħarsien tal-klima u tal-kompetittività;

8.  Huwa tal-fehma li, fid-dawl tal-irwol tal-fjuwils fossili fit-taħlita tal-enerġiji ta' ħafna pajjiżi fid-dinja, it-teknoloġiji tas-CCS fl-UE jistgħu, flimkien mal-isforzi li qed isiru biex titkabbar l-effiċjenza enerġetika u l-użu ta' enerġiji li jiġġeddu, jikkontribwixxu biex tinkiseb sigurtà fil-provvista u ħarsien tal-klima;

9.  Jenfasizza li jridu jiġu stipulati kriterji stretti u li jorbtu għas-sikurezza fit-tul u l-permanenza tal-postijiet tal-ħażna;

10.  Iqis li l-ħażna taħt qiegħ il-baħar tista', f'każ ta' xi inċident, tipperikola l-ekosistemi tal-baħar;

11.  Huwa tal-fehma li l-miżuri ppreżentati mill-Kummissjoni mhumiex biżżejjed biex jipprovdu l-inċentivi mixtieqa sabiex jinbnew mill-inqas 12-il impjant ta' turija sa l-2015;

12.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta stima ddettaljata tal-ispiża ta' kull wieħed mit-12-il faċilità ta' turija, u tas-sehem tas-settur privat u tas-settur pubbliku fil-finanzjament tagħhom;

13.  Iqis li jinħtieġ impenn finanzjarju dirett biex ikun iggarantit il-bini ta' 12-il proġett ta' turija;

14.  Jiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li d-deċiżjonijiet dwar l-investiment u l-akkwist ta' kapital fis-swieq finanzjarji għall-faċilitajiet ta' turija qed ikunu imxekkla minħabba n-nuqqas ta' qafas leġiżlattiv, b'mod partikolari fil-livell nazzjonali u reġjonali, u minħabba inċertezzi rigward iċ-ċaqliq fil-ġejjieni fil-prezzijiet taċ-ċertifikati fl-iskambju ta' emissjonijiet;

15.  Huwa tal-fehma li l-ispazju ta' żmien li hemm bejn l-appoġġ potenzjali mill-iskambju tal-kwoti ta' emissjonijiet mis-sena 2013, u l-fażi meħtieġa ta' ppjanar u bini tal-faċilitajiet ta' turija, jista' jimtela billi jitpoġġew għad-dispożizzjoni riżorsi finanzjarji.

16.  Jipproponi, f'dan il-kuntest, li r-riżorsi mill-mekkaniżmu tal-qsim tar-riskju finanzjarju (RSFF) li ġew miżmuma wara l-adozzjoni tas-Seba' Programm ta' Riċerka ta' Qafas sakemm issir l-evalwazzjoni ta' nofs iż-żmien, għandhom jiġu allokati għall-faċilitajiet ta' turija tas-CCS, sabiex ir-riżorsi jkunu disponibbli fil-pront biex jappoġġjaw dawn il-proġetti u, jekk ikun possibbli, kif maħsub mill-Kummissjoni, biex dawn jiżdiedu b'aktar fondi bil-kooperazzjoni mal-EIB;

17.  Iqis, barra minn hekk, li, fir-rigward tal-iskema tal-iskambju tal-kwoti ta' emissjonijiet tal-UE (EU ETS), l-inċentivi għall-produzzjoni tat-teknoloġiji tas-CCS għandhom jiġu miżjuda, billi jiġu allokati, fi ħdan l-EU ETS, kwoti għall-produzzjoni mistennija tat-teknoloġiji tas-CCS b'żieda ta' mill-anqas 25% mill-2013; iqis ukoll li dawn il-kwoti għandhom, madankollu, jingħataw mhux inqas minn sentejn qabel il-bini sabiex ikunu jistgħu jiġu skambjati; iqis b'alternattiv, li għandha tkun prevista allokazzjoni ta' 500 miljun kwota ta' skambju ta' emissjonijiet għas-sostenn ta' dawn il-proġetti; barra minn hekk jinkuraġġixxi lill-Istati Membri sabiex jużaw id-dħul mill-irkantar tal-kwoti ta' emissjoni fil-qafas tal-EU ETS biex ikunu ta' sostenn għat-teknoloġiji tas-CCS u għall-infrastruttura meħtieġa;

18.  Iqis li huwa assolutament meħtieġ li talanqas it-12-il faċilità ta' turija li għandhom jiġu sostnuti għandhom ikopru l-kombinazzjonijiet kollha possibbli tat-tliet teknoloġiji tas-CCS bis-sorsi differenti ta' enerġija u bl-għażliet differenti ta' ħażna u li l-għażla tas-siti tkun ispirata mill-ħtieġa li tiġi żgurata l-akbar diversifikazzjoni ġeoġrafika possibbli madwar l-UE,

19.  Jirrakkomanda bis-sħiħ li fl-għażla jkunu inklużi l-impjanti tal-enerġija b'qawwa minima ta' 180 MW;

20.  Huwa tal-fehma li mingħajr dewmien għandhom jiġu fformulati r-rekwiżiti għall-proċeduri ta' awtorizzazzjoni fil-livell nazzjonali u reġjonali għat-trasport u l-ħażna;

21.  Iqis li jinħtieġ impenn ulterjuri tal-UE sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tal-infrastruttura meħtieġa tat-trasport, u jinnota, f'dan ir-rigward, li l-proċeduri ta' awtorizzazzjoni fl-Istati Membri individwali għal infrastrutturi oħra tat-trasport jistgħu jieħdu is-snin; f'dan ir-rigward jiġbed l-attenzjoni dwar l-importranza li dawn il-proċeduri jitqassru sabiex jiġi ggarantit il-bini tagħhom sal-2020;

22.  Iqis l-użu ta' fondi strutturali għall-impjanti tat-turija tas-CCS bħala possibilità biss jekk reġjuni individwali ma jkunux għadhom rabtu l-fondi ma' proġetti oħra fuq żmien fit-tul, jew ressqu proposti f'dan is-sens, u jenfasizza li l-aċċettazzjoni ta' sforzi għall-ħarsien tal-klima jiġu tonqos jekk l-approprijazzjonijiet għat-titjib fil-koeżjoni ekonomika u soċjali ikollhom jikkompetu mal-miżuri dwar il-ħarsien tal-klima;

23.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lil gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 412, 30.12.2006, p.1.

Avviż legali - Politika tal-privatezza