Indiċi 
Testi adottati
It-Tlieta, 16 ta' Diċembru 2008 - Strasburgu
Ftehim Ewro-Mediterranju UE-Marokk (adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija) ***
 Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni KE-Albanija (adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija) ***
 Protokoll mal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni KE-Kroazja (adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija) ***
 Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Indja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru *
 Protezzjoni kontra l-iffalsifikar tal-euro *
 Protezzjoni tal-euro mill-iffalsifikar għal dawk l-Istati Membri li m'adottawx il-euro bħala munita unika tagħhom *
 Salvagwardji meħtieġa minn kumpanniji bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (verżjoni kodifikata) ***I
 Eżenzjonijiet mit-taxxa applikabbli għad-dħul permanenti minn xi Stat Membru tal-propjetà personali ta" individwi (verżjoni kodifikata) *
 In-nefqa fil-kamp veterinarju (verżjoni kkodifikata) *
 Midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro *
 Midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro *
 Abbozz ta' Baġit ta' emenda Nru 9/2008
 Unitajiet ta' kejl ***II
 L-aspetti tal-iżvilupp reġjonali tal-impatt tat-turiżmu f'reġjuni kostali
 Il-litteriżmu medjatiku fid-dinja diġitali
 L-Istabbiliment ta' Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (tfassil mill-ġdid) ***II
 Adattament ta' ċerti atti suġġetti għad-Deċiżjoni 1999/468/KE tal-Kunsill li jemenda d-Deċiżjoni 2006/512/KE – Adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju (Ir-Raba' Parti) ***I
 Il-ħolqien ta' Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali ***I
 Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew (tfassil mill-ġdid) ***I
 Trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża ***I
 L-approvazzjoni ta' tip ta' vetturi bil-mutur u ta' magni ***I
 L-ERDF, l-ESF u l-Fond ta' Koeżjoni (proġetti li jiġġeneraw dħul) ***
 Ir-regoli applikabbli għal ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej *
 Rekwiżiti ta' Kapital (pjan ta' implimentazzjoni)
 Il-Kumpaniji ta' Direttorju Qarrieqa

Ftehim Ewro-Mediterranju UE-Marokk (adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija) ***
PDF 197kWORD 34k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll mal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra, biex jingħata qies ta' l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (13104/2007 COM(2007)0404 – C6-0383/2008 – 2007/0137(AVC))
P6_TA(2008)0584A6-0458/2008

(Proċedura ta' kunsens)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2007)0404),

–   wara li kkunsidra t-test tal-Kunsill 13104/2007),

–   wara li kkunsidra t-talba għall-kunsens magħmula mill-Kunsill skont l-Artikolu 300(3), it-tieni subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza, u l-Artikolu 310 tat-Trattat KE (C6-0383/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 75, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0458/2008),

1.  Jagħti l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lir-Renju tal-Marokk.


Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni KE-Albanija (adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija) ***
PDF 199kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-konklużjoni tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' l-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma" l-Unjoni Ewropea (7999/2008 – COM(2008)0139 – C6-0453/2008 – 2008/0057(AVC))
P6_TA(2008)0585A6-0496/2008

(Proċedura ta' kunsens)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni (COM(2008)0139),

–   wara li kkunsidra t-talba għal kunsens magħmula mill-Kunsill skond l-Artikolu 300(3), it-tieni sub-paragrafu, flimkien ma' l-Artikolu 300(2), l-ewwel sub-paragrafu, it-tieni sentenza tat-Trattat KE (C6-0453/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 75, 83(7) u 43(1), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0496/2008),

1.  Jagħti il-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u tar-Repubblika ta' l-Albanija.


Protokoll mal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni KE-Kroazja (adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija) ***
PDF 199kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni il-konklużjoni tal-Protokoll mal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma" l-Unjoni Ewropea (15019/2008 – COM(2007)0612 – C6-0463/2008 – 2007/0215(AVC))
P6_TA(2008)0586A6-0490/2008

(Proċedura ta' kunsens)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni (COM(2007)0612),

–   wara li kkunsidra t-talba għal kunsens magħmula mill-Kunsill skond l-Artikolu 300(3), it-tieni sub-paragrafu, flimkien ma' l-Artikolu  300(2), l-ewwel sub-paragrafu, it-tieni sentenza tat-Trattat KE (C6-0463/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 75, 83(7), u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A6-0490/2008),

1.  Jagħti il-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokol;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti ta' l-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Kroazja.


Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Indja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru *
PDF 196kWORD 31k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehima bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Indja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (COM(2008)0347 – C6-0342/2008 – 2008/0121(CNS))
P6_TA(2008)0587A6-0471/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2008)0347),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 80(2) u l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, tat-Trattat KE.

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skont liema Artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6–0342/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6–0471/2008),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-ftehima;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Indja.


Protezzjoni kontra l-iffalsifikar tal-euro *
PDF 200kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-abbozz tar-Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni kontra l-iffalsifikar tal-euro (14533/2008 – C6-0395/2008 – 2007/0192A(CNS))
P6_TA(2008)0588A6-0499/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni – konsultazzjoni mġedda)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (14533/2008),

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0525),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2008(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 247(3) tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0395/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 43(1) u 55(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0499/2008),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-abbozz b'mod sustanzjali jew li jibdlu b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi Adottati, P6_TA(2008)0280.


Protezzjoni tal-euro mill-iffalsifikar għal dawk l-Istati Membri li m'adottawx il-euro bħala munita unika tagħhom *
PDF 201kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1339/2001 li jestendi l-effetti tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni tal-euro mill-iffalsifikar għal dawk l-Istati Membri li m'adottawx il-euro bħala munita unika tagħhom (14533/2008 – C6-0481/2008 – 2007/0192B(CNS))
P6_TA(2008)0589A6-0503/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni -Konsultazzjoni mġedda)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kunsill (14533/2008),

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2007)0525),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2008(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0481/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 43(1) u 55(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0503/2008),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li jibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi Adottati, P6_TA(2008)0280.


Salvagwardji meħtieġa minn kumpanniji bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (verżjoni kodifikata) ***I
PDF 202kWORD 34k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta" salvagwardji li, għall-protezzjoni ta" l-interessi ta" membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta" kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta" l-Artikolu 48 tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta" kumpaniji pubbliċi ta" responsabbiltà limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti (verżjoni kodifikata) (COM(2008)0544 – C6-0316/2008 – 2008/0173(COD))
P6_TA(2008)0590A6-0465/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0544),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 44(2)(g) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0316/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta" Diċembru 1994 – Metodu ta" ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta" testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0465/2008),

A.   billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata skond ir-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jibgħat il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Eżenzjonijiet mit-taxxa applikabbli għad-dħul permanenti minn xi Stat Membru tal-propjetà personali ta" individwi (verżjoni kodifikata) *
PDF 203kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar eżenzjonijiet mit-taxxa applikabbli għad-dħul permanenti minn xi Stat Membru tal-propjetà personali ta" individwi (verżjoni kodifikata) (COM(2008)0376 – C6-0290/2008 – 2008/0120(CNS))
P6_TA(2008)0591A6-0466/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0376),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0290/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0466/2008),

A.   billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


In-nefqa fil-kamp veterinarju (verżjoni kkodifikata) *
PDF 201kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal deciżjoni tal-Kunsill dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (verżjoni kkodifikata) (COM(2008)0358 – C6-0271/2008 – 2008/0116(CNS))
P6_TA(2008)0592A6-0464/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0358),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0271/2008),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 fuq metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi(1),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0464/2008),

A.   billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


Midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro *
PDF 195kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro (COM(2008)0514 VOL I – C6-0332/2008 – 2008/0167(CNS))
P6_TA(2008)0593A6-0469/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0514 VOL I),

–   wara li ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0332/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6–0469/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro *
PDF 198kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2183/2004 li jestendi għall-Istati Membri mhux parteċipanti l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro (COM(2008)0514 VOL II – C6-0335/2008 – 2008/0168(CNS))
P6_TA(2008)0594A6-0470/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0514 VOL II),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0335/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0470/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Abbozz ta' Baġit ta' emenda Nru 9/2008
PDF 206kWORD 36k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 9/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, taqsima III - Kummissjoni (16263/2008 – C6-0462/2008 – 2008/2311(BUD))
P6_TA(2008)0595A6-0487/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, adottat b'mod aħħari fit-13 ta' Diċembru 2007(2),

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(3),

–   wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda Nru 10/2008 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, ippreżentat mill-Kummissjoni fil-31 t'Ottubru 2008 (COM(2008)0693),

–   wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 9/2008, imħejji mill-Kunsill fis-27 ta' Novembru 2008 (16263/2008 – C6-0462/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0487/2008),

A.   billi l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 9 għall-baġit ġenerali 2008 jkopri l-punti li ġejjin:

   - Żieda netta fil-previżjonijiet tad-dħul (EUR 1 198,7 miljun) wara r-reviżjoni tal-previżjonijiet ta' riżorsi proprji u dħul ieħor;
   - Tnaqqis fl-approprjazzjonijiet ta" pagament fil-linji tal-baġit għall-intestaturi 1a, 1b, 2, 3b u 4 (EUR 4 891,3 miljun), wara li jitqies it-tqassim mill-ġdid propost fit-trasferiment globali;
   - L-inklużjoni tal-aspetti baġitarji marbuta mal-finanzjament tal-Faċilità għal rispons rapidu għall-prezzijiet tal-ikel li dejjem qed jogħlew fil-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw fl-2008, kif jirriżultaw mid-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2008 dwar il-finanzjament tal-Faċilità għall-Ikel,

B.   billi l-iskop tal-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 9/2008 huwa li jdaħħal formalment dan l-aġġustament baġitarju fil-baġit għall-2008,

C.   billi l-Kunsill adotta l-abbozz preliminari ta' baġit ta' emenda Nru 10/2008 bħala l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 9/2008, wara li kien ikkanċellat l-abbozz preliminari ta' baġit ta' emenda Nru 8/2008,

1.  Jieħu nota tal-abbozz preliminari ta' baġit ta' emenda Nru 10/2008;

2.  Japprova l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 9/2008 mingħajr emendi;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(2) ĠU L 71, 14.3.2008.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


Unitajiet ta' kejl ***II
PDF 200kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-unitajiet ta' kejl (11915/3/2008 – C6-0425/2008 – 2007/0187(COD))
P6_TA(2008)0596A6-0476/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (11915/3/2008 – C6-0425/2008),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0510),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0476/2008),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni;

2.  Jinnota li l-att huwa adottat skont il-pożizzjoni komuni;

3.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma l-att mal-President tal-Kunsill skont l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, ladarba jiġi vverifikat li l-proċeduri kollha tlestew kif xieraq, u, bi ftehim mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, biex jara li jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) ĠU C 297 E, 20.11.2008, p. 105.


L-aspetti tal-iżvilupp reġjonali tal-impatt tat-turiżmu f'reġjuni kostali
PDF 265kWORD 103k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-aspetti tal-iżvilupp reġjunali tal-impatt tat-turiżmu f'reġjuni kostali (2008/2132(INI))
P6_TA(2008)0597A6-0442/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali(1),

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar Grupp Ewropew tal-kooperazzjoni territorjali (EGTC)(2),

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar it-twaqqif ta' Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija(3),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistipula d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni(4),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-istabbilizzazzjoni ta' qafas għall-azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ambjentali tal-baħar (Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marittima)(5),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea dwar ir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-attivitajiet dimostrattivi (2007 - 2013)(6),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2008 dwar il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill sabiex tkun adottata Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tariffi fl-ajruporti(7),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Settembru 2000 'Ġestjoni Integrata taż-Żoni Kostali: strateġija għall-Ewropa' (COM(2000)0547),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ottubru 2007 'Aġenda għal turiżmu Ewropew sostenibbli u kompetittiv' (COM(2007)0621),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Marzu 2006 Tiġdid tal-Politika tal-UE dwar it-Turiżmu: Lejn partenarjat aktar b'saħħtu għat-Turiżmu Ewropew' (COM(2006)0134), u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tad-29 ta' Novembru 2007 dwar dan is-suġġett(8),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ottubru 2007 'Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea' (COM(2007)0575), u r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-20 ta' Mejju 2008 dwar dan is-suġġett(9),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Jannar 2008 '20 20 sal-2020 - L-opportunità dwar it-tibdil fil-klima għall-Ewropa' (COM(2008)0030),

–   wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ġunju 2006 Lejn Politika Marittima tal-Unjoni għall-ġejjieni: Viżjoni Ewropea għall-Oċeani u l-Ibħra' (COM(2006)0275),

–   wara li kkusidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta' Brussell tal-14 ta' Diċembru 2007,

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta bejn tliet partijiet tal-20 ta' Mejju 2008 bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni li tistabbilixxi 'Jum Martittimu Ewropew' li jiġi ċċelebrat fl-20 ta' Mejju kull sena,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0442/2008),

A.   billi l-UE għandha sitt makrożoni tax-xtut, dawk mal-Atlantiku, mal-Baltiku, mal-Baħar l-Iswed, mal-Mediterran, mal-Baħar tat-Tramuntana u r-reġjuni l-aktar imbiegħda, u kull wieħed minn dawn għandu r-riżorsi territorjali partikulari tiegħu u kunċett speċifiku tiegħu tat-turiżmu,

B.   billi parti sinifikanti tal-popolazzjoni Ewropea tgħix fil-medda ta' 89,000 km ta' xtut tal-Ewropa kontinentali,

C.   billi l-aċċettazzjoni tad-definizzjoni ta' 'żoni tax-xtut' użata fil-kuntest tal-Politika Marittima Ewropea, jiġifieri żoni jew partijiet li jinsabu max-xatt jew sa 50km fl-linja dritta mix-xatt,

D.   billi r-reġjuni tal-kosta jassumu importanza kbira għall-Unjoni Ewropea minħabba l-fatt li fihom jikkonċentraw perċentaġġ sinifikanti ta' attivitajiet ekonomiċi,

E.   wara li kkunsidra d-definizzjoni ta' mmaniġġjar integrat taż-żona tal-kosta u l-irwol li għandu t-turiżmu fl-ilħuq ta' dak l-objettiv,

F.   billi l-iżvilupp pożittiv tar-reġjuni tal-kosta ma jiswiex biss ta' benefiċċju għall-popolazzjoni li tgħix fiż-żoni tal-kosta, imma anki għall-popolazzjoni kollha li tgħix fl-UE,

G.   billi t-turiżmu, li tipikament huwa l-attività prinċipali f'dan ir-reġjuni, u li jikkontribwixxi b'mod pożittiv lejn l-iżvilupp soċjali u ekonomiku f'termini ta' żieda fil-Prodott Gross Domestiku, jista' wkoll ikollu effetti territorjali ħżiena minħabba li l-attività tiddependi mill-istaġuni, l-impjegar ta' ħaddiema mhux kwalifikati, in-nuqqas ta' integrazzjoni bejn ix-xtut u l-partijiet interni tal-pajjiż, in-nuqqas ta' diversifikar ekonomiku jew id-degradazzjoni tal-patrimonju naturali u kulturali,

H.   billi fil-programmi operazzjonali varji għall-2007 - 2013 m'hemmx referenza speċifika għaż-żoni tal-kosta, u bħala riżultat hemm nuqqas ta' data soċjo-ekonomika u finanzjarja affidabbli u li tista' titqabbel dwar it-turiżmu fix-xtut,

I.   billi, fin-nuqqas ta' data kumparattiva affidabbli dwar it-turiżmu fix-xtut, huwa possibbli li s-saħħa ekonomika tas-settur tkun evalwata anqas milli hi, u dan iwassal għal evalwazzjoni aktar baxxa tal-valur ekonomiku tal-preservazzjoni tal-ambjent tal-baħar u evalwazzjoni aktar għolja tal-irwol tal-investiment fil-kisba ta' dak il-għan,

J.   billi, minħabba n-nuqqas ta' informazzjoni dwar il-fondi tal-UE investiti fiż-żoni tal-kosta huwa diffiċili li ssir evalwazzjoni kwantitattiva tal-impatt reali tal-Fondi Strutturali fuq it-turiżmu fil-kosta,

K.   billi t-turiżmu jinsab f'nofs il-politiki varji tal-UE li jaffettwaw b'mod sostanzjali l-kapaċità tiegħu li jikkontribwixxi fil-koeżjoni soċjali u territorjali,

L.   billi, mil-lat kwalitattiv, il-Fondi Strutturali jista' jkollhom impatt pożittiv fuq l-iżvilupp tar-reġjuni tal-kosta, billi jagħtu nifs ġdid lill-ekonomiji lokali, jistimulaw l-investiment privat u jippromwovu t-turiżmu sostenibbli,

M.   billi l-impatt huwa aktar viżibbli f'postijiet bħal gżejjer żgħar fl-aktar żoni jew żoni tal-kosta imbiegħda fejn it-turiżmu tal-kosta huwa l-attività ekonomika prinċipali,

N.  N billi ż-żoni ta' max-xtut huma influwenzati mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom, u jeħtieġu strateġija strutturata li tqis il-karatteristiċi speċifiċi tagħhom u l-prinċipju ta' sussidjaretà u l-ħtieġa għal proċess ta' teħid ta' deċiżjonijet li japplika l-konsistenza bejn iż-żewġ setturi,

O.   billi, barra minn hekk, ir-reġjuni ta' max-xtut spiss huma wkoll reġjuni mbiegħda bħal gżejjer żgħar, reġjuni mbiegħda jew żoni tal-kosta li jiddependu fuq it-turiżmu li għandhom aċċessibilità limitata fi żmien differenti mill-istaġun l-aktar popolari mat-turisti, fejn il-koeżjoni territorjali teħtieġ il-ħolqien ta' infrastrutturi aħjar u konnessjonijiet aktar regolati ta' trasport bejn il-kosta u l-inħawi ta' ġewwa, kif ukoll titħeġġeġ l-attività ekonomika kontinwa barra l-istaġun l-aktar popolari mat-turisti permezz ta' strateġiji li jiġġeneraw l-investiment għall-kummerċjalizzazzjoni territorjali u l-iżvilupp ekonomiku integrat,

P.   billi ż-żoni ta' max-xtut, minkejja li għandhom problemi simili, m'għandhomx strumenti speċifiċi li jippermettu approċċ strutturat u komunikazzjoni aħjar bejn l-atturi prinċipali, li spiss jaħdmu b'mod indipendenti u maqtugħin minn xulxin,

Q.   billi s-soluzzjonijiet integrati għall-problemi reali jistgħu jinstabu u jiġu implimentati fil-livelli lokali u reġjonali mill-awtoritajiet pubbliċi billi jaħdmu mill-qrib mas-settur privat u jqisu l-interessi ambjentali u komunitarji,

R.   billi l-ħolqien ta' strumenti ta' politika għandhom jgħinu sabiex ikun hemm strateġiji ta' żvilupp aktar integrati u sostenibbli, li jtejbu l-kompetittività tal-ekonomija billi jippreservaw ir-riżorsi naturali u kulturali u jippromwovu mudelli ta' turiżmu etiku,

S.   billi dan jista' jgħin sabiex jinħolqu impjiegi aħjar fiż-żoni ta' max-xtut, jitnaqqas l-element staġjonali u jiġu kkombinati l-għamliet differenti ta' turiżmu u ta' attivitajiet oħra marittimi jew tal-kosta, b'hekk ikun hemm aġġustament fil-fornitura skont id-domanda mistennija u r-rekwiżiti tat-turisti moderni u jkun possibbli li jinħolqu impjiegi speċjalizzati,

T.   billi l-objettiv tal-koperazzjoni territorjali Ewropea stipulat fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006, jista' jagħti kontribut effettiv fil-prijoritajiet msemmija hawn fuq, permezz tal-iffinanzjar ta' proġetti ta' koperazzjoni u l-iżvilupp ta' netwerks ta' sħubija bejn il-partijiet interessati fis-settur u ż-żoni tal-kosta, b'enfasi, f'dan il-kuntest, fuq l-importanza tal-użu tal-Grupp Ewropew tal-kooperazzjoni territorjali, li għalih hemm dispożizzjoni fir-Regolament (KE) Nru 1082/2006, bħala strument għall-ħolqien ta' koperazzjoni kontinwa fil-qasam tal-iżivilupp sostenibbli fir-reġjuni ta' max-xtut, bil-parteċipazzjoni tal-imsieħba lokali u soċjali,

1.  Jenfasizza li t-turiżmu huwa fattur prinċipali għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tar-reġjuni tal-UE ta' max-xtut u huwa marbut mill-qrib mal-objettivi tal-istrateġija ta' Liżbona; jenfasizza wkoll li l-objettivi tal-Istrateġija ta' Gothenburg għandhom jitqiesu b'mod aktar rigoruż fir-rigward tal-attivitajiet tat-turiżmu ta' max-xtut;

2.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiddisinjaw strateġiji speċifiċi u pjanijiet integrati fuq il-livell nazzjonali u reġjonali sabiex ikun hemm reazzjoni għan-natura staġjonali tat-turiżmu fiż-żoni tal-kosta u jkun żgurat li jkun hemm impjiegi aktar stabbli u kwalità aħjar tal-ħajja għall-komunitajiet lokali; f'dan il-kuntest jenfasizza l-importanza li l-kummerċ tradizzjonali tal-istaġun jiġi estiż għal attività s-sena kollha permezz tad-diversifikazzjoni tal-prodott u ta' forom alternattivi ta' turiżmu (pereżempju kummerċ, kultura, saħħa, sport, biedja u turiżmu marbut mal-baħar); jinnota li d-diversifikazzjoni tal-prodotti u tas-servizzi tgħin fil-ħolqien ta' tkabbir u impjiegi u tnaqqas l-effetti ambjentali, ekonomiċi u soċjali;

3.  Jenfasizza l-ħtieġa li jkunu protetti d-drittijiet tal-ħaddiema fis-settur, jiġu promossi l-impjiegi ta' kwalità u l-kisba ta' kapaċitajiet, dan ifisser, inter alia, taħriġ xieraq, użu aktar estensiv ta' kuntratti fit-tul, pagi ekwitabbli u diċenti u kundizzjonijiet aħjar tax-xogħol;

4.  Jirrakkomanda li jkun hemm approċċ integrat lejn it-turiżmu tax-xtut fil-kuntest tal-politiki tal-UE ta' koeżjoni, marittimi, tas-sajd, ambjentali, tat-trasport, tal-enerġija, soċjali u tas-saħħa sabiex jinħolqu sinerġiji u jiġu evitati azzjonijiet inkonsistenti; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tqis approċċ integrat bħal dan fit-tkabbir sostenibbli tat-turiżmu fix-xtut, speċjalment b'rabta mal-politika marittima tal-UE, bħala objettiv strateġiku tal-programm ta' ħidma tagħha għall-2010-2015, kif ukoll fil-kuntest ta' reviżjoni ta' nofs terminu tal-qafas finanzjarju għall-2007-2013;

5.  Jistieden lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li jkun hemm parteċipazzjoni sħiħa tal-awtoritajiet reġjonali u lokali responsabbli għat-turiżmu u għall-iżvilupp reġjonali fiż-żoni tax-xtut kif ukoll tal-isħab ekonomiċi, soċjali u ambjentali fl-istrutturi kollha permanenti mwaqqfa skont dawn il-politiki, u fil-programmi ta' koperazzjoni transkonfinali;

6.  Jenfasizza r-rabta fundamentali bejn struttura li taħdem tajjeb u reġjun turistiku ta' suċċess, u b'hekk jistieden lill-awtoritajiet kompetenti biex ifasslu pjanijiet għall-ottimizzazzjoni tal-infrastruttura lokali, għall-benefiċċju kemm tat-turisti u kemm tar-residenti lokali; fid-dawl ta' dan, jirrakkomanda ħafna li l-Istati Membri ta' mal-kosta jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-proġetti l-ġodda li jtejbu l-infrastruttura, inklużi l-impjanti taż-żejt u faċilitajiet oħra, jinbnew dejjem bl-użu tal-aktar teknoloġiji reċenti, sabiex ikun żgurat tnaqqis fil-konsum tal-enerġija u fl-emmissjonijiet tal-karbonju u titejjeb l-effiċċjenza tal-enerġija permezz tal-użu ta' għejun ta' enerġija li tiġġedded;

7.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lir-reġjuni biex jippromwovu ktajjen ta" mobilità sostenibbli li jinvolvu t-trasport pubbliku lokali, kif ukoll il-pisti fejn ikunu jistgħu jsuqu r-roti u l-passaġġi għal min irid jimxi, b'mod partikulari fir-reġjuni transkonfinali tal-kosta, u biex jappoġġjaw l-iskambji ta" prattiki t-tajba;

8.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tadotta approċċ olistiku lejn it-turiżmu taż-żoni ta' max-xtut fil-kuntest tal-koeżjoni territorjali tagħha u l-istrateġija tagħha ta' politika marittima integrata, b'mod partikulari għall-gżejjer, l-Istati Membri gzejjer, ir-reġjuni l-aktar imbiegħda u ż-żoni l-oħra ta' max-xtut, b'mod partikulari minħabba li dawn iż-żoni huma dipendenti ħafna mit-turiżmu;

9.  Iħeġġeġ ħafna li l-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinkludu t-turiżmu tal-kosta fil-lista ta' prijoritajiet fil-linji gwida strateġiċi għall-perjodu li jmiss ta' programmazzjoni tal-Fondi Strutturali, kif ukoll fost il-politiki tar-reġjuni tal-kosta tal-UE, u sabiex jiddefinixxu strateġija innovattiva li tkun kapaċi tintegra l-offerta tat-turiżmu tal-kosta;

10.  Għalhekk jilqa' l-parteċipazzjoni tar-reġjuni tal-kosta fil-programmi u l-proġetti INTERREG IV B u C li jkopru l-koperazzjoni transnazzjonali u interreġjonali fil-qasam tat-turiżmu u jistiedinhom sabiex jagħmlu użu effittiv tal-inizjattivi u l-istrumenti tal-UE għar-reġjuni tal-kosta (bħall-Istrateġiji tal-Mediterran u tal-Baħar Baltiku u s-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed); jirrakkomanda ħafna li l-Kummissjoni tagħmel aktar enfasi fuq ir-reġjuni tal-kosta fil-programmi l-ġodda INTERREG għal-perjodu ta' programazzjoni li jmiss;

11.  Jinnota l-opinjoni tal-Kumitat għar-Reġjuni rigward il-ħolqien ta' fond Ewropew għall-kosta, u jistieden lill-Kummissjoni biex fil-kuntest tal-qafas finanzjarju li jmiss, teżamina metodi ta' koordinazzjoni aħjar tal-istrumenti finanzjarji futuri li jkopru l-ħidma fir-reġjuni tal-kosta;

12.  Jirrakkomanda li jinbena pilastu ta' għarfien bħala parti mill-iżivilupp integrat taż-żoni tal-kosta, billi tinħoloq netwerk Ewropea settorjali fi ħdan l-Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija msemmi fir-Regolament (KE) Nru 294/2008 u s-Seba' Programm ta' Qafas imsemmi fid-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE;

13.  Jirrakkomanda li l-Istati Membri ta' max-xtut japplikaw l-approċċ integrat fil-livell tal-programm meta jagħżlu u jwettqu proġetti marbuta max-xtut, jadottaw metodu intersettorjali u jagħtu prijorità lill-ħolqien ta' sħubijiet pubbliċi-privati, sabiex titnaqqas il-pressjoni fuq l-awtoritajiet lokali kkonċernati;

14.  Jilqa' l-prijoritajiet identifikati mill-Kummissjoni għat-turiżmu tal-kosta u marittimu fl-Aġenda msemmija hawn fuq għal Turiżmu Ewoprew Sostenibbli u Kompetittiv; Jissuġġerixxi li l-Portal Ewropew tad-Destinazzjonijiet Turistiċi li nħoloq ftit ta' żmien ilu jista' jinkludi informazzjoni dwar id-destinazzjonijiet u netwerks tal-kosta, speċjalment dawk li huma anqas magħrufa u anqas publiċizzati, bil-għan li jiġu promossi lil hinn mill-fruntieri tal-UE inkluż fuq il-livell reġjonali u lokali;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex, b'rabta ma' dan, tirrikonoxxi t-turiżmu kostali u tal-baħar bħala żona ta' eċċellenza għall-2010 fil-kuntest tal-proġett pilota tagħha dwar Destinazzjonijiet Ewropej ta' Eċċellenza;

16.  Jilmenta dwar il-fatt li minħabba n-nuqqas attwali ta' trasparenza f'dak li jirrigwarda n-nefqa tal-UE fiż-żoni tal-kosta, huwa impossibbli li jiġi kwantifikat il-livell ta' investiment jew li jiġi analizzat l-impatt tal-inizjattivi appoġġjati f'dawk ir-reġjuni; f'dan il-kuntest jilqa' l-Green Paper imsemmija hawn fuq dwar id-dispożizzjoni tal-politika marittima futura għall-ħolqien ta' bażi ta' data għal reġjuni marittimi li tinkludi informazzjoni dwar il-benefiċċjarji tal-fondi Komunitarji kollha (inklużi l-Fondi Strutturali) u jistieden lill-Kummissjoni sabiex twettaq dan ix-xogħol importanti bla dewmien; jenfasizza l-importanza ta' inizjattiva bħal din fl-iżgurar ta' trasparenza f'dan il-qasam; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tattiva strumenti xierqa biex din id-data tkun disponibbli għal skopijiet analitiċi u ta' statistika u jistieden lill-Istati Membri sabiex iwettqu l-obbligi tagħhom rigward il-publikazzjoni tal-benefiċċjarji finali b'hekk jipprovdu stampa komprensiva tal-proġetti eżistenti;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u r-reġjuni biex flimkien ifasslu katalgu li jinkludi kollox u li jkun disponibbli fuq l-internet, tal-proġetti ffinanzjati fiż-żoni ta' max-xtut biex b'hekk ir-reġjuni jkunu jistgħu jitgħallmu mill-esperjenza tal-oħrajn u l-akkademiċi, il-komunitajiet ta' max-xtut u partijiet oħra interessati jkunu jistgħu jidentifikaw, jippubbliċizzaw u jimmassimizzaw it-trasferiment tal-aħjar prattiki lill-komunitajiet lokali; fid-dawl ta' dan jirrakkomanda t-twaqqif ta' forum fejn il-partijiet interessati jkunu jistgħu jikkuntattaw lil xulxin u jaqsmu bejniethom il-prattiki t-tajba u t-twaqqif ta' grupp ta' rapprenżentanti ta' Stati Membri biex jiżviluppaw pjanijiet ta' azzjoni dwar it-turiżmu fil-kosta u jrawwmu l-iskambju ta' esperjenzi fuq il-livell istituzzjonali;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni wkoll biex tuża dan il-katalogu internet sabiex il-pubbliku jagħraf il-benefiċċji miġjuba mill-UE fir-reġjuni tal-kosta, b'hekk isir kontribut lejn viżjoni pożittiva tal-iffinanzjar tal-UE u tittejjeb id-dehra tal-UE;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-ġbir kontinwu min-naħa tal-Eurostat ta' bażi ta' data soċjo-ekonomika għar-reġjuni ta' max-xtut tal-UE tinkludi data dwar it-turiżmu li hija affidabbli, uniformi u aġġornata peress li hija essenzjali biex ikun iffaċilitat it-teħid ta' deċiżjonijiet fis-settur pubbliku u jkun possibbli li jsir paragun bejn ir-reġjuni u s-setturi; jirrakkomanda li l-Istati Membri ta' max-xtut jimplimentaw b'urġenza is-Sistema li Tkejjel l-Impatt tat-Turiżmu fuq l-ekonomija nazzjonali fuq bażi annwali (Tourism Satellite Account) fit-territorju tagħhom;

20.  Jenfasizza li hemm rabta mill-qrib bejn l-ambjent u t-turiżmu fiż-żoni ta' max-xtut; u li l-politiki għall-iżvilupp tat-turiżmu għandhom jinkludu miżuri prattiċi konformi ma' politika ġenerali ta' ħarsien u mmaniġġjar ambjentali; għalhekk, jilqa' l-fatt li l-iżvilupp sostenibbli huwa protett fl-Artikolu 17 fir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 (dwar il-Fondi Strutturali 2007-2013) bħala wieħed mill-prinċipji prinċipali li japplikaw għall-implimentazzjoni tal-interventi strutturali kollha li l-applikazzjoni tagħhom trid tkun debitament ivverifikata peremzz tal-attivitajiet xierqa ta' monitoraġġ; jirrakkomanda ħafna li tiġi introdotta dispożizzjoni simili fir-Regolamenti għall-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss; jenfasizza l-kontribut importanti ta' dan fit-trawwim tal-ekoturiżmu;

21.  Jenfasizza li r-reġjuni ta' max-xtut huma affettwati b'mod partikulari mill-impatt tal-bdil fil-klima u l-livell tal-baħar li qed jogħla u t-tnawwir tar-ramel, kif ukoll il-frekwenza u s-saħħa tal-maltempati, li dejjem qed jiżdiedu; għalhekk jinsisti li r-reġjuni ta' max-xtut ifasslu pjanijiet ta' riskji u prevenzjoni marbuta mal-bdil fil-klima;

22.  Jenfasizza l-effetti li għandha l-bidla fil-klima fuq it-turiżmu tal-kosta; iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni, minn naħa waħda, biex tintegra b'mod loġiku fil-politika tat-trasport u tat-turiżmu l-objettivi Komunitarji tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 u, min-naħa l-oħra, biex tinkoraġġixxi miżuri li jkollhom il-għan li jħarsu t-turiżmu sostenibbli kontra l-effetti tal-bdil fil-klima;

23.  F'dan il-kuntest jenfasizza l-importanza tal-evalwazzjoni tal-potenzjal tat-turiżmu fil-kontribut lejn il-ħarsien u l-konservazzjoni tal-ambjent; jinnota li t-turiżmu jistgħa joffri metodu faċli biex titqajjem kuxjenza fir-rigward tal-valuri ambjentali permezz ta' azzjoni kollettiva min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali min-naħa waħda u l-operaturi turistiċi u l-managers tal-lukandi u r-ristoranti min-naħa l-oħra; għalhekk iqis li dawn l-isforzi għandhom ikunu iffukati fuq ir-reġjuni ta' max-xtut minħabba l-profil turistiku evidenti;

24.  Jenfasizza l-ħtieġa li fl-iżvilupp tat-turiżmu tkun dejjem żgurata l-protezzjoni tal-fatturi storiċi u t-teżori arkeoloġiċi u ż-żamma tat-tradizzjonijiet u tal-patrimonju kulturali b'mod ġenerali, billi jitrawwem l-involviment tal-komunitajiet lokali;

25.  Jitlob li jkunu awtorizzati inċentivi biex ikun iffavorit l-iżvilupp sostenibbli, ħalli jkunu salvagwardjati l-patrimonju kulturali u naturali u n-nisġa soċjali tar-reġjuni tal-kosta;

26.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-eżekuzzjoni attiva konformi mad-Direttiva ta' Qafas dwar l-Istrateġija għall-Ambjent Marittimu tkun kundizzjoni biex jingħata ffinanzjar tal-UE għall-proġetti fiż-żoni ta' max-xtut li għandhom impatt fuq il-baħar;

27.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tuża l-istrumenti kollha xierqa għall-evalwazzjoni biex tiżgura li ssir l-implimentazzjoni ta' dan il-prinċipju fiż-żoni ta' max-xtut waqt il-perjodu ta' programmazzjoni attwali, kif ukoll li jkun hemm qsim ta' responsabilitajiet bejn il-livell differenti ta' teħid ta' deċiżjonijiet;

28.  Jenfasizza li l-pressjoni fuq iż-żoni tal-kosta minħabba interventi eċċessivi ta' infrastruttura fiżika tagħmel ħsara lill-iżvilupp u l-attrazzjoni tat-turiżmu tal-kosta, filwaqt li dawk l-aspetti jistgħu jitrawwmu permezz ta' servizzi turistiċi ta' kwalità għolja, essenzjali għall-kompetittività reġjonali tal-kosta u l-promozzjoni ta' impjiegi ta' kwalità u tal-kwalifiki; għalhekk jistieden lir-reġjuni tal-kosta biex iħeġġu l-investimenti alternattivi bħall-investimenti f'servizzi bbażati fuq ITC, il-potenzjali ġodda ta' prodotti ta' tradizzjoni lokali u t-taħriġ ta' livell għoli għall-ħaddiema fis-settur turistiku; jistieden ukoll sabiex jitfasslu programmi ta' taħriġ biex jinħoloq grupp ta' ħaddiema kwalifikati li jitrattaw il-komplessità u l-varjetà li dejjem qed tikber tas-settur turistiku;

29.  Jistieden lill-Istati Membri biex ifasslu politiki adegwati rigward l-iżvilupp u l-ippjanar urban li jkunu kompatibbli mal-pajsaġġ tal-kosta;

30.  Jenfasizza li l-kwalità għolja tirrappreżenta l-vantaġġ komparattiv bażiku tal-prodott tat-turiżmu tal-UE; jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jenfasizzaw u jsaħħu l-kwalità tas-servizzi turistiċi f'termini ta' sigurtà, infrastruttura wiesgħa u moderna, responsabilità soċjali korporattiva tal-intrapriżi involuti u attivitajiet eknomiċi li jirrispettaw l-ambjent;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-politika għall-gruppi marittimi tinkludi servizzi produttivi u setturi ta' relevanza għat-turiżmu fiż-żoni ta' max-xtut, b'hekk ikun possibbli li jkun hemm interazzjoni li tagħti l-frott fost dawk li jagħmlu użu mill-baħar bħala riżorsa biex iżidu l-kompetittività, is-sostenibilità u l-kontribuzzjoni tagħhom lejn l-iżvilupp ekonomiku tax-xtut; barra minn hekk iqis li l-faċilitajiet ta' mediċina, ta' benessri, edukattivi, teknoloġiċi u sportivi għandhom ikunu inklużi fis-servizzi taż-żoni ta' max-xtut skont il-gruppi marittimi bħala element prinċipali għall-iżvilupp taż-żoni ta' max-xtut;

32.  Jenfasizza l-importanza tal-aċċessibilità għall-iżvilupp tar-reġjuni tal-kosta; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni, lill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali biex jiżviluppaw modi biex jiżguraw li jkun hemm konnettività mill-aqwa permezz tat-trasport bl-art, bl-ajru u bil-baħar; itenni l-appell tiegħu lill-istess partijiet interessati biex iżidu l-inċentivi għall-forniment ta' vapuri fil-port min-netwerk tal-art, minħabba l-livell għoli ta' tniġġis fil-baħar f'għadd kbir ta' reġjuni u bliet li għandhom portijiet; jistieden lill-Istati Membri biex janalizzaw il-possibilità li jiġu adottati miżuri bħat-tnaqqis ta' ħlasijiet fl-ajruporti, dejjem skont il-proċedura stabbilita fil-pożizzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2008 msemmija hawn fuq, sabiex tiżdied l-attrazzjoni tal-kompetittività u titrawwem il-kompetittività taż-żoni tal-kosta; għall-istess raġunijiet, jenfasizza l-ħtieġa li jittejjeb ir-rispett tal-istandards ta' sikurezza tal-ajruporti u tal-avjazzjoni, inkluż, meta neċessarju, it-tneħħija ta' mħażen ta' fjuwil fejn l-ajruporti;

33.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali biex jippromwovu l-valorizzazzjoni mill-ġdid tal-portijiet u tal-ajruporti fir-reġjuni tal-kosta u fil-gżejjer, bil-għan li jkunu indirizzati l-ħtiġijiet tat-turiżmu, filwaqt li jitqiesu kif jixraq il-possibilitajiet li jeżistu fil-qasam ambjentali u r-rispett għall-estetika u għall-ambjent naturali;

34.  Jenfasizza li l-koeżjoni territorjali hija kunċett orizzontali li jkopri l-UE kollha, li jista' jtejjeb ir-rabtiet bejn il-kosta u ż-żoni interni tal-pajjiż permezz ta' kumplimentarjetajiet u tal-influwenza reċiproka li diġà jeżistu bejn il-kosta u ż-żoni interni (pereżempju l-konnessjoni tal-attivitajiet tal-kosta mat-turiżmu rurali u urban, it-titjib tal-aċċessibilità għat-turiżmu barra mill-istaġun favorit mat-turisti, l-għoti ta' aktar attenzjoni lill-prodotti lokali filwaqt li titħeġġeġ id-diversifikazzjoni tagħhom); jinnota li l-Green Paper imsemmija hawn fuq dwar il-politika marittima tal-ġejjieni tagħmel referenza għar-reġjuni li huma gżejjer, billi tirrikonoxxi li huma jiffaċċjaw sfidi partikulari ta' żvilupp minħabba d-diżabilitajiet naturali u permanenti tagħhom; jenfasizza li ġeneralment ir-reġjuni tal-kosta jiffaċċjaw problemi simili u jistieden lill-Kummissjoni sabiex tqis il-ħtieġa li t-turiżmu tal-kosta jintrabat mal-immaniġġjar integrat taż-żoni tal-kosta u jkun hemm pjanifikazzjoni tal-ispazji għall-ibħra fl-implimentazzjoni fil-ġejjin tal-koeżjoni territorjali;

35.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet reġjonali u lokali taż-żoni ta' max-xtut biex, b'mod simili, jinkoraġġixxu skemi ta' kummerċjalizzazzjoni territorjali integrati flimkien mas-sħab tagħhom fil-kuntest ta' relazzjoni ta' viċinat imsejsa fuq il-baħar u l-art u l-promozzjoni tal-ekwità fl-iżvilupp tat-turiżmu u tal-ivjaġġar, bil-għan li tiżdied il-kompetittività fis-settur tat-turiżmu mingħajr preġudizzju tal-kompetittività globali;

36.  Iħeġġeġ lir-reġjuni ta' max-xtut biex jieħdu sehem fi proġetti għall-koperazzjoni interreġjonali, pereżempju skont it-Tema IV tal-inizjattiva 'Reġjuni għall-Bidla Ekonomika', bil-għan li jinħolqu netwerks ġodda tematiċi ta' turiżmu fiż-żoni ta' max-xtut u jkompli jsir progress f'dawk li diġà jeżistu kif ukoll ikun żgurat li jkun hemm skambju tal-għarfien u tal-aħjar prattiki;

37.  Jirrakkomanda li l-awtoritajiet pubbliċi kkonċernati fuq il-livell nazzjonali, reġjonali u lokali jaġixxu biex jippromwovu proġetti strateġiċi għat-turiżmu fil-kosta skont il-programmi tagħhom ta' koperazzjoni, billi jipprovdu għajnuna teknika għat-tħejjija ta' proġetti, il-preżenza ta' livelli differenti ta' ffinanzjar għal azzjonijiet bħal dawn u tingħata prijorità lill-użu tal-Fondi Strutturali għall-iżvilupp ta' turiżmu sostenibbli u li jirrispetta l-ambjent fir-reġjuni tal-kosta, kemm għall-qasam ta' Konverġenza u Kompetittività u kemm għal dak tal-Impjiegi; f'dan il-kuntest, jemmen li għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-operazzjonijiet li għandhom l-għan li jkun hemm jżivlupp fil-komunikazzjonijiet u t-teknoloġija informatika;

38.  Jistieden lill-Kummissjoni biex torganizza mill-anqas avveniment speċjali wieħed fis-sena li ġejja, preferibilment fl-20 ta' Mejju, il-Jum Marittimu Ewropew, li jiffoka fuq it-turiżmu fiż-żoni ta' max-xtut bil-għan li tkun iffaċilitata l-komunikazzjoni u jitrawwmu l-kuntatti bejn is-sħab u jsir skambju tal-aħjar prattiki, pereżempju bl-implimentazzjoni tal-mudell integrat ta' mmaniġġjar ta' kwalità tal-UE; f'dan il-kuntest iħeġġeġ lill-partijiet interessati kollha biex jippreżentaw il-proġetti tagħhom, ffinanzjati mill-Komunità, direttament jew indirettament marbuta mat-turiżmu tal-kosta;

39.  Iqis li t-trawwim tat-turiżmu nawtiku, anki permezz tal-promozzjoni ta' attivitajiet marbuta mas-settur, jista' jgħin liċ-ċittadini tal-Unjoni biex jiżviluppaw drawwiet aktar sostenibbli u kuxjenza ekoloġika ogħla; għalhekk jistieden lill-Istati Membri biex iħeġġu l-investimenti għal dan il-għan fiż-żoni tal-kosta tagħhom;

40.  Barra minn hekk jistieden lill-Kummissjoni sabiex tħejji gwida prattika għall-iffinanzjar tal-UE fil-qasam tat-turiżmu fiż-żoni ta' max-xtut, sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jorjentaw ruħhom fil-mument li jfittxu l-fondi;

41.  Jagħraf il-potenzjal kbir ta' kontribut taż-żieda fit-turiżmu tal-kruċieri għall-iżivilupp ta' komunitajiet tal-kosta, sakemm jinstab bilanċ bejn ir-riskji u r-responsabilitajiet u bejn l-ispejjeż fissi għall-investimenti fil-pajjiż u l-flessibilità tal-operaturi tal-kruċieri, billi fl-istess ħin jitqies it-tħassib ambjentali;

42.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tappoġġja l-komumitajiet tal-kosta biex jiksbu l-aħjar prattiki u jitgħallmu jimmassimizzaw id-dħul għall-komunitajiet lokali mill-valur miżjud iġġenerat mit-turiżmu tal-kruċieri b'mod partikulari, u t-turiżmu fil-kosta b'mod ġenerali;

43.  Jistieden lir-reġjuni ta' max-xtut sabiex iwaqqfu u jappoġġjaw aġenziji reġjonali jew lokali ta' żvilupp li għandhom jgħinu l-professjonisti tan-netwerks, l-istituzzjonijiet, l-esperti u l-amministraturi fl-istess żona u bejn l-Istati Membri u joffru konsultazzjonijiet u informazzjoni lil benefiċjarji potenzjali kemm mis-settur pubbliku u kemm mis-settur privat;

44.  Jirrakkomanda li l-Istati Membri tal-kosta jqisu s-sostenibilità fil-kuntest ta' proġetti ta' koperazzjoni li l-iffinanzjar tagħhom isir wara, mhux biss f'termini finanzjarji imma wkoll f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontinwità tal-koperazzjoni bejn iż-żewġ sħab u l-interkonnessjoni mas-servizzi lokali rilevanti;

45.  Jirrakkomanda li l-Istati Membri ta' max-xtut jiżguraw li l-proġetti magħżula jkollhom viżibilità għolja u jissimplifikaw il-proċeduri għall-evalwazzjoni tal-iffinanzjar, bil-għan li jinġibed l-iffinanzjar lejn it-turiżmu tal-kosta u jiġi ffaċilitat il-ħolqien ta' sħubijiet bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-partijiet interessati fis-settur privat, speċjalment l-SMEs; jirrakkomanda li jiġu promossi l-benefiċċji ta' rikreazzjoni tat-turiżmu marittimu u ta' max-xtut fil-kuntest li jkunu żgurati flora u fawna b'saħħithom (jitrawwem l-ekoturiżmu, it-turiżmu marbut mal-ħut, l-osservar tal-baleni, etc); jemmen li dawn l-objettivi jistgħu jingħataw forma fil-Jum Marittimu Ewropew fl-20 ta' Mejju;

46.  Jappella sabiex il-gruppi ambjentalisti, is-setturi ekonomiċi marbuta mal-baħar, l-organizzazzjonijiet kulturali, il-komunità xjentifika, l-entitajiet ċivili u r-residenti lokali jipparteċipaw fl-istadji kollha tal-proġetti, inkluż il-monitoraġġ tagħhom bil-għan li jkunu sostenibbli fuq żmien twil;

47.  Fl-aħħar, jistieden lill-Kummissjoni sabiex twettaq evalwazzjoni regolari biex tara sa liema grad l-iffinanzjar Komunitarju fiż-żoni ta' max-xtut qed ikollu impatt fuq l-iżvilupp reġjonali tagħhom, bil-għan li xxerred l-aħjar prattika u tappoġġja netwerks ta' sħubija li jgħaqqdu flimkien partijiet interessati differenti permezz ta' ċentru ta' monitoraġġ għal turiżmu sostenibbli fiż-żoni ta' max-xtut;

48.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

(1) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 1.
(2) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19.
(3) ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1.
(4) ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.
(5) ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19.
(6) ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.
(7) Testi adottati, P6_TA(2008)0517.
(8) ĠU C 297E, 20.11.2008, p. 184.
(9) Testi adottati, P6_TA(2008)0213.


Il-litteriżmu medjatiku fid-dinja diġitali
PDF 311kWORD 75k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-litteriżmu medjatiku fid-dinja diġitali (2008/2129(INI))
P6_TA(2008)0598A6-0461/2008

Il-Parlament Ewropew,

–  Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-2005 dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali,

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2007/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta" Diċembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 89/552/KEE dwar il-koordinazzjoni ta" ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta" attivitajiet tax-xandir bit-televiżjoni(1), u b'mod partikulari l-Premessa 37 tad-Direttiva 2007/65/KE u l-Artikolu 26 tad-Direttiva 89/552/KEE,

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 854/2005/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 li tistabbilixxi Programm Komunitarju pluriennali dwar il-promozzjoni ta' użu aktar sigur tal-internet u ta' teknoloġiji online ġodda(2),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' appoġġ għas-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007)(3),

–   wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta" Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni ta' minuri u d-dinjità umana u dwar id-dritt għal tweġiba fir-rigward tal-kompetittività tal-industrija Ewropea għas-servizzi awdjoviżwali u informazzjoni on-line (2006/952/KE)(4),

–   wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni 2006/962/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fit-18 ta' Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja(5),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 2007 "Approċċ Ewropew għal-litteriżmu medjatiku fid-dinja diġitali" (COM(2007)0833),

–   wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar "Il-pluraliżmu tal-midja fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea" (SEC(2007)0032),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Ġunju 2005 "i2010 – Soċjetà Ewropea ta' Informazzjoni għat-Tkabbir u l-Impjieg" (COM(2005)0229),

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Novembru 2002 dwar il-konċentrazzjoni tal-midja(6),

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Settembru 2005 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 89/552/KEE ("Televiżjoni mingħajr fruntieri"), kif emendata mid-Direttiva 97/36/KE għall-perijodu 2001-2002(7),

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2006 dwar it-tranżizzjoni minn xandir analogu għal xandir diġitali: opportunità għal politika awdjoviżiva fl-Ewropa u għal diversità kulturali(8),

–   wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2008 għall-kompetenzi interkulturali(9), u dwar sistema Ewropea għall-litteriżmu medjatiku fid-dinja diġitali,(10)

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-1982 tal-UNESCO fi Grünwald dwar l-edukazzjoni dwar il-midja,

–   wara li kkunsidra l-Aġenda ta" Pariġi tal-UNESCO tas-sena 2007: 12-il rakkomandazzjoni għall-edukazzjoni dwar il-midja,

–   wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa (Rec(2006)0012) tal-Kumitat tal-Ministri tal-Istati Membri dwar l-għoti ta' setgħa lit-tfal fl-ambjent il-ġdid tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0461/2008),

A.   billi l-midja teffettwa l-ħajja ta' kuljum tas-soċjetà u l-politika u billi konċentrazzjoni għolja tal-midja tista' tipperikola l-pluraliżmu medjatiku; u billi l-litteriżmu medjatiku għalhekk jifforma parti importanti mill-edukazzjoni politika u mill-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini tal-Unjoni,

B.   billi l-forom kollha tal-midja, awdjoviżiva jew stampata, tradizzjonali u diġitali jitħalltu flimkien bir-riżultat ta' konverġenza tal-forom differenti tal-midja mill-aspett tekniku u mill-aspett ta' kontenut, u billi l-midja l-ġdida tal-massa qiegħda tippenetra fl-oqsma kollha tal-ħajja permezz ta" teknoloġiji innovattivi, billi din il-midja l-ġdida titlob lill-utenti biex ikollhom irwol iktar attiv u billi s-Social Communities, il-Weblogs u l-logħob ta' fuq il-kompjuter huma wkoll forom ta' midja,

C.   billi fejn jikkonċerna l-utenti żgħar tal-midja l-internet huwa l-ewwel sors ta' informazzjoni u s-sors prinċipali tagħha; billi l-kompetenzi fl-internet huma adattati għall-bżonnijiet speċifiċi tagħhom bla ma jkunu sistematiċi; billi b'kuntrast, l-adulti jinformaw ruħhom prinċipalment permezz tar-radju, it-televiżjoni, il-gazzetti u r-rivisti; u billi, fl-ambjent medjatiku attwali, għaldaqstant il-litteriżmu medjatiku jgħin biex jiġu sodisfatti l-isfidi li jirriżultaw minn forom ġodda tal-midja - b'mod partikolari l-opportunità li joffru għall-interazzjoni u l-parteċipazzjoni kreattiva - kif ukoll billi jipprovdu l-għarfien meħtieġ għall-midja tradizzjonali, li għadha s-sors prinċipali tal-informazzjoni pubblika,

D.   billi l-teknoloġiji l-ġodda tal-komunikazzjoni jistgħu jibilgħu lill-utent mhux informat f'dinja ta" informazzjoni li mhix differenzjata f'termini ta" relevanza, bl-informazzjoni eċċessiva li potenzjalment tista' tkun problema daqs in-nuqqas ta' informazzjoni,

E.   billi taħriġ xieraq dwar l-użu tat-teknoloġija tal-informatika u l-midja li jirrispetta d-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn iżid sewwa l-kapaċità ta' impjieg ta' individwu u ekonomikament iwassal sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' Liżbona,

F.   billi l-aċċess wiesa" għat-teknoloġiji tal-komunikazzjoni joffri lil kulħadd il-possibilità li jittrażmetti informazzjoni globalment, ħaġa li tfisser li kull membru tal-pubbliku huwa ġurnalist potenzjali, u li tagħmel il-litteriżmu medjatiku bżonn mhux biss biex wieħed jifhem l-informazzjoni imma wkoll biex jiġġenera u jxerred il-kontenut tal-midja, u li l-kompetenzi fil-kompjuter biss ma jwasslux awtomatikament għal iktar litteriżmu medjatiku,

G.   billi, fir-rigward tal-iżvilupp tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni u l-progress lejn it-tixrid tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjonijiet (ICT), hemm differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri, kif ukoll bejn ir-reġjuni, b'mod partikulari f'zoni mbiegħda u rurali, ħaġa li tippreżenta t-theddida li d-distakk diġitali fl-UE tista' titwessa' iktar,

H.   billi l-iskejjel għandhom rwol fundamentali fit-taħriġ ta' persuni li kapaċi jikkomunikaw u jagħmlu ġudizzju tajjeb, u billi jeżistu differenzi kbar fil-qasam tal-edukazzjoni fil-midja bejn l-Istati Membri u r-reġjuni, kif ukoll sa liema grad it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni huma integrati u użati fl-edukazzjoni, u li l-edukazzjoni fil-midja tista" tingħata primarjament minn għalliema li huma stess ikunu litterati fil-midja u li jkunu ngħataw it-taħriġ neċessarju,

I.   billi l-edukazzjoni tal-midja hija essenzjali biex jintlaħaq livell għoli ta' litteriżmu medjatiku, li huwa parti importanti tal-edukazzjoni politika li tgħin lin-nies biex isaħħu l-atteġġjamenti tagħhom bħala ċittadini attivi u jsiru konxji kemm tad-drittijiet kif ukoll tad-dmirijiet tagħhom; barra minn hekk, billi l-anzjani li jkunu politikament infurmati tajjeb, jiffurmaw bażi ta' soċjetà pluralista u billi, meta jipproduċu l-kontenut u l-prodotti tagħhom tal-midja, l-utenti jiksbu abilitajiet li jgħinuhom jifhmu aħjar il-prinċipji u l-valuri ta" kontenut tal-midja prodott professjonalment,

J.   billi l-ħidma dwar tagħlim fil-midja hija anqas stabbilita fost l-anzjani milli fost iż-żgħażagħ, u billi l-anzjani spiss ikollhom il-biża' u l-inibizzjonijiet fil-konfront tal-mezzi ġodda tal-midja,

K.   billi t-theddidiet għas-sigurtà tad-data personali dejjem qed isiru iktar insidjużi u numerużi, u b'hekk jikkostitwixxu riskju għoli għall-utenti mhux informati;

L.   billi l-litteriżmu medjatiku huwa kwalifika elementari essenzjali fis-soċjetà tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni,

M.   billi l-midja tipprovdi opportunitajiet għall-komunikazzjoni globali u għall-ftuħ lid-dinja, billi dawn huma l-pedamenti ta" soċjetajiet demokratiċi u billi dawn jagħtu għarfien kif ukoll jipprovdu informazzjoni, u billi l-midja diġitali l-ġdida tipprovdi opportunitajiet pożittivi għall-parteċipazzjoni u l-kreattività, u b'hekk ittejjeb l-involviment taċ-ċittadini fil-proċessi politiċi,

N.   billi bħalissa hemm data insuffiċjenti disponibbli biex isiru stqarrijiet preċiżi dwar il-livell ta" litteriżmu medjatiku fl-Unjoni Ewropea,

O.   billi l-importanza deċiżiva tal-litteriżmu medjatiku ġiet enfasizzata wkoll mill-UNESCO, pereżempju fid-Dikjarazzjoni ta" Grünwald dwar l-Edukazzjoni dwar il-Midja (1982) u fl-Agenda ta" Pariġi: 12-il rakkomandazzjoni għall-edukazzjoni dwar il-midja (2007),

Prinċipji bażiċi

1.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq dwar il-litteriżmu medjatiku fl-ambjent diġitali, iżda jinnota l-ħtieġa ta' titjib fl-elaborazzjoni tal-kunċett Ewropew tal-promozzjoni tal-litteriżmu medjatiku, b'mod partikolari għal dak li għandu x'jaqsam mal-inklużjoni tal-midja tradizzjonali u r-rikonoxximent tal-importanza tal-edukazzjoni fil-midja;

2.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-Konklużjonijiet tal-Kunsill "Edukazzjoni, żgħażagħ u kultura" tal-21 u t-22 ta' Mejju 2008; jistenna mill-Istati Membri li jimpenjaw ruħhom bil-qawwa favur il-promozzjoni tal-litteriżmu medjatiku, u jipproponi li l-kumitat ta' kuntatt magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri jissaħħaħ permezz ta' esperti fl-edukazzjoni, kif huwa pprovdut fid-Direttiva 89/552/KEE;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tadotta l-proposta u tiżviluppa pjan ta' azzjoni dwar il-litteriżmu medjatiku; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex fl-2009 torganizza laqgħa tal-kumitat ta" kuntatt dwar is-Servizzi Awdjoviżivi tal-Midja, bil-għan li tiffaċilita l-iskambji tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni effettiva b'mod regolari;

4.  Jitlob lill-awtoritajiet responsabbli mir-regolamentazzjoni tal-komunikazzjoni awdjoviżiva u elettronika biex jikkoperaw fil-livelli varji għat-titjib tal-litteriżmu medjatiku; jagħraf il-bżonn speċjali fil-livell nazzjonali, li jiġu żviluppati kemm kodiċi ta" kondotta u kif ukoll ta' inizjattivi regolatorji komuni; jenfasizza l-bżonn li l-parteċipanti kollha jkunu involuti fil-promozzjoni ta' studju sistematiku u ta' analiżi regolari tal-aspetti u d-dimensjonijiet differenti tal-litteriżmu medjatiku;

5.  Jirrakkomanda lill-Kummissjoni li tappella għall-Grupp ta' Esperti tal-Litteriżmu Medjatiku anki fil-kuntest tad-diskussjoni dwar l-aspetti relattivi għall-edukazzjoni fil-midja u biex dan iżid il-frekwenza tal-laqgħat u jikkonsulta, fuq bażi regolari, mar-rappreżentanti tal-Istati Membri kollha;

6.  Jinnota li, flimkien ma' dawk li jfasslu l-politika, il-ġurnalisti, ix-xandara tar-radju u tat-televiżjoni u l-kumpaniji tal-midja huma prinċipalment l-entitajiet lokali ż-żgħar bħal-libreriji, iċ-ċentri ta' edukazzjoni għall-adulti, iċ-ċentri kulturali u tal-midja għaċ-ċittadini, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ avvanzat u l-midja taċ-ċittadini (pereżempju l-midja tal-komunità) li jistgħu jagħtu kontribut attiv biex jippromwovu l-litteriżmu medjatiku;

7.  Jitlob lill-Kummissjoni, fir-rigward tal-Artikolu 26 tad-Direttiva 89/552/KEE, biex telabora indikaturi tal-litteriżmu medjatiku bil-perspettiva li l-litteriżmu medjatiku fl-Unjoni Ewropa jiġi żviluppat fuq terminu ta' żmien twil;

8.  Jinnota li l-litteriżmu medjatiku jfisser li wieħed ikollu l-kapaċitajiet li juża l-forom differenti tal-midja b'mod awtonomu, li wieħed jifhem u jevalwa b'mod kritiku l-aspetti differenti tal-midja u l-kontenut tagħhom, li huwa stess jikkomunikahom f'kuntesti differenti u joħloq u jxerred kontenut medjatiku; jinnota madanakollu li, meta jitqiesu l-ħafna sorsi disponibbli, l-iktar importanti hija l-abilità li l-informazzjoni tkun separata b'mod speċjali mill-fluss ta" data u ta" xbihat tal-midja l-ġodda u li din l-informazzjoni tiġi kategorizzata;

9.  Jisħaq li l-litteriżmu medjatiku huwa element bażiku fil-politika tal-informazzjoni tal-konsumatur, tal-għarfien u l-familjarità ma" kwistjonijiet relatati ma" drittijiet intellettwali, il-mobilizzazzjoni u l-parteċipazzjoni demokratika taċ-ċittadini u l-promozzjoni ta" djalogu interkulturali;

10.  Jinkuraġġixxi lill-Kummissjoni biex tintensifika l-politika tagħha ta' żvilupp tal-litteriżmu medjatiku b'kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni kif ukoll mal-entitajiet kollha lokali u reġjonali u biex issaħħaħ il-kooperazzjoni mal-UNESCO u mal-Kunsill tal-Ewropa;

Gruppi speċifiċi u għanijiet

11.  Jenfasizza li l-attivitajiet ta' edukazzjoni dwar il-midja għandhom jinkludu liċ-ċittadini kollha – it-tfal, iż-żgħażagħ, l-adulti, l-anzjani u l-persuni b'diżabilità;

12.  Jinnota li l-kisba tal-litteriżmu medjatiku jibda mid-dar billi wieħed jitgħallem kif jagħżel minn servizzi disponibbli tal-midja billi jisħaq fuq l-importanza f'dan ir-rigward, tal-edukazzjoni medjatika għall-ġenituri li għandhom rwol importanti fl-iżvilupp tal-abitudni tal-użu tal-midja mit-tfal, u tkompli l-iskola u fit-tagħlim matul il-ħajja, u tissaħħaħ bl-isforzi tal-awtoritajiet nazzjonali, governattivi u regolatorji u bil-ħidma ta' professjonisti u istituzzjonijiet tal-midja;

13.  Jinnota li l-għanijiet tal-edukazzjoni dwar il-midja jikkonsistu fl-imġiba kompetenti u kreattiva fil-konfront tal-midja u tal-kontenut tagħha, l-analiżi kritika tal-prodotti medjatiċi, li wieħed jifhem kif tiffunzjona l-industrija medjatika u l-produzzjoni indipendenti ta' kontenut medjatiku;

14.  Jirrakkomanda li l-edukazzjoni dwar il-midja għandha titfa' dawl fuq l-aspetti ta' drittijiet tal-awtur dwar l-użu tal-midja u l-importanza tal-osservanza tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, b'mod partikulari dwar l-internet, kif ukoll dwar is-sigurtà tad-data u tal-privatezza u d-dritt għall-awtodeterminazzjoni ta' informazzjoni; jisħaq fuq il-bżonn li l-utenti litterati l-ġodda tal-midja jkunu konxji mir-riskji potenzjali li jikkonċernaw is-sigurtà tat-teknoloġija tal-informatika u s-sigurtà tad-data personali, u mir-riskji marbuta mal-vjolenza fl-internet;

15.  Jinnota li r-riklamar huwa parti importanti mis-servizzi provduti mill-midja llum; jisħaq li l-litteriżmu medjatiku jgħin biex jipprovdi kriterji għall-evalwazzjoni tal-għodod u tal-prattiki użati fir-reklamar;

Garanzija tal-aċċess għat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni

16.  Jistieden lil dawk li jfasslu l-politika Ewropea biex inaqqsu id-distakk diġitali bejn l-Istati Membri u bejn l-ambjent tal-bliet u dak rurali permezz tal-iżvilupp tal-infrastruttura tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u partikolarment permezz tal-istallazzjoni ta' konnessjonijiet broadband fir-reġjuni anqas żviluppati;

17.  Jinnota li l-fatt li jiġi provdut aċċess għall-internet broadband huwa wkoll importanti għas-servizzi ta" interess ġenerali u għandu jkun karatterizzat mill-varjetà, minn livell għoli ta" kwalità u minn prezzijiet li jistgħu jintlaħqu, u jitlob li kull ċittadin ikollu l-possibilità juża konnessjoni broadband bi prezzijiet raġjonevoli;

L-edukazzjoni dwar il-midja fl-iskejjel u bħala parti mill-kontenut fit-taħriġ tal-għalliema

18.  Jenfasizza li l-edukazzjoni dwar il-midja għandha tkun parti mill-edukazzjoni formali li għaliha t-tfal kollha jkollhom aċċess u li tkun parti integrali mis-sillabu fil-livelli kollha tat-tagħlim;

19.  Jitlob li l-litteriżmu medjatiku jsir id-disa" kompetenza prinċipali fil-qafas ta" referenza Ewropew għat-tagħlim matul il-ħajja stipulat fir-Rakkomandazzjoni 2006/962/KE;

20.  Jirrakkomanda li l-edukazzjoni dwar il-midja, sakemm ikun possibbli, għandha tkun orjentata lejn il-prattika u tkun marbuta mas-suġġetti tal-ekonomija, tal-politika, letterarji, soċjali, artistiċi u mat-tekonoloġija tal-informazzjoni, u jipproponi li din titkompla bil-kreazzjoni ta' suġġett speċifiku tal-"Edukazzjoni tal-Midja" u f'approċċ multidixxiplinari li jintrabat ma' proġetti extrakurrikulari;

21.  Jirrakkomanda li l-istittuzzjonijiet edukattivi jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta" prodotti tal-midja (f'paġna stampata, f'forma awdjo jew vidjo tal-midja l-ġodda) b'tali mod li jinvolvu kemm lil min qed jitgħallem u lill-għalliema, bħala mod biex jipprovdu taħriġ prattiku fil-litteriżmu medjatiku;

22.  Jitlob lill-Kummissjoni biex fl-elaborazzjoni msemmija ta' indikaturi għal-litteriżmu medjatiku tinkludi kemm il-kwalità tat-tagħlim fl-iskola kif ukolll it-taħriġ tal-għalliema f'dan il-qasam;

23.  Jinnota li, flimkien mal-kunsiderazzjonijiet edukattivi u tal-politika dwar l-edukazzjoni, it-tagħmir tekniku u l-aċċess għal teknoloġiji ġodda huma wkoll ta" importanza vitali, u jenfasizza li għandu jsir titjib kbir fl-infrastruttura tal-iskejjel sabiex ikun possibbli li t-tfal tal-iskola kollha jkollhom aċċess għall-kompjuters, l-internet u t-tagħlim korrispondenti;

24.  Jenfasizza li l-edukazzjoni dwar il-midja għandha importanza partikolari fl-iskejjel speċjali peress li l-midja għandha funzjoni importanti biex tegħleb ċerti ostakoli ta' komunikazzjoni li jinħolqu meta n-nies ikollhom diżabilità;

25.  Jirrakkomanda li moduli obbligatorji dwar il-pedagoġija tal-midja fil-livelli kollha tat-tagħlim għandhom jiġu integrati fit-taħriġ għall-għalliema, sabiex jiġi żgurat tagħlim intensiv; jitlob għalhekk lill-awtoritajiet nazzjonali relevanti biex jiffamiljarizzaw lill-għalliema tas-suġġetti kollha u f'kull tip ta' skola mal-użu tal-għodod awdjoviżivi tat-tagħlim u mal-problemi marbuta mal-edukazzjoni dwar il-midja;

26.  Jenfasizza l-bżonn għal skambju regolari ta" informazzjoni, ta" prattiki tajbin u, fil-qasam tal-edukazzjoni, ta' metodi pedagoġiċi bejn l-Istati Membri;

27.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tiddedika sezzjoni speċifika mis-suċċessur tal-Programm MEDIA biex tippromwovi l-litteriżmu medjatiku, peress li l-programm attwali ftit jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-litteriżmu medjatiku; barra minn hekk jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni li jiġi żviluppat programm ġdid bl-isem "Media Mundus" li jappoġġja l-kooperazzjoni internazzjonai fis-settur awdjoviżiv; jitlob li l-litteriżmu medjatiku jidher b'aktar prominenza fi programmi oħra li huma megħjuna mill-UE, b'mod speċjali t-Tagħlim Tul il-Ħajja, l-e-Twinning, l-Internet aktar Sikur u l-Fond Soċjali Ewropew;

L-edukazzjoni dwar il-midja fost l-anzjani

28.  Jenfasizza li l-ħidma dwar il-midja fost l-anzjani għandha ssir fil-post fejn ikunu jgħixu, bħal, p.e. għaqdiet, djar tal-anzjani, istituzzjonijiet li jieħdu ħsieb l-anzjani, gruppi li jorganizzaw passatempi u l-ħin liberu, inizjattivi jew gruppi fejn jiltaqgħu l-anzjani;

29.  Jinnota li n-netwerks diġitali fuq kollox joffru lill-anzjani l-possibilità li jieħdu sehem b'mod komunikattiv fil-ħajja ta' kuljum u jippreservaw l-awtonomija tagħhom għall-iktar żmien twil possibbli;

30.  Jinnota li t-tipi differenti ta" ambjent li fih jgħixu persuni anzjani u l-oqsma varji tagħhom ta" esperjenza, kif ukoll il-mod kif huma nnifishom jużaw il-midja, għandhom jitqiesu fl-edukazzjoni dwar il-midja mmirata għalihom;

o
o   o

31.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 332, 18.12.2007, p. 27.
(2) ĠU L 149, 11.6.2005, p.1.
(3) ĠU L 327, 24.11.2006, p.12.
(4) ĠU L 378, 27.12.2006, p.72.
(5) ĠU L 394, 30.12.2006, p. 10.
(6) ĠU C 25 E, 29.1.2004, p. 205.
(7) ĠU C 193 E, 17.8.2006, p.117.
(8) ĠU C 296 E, 6.12.2006, p.120.
(9) ĠU C 141, 7.6.2008, p. 14.
(10) ĠU C 140, 6.6.2008, p. 8.


L-Istabbiliment ta' Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (tfassil mill-ġdid) ***II
PDF 201kWORD 33k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward ta' l-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (tfassil mill-ġdid) (11263/4/2008 – C6-0422/2008 – 2007/0163(COD))
P6_TA(2008)0599A6-0473/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (11263/4/2008 – C6-0422/2008),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0443),

–   wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2007)0707),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 67 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0473/2008),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni;

2.  Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni komuni;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skond l-Artikolu 254(1) tat-Trattat KE;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju-Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni ta' l-att fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1) Testi adottati, 22.5.2008, P6_TA(2008)0227.


Adattament ta' ċerti atti suġġetti għad-Deċiżjoni 1999/468/KE tal-Kunsill li jemenda d-Deċiżjoni 2006/512/KE – Adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju (Ir-Raba' Parti) ***I
PDF 287kWORD 56k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, hekk kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE, ta' ċerti atti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat, b'rabta mal-proċedura regolatorja bi skrutinju – Adattament tal-proċedura regolatorja bi skrutinju – Ir-Raba' Parti (COM(2008)0071 – C6-0065/2008 – 2008/0032(COD))
P6_TA(2008)0600A6-0301/2008
RETTIFIKI

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0071),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikoli 47(2), 55, 71(1), 80(2), 95, 152(4)(a) u (b), 175(1) u 285(1) tat-Trattat KE skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6–0065/2008),

–   wara li kkunsidra l-kompiti mogħtija mir-rappreżentant tal-Kunsill bl-ittra tal-4 ta' Diċembru 2008 biex tiġi adottata l-proposta hekk kif emendata, skont l-Artikolu 251(2), it-tieni sentenza, l-ewwel inċiż tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0301/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jadatta ċerti atti suġġetti għall-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, b'rabta mal-proċedura regolatorja bi skrutinju – Adattament għall-proċedura regolatorja bi skrutinju – Ir-Raba" Parti

P6_TC1-COD(2008)0032


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru .../2009.)


Il-ħolqien ta' Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali ***I
PDF 366kWORD 37k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2001/470/KE ta1-Kunsill li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali (COM(2008)0380 – C6-0248/2008 – 2008/0122(COD))
P6_TA(2008)0601A6-0457/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0380),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 61(c) u 67(5), it-tieni inċiż tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0248/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 61(d) u 66 tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 35 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0457/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Japprova d-Dikjarazzjoni Konġunta annessa miegħu;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa" tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ieħor;

4.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din il-pożizzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Deċiżjoni Nru .../2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE li tistabbilixxi Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali

P6_TC1-COD(2008)0122


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Deċiżjoni Nru 568/2009/KE.)

ANNESS

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni biex tistaqsi lir-rappreżentanti tal-Qorti tal-Ġustizzja, fuq il-livell u bil-mod li l-Qorti tqis adatt, biex jattendu l-laqgħat tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fuq materji ċivili u kummerċjali.


Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew (tfassil mill-ġdid) ***I
PDF 291kWORD 46k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi ta' l-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta' informazzjoni u ta' konsultazzjoni għall-impjegati (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0419 – C6-0258/2008 – 2008/0141(COD))
P6_TA(2008)0602A6-0454/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni – tfassil mill-ġdid)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0419),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 137 tat-Trattat KE, skond liema artikolu l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0258/2008),

–   wara li kkunsidra l-impenji mogħtija mir-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tal-10 ta" Diċembru 2008 biex tkun adottata l-proposta kif emendata, bi qbil ma" l-Artikolu 251(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż tat-Trattat KE;

–   wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' tfassil mill-ġdid tal-atti legali(1),

–   wara li kkunsidra l-ittra tad-9 ta" Ottubru 2008 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għat-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali bi qbil mal-Artikolu 80a(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 80a u l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0454/2008),

A.   billi, skont il-Grupp ta" Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta eżaminata ma tinkludi l-ebda emenda sostantiva minbarra dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, rigward il-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux tal-atti preċedenti flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta tinkludi kodifikazzjoni diretta ta" testi eżistenti mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, u kif emendata hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta" Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta" informazzjoni u ta" konsultazzjoni tal-impjegati (tfassil mill-ġdid)

P6_TC1-COD(2008)0141


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2009/38/KE.)

(1) ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


Trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża ***I
PDF 285kWORD 41k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta' prodotti relatati mad-difiża fi ħdan il-Komunità (COM(2007)0765 – C6-0468/2007 – 2007/0279(COD))
P6_TA(2008)0603A6-0410/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0765),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0468/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin kif ukoll tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0410/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta" prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità

P6_TC1-COD(2007)0279


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2009/43/KE.)


L-approvazzjoni ta' tip ta' vetturi bil-mutur u ta' magni ***I
PDF 286kWORD 36k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta" vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (COM(2007)0851 – C6-0007/2008 – 2007/0295(COD))
P6_TA(2008)0604A6-0329/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0851),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skond liema Artikoli il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0007/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0329/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru .../2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta" vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE

P6_TC1-COD(2007)0295


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru .../2009.)


L-ERDF, l-ESF u l-Fond ta' Koeżjoni (proġetti li jiġġeneraw dħul) ***
PDF 199kWORD 32k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Reġjonali Ewropew għall-Iżvilupp, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni, fir-rigward ta' ċerti proġetti li jiġġeneraw dħul (13874/2008 – C6-0387/2008 – 2008/0186(AVC))
P6_TA(2008)0605A6-0477/2008

(Proċedura ta' kunsens)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Kunsill (COM(2008)0558 - 13874/2008),

–   wara li kkunsidra t-talba għal kunsens imressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 161, l-ewwel paragrafu tat-Trattat KE (C6-0387/2008),

–   wara li kkunsidra r-Regolament 75(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0477/2008),

1.  Jagħti l-kunsens tiegħu għall-proposta għal regolament tal-Kunsill;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Ir-regoli applikabbli għal ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej *
PDF 576kWORD 253k
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-regoli applikabbli għal ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej (COM(2008)0786 – C6-0449/2008 – 2008/0224(CNS))
P6_TA(2008)0606A6-0483/2008

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0786),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 283 tat-Trattat KE skont liema l-Kunsill ikkonsulta l-Parlament (C6-0449/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 21 tal-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew(1),

–   wara li kkunsidra l-Pożizzjoni tal-Parlament tas-16 ta' Diċembru 2008(2),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0483/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tbiddel il-proposta tagħha kif hemm bżonn, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jikkunsidra li l-ammonti finanzjarji mniżżla fil-proposta leġiżlattiva huma konformi mal-limitu massimu tal-intestatura 5, in-nefqa amministrattiva, tal-qafas finanzjarju multiannwali,

4.  Jitlob lill-Kunsill biex javża l-Parlament jekk hux bi ħsiebu jiżvija mit-test approvat mill-Parlament;

5.  Jitlob għall-bidu tal-proċedura ta' konċiljazzjoni skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-4 ta' Marzu 1975 jekk il-Kunsill bi ħsiebu jiżvija mit-test approvat mill-Parlament;

6.  Jitlob lill-Kunsill biex jikkonsulta l-Parlament mill-ġdid jekk ikun bi ħsiebu jemenda b'mod sostanzjali t-test ippreżentat għall-konsultazzjoni;

7.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 48
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 1
(1)  B'konformità mal-Artikolu 21 tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, il-Membri għandhom id-dritt għall-għajnuna mill-istaff persunali li huma jistgħu jagħżlu b'mod ħieles. Bħalissa, il-Membri jimpjegaw il-persunal kollu tagħhom direttament taħt kuntratti li huma soġġetti għal-liġi nazzjonali, filwaqt li l-Parlament Ewropew jirrifondi l-ispejjeż, sa ammont massimu fiss.
(1)  B'konformità mal-Artikolu 21 tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, il-Membri għandhom id-dritt għall-għajnuna mill-istaff persunali li huma jistgħu jagħżlu b'mod ħieles.
Emenda 49
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 1 a (ġdida)
(1a)  Bħalissa, il-Membri jimpjegaw il-persunal kollu tagħhom direttament taħt kuntratti li huma soġġetti għal-liġi nazzjonali, filwaqt li l-Parlament Ewropew jirrifondi l-ispejjeż, sa ammont massimu fiss.
Emenda 50
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 2
(2)   Għadd limitat ta" dan il-persunal (minn hawn "il quddiem imsejħa "assistenti parlamentari") jassistu Membru wieħed jew aktar fil-lokalitajiet tal-Parlament Ewropew fi Strażburgu, Brussell u fil-Lussemburgu. L-oħrajn huma impjegati mal-Membri fil-pajjiż fejn dawn ġew eletti.
(2)   Fid-9 ta' Lulju 2008 il-Bureau tal-Parlament Ewropew adotta Miżuri ta' Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew1. Skont l-Artikolu 34 ta' dawk il-Miżuri ta' Implimentazzjoni, il-Membri għandhom jagħmlu użu minn:
(a) "assistenti parlamentari akkreditati", impjegati f'wieħed mit-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament, fi ħdan is-sistema legali speċifika adottata fuq il-bażi tal-Artikolu 283 tat-Trattat u li l-kuntratti tagħhom jiġu stipulati u mmaniġġjati direttament mill-Parlament, kif ukoll
(b) persuni fiżiċi li jassistu lill-Membri fl-Istati Membri fejn ikunu ġew eletti u li magħhom ikunu ffirmaw kuntratt ta' impjieg jew ta" servizz skont il-liġi nazzjonali applikabbli, skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-Miżuri ta' Implimentazzjoni, minn issa 'l quddiem imsejħa "assistenti lokali".
1 ĠU C ...
Emenda 51
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 3
(3)  B'kuntrast ma' dawn tal-aħħar, l-assistenti parlamentari huma, bħala regola ġenerali, soġġetti għal espatrijazzjoni. Huma jaħdmu fil-postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew f'ambjent Ewropew, multilingwu u multikulturali u jwettqu kompiti li huma marbuta b'mod dirett max-xogħol tal-Parlament Ewropew.
(3)  B'kuntrast mal-assistenti lokali, l-assistenti parlamentari akkreditati huma, bħala regola ġenerali, soġġetti għal espatrijazzjoni. Huma jaħdmu fil-postijiet tax-xogħol tal-Parlament Ewropew f'ambjent Ewropew, multilingwu u multikulturali u jwettqu kompiti li huma marbuta b'mod dirett max-xogħol imwettaq mill-Membru jew Membri tal-Parlament Ewropew waqt il-funzjoni tal-ħidma tagħhom bħala Membri tal-Parlament Ewropew.
Emenda 4
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 4
(4)  Barra minn hekk dan ġie kkonfermat mill-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej li rrikonoxxiet li l-assistenti parlamentari f'ċerti aspetti jistgħu jitqiesu għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' ħaddiema oħra li qed iwettqu xogħol għall-Parlament.
imħassra
Emenda 52
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 5
(5)  Għal dawn ir-raġunijiet, u sabiex jiġu żgurati t-trasparenza, in-nuqqas ta" diskriminazzjoni u ċ-ċertezza legali permezz ta" regoli komuni, huwa xieraq li dawn l-assistenti, bl-eċċezzjoni tal-persuni li jaħdmu għall-Membri fl-Istat Membru fejn dawn ġew eletti, inklużi persuni li jaħdmu lokalment għal Membri eletti f'wieħed mill-Istati Membri fejn jinsabu t-tliet postijiet tax-xogħol, jiġu impjegati permezz ta" kuntratti diretti mal-Parlament Ewropew.
(5)  Għal dawn ir-raġunijiet, u sabiex jiġu żgurati t-trasparenza, in-nuqqas ta" diskriminazzjoni u ċ-ċertezza legali permezz ta" regoli komuni, huwa xieraq li l-assistenti parlamentari akkreditati, jiġu impjegati permezz ta" kuntratti diretti mal-Parlament Ewropew. B'kontradistinzjoni, l-assistenti lokali, inklużi dawk li jaħdmu għall-Membri eletti f'wieħed mill-Istati Membri fejn hemm wieħed mit-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament, għandhom ikomplu jkunu impjegati, bi qbil mal-Miżuri ta' Implimentazzjoni għall-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, imsemmija hawn fuq, skont kuntratti konklużi taħt il-liġi nazzjonali applikabbli fl-Istat Membru li fih ikunu ġew eletti.
Emenda 53
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 6
(6)  Jaqbel, għalhekk, li dawn l-assistenti jkunu suġġetti għall-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' ħaddiema oħra, b'mod li ċ-ċirkustanzi partikulari tagħhom jitqiesu kif xieraq.
(6)  Jaqbel, għalhekk, li l-assistenti parlamentari akkreditati jkunu suġġetti għall-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' ħaddiema oħra, b'mod li ċ-ċirkustanzi partikulari tagħhom, ix-xogħol partikolari li huma mitluba jagħmlu u d-dmirijiet u l-obbligi speċifiċi li jridu jissodisfaw fir-rigward tal-Membri tal-Parlament Ewropew li għalihom huma mitluba jaħdmu, jitqiesu kif xieraq.
Emenda 54
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 7
(7)  L-introduzzjoni ta' din il-kategorija speċifika ta' uffiċjali ma taffettwax l-Artikolu 29 tar-Regolamenti tal-Persunal li jipprovdi li kompetizzjonijiet interni huma miftuħa biss għal uffiċjali u persunal temporanju.
(7)  L-introduzzjoni ta' din il-kategorija speċifika ta' uffiċjali ma taffettwax l-Artikolu 29 tar-Regolamenti tal-Persunal li jipprovdi li kompetizzjonijiet interni huma miftuħa biss għal uffiċjali u persunal temporanju, u l-ebda dispożizzjoni ta' dan ir-Regolament ma tista' tinftiehem bħala waħda li tagħti aċċess privileġġjat jew dirett lill-assistenti parlamentari akkreditati għal postijiet ta' uffiċjali jew kategoriji oħra ta' ħaddiema tal-Komunitajiet Ewropej jew għall-kompetizzjonijiet interni għal postijiet bħal dawn.
Emenda 55
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 7 a (ġdida)
(7a)  Bħal fil-każ tal-istaff kontrattwali, l-Artikoli 27 sa 34 tar-Regolamenti tal-Istaff ma japplikawx għall-assistenti parlamentari akkreditati.
Emenda 56
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 8
(8)  L-assistenti parlamentari jikkostitwixxu, għalhekk, kategorija ta" persunal speċifika għall-Parlament Ewropew, b'mod partikolari fir-rigward tal-fatt li jappoġġaw lill-Membri tal-Parlament fil-kapaċita' tagħhom ta' rappreżentanti eletti demokratikament fdati b'mandat, fit-twettiq tal-kompiti tagħhom.
(8)  L-assistenti parlamentari akkreditati jikkostitwixxu, għalhekk, kategorija oħra ta" ħaddiema speċifika għall-Parlament Ewropew, b'mod partikolari fir-rigward tal-fatt li jipprovdu, taħt il-gwida u l-awtorità ta' Membru jew Membri tal-Parlament Ewropew u f'relazzjoni ta' fiduċja reċiproka, għajnuna diretta lil dak il-Membru jew dawk il-Membri fil-kapaċita' tagħhom ta' Membri tal-Parlament Ewropew.
Emenda 57
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 9
(9)  Għalhekk, jeħtieġ li jiġu emendati, b'mod limitat, il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta" ħaddiema oħra sabiex tiġi inkluża din il-kategorija ġdida tal-persunal.
(9)  Għalhekk, jeħtieġ li jiġu emendati l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta" ħaddiema oħra sabiex tiġi inkluża din il-kategorija ġdida tal-ħaddiema, billi jitqiesu, fuq naħa n-natura speċifika tad-dmirijiet, il-funzjonijiet u r-responsabilitajiet tal-assistenti parlamentari akkreditati, li huma mfassla biex iħalluhom jagħtu għajnuna diretta lill-Membri tal-Parlament Ewropew fil-qadi tad-dmirijiet tagħhom bħala Membri tal-Parlament Ewropew taħt il-gwida u l-awtorità tagħhom, u fuq l-oħra r-relazzjoni kuntrattwali bejn dawk l-assistenti parlamentari akkreditati u l-amministrazzjoni tal-Parlament.
Emenda 58
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 9 a (ġdida)
(9a)  Fejn id-dispożizzjonijiet tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta' ħaddiema oħra japplikaw għall-assistenti parlamentari akkreditati, direttament jew b'analoġija, dawn il-fatturi jridu jitqiesu, b'rispett rigoruż, b'mod partikolari, tal-fiduċja reċiproka li għandha tikkaratterizza r-relazzjoni bejn l-assistenti parlamentari akkreditati u l-Membru jew il-Membri tal-Parlament Ewropew li jassistu.
Emenda 59
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 10
(10)  Fid-dawl tan-natura tax-xogħol tal-assistenti, jaqbel li jkun hemm kategorija waħda biss ta" assistenti, iżda li tkun imqassma fi gradi, fejn l-assistenti jitqassmu skont il-kriterji li għandhom jiġu ddeterminati permezz ta' deċiżjoni interna tal-Parlament Ewropew.
(10)  Fid-dawl tan-natura tax-xogħol tal-assistenti parlamentari akkreditati, jaqbel li jkun hemm kategorija waħda biss ta" assistenti parlamentari akkreditati, iżda li tkun imqassma fi gradi, fejn l-assistenti jitqassmu skont l-indikazzjoni tal-Membri kkonċernati bi qbil mal-miżuri ta' implimentazzjoni speċifiċi adottati permezz ta' deċiżjoni interna tal-Parlament Ewropew.
Emenda 60
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 11
(11)  Il-kuntratti tal-assistenti parlamentari ffirmati bejnhom u l-Parlament Ewropew għandhom jiġu bbażati fuq fiduċja reċiproka bejn l-assistent parlamentari u l-Membru/i tal-Parlament Ewropew li qed jassisti.
(11)  Il-kuntratti tal-assistenti parlamentari akkreditati ffirmati bejnhom u l-Parlament Ewropew għandhom jiġu bbażati fuq fiduċja reċiproka bejn l-assistent parlamentari akkreditat u l-Membru/i li qed jassisti. Il-perjodu ta' kuntratti bħal dawn għandu jkun marbut direttament mal-perjodu li fih iżommu l-kariga l-Membri kkonċernati.
Emenda 61
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 11 a (ġdida)
(11a)  L-assistenti parlamentari għandu jkollhom id-dritt ta' assoċjazzjoni 'l barra mis-sistema li tapplika għall-uffiċjali u staff ieħor tal-Parlament Ewropew. Ir-rappreżentanti tagħhom għandhom ikunu l-kelliema tagħhom vis-à-vis l-awtorità kompetenti tal-Parlament Ewropew, filwaqt li jitqies il-fatt li għandha titwaqqaf rabta formali bejn ir-rappreżentazzjoni statutorja tal-Istaff u r-rappreżentazzjoni awtonoma tal-assistenti.
Emenda 62
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 12
(12)  Il-prinċipju tan-newtralità baġitarja għandu jiġi osservat fir-rigward tal-introduzzjoni ta" din il-kategorija ġdida ta" persunal. F'dan ir-rigward, il-Parlament Ewropew għandu jħallas fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea l-ammont sħiħ tal-kontributi meħtieġa għall-iffinanzjar tal-iskema tal-pensjoni bl-eċċezzjoni tal-kontribut taħt l-Artikolu 83(2) tar-Regolamenti tal-Persunal li jiġi mnaqqas kull xahar mis-salarju tal-persuna kkonċernata.
(12)  Il-prinċipju tan-newtralità baġitarja għandu jiġi osservat fir-rigward tal-introduzzjoni ta" din il-kategorija ġdida ta" persunal.
Emenda 64
Proposta għal regolament – att li jemenda
Premessa 12 a (ġdida)
(12a)  Il-miżuri ta' implimentazzjoni stipulati permezz tad-deċiżjoni interna tal-Parlament Ewropew għandhom jinkludu regoli oħra għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, fuq il-bażi tal-prinċipju tal-immaniġġjar finanzjarju sod kif stipulat fit-Titolu II tar-Regolament Finanzjarju1,
_____________
1 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).
Emenda 65
Proposta għal Regolament – att li jemenda
Artikolu 1 a (ġdid)
L-approprjazzjonijiet inklużi fit-taqsima ddedikata għall-Parlament Ewropew fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea li hija maħsuba biex tkopri l-assistenza parlamentari, li taħtha l-ammonti annwali se jkunu ddeterminati fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali, ser ikopru l-ispejjeż kollha direttament marbuta mal-assistenti tal-Membri Parlamentari, jiġifieri kemm l-Assistenti Parlamentari akkreditati u kemm l-assistenti lokali.
Emenda 67
Proposta għal regolament – att li jemenda
Artikolu 2
Fi żmien tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Parlament Ewropew għandu jissottometti rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sabiex tiġi eżaminata l-ħtieġa possibbli li jiġu adattati r-regoli li japplikaw għall-assistenti parlamentari.
Il-Parlament Ewropew għandu, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011, jippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sabiex tiġi eżaminata l-ħtieġa possibbli li jiġu adattati r-regoli li japplikaw għall-assistenti parlamentari.
Fuq il-bażi ta" dan ir-rapport, il-Kummissjoni tista" tagħmel kwalunkwe proposta li tqis xierqa għal dan il-għan.
Emenda 66
Proposta għal regolament – att li jemenda
Anness – punt 1
Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)
Artikolu 1
1) fl-Artikolu 1, l -inċiż li ġej għandu jiddaħħal wara "konsulenti speċjali':
1) fl-Artikolu 1, l -inċiż li ġej għandu jiddaħħal wara "konsulenti speċjali':
"assistenti parlamentari,".
" – assistenti parlamentari akkreditati,"
(Din l-emenda tapplika għat-test kollu.)
Emenda 68
Proposta għal regolament – att li jemenda
Anness – punt 2
Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC
Artikolu 5a
Għall-finijiet ta" dawn il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta" ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej, it-terminu "assistenti parlamentari" jfisser membri tal-persunal magħżula minn Membru wieħed jew aktar u impjegati permezz ta" kuntratti diretti mal-Parlament Ewropew biex jassistu Membru wieħed jew aktar tal-Parlament Ewropew, kif stipulat fl-Artikolu 125(1).
Għall-finijiet ta" dawn il-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta" ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej, it-terminu "assistenti parlamentari akkreditati" jfisser persuni magħżula minn Membru wieħed jew aktar u impjegati permezz ta" kuntratti diretti mal-Parlament Ewropew biex jipprovdu għajnuna diretta, fil-bini tal-Parlament Ewropew f wieħed mit-tliet postijiet ta' ħidma tiegħu, lil Membru jew Membri tal-Parlament Ewropew fil-qadi tad-dmirijiet tagħhom bħala Membri tal-Parlament Ewropew taħt il-gwida u l-awtorità tagħhom, u f'relazzjoni ta' fiduċja reċiproka msemmija fl-Artikolu 21 tal-Istatut tal-Memrbi tal-Parlament Ewropew.
Emenda 20
Proposta għal regolament – att li jemenda
Anness – punt 3
Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)
Kapitolu 1 – Artikolu 125 – paragrafu 1
1.  "Assistent parlamentari" tfisser membru tal-persunal impjegat mill-Parlament Ewropew, f'wieħed mit-tliet postijiet ta" xogħol tal-Parlament Ewropew, biex jassisti Membru wieħed jew aktar tal-Parlament fit-twettiq tal-mandat parlamentari tagħhom. Għandu jwettaq kompiti li huma marbuta direttament max-xogħol tal-Parlament Ewropew.
imħassra
L-assistenti parlamentari għandhom jiġu impjegati biex iwettqu xogħol part-time jew full-time, bla ma jiġu assenjati għal kariga inkluża fil-lista ta" karigi mehmuża mat-taqsima tal-baġit relatata mal-Parlament Ewropew.
Emenda 69
Proposta għal regolament – att li jemenda
Anness – punt 3
Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)
Kapitolu 1 – Artikolu 125 – paragrafu 2
2.  Il-Parlament Ewropew, permezz ta" deċiżjoni interna, għandu jadotta dispożizzjonijiet rigward l-impjieg ta" assistenti parlamentari.
1.  Il-Parlament Ewropew għandu jadotta miżuri ta' implimentazzjoni permezz ta' deċiżjoni interna għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni ta' dan it-Titolu.
Emenda 70
Proposta għal regolament – att li jemenda
Anness – punt 3
Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)
Kapitolu 1 – Artikolu 125 – paragrafu 3
3.  L-assistenti parlamentari għandhom jitħallsu mill-approprjazzjonijiet globali allokati għat-taqsima tal-baġit marbuta mal-Parlament Ewropew.
2.  L-assistenti parlamentari akkreditati m'għandhomx jiġu assenjati kariga inkluża fil-lista tal-karigi mehmuża mat-taqsima tal-baġit relatata mal-Parlament Ewropew. Il-paga tagħhom għandha tiġi ffinanzjata taħt l-intestatura korrispondenti tal-baġit u għandha titħallas mill-approprjazzjonijiet allokati għat-taqsima tal-baġit marbuta mal-Parlament Ewropew.
Emenda 71
Proposta għal regolament – att li jemenda
Anness – punt 3
Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)
Kapitolu 1 – Artikolu 126 – paragrafu 1
1.  L-assistenti parlamentari huma kklassifikati skont il-grad.
1.  L-assistenti parlamentari akkreditati jkunu ikklassifikati skont il-grad bl-indikazzjoni mogħtija mill-Membru jew Membri li l-assistent se jgħin, b'konformità mal-miżuri tal-implimentazzjoni imsemmija fl-Artikolu 125(1). Għall-klassifikazzjoni fi grad 14 sa 19 kif stipulat fl-Artikolu 134, assistenti parlamentari akkreditati jkunu meħtieġa li bħala minimu, ikollhom lawrija universitarja jew esperjenza professjonali ekwivalenti.
Emenda 72
Proposta għal regolament – att li jemenda
Anness – punt 3
Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)
Kapitolu 1 – Artikolu 126 – paragrafu 2
2.  L-Artikolu 1e tar-Regolamenti tal-Persunal, rigward il-miżuri ta" natura soċjali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, għandu japplika b'analoġija.
2.  L-Artikolu 1e tar-Regolamenti tal-Persunal, rigward il-miżuri ta" natura soċjali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, għandu japplika b'analoġija, sakemm dawn il-miżuri jkunu kompatibbli man-natura partikolari tad-dmirijiet u r-responsabilitajiet li jassumu l-assistenti parlamentari akkreditati.
B'deroga mill-Artikolu 7, l-arranġamenti relatati mar-rappreżentazzjoni awtonoma tal-assistenti parlamentari akkreditati jkunu stipulati fil-miżuri ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 125(1) filwaqt li jitqies li tiġi stabbilita rabta formali bejn ir-rappreżentazzjoni statutarja tal-Persunal u r-rappreżentazzjoni awtonoma tal-assistenti.
Emenda 73
Proposta għal regolament – att li jemenda
Anness – punt 3
Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)
Kapitolu 2 – Artikolu 127
L-Artikoli 11 sa 26a tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw b'analoġija. Il-Parlament Ewropew għandu jiddetermina, permezz ta" deċiżjoni interna, miżuri prattiċi ta' implimentazzjoni li jqisu n-natura speċifika tar-relazzjoni bejn il-Membri u l-assistenti tagħhom.
L-Artikoli 11 sa 26a tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw b'analoġija. B'rispett rigoruż b'mod partikolari għan-natura speċifika tal-funzjonijiet u d-dmirijiet tal-assistenti parlamentari akkreditati u tal-fiduċja reċiproka li għandha tikkaratterizza r-relazzjoni bejnhom u l-Membru jew Membri tal-Parlament Ewropew li jassistu, il-miżuri ta' implimentazzjoni li jirrigwardaw dan il-qasam adottati b'konformità mal-Artikolu 125(1) jqisu n-natura speċifika tar-relazzjoni ta' ħidma bejn il-Membri u l-assistenti parlamentari akkreditati tagħhom.
Emenda 26
Proposta għal regolament – att li jemenda
Anness – punt 3
Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)
Kapitolu 3 – Artikolu 128 – paragrafu 1
1.  L-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal għandu japplika b'analoġija.
1.  L-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal għandu japplika b'analoġija, filwaqt li jqis ir-relazzjoni ta' fiduċja reċiproka bejn il-Membru tal-Parlament Ewropew u l-assistent jew assistenti parlamentari akkreditati tiegħu, filwaqt li jiġi mifhum li l-Membri tal-Parlament Ewropew jistgħu jibbażaw l-għażla tagħhom ta' assistenti parlamentari akkreditati wkoll fuq affinità politika.
Emenda 74
Proposta għal regolament – att li jemenda
Anness – punt 3
Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC
Kapitolu 3 – Artikolu 128 – paragrafu 2 – parti introduttorja
2.  L-assistent parlamentari jintgħażel mill-Membru/i tal-Parlament Ewropew li huwa se jkun inkarigat li jassisti. Bla ħsara għall-kriterji supplementarji li jistgħu jiġu stipulati fid-dispożizzjoniiet imsemmija fl-Artikolu 125(2), l-assistent jista" jiġi impjegat biss bil-kundizzjoni li:
2.  L-assistent parlamentari akkreditat jintgħażel mill-Membru/i tal-Parlament Ewropew li huwa se jkun inkarigat li jassisti. Bla ħsara għall-kriterji supplementarji li jistgħu jiġu stipulati fil-miżuri ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 125(1), l-assistent jista" jiġi impjegat biss bil-kundizzjoni li:
Emenda 28
Proposta għal regolament – att li jemenda
Anness – punt 3
Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)
Kapitolu 3 – Artikolu 128 – paragrafu 2 – punt e
(e) jipproduċi provi ta" għarfien profond ta" waħda mil-lingwi tal-Komunità u għarfien xieraq ta" lingwa oħra tal-Komunità li jkun biżżejjed biex iwettaq il-ħidmiet mitluba minnu u;
(e) ikollu għarfien profond ta" waħda mil-lingwi tal-Komunità u għarfien soddisfaċenti ta" lingwa oħra tal-Komunità u;
Emenda 29
Proposta għal regolament – att li jemenda
Anness – punt 3
Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)
Kapitolu 3 – Artikolu 129
Artikolu 129
imħassar
1.  L-assistent parlamentari għandu jagħmel perjodu ta" prova ta" tliet xhur.
2.  F'każ ta" mard jew inċident li jżomm lill-assistent parlamenti milli jaqdi d-dmiritijiet tiegħu għal xahar jew aktar matul il-perjodu ta' prova, l-awtorità msemmija fl-Artikolu 6(1) tista", fuq talba tal-Membru, testendi l-perjodu ta" prova bit-tul ta" żmien li jikkorispondi.
3.  Jekk ix-xogħol tal-assistent parlamentari ma jkunx adegwat biex jiġġustifika li dan iżomm il-funzjoni tiegħu, il-Membru tal-Parlament Ewropew għandu, mhux aktar tard minn xahar qabel ma jispiċċa l-perjodu ta" prova, jagħmel rapport dwar il-ħila tal-assistent li jaqdi d-dmirijiet tiegħu, kif ukoll dwar l-imġiba u l-effiċjenza tiegħu. Dan ir-rapport għandu jiġi komunikat lill-persuna kkonċernata, li jkollha dritt tagħmel il-kummenti tagħha bil-miktub f'perijodu ta' tmint ijiem, mill-awtorita' msemmija fl-Artikolu 6(1). Jekk ikun meħtieġ, l-assistant parlamentari msemmi hawn fuq għandu jitkeċċa mill-awtorità msemmija fl-Artikolu 6(1), sakemm ir-rapport ikun ġie komunikat lilu qabel it-tmiem tal-perjodu ta" prova.
4.  L-assistent parlamentari mkeċċi tul il-perjodu ta" prova għandu jkun intitolot għal kumpens ta" terz tas-salarju bażiku tiegħu għal kull xahar tal-perjodu tal-prova li jkun ħadem.
Emenda 30
Proposta għal regolament – att li jemenda
Anness – punt 3
Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)
Kapitolu 3 – Artikolu 130 – paragrafu 1
1.  Qabel ma jingħata l-impjieg, l-assistent parlamentari għandu jipprovdi evidenza lis-servizz mediku tal-Parlament Ewropew li jinsab f'qagħda fiżika tajba biex il-Parlament Ewropew ikun jista" jkun sodisfatt li hu jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 128 (2)(d).
1.  Assistent parlamentari akkreditat għandu jipprovdi evidenza lis-servizz mediku tal-Parlament Ewropew li jinsab f'qagħda fiżika tajba biex il-Parlament Ewropew ikun jista" jkun sodisfatt li hu jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 128 (2)(d).
Emenda 31
Proposta għal regolament – att li jemenda
Anness – punt 3
Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)
Kapitolu 3 – Artikolu 131 – paragrafu 1
1.  Il-kuntratt tal-assistenti parlamentari għandu jkollu perjodu determinat. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 140, il-kuntratti għandhom jiskadu mhux aktar tard mit-tmiem tal-leġiżlatura li fiha jkunu saru l-istess kuntratti.
1.  Il-kuntratt tal-assistenti parlamentari akkreditati għandu jkollu perjodu determinat u għandu jispeċifika l-grad li fih l-assistent huwa kklassifikat. Kuntratt fiss m'għandux jiġi estiż iżjed minn darbtejn matul mandat parlamentari. Sakemm ma jkunx speċifikat b'mod ieħor fil-kuntratt innifsu, il-kuntratt għandu jintemm fi tmiem il-mandat parlamentari li matulu jkun intemm. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 140, il-kuntratti għandhom jiskadu mhux aktar tard mit-tmiem tal-leġiżlatura li fiha jkunu saru l-istess kuntratti.
Emenda 75
Proposta għal regolament – att li jemenda
Anness – punt 3
Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)
Kapitolu 3 – Artikolu 131 – paragrafu 2
2.  Il-Parlament Ewropew għandu jadotta deċiżjoni interna li fiha jiddefinixxi l-kriterji applikabbli għall-klassifikazzjoni meta l-persuna tiġi impjegata.
2.  Il-miżuri ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 125(1) jistipulaw qafas trasparenti għall-klassifikazzjoni filwaqt li jitqies l-Artikolu 128(2)(f).
Emenda 33
Proposta għal regolament – att li jemenda
Anness – punt 3
Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)
Kapitolu 4 – Artikolu 132 – paragrafu -1 (ġdid)
-1.  Assistenti parlamentari akkreditati għandhom jiġu impjegati biex iwettqu xogħol part-time jew full-time.
Emenda 76
Proposta għal regolament – att li jemenda
Anness – punt 3
Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC
Kapitolu 4 – Artikolu 132 – paragrafu 2
2.  L-assistent m'għandux jintalab jaħdem sigħat żejda ħlief f'każ ta" emerġenza jew ta" ammont ta" xogħol eċċezzjonali.
2.  L-assistent parlamentari akkreditat m'għandux jintalab jaħdem sigħat żejda ħlief f'każ ta" emerġenza jew ta" ammont ta" xogħol eċċezzjonali. L-Artikolu 56(1) japplika b'analoġija. Il-miżuri ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 125(1) jistgħu jistipolaw regoli f'dan ir-rigward.
Emenda 77
Proposta għal regolament – att li jemenda
Anness – punt 3
Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)
Kapitolu 5 – Artikolu 133
Ħlief għal dispożizzjonijiet kuntrarji fl-Artikoli 134 u 135, l-Artikoli 19, l-Artikolu 20(1) sa (3) u l-Artikolu 21 tas-CEOS kif ukoll l-Artikolu 16 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, rigward ir-rimunerazzjoni u l-ispejjeż, għandhom japplikaw b'analoġija. L-arranġamenti għar-rimbors tal-ispejjeż tal-missjonijiet għandhom ikunu stipulati fid-dispożizzjonijiet msemmija fl-artikolu 125(2).
Ħlief għal dispożizzjonijiet kuntrarji fl-Artikoli 134 u 135, l-Artikoli 19, l-Artikolu 20(1) sa (3) u l-Artikolu 21 tas-CEOS kif ukoll l-Artikolu 16 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, rigward ir-rimunerazzjoni u l-ispejjeż, għandhom japplikaw b'analoġija. L-arranġamenti għar-rimbors tal-ispejjeż tal-missjonijiet għandhom ikunu stipulati fil-miżuri ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 125(1).
Emenda 78
Proposta għal regolament – att li jemenda
Anness – punt 3
Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)
Kapitolu 5 – Artikolu 134 - tabella

Test propost mill-Kummissjoni

Grad

1

2

3

4

5

6

7

Salarju bażiku "fulltime"

1 193,00

1 389,85

1 619,17

1 886,33

2 197,58

2 560,18

2 982,61

Grad

8

9

10

11

12

13

14

Salarju bażiku "fulltime"

3 474,74

4 048,07

4 716,00

5 494,14

6 400,67

7 456,78

8 687,15

Emenda

Grad

1

2

3

4

5

6

7

Salarju bażiku "fulltime"

1.619,17

1.886,33

2.045,18

2.217,41

2.404,14

2.606,59

2.826,09

Grad

8

9

10

11

12

13

14

Salarju bażiku "fulltime"

3.064,08

3.322,11

3.601,87

3.905,18

4.234,04

4.590,59

4.977,17

Grad

15

16

17

18

19

Salarju bażiku "fulltime"

5.396,30

5.850,73

6.343,42

6.877,61

7.456,78

Emenda 79
Proposta għal regolament – att li jemenda
Anness – punt 3
Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)
Kapitolu 5 – Artikolu 135
B'deroga mill-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, il-benefiċċju għall-espatrijazzjoni m'għandux ikun ta" inqas minn EUR 250.
B'deroga mill-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, il-benefiċċju għall-espatrijazzjoni m'għandux ikun ta" inqas minn EUR 350.
Emenda 80
Proposta għal regolament – att li jemenda
Anness – punt 3
Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)
Kapitolu 6 – Artikolu 137 – paragrafu 1
1.  B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 96(3), u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-Artikolu msemmi, l-ammonti kkalkulati skont din id-dispożizzjoni m'għandhomx ikunu ta" inqas minn EUR 700 jew ta" aktar minn EUR 2000.
1.  B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 96(3), u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-Artikolu msemmi, l-ammonti kkalkulati skont din id-dispożizzjoni m'għandhomx ikunu ta" inqas minn EUR 850 jew ta" aktar minn EUR 2000.
Emenda 81
Proposta għal regolament – att li jemenda
Anness – punt 3
Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)
Kapitolu 6 – Artikolu 137 – paragrafu 3
3.  Il-Parlament Ewropew għandu jħallas fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea l-ammont sħiħ tal-kontributi meħtieġa biex jiffinanzjaw l-iskema tal-pensjoni bl-eċċezzjoni tal-kontribut taħt l-Artikolu 83(2) tar-Regolamenti tal-Persunal li jiġi mnaqqas kull xahar mis-salarju tal-persuna kkonċernata.
imħassar
Emenda 82
Proposta għal regolament – att li jemenda
Anness – punt 3
Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)
Kapitolu 8 – Artikolu 139
Id-dispożizzjonijiet tat-Titolu VII tar-Regolamenti tal-Persunal dwar l-appelli għandom japplikaw b'analoġija.
Id-dispożizzjonijiet tat-Titolu VII tar-Regolamenti tal-Persunal dwar l-appelli għandom japplikaw b'analoġija. Il-miżuri ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 125(1) jistgħu jistipulaw regoli kumplimentari dwar il-proċeduri interni.
Emenda 43
Proposta għal regolament – att li jemenda
Anness – punt 3
Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)
Kapitolu 9 – Artikolu 140 – paragrafu 1 – punt d
(d) fl-aħħar tal-perjodu ta" notifika stabbilit fil-kuntratt, li għandu jagħti lill-assistent parlamentari jew lill-Parlament Ewropew l-għażla li l-impjieg jintemm aktar kmieni. Il-perjodu ta" notifika ma jistax ikun ta" inqas minn xahar għal kull sena ta' servizz, b'minimu ta' xahar u b'massimu ta' tliet xhur. Madankollu, il-perjodu ta" notifika m'għandux jibda jgħodd waqt il-leave tal-maternità jew il-leave minħabba l-mard, sakemm il-leave minħabba l-mard ma jaqbiżx it-tliet xhur. Barra minn hekk, dan għandu jiġi sospiż waqt il-leave tal-maternità jew il-leave minħabba l-mard, kif stipulat fil-limiti msemmija hawn fuq.
(d)  Filwaqt li jitqies il-fatt li l-fiduċja hija l-bażi tar-relazzjoni bejn il-Membru u l-assistent parlamentari akkreditat tiegħu fl-aħħar tal-perjodu ta" notifika stabbilit fil-kuntratt, li għandu jagħti lill-assistent parlamentari akkreditat jew lill-Parlament Ewropew, li jaġixxi fuq talba tal-Membru jew Membri tal-Parlament Ewropew li lilhom l-assistent kien iservi, id-dritt li l-impjieg jintemm aktar kmieni Il-perjodu ta" notifika ma jistax ikun ta" inqas minn xahar għal kull sena ta' servizz, b'minimu ta' xahar u b'massimu ta' tliet xhur. Madankollu, il-perjodu ta" notifika m'għandux jibda jgħodd waqt il-leave tal-maternità jew il-leave minħabba l-mard, sakemm il-leave minħabba l-mard ma jaqbiżx it-tliet xhur. Barra minn hekk, dan għandu jiġi sospiż waqt il-leave tal-maternità jew il-leave minħabba l-mard, kif stipulat fil-limiti msemmija hawn fuq.
Emenda 44
Proposta għal regolament – att li jemenda
Anness – punt 3
Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)
Kapitolu 9 – Artikolu 140 – paragrafu 2
2.  Meta l-kuntratt jintemm skont il-paragrafu 1(c) jew il-Parlament Ewropew iwaqqaf il-kuntratt skont il-paragrafu 1(d), l-assistent parlamentari għandu jkun intitolat għal kumpens ekwivalenti għal terz tas-salarju bażiku tiegħu għall-perjodu bejn id-data meta jispiċċaw id-dmirijiet tiegħu u d-data meta jiskadi l-kuntratt, suġġett madankollu għal massimu ta" tliet xhur ta" salarju bażiku.
2.  Meta l-kuntratt jintemm skont il-paragrafu 1(c) l-assistent parlamentari akkreditat għandu jkun intitolat għal kumpens ekwivalenti għal terz tas-salarju bażiku tiegħu għall-perjodu bejn id-data meta jispiċċaw id-dmirijiet tiegħu u d-data meta jiskadi l-kuntratt, suġġett madankollu għal massimu ta" tliet xhur ta" salarju bażiku.
Emenda 83
Proposta għal regolament – att li jemenda
Anness – punt 3
Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)
Kapitolu 9 – Artikolu 140 – paragrafu 3
3.  Bla ħsara għall-Artikoli 48 u 50 li huma applikabbli b'analoġija, l-impjieg ta" assistent parlamentari jista' jintemm mingħajr avviż minn qabel f'każ ta" nuqqas serju fit-twettiq tal-obbligi tiegħu, kemm jekk b'mod intenzjonat jew jekk b'negliġenza min-naħa tiegħu. Għandha tittieħed deċiżjoni raġunata mill-awtorità msemmija fl-Artikolu 6(1), wara li l-persuna konċernata tkun ingħatat l-opportunità li tiddefendi lilha nnifisha.
3.  Bla ħsara għall-Artikoli 48 u 50 li huma applikabbli b'analoġija, l-impjieg ta" assistent parlamentari akkreditat jista' jintemm mingħajr avviż minn qabel f'każ ta" nuqqas serju fit-twettiq tal-obbligi tiegħu, kemm jekk b'mod intenzjonat jew jekk b'negliġenza min-naħa tiegħu. Għandha tittieħed deċiżjoni raġunata mill-awtorità msemmija fl-Artikolu 6(1), wara li l-persuna konċernata tkun ingħatat l-opportunità li tiddefendi lilha nnifisha.
Għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-proċedura dixxiplinarja fil-miżuri ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 125(1).
Emenda 46
Proposta għal regolament – att li jemenda
Anness – punt 3
Regolament Nru 31 (KEE), 11 (EAEC)
Kapitolu 9 – Artikolu 140 – paragrafu 3a (ġdid)
3a.  Perjodi ta' impjieg bħala assistent parlamentari akkreditat m'għandhomx jitqiesu bħala "snin ta' servizz" għall-iskopijiet tal-Artikolu 29(3) u (4) tar-Regolamenti tal-Persunal.

(1) Id-Deċiżjoni 2005/684/KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Settembru 2005 li tadotta l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (ĠU L 262, 7.10.2005, p. 1).
(2) Ara l-minuti tas-seduta, punt 3.23.


Rekwiżiti ta' Kapital (pjan ta' implimentazzjoni)
PDF 294kWORD 49k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-abbozz ta' direttiva tal-Kummissjoni dwar l-emenda ta' ċerti annessi tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-dispożizzjonijiet tekniċi dwar l-immaniġġjar tar-riskju
P6_TA(2008)0607B6-0623/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta" Ġunju 2006 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tal-kummerċ tal-istituzzjonijiet ta" kreditu (riformulazzjoni)(1), u b'mod partikulari l-Artikolu 150(1) tagħha,

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta' direttiva tal-Kummissjoni dwar l-emenda ta' ċerti annessi tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-dispożizzjonijiet tekniċi dwar l-immaniġġjar tar-riskju,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-1 t'Ottubru 2008 għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE dwar banek affiljati ma" istituzzjonijiet ċentrali, ċerti elementi ta" fondi proprji, skoperturi kbar, arranġamenti superviżorji, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (COM(2008)0602) (proposta ta' Reviżjoni tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti Kapitali),

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-12 ta' Novembru 2008 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu (COM(2008)0704) (proposta għal Regolament dwar Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 5a(3)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill  1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni(2),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 81(2) u (4)(b) tar-Regoli ta' Proċedura,

A.   billi l-Kummissjoni ressqet il-proposta tagħha għal reviżjoni tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti Kapitali (CRD),

B.   billi l-Kummissjoni ressqet ukoll abbozz ta' direttiva li temenda ċerti annessi tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-dispożizzjonijiet tekniċi dwar l-immaniġġjar tar-riskju, li tinkludi dispożizzjoni rigward l-iżvelar mill-Istituzzjonijiet Esterni tal-Valutazzjoni tal-Kreditu (ECAIs),

C.   billi l-Kummissjoni sussegwentement ressqet il-proposta tagħha għal Regolament dwar Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu (CRA),

D.   billi l-obbligi tal-iżvelar u t-trasparenza mill-ECAIs u l-Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu għandhom ikunu ttrattati b'mod koerenti u konsistenti,

E.   billi l-obbligi tal-iżvelar relatati mal-ECAIs proposti mill-Kummissjoni jmorru lil hinn mill-aġġustament tekniku u għalhekk jirrikjedu kunsiderazzjoni xierqa mill-Parlament u għandhom ikunu ttrattati bi qbil mal-proċedura ta' kodeċiżjoni,

F.   billi tali koerenza u konsistenza u l-kunsiderazzjoni xierqa mill-Parlament jirrikjedu li d-dispożizzjoni rigward l-iżvelar relatata mal-ECAIs tkun ittrattata, bi qbil mal-proċedura ta' kodeċiżjoni, fil-qafas tal-proposta għal reviżjoni tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti Kapitali (CRD) jew f'dak tal-proposta għal Regolament dwar Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu (CRA),

G.   billi l-Parlament jappoġġa l-emendi tekniċi l-oħra,

1.  Jopponi l-adozzjoni tal-abbozz ta' Direttiva tal-Kummissjoni li temenda ċerti annessi tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-dispożizzjonijiet tekniċi dwar l-immaniġġjar tar-riskju;

2.  Iqis li l-abbozz ta' Direttiva tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fid-Direttiva 2006/48/KE;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tirtira l-abbozz ta' miżura u tressaq wieħed ġdid quddiem il-Kumitat;

4.  Jipproponi li l-abbozz ta' direttiva jkun emendat kif ġej:

Test propost mill-Kummissjoni   Modifika
Modifika 1
Abbozz ta" direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 3
Direttiva 2006/48/KE
Anness VI – Parti 2 – punt 7
(3)  Fil-Parti 2 tal-Anness VI, il-punt 7 qed jitbiddel b'dan li ġej:
imħassar
"7. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-prinċipji tal-metodoloġija użata mill-ECAI għall-formulazzjoni tal-valutazzjonijiet ta" kreditu tagħha jkunu disponibbli għall-pubbliku sabiex l-utenti potenzjali kollha jkunu jistgħu jiddeċiedu jekk dawn il-valutazzjonijiet humiex idderivati b'mod raġonevoli. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, fir-rigward ta' valutazzjonijiet tal-kreditu relatati ma' pożizzjonijiet tat-titolizzazzjoni, l-ECAI hija impenjata tipproduċi, fuq bażi kontinwa, tagħrif fil-qosor dwar l-istruttura tat-tranżazzjoni, ir-rendiment tal-assi maqsumin u kif dan jaffettwa l-valutazzjoni tal-kreditu tagħha. Dan it-tagħrif fil-qosor għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-istituzzjonijiet tal-kreditu kollha bl-użu tal-valutazzjonijiet tal-kreditu għall-għanijiet tal-Artikolu 96."

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


Il-Kumpaniji ta' Direttorju Qarrieqa
PDF 291kWORD 74k
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-kumpaniji ta' direttorju qarrieqa (Petizzjonijiet 0045/2006, 1476/2006, 0079/2003, 0819/2003, 1010/2005, 0052/2007, 0306/2007, 0444/2007, 0562/2007 u oħrajn) (2008/2126(INI))
P6_TA(2008)0608A6-0446/2008

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Petizzjonijiet 0045/2006, 1476/2006, 0079/2003, 0819/2003, 1010/2005, 0052/2007, 0306/2007, 0444/2007, 0562/2007 u oħrajn,

–   wara li kkunsidra d-dibattiti li saru fi ħdan il-Kumitat dwar il-Petizzjonijiet dwar Petizzjoni 0045/2006 u oħrajn,

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta" Diċembru 2006 dwar riklamar qarrieqi u riklamar komparattiv (verżjoni kodifikata)(1),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiki kummerċjali inġusti fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (id-Direttiva dwar il-Prattiki Kummerċjali Inġusti)(2),

–   wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta" Ottubru 2004 dwar kooperazzjoni bejn awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet għall-protezzjoni tal-konsumatur (ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumatur)(3),

–   wara li kkunsidra d-Direttiva 98/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar l-inġunzjonijiet għall-protezzjoni ta' l-interessi tal-konsumaturi(4),

   wara li kkunsidra l-istudju intitolat "Prattiki qarrieqa ta" 'kumpaniji tad-direttorju" fil-kuntest ta" leġiżlazzjoni tas-suq intern attwali u fil-futur immirata lejn il-ħarsien tal-konsumaturi u l-SMEs" (IP/A/IMCO/FWC/2006-058/LOT4/C1/SC6), ikkummissjonat mill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 192(1) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A6-0446/2008),

A.   billi l-Parlament irċieva aktar minn 400 petizzjoni minn intrapriżi żgħar (li jirriflettu biss frazzjoni tan-numru tagħhom) li jsostnu li kienu vittmi ta' riklamar qarrieqi minn kumpaniji tad-direttorju kummerċjali u li sofrew, b'konsegwenza, stress psikoloġiku, sentimenti ta' ħtija, mistħija u frustrazzjoni u kif ukoll telf finanzjarju,

B.   billi dawn l-ilmenti jirriflettu tendenza mifruxa u miftehma ta' prattiki kummerċjali qarrieqa min-naħa ta' ċerti kumpaniji ta' direttorju kummerċjali li jaffettwaw eluf ta' intrapriżi li huma organizzati b'mod transkonfinali u li b'hekk jinvolvu attività f'żewġ Stati Membri jew aktar fi ħdan l-Unjoni Ewropea u lilhinn minnha, b'impatt finanzjarju sinifikanti fuq tali intrapriżi, u billi m'hemm ebda mekkaniżmu amministrattiv jew strument legali li jippermettu lill-aġenziji nazzjonali tal-infurzar tal-liġi li jħadmu flimkien b'mod transkonfinali effiċjenti u effittiv,

C.   billi l-karattru qarrieqi ta" dawn il-prattiki isir aktar ovvju meta jkunu ta" natura elettronika u jinfirxu permezz tal-internet (ara l-Petizzjoni Nru 0079/2003),

D.   billi l-prattiki kummerċjali li dwarhom saru ilmenti jikkonsistu tipikament minn stedinamagħmula minn kumpanija ta" direttorju kummerjċali, l-aktar permezz tal-posta, lill-intrapriżi li tistiedenhom jimlew, jew jaġġornaw, l-isem kummerċjali tagħhom u d-dettalji ta" kuntatt, u li tagħtihom l-impressjoni falza li dawn ser jiġu elenkati f'direttorju kummerċjali mingħajr ħlas; billi l-firmatarji aktar tard jiskopru li, mingħajr ma kienu jafu, jkunu ffirmaw kuntratt li normalment jorbothom għal minimu ta" tliet snin, sabiex jiġu elenkati fid-direttorju kummerjċal bi ħlas ta" madwar EUR1,000 fis-sena,

E.   billi l-formoli użati fi prattiki simili huma ambigwi u diffiċli li wieħed jifimhom u jagħtu l-impressjoni żbaljata ta" elenkar mingħajr ħlas f'direttorju kummerċjali meta fil-fatt jonsbu lill-intrapriżi f'kuntratti mhux mixtieqa għal riklamar f'direttorji kummerċjali,

F.   billi la l-leġiżlazzjoni speċifika ta" l-UE u lanqas dik nazzjonali ma teżisti fl-Istati Membri rigward kumpaniji tad-direttorju fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn intrapriżiu billi l-Istati Membri għandhom id-diskrezzjoni li jintroduċu leġiżlazzjoni aktar komprensiva u wiesgħa,

G.   billi d-Direttiva 2006/114/KE tapplika wkoll għat-tranżazzjonijiet bejn intrapriżi u tiddefinixxi "riklamar qarrieqi" bħala "kull riklamar li, bi kwalunkwe mod, inkluża l-preżentazzjoni tiegħu, iqarraq, jew jista' jqarraq, bil-persuni li lejhom dan ikun indirizzat jew li jirċevuh u li, minħabba n-natura qarrieqa tiegħu, jista' jaffettwa l-imġiba ekonomika tagħhom jew li, għal dawk ir-raġunijiet, jagħmel ħsara jew jista' jagħmel ħsara lil xi kompetitur"; billi madankollu l-interpretazzjonijiet differenti ta" x'inhu "qarrieqi" jidher li huma ostakolu prattiku ewlieni fil-ġlieda kontra prattiki bħal dawn ta" kumpaniji tad-direttorju f'relazzjonijiet bejn intrapriżi,

H.   billi d-Direttiva 2005/29/KE tipprojbixxi l-prattika li "fil-materjal ta' riklamar tiġi inkluża kont jew dokument simili li jirrikjedi ħlas li jagħti lill-konsumatur l-impressjoni li huwa diġà ordna l-prodott riklamat meta fil-fatt dan ma jkunx minnu"; iżda billi din id-Direttiva ma tapplikax għal prattiki qarrieqa bejn l-intrapriżi u għalhekk, fil-forma attwali tagħha ma tistax tgħin lill-petizzjonanti; billi madankollu din id-Direttiva ma tipprekludix sistema ta" regoli nazzjonali dwar prattiki kummerċjali mhux ġusti li hija applikabbli ugwalment skont iċ-ċirkustanzi kollha għal konsumaturi u intrapriżi,

I.   billi d-Direttiva 2005/29/KE ma tipprekludix lill-Istati Membri milli jestendu l-applikazzjoni tagħha wkoll għall-intrapriżi kummerċjali permezz tal-liġi nazzjonali; billi, madanakollu, dan iwassal għal livelli differenti ta' ħarsien għal intrapriżi li huma vittmi ta' prattiki qarrieqa minn kumpaniji ta' direttorju kummerjċali fi Stati Membri differenti,

J.   billi r-Regolament (KE) 2006/2004 jiddefinixxi "ksur intra-Komunitarju" bħala "kwalunkwe att jew omissjoni kuntrarji għal-liġijiet li jħarsu l-interessi tal-konsumatur... li jagħmlu ħsara, jew hemm ċans li jagħmlu ħsara, lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi li jgħixu fi Stat Membru jew Stati Membri differenti minn dak li fih ikun sar l-att jew l-omissjoni; jew fejn il-bejjiegħ jew il-fornitur responsabbli jkunu stabbiliti; jew fejn jinstabu l-evidenza jew l-assi li jappartjenu għall-att jew għall-omissjoni"; billi madankollu din id-Direttiva ma tapplikax għal prattiki qarrieqa bejn in-negozji u għalhekk, fil-forma attwali tagħha mhix effiċjenti biex tgħin lill-petizzjonanti,

K.   billi ħafna mill-petizzjonanti jsemmu lid-direttorju kummerjċali magħruf bħala "European City Guide" (l-attivitajiet ta' dan id-direttorju kienu suġġett għall-azzjoni legali u amministrattiva), iżda jissemmew ukoll kumpaniji ta" direttorju kummerċjali oħrajn bħal "Construct Data Verlag", "Deutscher Adressdienst GmbH" u "NovaChannel"; billi, madanakolli, kumpaniji ta" direttorji kummerċjali oħrajn iwettqu prattiki kummerjċali leġittimi,

L.   billi l-miri ta" dawn il-prattiki kummerċjali qarrieqa huma, fil-parti l-kbira tagħhom, intrapriżi żgħar iżda jinkludu wkoll professjonisti u anke entitajiet li ma jaħdmux għall-profitt, bħal organizzazzjonijiet mhux governattivi, karitajiet, skejjel u libreriji u għaqdiet soċjali lokali bħal baned,

M.   billi ta" spiss il-kumpaniji tad-direttorju kummerċjali jkunu stabbili fi Stat Membru li ma jkunx dak fejn tinstab il-vittma, u għalhekk ikun diffiċli għall-vittma li tfittex il-ħarsien tal-awtoritajiet nazzjonali minħabba l-eżistenza ta' interpretazzjonijiet differenti mill-Istati Membri ta' x'jitqies bħala qarrieqi; billi l-vittmi spiss ukoll ma jsibu ebda rimedju mill-awtoritajiet nazzjonali għall-ħarsien tal-konsumatur għaliex jiġu infurmati li l-liġi hija intenzjonata biex tipproteġi lill-konsumaturi u mhux lill-intrapriżi; billi minħabba l-fatt li jkunu intrapriżi żgħar, ħafna mill-vittmi spiss ma jkollhomx ir-riżorsi meħtieġa biex ifittxu rimedju effettiv permezz ta' tilwima, u billi mekkaniżmi awtoregolatorji għad-direttorji ftit huma ta' rilevanza billi dawk involuti fir- riklamar qarrieqi ma jagħtux kashom,

N.   billi l-vittmi ta" dawn il-prattiki jisfaw imfittxija b'mod rigoruż mill-kumpaniji tad-direttorju kummerjċali nfushom jew anke minn aġenziji għall-ġbir tad-dejn imqabbda minnhom; billi l-vittmi jilmentaw li jħossuhom inkwetati u mhedda minn dawn l-avvanzi u li ħafna minnhom spiss jispiċċaw iħallsu kontra qalbhom biex jevitaw aktar fastidju,

O.   billi l-vittmi li rrifjutaw li jħallsu rarament ittelgħu l-qorti, b'xi ftit eċċezzjonijiet,

P.   billi numru ta" Stati Membri adottaw inizjattivi, partikolarmentta' natura ta' sensibiliżżazzjoni, fost kumpaniji potenzjalment affettwati u billi dan jinkludi l-kondiviżjoni ta' informazzjoni, pariri, l-avvżar tal-awtoritajiet ta' infurzar u f'xi każi iż-żamma ta' reġistru ta' ilmenti sabiex din il-problema tiġi ttrattata,

Q.   billi l-Awstrija ilha li bidlet il-liġi tagħha dwar il-Prattiċi Kummerċjali Inġusti mill-2000 u l-Artikolu 28a tagħha issa jipprovdi li: "Għandu jkun projbit li wieħed jirreklama, fil-qasam tal-kummerċ u bil-għan ta" kompetizzjoni, għal reġistrazzjoni f'direttorji, bħal paġni s-sofor, id-direttorju tat-telefon jew listi simili, permezz ta' formoli ta" ħlas, formoli ta" money order, kontijiet, offerta ta" korrezzjoni jew meżżi simili jew li wieħed joffri reġistrazzjonijiet simili mingħajr ma jiddikkjara b'mod mhux ekwivoku u b' mezzi ċari u grafiċi li dan ir-riklamar huwa biss offerta ta" kuntratt",

R.   billi prattiki simili ilhom jiġu applikati għal numru ta" snin,u ħolqu numru kbir ta" vittmi u kellhom impatt finanzjarju sinifikanti u ta' ħsara fis-suq intern,

1.  Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-problema li qajmu l-petizzjonanti, li tidher li problema mifruxa u ta" natura transkonfinali u li għandha impatt finanzjarju sinifikanti, speċjalment fuq intrapriżi żgħar;

2.  Jikkunsidra li n-natura transkonfinali ta" din il-problema timponi d-dmir fuq l-istituzzjonijiet Komunitarji sabiex jipprovdu rimedju xieraq lill-vittmi, sabiex l-validità tal-kuntratti ffirmati fuq il-bażi ta' riklamar qarrieqi tkun tista" tiġi kkontestata, imħassra jew termina, u li vittmi simili jkunu jistgħu jitolbu rimbors tal-flus imħallsa minnhom;

3.  Iħeġġeġ lill-vittmi sabiex jirrapportaw każijiet ta" ingann kummerċjali lill-awtoritajiet nazzjonali, u jistieden lill-Istati Membri biex jipprovdu lill-intrapriżi ż-żgħar u dawk ta' daqs medju bl-għarfien meħtieġ għat-tressiq ta' lmenti ma" awtoritajiet governattivi u mhux governattivi, billi jiżguraw li t-toroq ta" komunikazzjoni huma miftuħa u li l-vittmi jkunu jafu li qabel ma jħallsu l-ammonti mitluba lilhom minn kumpaniji ta' direttorju kummerċjali qarrieqa, teżisti il-possibilita' li jieħdu parir għal gwida xierqa; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jistabbilixxu u jżommu bażi ta' data ċentralizzata ta' dawn l-ilmenti;

4.  Jesprimi dispjaċir li, minkejja n-natura mifruxa ta" dawn il-prattiki, l-liġijiet nazzjonali u tal-UE ma jidhrux li huma adegwati biex jipprovdu mezz sinifikattiv ta" ħarsien u ta' rimedju effettiv jew mhux qed jiġu infurzati kif suppost fil-livell nazzjonali; jesprimi dispjaċir li l-awtoritajiet nazzjonali jidhru li mhumiex kapaċi joffru rimedju;

5.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi li għamlu organizzazzjonijiet kummerċjali Ewropej u nazzjonali sabiex jissensibiliżżaw lill-membri tagħhom u jistedinhom jintensifikaw l-iforzi tagħhom f'kollaborazzjoni ma" organizzazzjonijiet ta" livell lokali ħalli qabel xejn ikun hemm anqas vittmi ta" kumpaniji ta' direttorji kummerċjali qarrieqa; jesprimi tħassib li xi wħud minn dawn l-organizzazzjonijiet konsegwentement ġew mtella' l-qorti fuq il-bażi ta' malafama allegata jew akkużi simili mill-kumpaniji ta' direttorji kummerċjali qarrieqa msemmija fl-attivitajiet ta" sensibiliżżazzjoni;

6.  Jilqa" b'sodisfazzjon l-azzjoni li ħadu ċerti Stati Membri fosthom l-Italja, Spanja,l-Olanda, il-Belġju u r-Renju Unit, iżda l-aktar l-Awstrija, sabiex jippruvaw jevitaw li kumpaniji ta' direttorji kummerċjali qarrieqa jwettqu dawn il-prattiki qarrieqa; jikkunsidra, madanakollu, li dawn l-isforzi għadhom mhux biżżejjed u li għad hemm ħtieġa għall-koordinazzjoni ta" kontroll fil-livell internazzjonali;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex iżidu l-isforzi tagħhom, b'kooperazzjoni sħiħa mal-organizzazzjonijiet nazzjonali u Ewropej li jirrapreżentaw l-intrapriżi, sabiex iqajmu kuxjenza dwar din il-problema sabiex aktar persuni jiġu infurmati u jkunu jistgħu jevitaw riklamar qarrieqi li jista" jdaħħalhom f'kuntratti ta' riklamarmhux mixtieqa;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tindirizza l-problema ta" ingann kummerċjali fil-kuntest tal-inizjattiva tagħha dwar l-"Att dwar l-Intrapriżi ż-Żgħar għall-Ewropa", kif propost fil-komunikazzjoni tagħha bit-titolu "Suq Uniku għall-Ewropa tas-Seklu 21", u biex tikkopera man-Network ta' Intrapriżi tal-Ewropa, in-network SOLVIT u l-portali tad-Direttorati Ġenerali rilevanti bħala mezz ieħor ta" forniment ta" informazzjoni u għajnuna rigward dawn il-problemi;

9.  Jesprimi dispjaċir li d-Direttiva 2006/114/KE, li tapplika għal tranżazzjonijiet bejn intrapriżi bħal f'dan il-każ, tidher li jew mhix biżżejjed biex tipprovdi rimedju effettiv jew mhix qed tiġi infurzata kif jixraq mill-Istati Membri; jitlob lill-Kummissjoni biex tirrapporta sa Diċembru 2009 dwar il-fattibilità u l-konsegwenzi possibbli tal- emendar tad-Direttiva 2006/114/KE b'mod li jinkludi lista "sewda" jew "griża" ta" prattiki li għandhom jitqiesu bħala qarrieqa;

10.  Ifakkar li, filwaqt li l-Kummissjoni m'għandha ebda saħħa li tinforza d-Direttiva 2006/114/KE kontra individwi jew kumpaniji, din għandha d-dmir, bħala gwardjana tat-Trattat, li tiżgura li d-Direttiva tiġi implimentata b'mod adegwat u effettiv mill-Istati Membri; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-Istati Membri jitrasponu b'mod sħiħ u effettiv id-Direttiva 2005/29/KE sabiex il-ħarsien ikun garantit fl-Istati Membri kollha, u biex tinfluwenza l-forma tal-għodod legali u proċedurali disponibbli, kif fil-każ tad-Direttiva 84/450/KEE, li provdiet għodod lill-Awstrija, lill-Spanja u lill-Olanda, b'hekk tkun għamlet id-dover tagħha bħala gwardjana tat-Trattat f'termini ta" ħarsien ta' intrapriżi waqt li tiżgura li d-dritt ta" stabbiliment u li tipprovdiservizz ma jkunx ostakolat;

11.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex iżżid il-monitoraġġ tagħha tal-implimentazzjoni tad -Direttiva 2006/114/KE, l-aktar f'dawk l-Istati Membri fejn huwa magħruf li huma ibbażati kumpaniji ta' direttorji kummerjċali qarrieqa, iżda b'mod partikolari fi Spanja, fejn il-kumpanija ta' direttorju kummerċjali li l-aktar tissemma mill-petizzjonanti hija stabbilita, u fir-Repubblika Ċeka u fis-Slovakkja fejn il-qrati taw sentenzi kontra l-vittmi b'mod li jqumu dubbji dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/114/KE f'dawk il-pajjiżi; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tinforma lill-Parlament dwar is-sejbiet tagħha;

12.  Jesprimi dispjaċir li d-Direttiva 2005/29/KE ma tkoprix it-tranżazzjonijiet bejn intrapriżi u li l-Istati Membri jidhru li qegħdin joqgħodu lura milli jestendu l-kamp ta" applikazzjoni tagħha; jinnota, madanakollu, li l-Istati Membri jistgħu unilateralment jestendu l-kamp ta" applikazzjoni tal-liġi nazzjonali tagħhom dwar konsumatur għat-tranżazzjonijiet bejn intrapriżi u jħeġġiġhom b'mod attiv biex jagħmlu dan u wkoll biex jiżguraw koperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta" l-Istati Membri kif previst fir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 sabiex ikun possibbli li jkunu individwati attivitajiet transkonfinali mwettqa minnt kumpaniji ta' direttorju kummerċjali stabbiliti fi ħdan l-UE jew f' pajjiż terz; barra minn dan, jitlob lill-Kummissjoni biex tirrapporta sa Diċembru 2009 dwar il-fattibilità u l-konsegwenzi possibbli ta" estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE biex tkopri kuntratti bejn intrapriżi billi jittieħed kont partikolari tal-punt 21 tal-Anness I tagħha;

13.  Jilqa" b'sodisfazzjon l-eżempju li tat l-Awstrija, li introduċiet projbizzjoni speċifika fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha dwar id-direttorji kummerċjali qarrieqa, u jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tan-natura transkonfinali ta' din il-problema, biex tipproponi leġiżlazzjoni biex testendi l-iskop tad-Direttiva 2005/29/KE, ibbażata fuq il-mudell Awstrijak, b'mod li speċifikament tipprojbixxi r-riklamar f'direttorji kummerjċali sakemm il-klijenti prospettivi ma jkunux infurmati b'mod mhux ekwivoku u b' mezzi ċari u grafiċi li tali riklamar huwa maħsub biss bħala offerta ta" kuntratt bi ħlas;

14.  Jinnota li l-liġi nazzjonali ta" spiss mhix adegwata sabiex wieħed ifittex rimedji kontra kumpaniji ta" direttorji kummerċjali li huma bbażati fi Stati Membri oħrajn u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tiffaċilita aktar kooperazzjoni transkonfinali attiva fost l-awtoritajiet nazzjonali sabiex tippermettilhom jipprovdu rimedju aktar effettiv lill-vittmi;

15.  Jesprimi dispjaċir li r-Regolament (KE) 2006/2004 mhux applikabbli għal tranżazzjonijiet bejn intrapriżi u għalhekk ma tistax tintuża bħala mezz ta' ġlieda kontra d-direttorji kummerċjali qarrieqa; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tipproponi leġiżlazzjoni biex testendi l-applikazzjoni tagħha biex tkopi dawn it-tranżazzjonijiet;

16.  Jilqa" b'sodisfazzjon l-eżempju tal-Belġju, fejn dawk kollha affetwati minn prattiki qarrieqa jistgħu jieħdu azzjoni legali fil-pajjiż tar-residenza tagħhom;

17.  Jinnota li l-esperjenza Awstrijaka turi li d-dritt ta" vittmi li jkollhom azzjoni legali kollettiva meħuda kontra kumpaniji tad-direttorju minn għaqdiet tal-kummerċ jew entitajiet simili tidher li hi rimedju effettiv li jista" jkun replikat fl-inizjattivi meqjusa bħalissa mid-Direttorat Ġenerali għal-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni rigward azzjonijiet għal danni minħabba ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE u mid- Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi rigward rimedju kollettiv fil-livell ta" l-UE għall-konsumaturi;

18.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li l-vittmi ta" riklamar qarrieqi jkollhom awtorità nazzjonali identifikabbli li quddiema jistgħu jressqu lment u li permezz tagħha jistgħu jfittxu rimedju anke f'każijiet bħal dawn, fejn il-vittmi ta" riklamar qarrieqi huma intrapriżi;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa linjigwida dwar l-aħjar prattiki għall-aġenziji nazzjonali ta" infurzar biex dawn ikunu jistgħu jsegwuhom meta jiġu ppreżentati b' każijiet ta' riklamar qarrieqi;

20.  Jistieden lill-Kummissoni sabiex tfittex kooperazzjoni internazzjonali ma' pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti sabiex kumpaniji ta' direttorji kummerċjali qarrieqa bbażati f'pajjiżi terzi ma jagħmlux ħsara lil intrapriżi bbażati fl-Unjoni Ewropea;

21.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti Istati Membri.

(1) ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21.
(2) ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.
(3) ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1.
(4) ĠU L 166, 11.6.1998, p. 51.

Avviż legali - Politika tal-privatezza