Indiċi 
Testi adottati
L-Erbgħa, 17 ta' Diċembru 2008 - Strasburgu
Enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli ***I
 Skambju tal-kwoti ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett serra ***I
 L-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra ***I
 Il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju ***I
 Il-monitoraġġ u t-tnaqqis ta' gassijiet b'effett ta' serra mill-fjuwils (trasport fit-toroq u tbaħħir intern) ***I
 Standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda ***I
 L-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ***II
 L-infurzar transkonfinali fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq ***I

Enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli ***I
PDF 293kWORD 77k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni ta" l-użu ta" l-enerġija minn sorsi rinnovabbli (COM(2008)0019 – C6-0046/2008 – 2008/0016(COD))
P6_TA(2008)0609A6-0369/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0019),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2), 175(1) u 95 tat-Trattat KE, skond liema l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C6-0046/2008),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 u 35 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta" l-Ikel, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A6-0369/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma din ir-riżoluzzjoni;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni ta" l-użu ta" l-enerġija minn sorsi rinnovabbli li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE

P6_TC1-COD(2008)0016


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2009/28/KE.)

ANNESS

DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni rigward l-Artikolu 2(e):

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li għall-finijiet ta' din id-Direttiva, it-terminu "skart industrijali u muniċipali" jista' jinkludi skart imsejjaħ "skart kummerċjali".

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni rigward l-Artikolu 23(8), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż:

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li r-referenza għal mira ta' 20 % fl-Artikolu 23(8), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż; ma hijiex se tiġi interpretata b'mod differenti għall-Artikolu 3(1) tad-Direttiva.

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni rigward l-Artikolu 23(8)(c), (9) u (10):

Il-Kummissjoni tagħraf li ċerti Stati Membri, saħansitra fl-2005, diġa kienu kisbu sehem għoli ta' enerġija rinnovabbli fil-livell nazzjonali. Matul ittfassil tar-rapporti msemmija fl-Artikoli 23(8)(c), (9) u (10), il-Kummissjoni, bħala parti mill-valutazzjoni tagħha tal-aqwa bażi għall-effikaċja tal-infiq, ser tqis kif xieraq l-ispejjeż marġinali taż-żidiet fis-sehem ta' enerġiji rinnovabbli, u tinkludi, kif xieraq, soluzzjonijiet adegwati wkoll għa Stati Membri fi kwalunkwe proposta li titressaq skont l-Artikolu msemmi hawn fuq tad-Direttiva.

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni rigward l-Anness VII:

Il-Kummissjoni se tfittex li tavvanza l-iżvilupp tal-linji gwida msemmija fl-Anness VII tad-Direttiva sal-2011 u se tikkoopera mal-Istati Membri biex tiżviluppa d-data u l-metodoloġiji meħtieġa sabiex jiġi stmat u mmonitorjat il-kontribut tal-pompi tas-sħana sabiex jintlaħqu l-għanijiet tad-Direttiva.

Il-linji gwida ser jipprovdu għal korrezzjonijiet għall-valuri tal-Fattur ta' Prestazzjoni Staġjonali (SPF) li jintużaw għall-valutazzjoni tal-inklużjoni tal-pompi tas-sħana li ma jitħaddmux bl-elettriku sabiex jitqies il-fatt li l-ħtiġijiet primarji tal-enerġija ta' pompi tas-sħana bħal dawn mhumiex affettwati mill-effiċjenza tas-sistema tal-ġenerazzjoni tal-enerġija. Fit-tħejjija ta' dawn il-linji gwida l-Kummissjoni se tevalwa wkoll il-fattibbilta tal-provvediment għal metodoloġija li skontha l-valur tal-SPF li jintuża għall-valutazzjoni tal-inklużjoni ta' kwalunkwe pompa tas-sħana partikolari jkun ibbażat fuq il-kondizzjonijiet klimatiċi medji tal-UE.


Skambju tal-kwoti ta' l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett serra ***I
PDF 364kWORD 68k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tas-sistema ta' l-UE għall-iskambju tal-kwoti ta' l-emissjonijiet ta" gassijiet serra (COM(2008)0016 – C6-0043/2008 – 2008/0013(COD))
P6_TA(2008)0610A6-0406/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2008)0016),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0043/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0406/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta" gassijiet serra

P6_TC1-COD(2008)0013


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2009/29/KE.)

Anness

Dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Artikolu 10(3) dwar l-użu ta' dħul miksub mill-irkant tal-kwoti

Bejn l-2013 u l-2016, l-Istati Membri jistgħu wkoll jużaw id-dħul miksub mill-irkant ta' kwoti biex jappoġġjaw il-kostruzzjoni ta' installazzjonijiet tal-elettriku effiċjenti ħafna fl-użu tagħhom ta' enerġija, inklużi stallazzjonijiet tal-elettriku ġodda li jkunu ''CCS-ready''. Għall-installazzjonijiet ġodda li jkollhom livell ta' effiċjenza ogħla minn dak ta' stallazzjoni tal-elettriku skont l-Anness 1 mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Diċembru 2006 (2007/74/KE)(1) l-Istati Membri jistgħu joħorġu sa 15% tal-ispejjeż totali tal-investiment għal stallazzjoni ġdida li tkun ''CCS-ready''.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Artikolu 10a(4a)

dwar il-linji gwida Komunitarji għal għajuna statali għall-ħarsien tal-ambjent u s-sistema tal-UE għall-iskambju ta' kwoti

L-Istati Membri jistgħu jirritjenu li huwa neċessarju li jkun hemm kumpens temporanju lil ċerti stallazzjonijiet għall-ispejjeż ta' CO2 li jiġu trasferiti fil-prezzijiet tal-elettriku, jekk l-ispejjeż tas-CO2 ikunu jistgħu b'xi mod ieħor jesponuhom għal riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Fin-nuqqas ta' ftehima internazzjonali, il-Kummissjoni tieħu l-impenn li, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri, timmodifika l-linji gwida dwar l-għajnuna statali għall-ħarsien tal-ambjent sa tmiem l-2010 sabiex tiġi stabbilita dispożizzjoni dettaljata li permezz tagħha Stat Membru jkun jista' jagħti għajnuna statali għal dan il-għan. Id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu konformi mal-prinċipji hekk kif jidhru fid-dokument tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 (Anness 2 15713/1/08).

(1) Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi valuri ta' referenza għal effiċjenza armonizzata għal produzzjoni separata tal-elettriku u tat-tisħinb'applikazzjoni tad-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata fid-dokument numru C(2006) 6817).


L-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra ***I
PDF 286kWORD 35k
Riżoluzzjoni
Test
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (COM(2008)0017 – C6-0041/2008 – 2008/0014(COD))
P6_TA(2008)0611A6-0411/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0017),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 175(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0041/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A6-0411/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru .../2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sa l-2020

P6_TC1-COD(2008)0014


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE.)


Il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju ***I
PDF 303kWORD 73k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE, 96/61/KE, id-Direttivi 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (COM(2008)0018 – C6-0040/2008 – 2008/0015(COD))
P6_TA(2008)0612A6-0414/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0018),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 175(1) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0040/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0414/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma din ir-riżoluzzjoni;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE, id-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006

P6_TC1-COD(2008)0015


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2009/31/KE.)

ANNESS

DIKJARAZZJONIJIET MILL-KUMMISSJONI

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-aħħar żviluppi fl-użu tat-teknoloġiji tal-qbid u l-ħżin tal-karbonju (CCS)

Mill-2010 il-Kummissjoni se tibda tirrapporta b'mod regolari dwar l-aħħar żviluppi fl-użu tat-teknoloġiji tas-CCS fl-attivitajiet tagħha li għandhom x'jaqsmu mat-tmexxija tan-netwerk tal-proġetti ta' wiri tas-CCS. Dan ir-rappurtar ser jinkludi tagħrif dwar il-progress li jkun sar fl-użu tal-impjanti ta' wiri tas-CCS, il-progress fl-iżvilupp tat-teknoloġji tas-CCS, l-estimi tal-ispejjeż u l-iżvilupp fil-ġarr u fl-infrastruttura għall-ħżin tas-CO2.

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni rigward abbozzi ta' deċiżjonijiet dwar il-ħruġ ta' permessi u dwar abbozzi ta' deċiżjonijiet ta' trasferiment skont l-Artikoli 10(1) u l-Artikolu 18(2) tad-Direttiva

Il-Kummissjoni ser tippubblika l-opinjonijiet kollha dwar l-abbozzi tad-deċiżjonijiet dwar il-ħruġ tal-permessi skont l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva, u dwar l-abbozzi tad-deċiżjonijiet dwar it-trasferiment skont l-Artikolu 18(2). Madankollu, il-verżjoni ppubblikata tal-opinjonijiet mhi ser tinkludi l-ebda informazzjoni li l-kunfidenzjalita tagħha hija ggrantita fl-ambitu tal-eċċezzjonijiet għall-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni skont ir-Regolamenti (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43) u r-Regolament (KE) Nru 1367/2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunita tad-disposizzjonijiet tal- Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċessħall-Informazzjoni, il-Parteċpazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13).

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar jekk id-diossidu tal-karbonju għandux jitqies bħala sustanza speċifika b'limiti xierqa f'verżjoni riveduta tad-Direttiva Seveso

Is-CO2 huwa sustanza komuni u bħalissa mhuwiex ikklassifikat bħala perikolu; Għalhekk il-ġarr u s-siti ta' ħ;in tas-CO2 mhumiex inklużi fid-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE tad-9 ta' Diċembru 1996 dwar il-kontroll ta' perikoli ta' aċċidenti kbar fl-użu ta' sustanzi perikolużi (id-Direttiva Seveso). Abbażi tal-analiżi preliminarja tal-Kummissjoni dwar l-informazzjoni disponibbli, għall-ġarr tas-CO2, kemm l-evidenza empirika kif ukoll dik immudellata għall-ġarr permezz tal-pajpijiet jidhru li se jindikaw li r-riskji ppreżentati mhumiex ogħla minn dawk tal-ġarr tal-gass naturali permezz tal-pajpijiet. Jidher li jiġri l-istess għall-ġarr tas-CO2 bil-baħar meta mqabbel mal-ġarr tal-gass naturali likwifikat jew tal-gass taż-żejt mhux raffinat likwifikat. L-indikazzjonijiet juru wkoll li r-riskju ta' inċident f'sit fejn jinħażen is-CO2, ikkawżat jew minn qsim waqt l-injezzjoni jew inkella minn xi tnixxijiet wara li jkun hemm injezzjoni, aktarx li ma jkunx sinifikanti. Madankollu, ser titqies f'iktar dettall l-eventwalita li s-CO2 jiġi kklassifikat bħala sustanza speċifika fl-ambitu tad-Direttiva Seveso waqt li tkun qiegħda tiġi żviluppata r-reviżjoni proposta tad-Direttiva li hija mistennija lejn l-aħħar tal-2009 u l-bidu tal-2010. Jekk mill-valutazzjoni joħroġ li hemm riskju potenzjali ta' inċident serju, il-Kummissjoni se tagħmel proposti sabiex s-CO2 ikun inklu; bħala sustanza speċifika b'limiti xierqa fil-verżjoni riveduta tad-Direttiva Seveso. F'dak il-każ, il-Kummissjoni tipproponi wkoll bidliet fl-Anness III għad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-responsabbilta ambjentali f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (id-Direttiva dwar ir-Responsabbilta Ambjentali) kif ikun f'loku, sabiex ikun żgurat li l-istallazzjonijiet kollha ta' Seveso li jittrattaw is-CO2 superkritiku jkunu koperti bid-Direttiva dwar ir-Responsabbilta Ambjentali.

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni rigward l-i9olament minerali tas-CO2

L-iżolament minerali tas-CO2 (l-iffissar tas-CO2 fil-forma ta' karbonati inorganiċi) huwa teknoloġija potenzjali għat-tnaqqis tat-tibdil fil-klima li fil-prinċipju jista' jintuża mill-istess kategoriji tal-istallazzjonijiet industrijali li jistgħu jużaw il-ħżin ġeoloġiku tas-CO2. Madankollu, dan bħalissa għadu fl-istadju ta' żvilupp. Barra mill-penali enerġetika(1) relatata mal-qbid tas-CO2, bħalissa hemm penali enerġetika sostanzjali li għandha x'taqsam mal-pro ċess ta' karbonizzazzjoni minerali fih innifisu, fenomenu li ser ikollu jiġi indirizzat qabel ma tkun tista' tiġi prevista l-implimentazzjoni kummerċjali. Bħal fil-kaċż tal-żin ġeoloġiku, għandhom jiġu stabbiliti l-kontrolli meħtieġa sabiex tkun żgurata s-sikurezza ambjentali tat-teknoloġija. Dawn il-kontrolli aktarx ikunu sostanzjalment differenti minn dawk tal-ħżin ġeoloġiku ta' CO2, minħabba d-differenzi fundamentali bejn it-teknoloġiji. Fid-dawl ta' dawn il-konsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni ser issegwi mill-qrib il-progress tekniku tal-iżolament minerali, bil-ħsieb tali żvilupp ta' qafas legali li jippermetti iżolament minerali sikur għall-ambjent u r-rikonoxximent tiegħu fl-ambitu tas-Sistema ta' Skambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet, meta t-teknoloġija tkun laħqet livell adatt ta' żvilupp. Minħabba l-interess fost l-Istati Membri fit-teknoloġija u r-ritmu tal-bidliet teknoloġiċi, aktarx li l-ewwel valutazzjoni se titwettaq għall-ħabta tal-2014, jew qabel jekk iċ-ċirkustanzi jiġuustifikaw dan.

(1)1 "Il-penali enerġetika" huwa t-terminu użat sabiex ikun espress il-fatt li impjant li japplika l-qbid tas-CO2 jew il-mineralizzazzjoni tas-CO2 juża xi ftit mill-enerġija tiegħu għal dawk il-proċessi, u b'hekk ikun jeħtieġ aktar enerġija minn impjant li għandu produzzjoni ekwivalenti mingħajr qbid/mineralizzazzjoni.


Il-monitoraġġ u t-tnaqqis ta' gassijiet b'effett ta' serra mill-fjuwils (trasport fit-toroq u tbaħħir intern) ***I
PDF 289kWORD 40k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/70/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-petrol, id-diżil u n-nafta (gas-oil) u l-introduzzjoni ta' mekkaniżmu biex ikun hemm monitoraġġ u tnaqqis ta' l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra mill-użu tal-fjuwils għat-trasport fit-toroq u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE, fir-rigward ta' l-ispeċifikazzjoni tal-fjuwil użat minn bastimenti ta' l-ilmijiet interni u li tirrevoka d-Direttiva 93/12/KEE (COM(2007)0018 – C6-0061/2007 – 2007/0019(COD))
P6_TA(2008)0613A6-0496/2007

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0018),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikoli 95 u 175(1) tat-Trattat KE, skond liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0061/2007),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza ta' l-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A6-0496/2007),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-proposta lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/70/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-petrol, tad-diżil u taż-żejt tal-gass u li tintroduċi mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-karburant użat mill-bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 93/12/KEE

P6_TC1-COD(2007)0019


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2009/30/KE.)

ANNESS

DIKJARAZZJONI MILL-KUMMISSJONI

Il-Kummissjoni tikkonferma li t-tnaqqis ta' 2 % msemmi fl-Artikolu 7a(2), l-ittri b) u c), mhux vinkolanti u li r-reviżjoni ser tindirizza n-natura nonvinkolanti tagħhom.


Standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda ***I
PDF 364kWORD 47k
Riżoluzzjoni
Test
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi għall-użu ħafif (COM(2007)0856 – C6-0022/2008 – 2007/0297(COD))
P6_TA(2008)0614A6-0419/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni - l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0856),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0022/2008),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 u 35 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0419/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jieħu nota tal-istqarrija tal-Kummissjoni annessa ma din ir-riżoluzzjoni;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru ../2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief

P6_TC1-COD(2007)0297


(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 443/2009.)

ANNESS

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tikkonferma li fl-2009 hija bi ħsiebha tipproponi reviżjoni tad-Direttiva 1999/94/KE relatata mad-disponibbilta ta' tagħrif għall-konsumatur dwar l-ekonomija tal-karburanti u l-emissjonijiet tas-CO2 rigward il-marketing ta' karozzi tal-passiġġieri ġodda. Dan għandu jiżgura li l-konsumaturi jirċievu informazzjoni adegwata dwar l-emissjonijiet ta' CO2 tal-karozzi tal-passiġġieri ġodda.

Sal-2010 l-Kummissjoni ser tirrevedi d-Direttiva 2007/46/KE sabiex il-preżenza ta' teknoloġiji innovattivi ("eko-innovazzjonijiet") f'vettura u l-impatt tagħhom fuq l-emissjonijiet speċifiċi ta' CO2 ta' vettura jistgħu jkunu komunikati lill-awtoritajiet tal-Istat Membru responsabbli għall-monitoraġġ u rrappurtar skont ir-Regolament.

Il-Kummissjoni ser tikkunsidra wkoll it-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' rekwiżiti għall-karozzi biex ikunu mgħammra b'apparat li jkejjel il-konsum tal-karburant, bħala mezz biex jitħeġġeġ is-sewqan aktar effiċjenti fil-karburant. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni ser tikkunsidra l-emendar tal-leġislazzjoni qafas dwar l-approvazzjoni tat-tip u l-adozzjoni tal-istandards tekniċi meħtieġa sal-2010.

Madankollu, il-Kummissjoni hija impenjata li tilħaq l-objettivi tal-inizjattiva tagħha għal Regolamentazzjoni Aħjar u l-ħtieġa li l-proposti jkunu bba;ati fuq valutazzjoni komprensiva tal-impatti u l-benefiċċji. F'dan ir-rigward, u b'konformita mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewropea, il-Kummissjoni ser tkompli tevalwa l-ħtieġa li tressaq proposti leġislattivi ġodda iżda żżomm id-dritt tagħha li tiddeċiedi jekk u meta jkun xieraq li tippreżenta dawn il-proposti.


L-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ***II
PDF 453kWORD 91k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2008 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/88/KE dwar ċerti aspetti tal-arranġament tal-ħin tax-xogħol (10597/2/2008 – C6-0324/2008 – 2004/0209(COD))
P6_TA(2008)0615A6-0440/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (10597/2/2008 – C6-0324/2008),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2004)0607),

–   wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2005)0246),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0440/2008),

1.  Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fis-17 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/88/KE li tikkonċerna ċerti aspetti ta' l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol

P6_TC2-COD(2004)0209


IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 137(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(3),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat(4),

Billi:

(1)  L-Artikolu 137 tat-Trattat jipprevedi li l-Komunità għandha tappoġġa u tikkomplementa l-attivitajiet ta' l-Istati Membri bil-ħsieb li jittejjeb l-ambjent tax-xogħol biex jiġu protetti s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema. Id-Direttivi adottati abbażi ta' l-Artikolu msemmi qabel għandhom jevitaw li jimponu restrizzjonijiet amministrattivi, finanzjarji u legali b'mod li żżomm lura l-ħolqien u l-iżvilupp ta' l-impriżi żgħar u ta' daqs medju.

(2)  Id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5) tistabbilixxi rekwiżiti minimi dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, inter alia, fir-rigward ta' perijodi ta' serħan ta' kuljum u ta' kull ġimgħa, il-waqfien, il-ħin tax-xogħol massimu ta' kull ġimgħa, il-leave annwali u ċerti aspetti tax-xogħol bil-lejl, xogħol bix-shift u tendenzi tax-xogħol.

(3)  It-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 19 u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2003/88/KE jipprevedu reviżjoni qabel it-23 ta" Novembru 2003.

(4)  Aktar minn għaxar snin wara l-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE(6), id-Direttiva inizjali dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, sar meħtieġ li jiġu meqjusa żviluppi u talbiet ġodda kemm minn min iħaddem kif ukoll mill-ħaddiema u li jiġu pprovduti r-riżorsi biex jintlaħqu l-objettivi ta' tkabbir u impjiegi stabbiliti mill-Kunsill Ewropew tat-22 u t-23 ta' Marzu 2005 fil-kuntest ta' l-Istrateġija ta' Lisbona.

(5)  Ir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol u dik tal-familja hija wkoll element essenzjali għall-kisba ta' l-objettivi stabbiliti mill-Unjoni Ewropea fl-istrateġija ta' Lisbona, b'mod partikolari għaż-żieda fir-rata ta' l-impjiegi fost in-nisa. L-għan m'huwiex biss li jinħoloq ambjent tax-xogħol aktar sodisfaċenti, iżda wkoll li jkun hemm tweġiba aħjar għat-talbiet tal-ħaddiema, b'mod partikolari dawk b'responsabbiltajiet ta' familja. Numru ta' emendi li jinsabu f'din id-Direttiva huma maħsuba biex jippermettu kompatibbiltà akbar bejn il-ħajja tax-xogħol u l-ħajja tal-familja.

(6)  F'dan il-kuntest l-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-imsieħba soċjali biex jikkonkludu strumenti ta' ftehim fil-livell adatt biex tittejjeb ir-rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja tax-xogħol u l-ħajja tal-familja.

(7)  Jeħtieġ li tissaħħaħ il-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema fid-dawl tal-isfida ta" forom ġodda tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, biex jiġu introdotti mudelli tal-ħin tax-xogħol li jipprovdu opportunitajiet ta" tagħlim matul il-ħajja kollha għall-impjegati, u wkoll biex jinstab bilanċ ġdid bejn ir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol u tal-ħajja tal-familja min-naħa waħda u organizzazzjoni aktar flessibli tal-ħin tax-xogħol min-naħa l-oħra.

(8)  Skont il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, il-karatteristiċi tipiċi tal-kunċett ta' 'ħin tax-xogħol' huma r-rekwiżiti li wieħed irid ikun preżenti fil-post magħżul minn min iħaddem u disponibbli għal min iħaddem biex ikun jista" jipprovdi servizzi b'mod immedjat, skont il-bżonn.

(9)  F'ċirkostanzi fejn il-ħaddiema ma jkunx ingħataw perijodi ta" serħan, iridu jingħataw perijodi ta" serħan kompensatorji wara l-perijodi ta" ħin fuq xogħol, skont il-liġi, il-ftehim kollettiv jew ftehim ieħor relevanti bejnl-imsieħba soċjali.

(10)  Id-dispożizzjonijiet dwar il-perijodu ta' referenza għall-ħin tax-xogħol massimu ta' kull ġimgħa għandhom ukoll jiġu eżaminati mill-ġdid, bil-għan li jiġu adattati għall-ħtiġijiet ta' min iħaddem u l-impjegati, soġġetti għas-salvagwardji għall-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema.

(11)  Kull meta l-kuntratt tax-xogħol ikun għal perijodu ta' inqas minn sena, il-perijodu ta' referenza m'għandux jaqbeż il-perijodu tal-kuntratt tax-xogħol.

(12)  L-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2003/88/KE turi li d-deċiżjoni finali purament individwali li ma tkunx marbut bl-Artikolu 6 tagħha hi problematika fir-rigward tal-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema u l-libertà ta' l-għażla tal-ħaddiem. Għaldaqstant, id-deroga prevista f'dik id-dispożizzjoni m'għandhiex tibqa' tapplika.

(13)  Huwa importanti li jekk ħaddiem ikollu iżjed minn kuntratt ta' impieg wieħed, għandhom jittieħdu miżuri biex jiġi żgurat li l-ħin tax-xogħol tal-ħaddiem ikun it-total tal-perijodi ta' ħin maħdum għal kull wieħed mill-kuntratti.

(14)  Skond l-Artikolu 138(2) tat-Trattat, il-Kummissjoni kkonsultat lil min imexxi u lill-ħaddiema fil-livell Komunitarju dwar id-direzzjoni possibbli ta' azzjoni Komunitarja f'dan il-qasam.

(15)  Wara din il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni qieset li azzjoni Komunitarja kienet irrikmandata u kkonsultat ulterjorment lil min imexxi u lill-ħaddiema dwar il-kontenut tal-proposta prevista, skond l-Artikolu 138(3) tat-Trattat.

(16)  Wara din it-tieni fażi ta" konsultazzjoni, min imexxi u l-ħaddiema fil-livell Komunitarju ma infurmawx lill-Kummissjoni bix-xewqa tagħhom li jingħata bidu għall-proċess li jista" jwassal għall-konklużjoni ta" ftehim previst fl-Artikolu 139 tat-Trattat.

(17)  Peress li l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri li timmodernizza l-leġislazzjoni Komunitarja dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jista' jiġi milħuq aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-objettiv.

(18)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tikkonforma mal-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea(7). B'mod partikolari hija mfassla biex tiżgura r-rispett sħiħ tad-dritt għal kondizzjonijiet tax-xogħol ġusti u xierqa skond l-Artikolu 31 tal-Karta, u b'mod partikolari l-paragrafu 2 tagħha, li jipprevedi li "kull ħaddiem għandu d-dritt għal limitazzjoni ta' sigħat massimi tax-xogħol, għal perijodi ta' mistrieħ kuljum u ta' fil-ġimgħa u għal perijodu annwali ta' leave imħallas".

(19)  L-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandha żżomm il-livell ta' protezzjoni ġenerali mogħti lill-ħaddiema fir-rigward tas-sigurtà u tas-saħħa fuq ix-xogħol,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2003/88/KE hija b'dan emendata kif ġej:

1.  Fl-Artikolu 2 għandhom jiddaħħlu l-punti li ġejjin:"

1a. "ħin on-call" tfisser kwalunkwe perijodu li matulu l-ħaddiem għandu l-obbligu li jkun disponibbli fuq il-post tax-xogħol sabiex jintervjeni, fuq it-talba ta' min iħaddem, biex iwettaq l-attività jew id-dmirijiet tiegħu;

1b. "post tax-xogħol" tfisser il-post jew postijiet fejn il-ħaddiem normalment iwettaq l-attivitajiet jew id-dmirijiet tiegħu u li jkun determinat skond it-termini tar-relazzjoni jew kuntratt tax-xogħol applikabbli għall-ħaddiem;

1c. "parti inattiva tal-ħin on-call" tfisser kwalunkwe perijodu li matulu l-ħaddiem on-call ikun on-call fit-tifsira tal-punt 1a iżda ma jkunx mitlub minn min iħaddmu biex fil-fatt iwettaq l-attività jew id-dmirjiet tiegħu;

"

2.  Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:"

Artikolu 2a

Ħin on-call

Il-perijodu kollu ta' ħin on-call, inkluża l-parti inattiva , għandu jitqies bħala ħin tax-xogħol ▌.

Madankollu, il-partijiet inattivi tal-ħin on-call jistgħu, permezz ta" ftehim kollettiv jew ftehim ieħor bejn iż-żewġ naħat tal-industrija jew permezz ta" liġijiet jew regolamenti jiġi kkalkulat b'mod speċifiku sabiex jikkonformaw mal-massimu ta' ħin ta' xogħol medju fil-ġimgħa kif stipulat fl-Artikolu 6, suġġett għal konformità mal-prinċipji ġenerali dwar il-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema.

Il-parti inattiva tal-ħin on-call m'għandhiex tittieħed f'kont fil-kalkolazzjoni tal-perijodi ta' serħan ta' kuljum jew ta' kull ġimgħa stabbiliti fl-Artikolu 3 u 5 rispettivament ▌.

Artikolu 2b

Kalkolu tal-ħin tax-xogħol

Fejn ħaddiem ikollu iżjed minn kuntratt ta' xogħol wieħed, , il-ħin tax-xogħol ta' ħaddiem għandu jkun it-total tal-perijodi ta' ħin maħdum għal kull wieħed mill-kuntratti.

Artikolu 2c

Rikonċiljazzjoni bejn il-ħajja tax-xogħol u l-ħajja tal-familja

L-Istati Membri għandhom jinkorraġixxu lill-imsieħba soċjali fil-livell adatt, bla ħsara għall-awtonomija tagħhom, biex jikkonkludu ftehim bl-għan li titjieb ir-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol u l-ħajja tal-familja.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw, bla ħsara għad-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta" l-impjegati fil-Komunità Ewropea* u f'konsultazzjoni ma' l-imsieħba soċjali, li:

   - min iħaddem javża minn qabel sew lill-ħaddiema dwar kwalunkwe tibdil fir-ritmu tax-xogħol, u
   - il-ħaddiema għandhom id-dritt li jitolbu bidla fis-sigħat jew fir-ritmi tax-xogħol tagħhom, u li min iħaddem għandu l-obbligu li jikkunsidra dan it-tip ta" talbiet b'mod ġust, filwaqt li jqis il-ħtiġijiet ta" flessibilitià tal-ħaddiema u ta" min iħaddem. Min iħaddem ma jistax jirrifjuta dan it-tip ta" talba ħlief jekk l-iżvantaġġi organizzattivi għal min iħaddem ikun akbar b'mod sproporzjonat mill-benefiċċju għall-ħaddiem.
  

_______________

  

* ĠU L 80, 23.3.2002, p. 29.

"

3.   l-Artikolu 17 għandu jiġi emendat kif ġej:

  a) ║il-paragrafu 1 għandu jiġi emendat kif ġej,
   i) fl-ewwel sentenza il-kliem "Artikoli 3 sa 6, 8 u 16" għandhom jiġu sostitwiti minn "Artikoli 3 sa 6, l-Artikolu 8 u l-Artikolu 16(a) u (ċ)";
   ii) il-punt (a) għandu jinbidel kif ġej:"
   a) uffiċjali ta' diriġenza għolja (jew persuni f'pożizzjonijiet kumparabbli), 'senior managers' subordinati għalihom b'mod dirett u persuni li jintgħażlu direttament mill-bord ta' diretturi;
"
   b) fil-paragrafu 2, il-kliem "basta li l-ħaddiema konċernati jkunu mogħtija perijodi ekwivalenti ta' mistrieħ obbligatorju" għandhom jinbidlu bi "sakemm il-ħaddiema konċernati jingħataw perijodi ekwivalenti ta' serħan kompensatorju wara perijodi ta' żmien fuq xogħol, skont il-liġi, il-ftehim kollettiv jew ftehim ieħor relevanti bejn iż-żewġ naħat tal-industrija";
   c) fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 3, il-kliem "Artikoli 3, 4, 5, 8 u 16" għandhom jiġu sostitwiti minn "Artikoli 3, 4, 5, 8 u l-Artikolu 16(a) u (ċ)";
  d) il-paragrafu 5 għandu jiġi emendat kif ġej:
   i) l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:"
5.  "Skond il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jistgħu jsiru derogi mill-Artikolu 6 fil-każ ta' tobba waqt it-taħriġ, skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sas-sitt subparagrafu ta' dan il-paragrafu."
   ii) l-aħħar subparagrafu għandu jitħassar.

4.  Fl-Artikolu 18, fit-tielet paragrafu, il-kliem "bil-kondizzjoni li perijodi ta' serħan ekwivalenti kompensatorji jkunu mogħtija lill-ħaddiema kkonċernati" għandhom jinbidlu bi "bil-kondizzjoni li perijodi ta' serħan kompensatorju ekwivalenti jingħataw lill-ħaddiema konċernati, wara perijodi ta' żmien fuq xogħol, skont il-liġi, il-ftehim kollettiv jew ftehim ieħor relevanti bejn l-imsieħba soċjali".

5.  L-Artikolu 19 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

Artikolu 19

Limitazzjonijiet għal derogi mill-perijodi ta' referenza

" ▌ B'deroga mill-Artikolu 16(b), l-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla, soġġetta għall-konformità mal-prinċipji ġenerali dwar il-protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema, li jippermettu, għal raġunijiet oġġettivi jew tekniċi, jew raġunijiet li jikkonċernaw l-organizzazzjoni tax-xogħol, li l-perijodu ta' referenza jkun stabbilit għal perijodu li ma jabqiżx it-tnax-il xahar:

   a) permezz ta' ftehim kollettiv jew ftehim bejn l-imsieħba soċjali, kif stabbilit fl-Artikolu 18; jew
  b) permezz ta' dispożizzjoni leġislattiva jew regolatorja wara konsultazzjoni ma' l-imsieħba soċjali fil-livell adatt f'każijiet fejn il-ħaddiema mhumiex koperti permezz ta" ftehim kollettiv jew ftehim ieħor bejn l-imsieħba soċjali sakemm l-Istat Membru konċernat jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li min iħaddem:
   i) jinforma u jikkonsulta lill-ħaddiema jew lir-rappreżentanti tagħhom dwar l-introduzzjoni tar-ritmu tax-xogħol propost u dwar bidliet fih;
   ii) jieħu l-miżuri neċessarji biex jevita jew jirrimedja kwalunkwe riskju għas-saħħa u għas-sigurtà li jista" jkun relatat mar-ritmu tax-xogħol propost.

Meta jsir użu mill-għażla skond il-punt (b) ta' l-ewwel paragrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li min iħaddem jirrispetta l-obbligi tiegħu kif stabbiliti fit-Taqsima II tad-Direttiva 89/391/KEE.

"

6.  L-Artikolu 22 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

Artikolu 22

Dispożizzjonijiet varji

1.  Għalkemm il-prinċipju ġenerali huwa li l-ġimgħa tax-xogħol massima fl-Unjoni Ewropea hija ta' 48 siegħa u li fil-prattika hija eċċezzjoni għall-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea li jaħdmu aktar fit-tul, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-Artikolu 6 matul perjodu tranżizzjonali li jispiċċa ... * sakemm jieħdu l-miżuri meħtieġa biex tiġi żgurata l-protezzjoni effettiva tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema. Madankollu, l-implimentazzjoni ta' din l-għażla, għandha tkun espressament stabbilita permezz ta' ftehim kollettiv jew ftehim bejn l-imsieħba soċjali fil-livell adatt jew mil-liġi nazzjonali wara konsultazzjoni ma' l-imsieħba soċjali fil-livell adatt.

2.  Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri li jixtiequ jagħmlu użu minn din l-għażla għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li:

   a) l-ebda persuna li tħaddem ma teħtieġ lil ħaddiem biex jaħdem aktar minn 48 siegħa tul perijodu ta' sebat ijiem, ikkalkulat bħala medja għall-perijodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 16(b), sakemm l-ewwel ma tkunx kisbet il-kunsens tal-ħaddiem biex iwettaq tali xogħol. Dan il-qbil għandu jkun validu għal perijodu ta' mhux aktar minn sitt xhur, u jista' jiġġedded;
   b) l-ebda ħaddiem m'għandu jiġi soġġettat għal kwalunkwe detriment minn min iħaddmu għaliex ma jkunx irid jagħti l-kunsens tiegħu biex iwettaq dak ix-xogħol jew għaliex ikun irtira l-kunsens tiegħu għal kwalunkwe raġuni;
  c) kunsens mogħti:

għandu jkun null u bla effett;
   i) fil-mument ta' l-iffirmar tal-kuntratt tax-xogħol individwali jew waqt kwalunkwe perijodu ta" prova; jew
   ii) matul l-ewwel erba' ġimgħat tar-relazzjoni tax-xogħol
   d) kull ħaddiem għandu jkun intitolat li jirtira, b'effett immedjat, il-kunsens tiegħu li jwettaq dak ix-xogħol matul l-ewwel sitt xhur wara l-konklużjoni ta' ftehim validu jew matul u mhux aktar tard minn tliet xhur wara li l-perijodu ta' prova speċifikat fil-kuntratt tiegħu jkun intemm, liema minnhom ikun l-itwal, billi jinforma bil-miktub fi żmien debitu lil min iħaddmu li ser jagħmel hekk. Wara dan, min iħaddem jista' jitlob lill-ħaddiem biex jagħti, bil-miktub, perijodu ta' pre-avviż, li m'għandux jaqbeż ix-xahrejn;
   e) min iħaddem iżomm reġistri aġġornati tal-ħaddiema kollha li jwettqu tali xogħol u reġistri adegwati biex jiġi stabbilit li d-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva huma rrispettati;
   f) ir-reġistri jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti, li jistgħu, għal raġunijiet marbuta mas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema, jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-possibbiltà li jinqabeż il-ħin tax-xogħol massimu ta' kull ġimgħa;
   g) min iħaddem jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti fuq talba tagħhom b'informazzjoni dwar każijiet li fihom ikun ingħata l-kunsens mill-ħaddiema biex jaħdem iżjed minn 48 siegħa fuq perijodu ta' sebat ijiem, ikkalkulat bħala medja għall-perijodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 16(b), u reġistri adegwati biex jiġi stabbilit li d-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva huma rrispettati.
  

  

_______________

  

* 36 xhar wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [li temenda d-Direttiva 2003/88/KE li tikkonċerna ċerti aspetti ta' l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol].

"

7.  L-Artikolu 24 għandu jinbidel b'dan li ġej:"

Artikolu 24

Rapporti

1.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li diġà ġew adottati jew li qed jiġu adottati fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

2.  L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni kull ħames snin dwar l-implimentazzjoni prattika ta' din id-Direttiva, filwaqt li jindikaw il-fehmatal-imsieħba soċjali.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol b'dan.

3.  Kull ħames snin mit-23 ta' Novembru 1996 il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva li jieħu kont tal-paragrafi 1 u 2.

"

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli fil-każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu applikati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-disposizzjonijiet lill-Kummissjoni sa .....(8). L-Istati Membri għandom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe emenda sussegwenti għal dawk id-dispożizzjonijiet malajr kemm jista' jkun. Huma għandhom, b'mod partikolari, jassiguraw li l-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom ikollhom mezzi adegwati għall-infurzar ta' l-obbligi skond din id-Direttiva.

Artikolu 3

1.  L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa ...*, jew għandhom jiżguraw li l-imsieħba soċjali jintroduċu d-dispożizzjonijiet meħtieġa permezz ta' ftehim, li bih l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-arranġamenti kollha meħtieġa biex jippermettulhom jiggarantixxu fi kwalunkwe ħin li l-objettivi ta' din id-Direttiva qed jintlaħqu. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

(1) ĠU C 92 E, 20.4.2006, p. 292.
(2) ĠU C 267, 27.10.2005, p. 16.
(3) ĠU C 231, 20.9.2005, p. 69.
(4) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Mejju 2005 (ĠU C 92 E, 20.4.2006, p. 292), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-15 ta' Settembru 2008 (ĠU C 254 E, 7.10.2008, p. 26) u Pożizzjoni Komuni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2008.
(5) ĠU L 299, 18.11.2003, p. 9.
(6) ĠU L 307, 13.12.1993, p. 18. ║
(7) ĠU C 364, 18.12.2000, p. 1.
(8)* ║Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.


L-infurzar transkonfinali fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq ***I
PDF 483kWORD 138k
Riżoluzzjoni
Test konsolidat
Anness
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2008 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li tiffaċilita l-infurzar transkonfinali fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq (COM(2008)0151 – C6-0149/2008 – 2008/0062(COD))
P6_TA(2008)0616A6-0371/2008

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0151),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 71(1)(c) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0149/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0371/2008),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-17 ta' Diċembru 2008 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2009/.../KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tiffaċilita l-infurzar transkonfinali fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq

P6_TC1-COD(2008)0062


(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA" L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 71(1)(c) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni║,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(2),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data(3),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat tal-KE(4),

Billi:

(1)  L-Unjoni Ewropea qiegħda tapplika politika għat-titjib tas-sikurezza fit-toroq, bil-għan li jitnaqqsu l-imwiet, il-korrimenti u l-ħsarat materjali. L-infurzar konsistenti tas-sanzjonijiet għal reati tat-traffiku tat-triq li huma magħrufa li jipperikolaw b'mod konsiderevoli s-sikurezza fit-toroq huwa strument essenzjali biex jintlaħaq dan il-għan.

(2)  Madankollu, minħabba nuqqas ta" mekkaniżmi xierqa, is-sanzjonijiet f'sura ta" pieni finanzjarji għal ċerti reati tat-traffiku sikwit ma jiġux infurzati fejn ir-reat ikun sar b'vettura li tkun reġistrata fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru fejn iseħħ ir-reat.

(3)  Sabiex tittejjeb is-sikurezza fit-toroq ma" l-Unjoni Ewropea kollha, u biex jiġi żgurat it-trattament indaqs bejn il-persuni residenti u mhux residenti li jwettqu reat, l-infurzar għandu jiġi ffaċilitat irrispettivament mill-Istat Membru fejn tkun irreġistrata l-vettura li biha jsir ir-reat. Għal dan il-għan, jeħtieġ li tiġi implimentata sistema ta" skambju transkonfinali ta" informazzjoni.

(4)  Sistema bħal din tkun ta" siwi partikolari fejn jidħlu r-reati tat-traffiku rreġistrati minn tagħmir awtomatiku fejn ma jistax jiġi identifikat minnufih min ikun ikkommetta r-reat, bħall-eċċess ta" veloċità jew il-qbiż tad-dawl l-aħmar. Is-sistema tkun utli wkoll billi tippermetti s-segwiment ta" reati fejn tkun meħtieġa l-verifika tad-dettalji tar-reġistrazzjoni tal-vettura, fil-każ fejn il-vettura tkun ġiet imwaqqfa. Dan jgħodd speċjalment għas-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb.

(5)  Is-sistema għandha tkopri u tittratta t-tipi ta" reat tat-traffiku skond is-serjetà tagħhom u l-periklu li joħolqu għas-sikurezza fit-toroq, u għandha tkopri r-reati klassifikati bħala reati tat-traffiku fil-leġiżlazzjoni ta" kull Stat Membru. Għaldaqstant, jixraq li ssir dispożizzjoni fir-rigward ta" l-eċċess ta" veloċità, is-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb, in-nuqqas ta" użu taċ-ċinturin tas-sikurezza, u l-qbiż tad-dawl l-aħmar. Il-Kummissjoni ser tkompli ssewgi l-iżviluppi madwar l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta" reati oħra tat-traffiku b'implikazzjonijiet serji għas-sikurezza fit-toroq. Wara l-preżentazzjoni ta' rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva sentejn wara li tkun daħlet fis-seħħ, il-Kummissjoni għandha, fejn ikun xieraq, tipproponi reviżjoni tad-Direttiva dwar il-possibilità li jitwessa' l-ambitu tagħha biex tinkludi xi kategoriji oħra ta' infrazzjonijiet tat-traffiku tat-triq.

(6)  Bl-iskop li tiggarantixxi grad biżżejjed ta' sikurezza fit-toroq u tiżgura li l-pieni finanzjarji applikabbli jkunu proporzjonati, il-Kummissjoni għandha tieħu ħsieb li tidħol f'taħditiet mal-Istati Membri dwar id-dħul ta' pieni finanzjarji fissi armonizzati għal infrazzjonijiet tat-traffiku tat-triq u għandha wkoll tħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prassi bejn l-Istati Membri.

(7)  Sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza tas-sistema ta" infurzar, din għandha tkopri l-fażijiet kollha mid-detezzjoni tar-reat sat-trażmissjoni tan-notifika tar-reat, abbażi ta" formola standard, lid-detenetur taċ-ċertifikat ta" reġistrazzjoni tal-vettura kkonċernata. Malli tittieħed deċiżjoni finali, tista' tapplika d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta" rikonoxximent reċiproku ta" penalitajiet finanzjarji(5) tal-24 ta' Frar 2005. Fejn dik id-Deċiżjoni Qafas ma tistax tiġi applikata, per eżempju minħabba li d-deċiżjonijiet ta' sanzjoni ma jkunux jaqgħu fl-ambitu tal-liġi kriminali, xorta waħda l-effettività tas-sanzjonijiet għandha tkun żgurata permezz ta' miżuri oħrajn ta' infurzar tas-sanzjonijiet. Għandu jiddaħħal standard minimu għan-notifiki tar-reati, li jkun jinkludi l-formola ta' tweġiba u billi jintużaw metodi aktar kompatibbli ta' kif jintbagħtu sabiex l-infurzar transkonfinali jsir aktar ta'min joqgħod fuqu u aktar effettiv.

(8)  Barra minn hekk, l-iskambju transkonfinali ta" informazzjoni għandu jsir b'mod rapidu permezz ta" mezzi elettroniċi. Għal dan il-fini, huwa mixtieq illi jsiru netwerks elettroniċi komunitarji sikuri li jippermettu li l-iskambju ta' tagħrif isir f'kundizzjonijiet sikuri u li jiżguraw il-kunfidenzjalità tad-data mibgħuta.

(9)  Billi d-data marbuta ma" l-identifikazzjoni ta" min jagħmel reat hija data personali, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-konformità mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta" l-24 ta" Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta" individwi fir-rigward ta" l-ipproċessar ta" data personali(6) u dwar il-moviment liberu ta" dik id-data. Skont dan, meta min jagħmel reat jiġi nnotifikat bir-reat huwa għandu jkun imgħarraf dwar jeddijietu għall-aċċess, ir-rettifika u t-tħassir tad-data u tal-perjodu legali massimu li matulu tista' tinżamm id-data.

(10)  Barra mix-xorta temporanja tal-ħżin tagħha, id-data miġbura skont din id-Direttiva m'għandhiex, f'ebda ċirkustanza, tintuża għal skopijiet li jmorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jiġu persegwiti reati ta' sikurezza tat-triq. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għalhekk għandhom jiżguraw illi l-ipproċessar tad-data personali u t-treġija tan-network elettroniku Komunitarju għandhom jipprevjenu li d-data miġbura tintuża għal skopijiet oħra għajr dawk speċifikatament marbutin mas-sikurezza fit-toroq.

(11)  Għal dak li għandu x'jaqsam mal-kontrolli tas-sikurezza fit-toroq, l-Istati Membri għandhom jarmonizzaw il-metodi tagħhom sabiex il-prassi tagħhom tkun komparabbli fil-livell tal-UE. Għalhekk għandhom jiġu żviluppati standards minimi għall-prassi ta' kontroll f'kull Stat Membru.

(12)  It-tagħmir tekniku għas-sikurezza fit-toroq għandu wkoll jiġi armonizzat fil-ġejjieni biex tiġi żgurata l-konverġenza tal-miżuri ta' kontroll bejn l-Istati Membri. Armonizzazzjoni teknika ta' dan it-tip għandha tkun proposta mill-Kummissjoni matul ir-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 14.

(13)  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jgħarrfu liċ-ċittadini tal-UE u jqanqlulhom l-għarfien dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Tagħrif xieraq dwar il-konsegwenzi ta' nuqqas ta' konformità mar-regoli tas-sikurezza fit-toroq jista' ikollu effett ta' deterrent fuq it-twettiq ta' reati tat-traffiku tat-triq.

(14)  Fil-ġejjieni il-Kummissjoni għandha tiffoka fuq il-faċilitazzjoni tal-infurzar transkonfinali ta' infrazzjonijiet tat-traffiku tat-triq, l-aktar ta' dawk marbutin ma' inċidenti serji tat-traffiku.

(15)  Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta" din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta" l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni(7).

(16)  B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat biex tadotta miżuri fir-rigward ta" l-adattament ta" l-Anness. Billi dawk il-miżuri huma ta" ambitu ġenerali u tfasslu sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta" din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(17)  Billi l-għan ta" din id-Direttiva, jiġifieri l-iffaċilitar ta" l-infurzar transkonfinali fir-rigward ta" ċerti reati tat-traffiku, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, u għaldaqstant, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jista" jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista" tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-KE. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stipulat fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lilhinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Is-suġġett u l-ambitu

1.  Din id-Direttiva tistabbilixxi sistema li tiffaċilita l-infurzar transkonfinali tas-sanzjonijiet għar-reati tat-traffiku li ġejjin:

   a) l-eċċess ta" veloċità;
   b) is-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb;
   c) in-nuqqas ta" użu taċ-ċinturin tas-sikurezza;
   d) il-qbiż tad-dawl l-aħmar tat-traffiku.

2.  Din id-Direttiva tapplika biss safejn is-sanzjoni li għandha tiġi imposta għar-reat ikkonċernat hija jew tinkludi penali finanzjarja.

Artikolu 2

Tifsiriet

Għall-finijiet ta" din id-Direttiva, għandhom japplikaw it-tifsiriet li ġejjin:

   a) "detentur" tfisser id-detentur taċ-ċertifikat ta" reġistrazzjoni tal-vettura kkonċernata, inklużi ċikletti bil-mutur;

(b)  "Stat tar-reat" tfisser l-Istat Membru fejn sar ir-reat;

(c)  "Stat tar-residenza" tfisser l-Istat Membri fejn hija rreġistrata l-vettura li biha sar ir-reat;

   d) "awtorità kompetenti" tfisser punt wieħed ta' kuntatt f'kull Stat Membru li jkun responsabbli għall-iffaċilitar tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva;
   e) "awtorità ċentrali" tfisser l-awtorità responsabbli mill-iżgurar tal-ħarsien tad-data f'kull Stat Membru;
   f) "deċiżjoni amministrattiva aħħarija" tfisser kull deċiżjoni aħħarija li tkun teħtieġ li titħallas piena finanzjarja, għajr deċiżjoni li tkun tidħol fid-definizzjoni tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Qafas 2005/214/JHA;
   g) "eċċess ta' veloċità" tfisser il-qbiż tal-limiti ta" veloċità fis-seħħ fl-Istat tar-reat għat-tip ta" triq jew għat-tip ta" vettura kkonċernati;
   h) "sewqan taħt l-effett tax-xorb" tfisser is-sewqan b'livell ta" alkoħol fid-demm ogħla mil-livell massimu fis-seħħ fl-Istat tar-reat;
   i) "nuqqas ta" użu taċ-ċinturin tas-sikurezza" tfisser in-nuqqas ta" konformità ma" l-obbligu li jintlibes iċ-ċinturin tas-sikurezza jew li tintuża sistema għat-trażżin tat-tfal f'każijiet fejn l-użu ta" dan it-tagħmir huwa obbligatorju skond id-Direttiva tal-Kunsill 91/671/KEE(8) jew il-liġi nażżjonali fl-Istat tar-reat;
   j) "il-qbiż tad-dawl l-aħmar tat-traffiku" tfisser ir-reat fejn is-sewwieq jaqbeż id-dawl l-aħmar tat-traffiku, kif iddefinit fil-liġi ta" l-Istat tar-reat.

Artikolu 3

Linji gwida għas-sikurezza fit-toroq fl-UE kollha

1.  Bl-iskop li titwettaq politika ta' sikurezza fit-toroq li timmira lejn livell għoli ta' ħarsien għall-utenti kollha tat-toroq fl-Unjoni Ewropea u li tqis id-differenzi kbar bejn iċ-ċirkostanzi fl-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri għandhom jaġixxu, bla ħsara għal politika u liġijiet aktar restrittivi, biex jipprovdu ġabra minima ta' linji gwida għas-sikurezza fit-toroq fl-ambitu ta' din id-Direttiva. Sabiex jinkiseb dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida għall-Ewropa kollha dwar is-sikurezza fit-toroq skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2). Il-linji gwida għandhom jikkonformaw mal-prinċipji bażiċi stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Għal dak li għandu x'jaqsam mal-veloċità, l-użu ta' tagħmir ta' verifika awtomatika fl-awtostradi, toroq sekondarji, u toroq urbani, għandu jkun imħeġġeġ b'mod partikolari f'dawk il-partijiet tan-netwerk tat-toroq fejn l-għadd ta' inċidenti kkawżati mill-veloċità għolja huwa akbar mill-medja.

Ir-rakkomandazzjonijiet adottati għall-iskopijiet ta' dawn il-linji gwida għandhom ifittxu illi jiżguraw li l-għadd ta' verifiki tal-veloċità li jużaw tagħmir elettroniku jiżdied bi 30% fl-Istati Membri fejn l-għadd ta' mwiet fit-toroq huwa ogħla mill-medja tal-UE u t-tnaqqis fil-għadd ta' mwiet fit-toroq mill-2001 lil hawn huwa anqas mill-medja tal-UE. Għandu jiġi żgurat li jkun hemm kopertura ġeografika tajba tat-territorju ta' kull Stat Membru.

3.  Għal dak li għandu x'jaqsam mas-sewqan fi stat ta' sakra, l-Istati Membri għandhom, bħala prijorità, iwettqu testijiet b'mod każwali fil-postijiet fejn, u fil-ħinijiet li fihom, ikun hemm ta' sikwit nuqqas ta' tħaris tal-liġi li jżid ir-riskju tal-inċidenti.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi mill-anqas 30% tas-sewwieqa jiġu ttestjati kull sena.

4.  Għal dak li għandu x'jaqsam mal-użu taċ-ċinturini ta' sikurezza, għandhom isiru operazzjonijiet intensivi ta' verifika ta' mhux inqas minn sitt ġimgħat fis-sena mill-Istati Membri fejn anqas minn 70% tal-utenti tat-triq jilbsu ċ-ċinturini tas-sikurezza, l-aktar fil-postijiet fejn u fil-ħinijiet li fihom ta' sikwit ikun hemm nuqqas ta' tħaris tal-liġi.

5.  Għal dak li għandu x'jaqsam man-nuqqas ta' waqfien meta d-dawl ikun aħmar, għandu jintuża t-tagħmir ta' verifika awtomatiku l-aktar fejn ikun hemm slaleb it-toroq li fihom ir-regoli jinkisru ta' spiss u jseħħ għadd ta' inċidenti ogħla mill-medja minħabba sewqan fuq dawl aħmar.

6.  Il-linji gwida għandhom jirrikkmandaw illi l-Istati Membri jiskambjaw prassi tajba; b'mod partikolari, għandhom jistiednu lill-Istati Membri jkunu l-aktar "il quddiem fil-qasam tal-verifika awtomatika ħalli jipprovdi assistenza teknika lil dawk l-Istati Membri li jitolbuha.

KAPITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET GĦALL-IFFAĊILITAR TA" L-INFURZAR TRANSKONFINALI

Artikolu 4

Proċeduri għall-iskambju ta" informazzjoni bejn l-Istati Membri

1.  Fejn reat ikun sar fi Stat Membru b'vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor, u l-każ ma jiġix sanzjonat u mitmum minnufih permezz ta" awtorità responsabbli għat-trattament tar-reat fl-Istat tar-reat, l-awtorità kompetenti f'dak l-Istat għandha tibgħat in-numru ta" reġistrazzjoni tal-vettura u l-informazzjoni rigward il-post u d-data tar-reat lill-awtorità kompetenti fl-Istati Membri l-oħra, jew fl-Istat tar-residenza fejn dan jista" jiġi identifikat. L-awtorità kompetenti fl-Istat tar-reat għandha tagħmel dan fl-istess ċirkustanzi u kundizzjonijiet li fihom tittratta r-reat ikkonċernat meta jsir b'vettura rreġistrata fl-istess Stat tar-reat.

2.  L-awtorità kompetenti fl-Istat tar-residenza għandha tibgħat minnufih l-informazzjoni li ġejja biss lill-awtorità kompetenti fl-Istat tar-reat:

   a) il-marka u l-mudell tal-vettura bin-numru ta" reġistrazzjoni kkonċernat;
   b) fejn id-detenetur taċ-ċertifikat ta" reġistrazzjoni tal-vettura kkonċernata huwa persuna naturali, l-isem, l-indirizz, u d-data u l-post tat-twelid;
   c) fejn id-detenetur taċ-ċertifikat ta" reġistrazzjoni tal-vettura kkonċernata huwa persuna legali, l-isem u l-indirizz.

3.  L-iskambju ta' tagħrif għal dak li għandu x'jaqsam mal-ipproċessar tad-data personali u l-moviment liberu tad-data b'rabta ma' dan għandu jseħħ f'konformità mad-Direttiva 95/46/KE. L-awtoritajiet kompetenti ta" l-Istati Membri l-oħra ma għandhomx jaħżnu t-tagħrif mibgħut mill-Istat tar-reat. Dan it-tagħrif għandu jintbagħat biss għall-iskopijiet ta'din id-Direttiva u, meta jingħalqu l-proċedimenti, id-data kollha għandha titħassar b'mod li jista' jiġi vverifikat.

Artikolu 5

L-użu ta" netwerk elettroniku

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-iskambju ta" informazzjoni deskritta fl-Artikolu 4 jsir b'mezz elettroniku. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li netwerk elettroniku tal-Komunità msejjes fuq regoli komuni jitwaqqaf sa mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-data msemmija fl-Artikolu 15(1).

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli komuni dwar l-implimentazzjoni tal-paragrafu 1 sad-data msemmija fl-Artikolu 15(1), skond il-proċedura regolatorja bi iskrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2).

B'mod partikolari, dawn ir-regoli komuni għandhom jinkludu dispożizzjonijiet rigward:

   a) il-format tad-dejta li tiġi skambjata;
   b) il-proċedura tekniċi għall-iskambju elettroniku tad-data fost l-Istati Membri li jagħtu garanzija ta' sikurezza u kunfidenzjalità tad-data trażmessa;
   c) ir-regoli dwar is-sigurtà u l-ħarsien tad-data personali biex ikun evitat li d-data tintuża għal skopijiet oħra għajr dawk li għalihom kienet maħsuba.

Artikolu 6

In-notifika ta" reat

1.  Malli tirċievi l-informazzjoni deskritta fl-Artikolu 4(2), l-awtorità fl-Istat tar-reat li hija responsabbli għat-trattament tar-reati koperti minn din id-Direttiva għandha tibgħat notifika tar-reat lid-detentur. In-notifika għandha ssegwi l-mudell mogħti fl-Anness.

2.  In-notifika tar-reat għandha, bħala minimu, ikollha s-suġġett tan-notifika, l-isem tal-awtorità responsabbli mill-infurzar tal-pieni finanzjarji, l-isem tal-awtorità kompetenti mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, u deskrizzjoni tad-dettalji relevanti tar-reat in kwistjoni. Għandha tispeċifika l-ammont tal-piena finanzjarja, l-eħfef proċeduri ta' ħlas, id-data sa meta irid isir il-pagament, il-possibilitajiet ta' kontestazzjoni tal-bażi għall-ħruġ tan-notifika tar-reat u ta' appell kontra deċiżjoni li timponi piena finanzjarja, u l-proċedura li għandha tiġi segwita f'każ ta' tilwima jew appell.

3.  Kull piena finanzjarja imposta skont din id-Direttiva għandha tkun non-diskriminatorja f'sens ta' nazzjonalità u għandha tkun imposta skont il-liġi tal-Istat tar-reat.

4.  In-notifika tar-reat għandha tgħarraf lid-detentur illi hu mitlub minnu li jimla l-formola ta' risposta fi żmien speċifikat jekk ma jkunx beħsiebu jħallas il-piena finanzjarja. Għandha wkoll tgħarraf lid-detentur illi kull rifjut ta' ħlas għandu jiġi kkomunikat lill-awtorità tal-Istat tar-residenza tiegħu li tkun kompetenti għall-infurzar tad-deċiżjoni.

5.  In-notifika ta' reat għandha tinnotifika lid-detentur illi d-data personali tiegħu se tkun ittrattata skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE u għandha tindikalu jeddijietu għal dak li għandu x'jaqsam mal-aċċess, il-korrezzjoni u t-tħassir, kif imsemmi fl-Artikolu 11 ta' din id-Direttiva.

6.  Jekk kemm-il darba d-detentur ma kienx is-sewwieq fil-mument tat-twettiq tar-reat, id-detentur għandu jagħti d-dettalji tal-identità tas-sewwieq skont il-liġi tal-Istat tar-residenza. Dan ma għandux jgħodd fejn ikun hemm ftehim bejn żewġ Stati Membri jew aktar maħsub biex jittratta l-problemi li joħorġu mill-implimentazzjoni ta' dan l-artikolu.

7.  In-notifika ta" reat għandha tiġi kkomunikata lid-detentur fl-ilsien jew fl-ilsna uffiċjali ta" l-Istat tar-residenza, kif speċifikat minn dan l-Istat.

8.  Il-Kummissjoni tista" tadatta l-mudell għan-notifika ta" reat biex tqis u tkopri l-iżviluppi tekniċi li jkunu saru. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi tekniċi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 13(2).

9.  Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva ma għandha tingħata l-ebda piena finanzjarja għal reat kommess qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Artikolu 7

Persegwiment ta' infrazzjonijiet tat- traffiku tat-triq

1.  Kulfejn il-piena finanzjarja ma tkunx tħallset u l-proċeduri pertinenti li għandhom jiġu segwiti fil- każ ta' tilwima jew appell ikunu ġew eżawriti, id-Deċiżjoni ta' Qafas 2005/214/JHA għandha tapplika għal dak li għandu x'jaqsam mal-pieni finanzjarji imsemmijin fl-Artikolu 1 ta' dik id-Deċiżjoni Qafas.

2.  Fil-każijiet ta' nuqqas ta' ħlas kif imsemmiji fil-paragrafu 1, imma għal dak li għandu x'jaqsam mal-pieni finanzjarji li ma jidħlux fl-ambitu ta' dik id-Deċiżjoni Qafas, l-awtorità kompetenti tal-Istat tar-reat għandha tittrażmetti d-deċiżjoni aħħarija lill-awtorità kompetenti tal-Istat tar-residenza sabiex tiġi infurzata l-piena fianzjarja.

Artikolu 8

Għarfien u infurzar ta' pieni finanzjarji

1.  L-awtorità kompetenti tal-Istat tar-residenza għandha, mingħajr ħtieġa ta' ebda formalità oħra, tagħraf deċiżjoni amministrattiva aħħarija li timponi piena finanzjarja u li tkun ġiet trażmessa lilha skont l-Artikolu 7(2) u, mingħajr dewmien, għandha tieħu kull pass meħtieġ biex tinfurzaha, ħlief fejn tiddeċiedi li tinvoka wieħed mill-kriterji li ġejjin għan-nuqqas ta' għarfien jew għan-nuqqas ta' infurzar:

   a) il-liġi tal-Istat tar-residenza tipprovdi għal immunità li tagħmel l-infurzar tad-deċiżjoni impossibbli;
   b) il-persuna kkonċernata ma tkunx ġiet mgħarrfa bil-jedd tagħha għall-appell u l-iskadenza biex isir tali appell.

2.  L-infurzar ta' deċiżjoni li timponi l-piena finanzjarja mill-awtorità kompetenti tal-Istat tar-residenza għandha tkun irregolata mil-liġi tal-Istat tar-residenza bl-istess mod bħalma hi piena finanzjarja fl-Istat tar-residenza.

3.  L-awtorità kompetenti tal-Istat tar-reat għandha tgħarraf minnufih lill-awtorità kompetenti tal-Istat tar-residenza dwar kull deċiżjoni jew miżura li xxekkel l-l-infurzar tad-deċiżjoni. L-awtorità kompetenti tal-Istat tar-residenza għandha twaqqaf l-infurzar tad-deċiżjoni malli tiġi mgħarrfa b'dik id-deċiżjoni jew miżura mill-Istat tar-reat.

Artikolu 9

It-tagħrif trażmess mill-Istat tar-residenza

L-awtorità kompetenti tal-Istat tar-residenza għandha minnufih tgħarraf lill-awtorità kompetenti tal-Istat tar-reat bi kwalunkwe mezz bil-kitba dwar dan li ġej:

   a) it-trażmissjoni tad-deċiżjoni lill-awtorità kompetenti;
   b) kull deċiżjoni li tittieħed biex ma tiġix infurzata deċiżjoni oħra flimkien mar-raġunijiet li jiġġustifikaw tali deċiżjoni;
   c) l-infurzar tad-deċiżjoni malli tkun tlestiet;

Artikolu 10

Awtoritajiet ċentrali

1.  Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità ċentrali biex tgħin fl-applikazzjoni ta" din id-Direttiva.

2.  Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni, sa sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta" din id-Direttiva, l-isem u l-indirizz ta" l-awtoritajiet ċentrali maħturin skond dan l-Artikolu.

3.  Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-informazzjoni deskritta fil-paragrafu 2 lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 11

Id-dritt ta" aċċess, korrezzjoni u tħassir

1.  Bla ħsara għad-drittijiet tas-suġġetti ta" dejta taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali skond l-Artikolu 12(a) tad-Direttiva 95/46/KE, kull persuna għandu jkollha d-dritt li tirċievi notifika tad-dejta personali tagħha rreġistrata fl-Istat tar-residenza li tkun ġiet trażmessa lill-Istat Membru li talabha.

2.  Bla ħsara għall-konformità mar-rekwiżiti proċedurali tal-mekkaniżmi ta" appell u rikors ta" l-Istat Membru kkonċernat, kull persuna kkonċernata għandu jkollha d-dritt li tikseb il-korrezzjoni ta" kull dejta personali impreċiża, jew it-tħassir immedjat ta" kull dejta li tkun ġiet irreġistrata b'mod illegali.

3.  Is-suġġetti ta" dejta jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 2 quddiem l-awtorità ċentrali ta" l-Istat tar-residenza tagħha.

Artikolu 12

Tagħrif għas-sewwieqa fl-Unjoni Ewropea

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-azzjoni xierqa biex jipprovdu lill-utenti tat-toroq bit-tagħrif meħtieġ dwar il-miżuri li jimplimentaw din id-Direttiva. Dan it-tagħrif jista' jingħadda permezz, fost organizzazzjonijiet oħrajn, tal-entitajiet tas-sikurezza fit-toroq, ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi attivi fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq jew ta' klabbs tal-karozzi.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi r-regoli dwar il-limiti tal-veloċità jkunu jidhru fuq sinjali mqegħdin f'kull awtostrada li taqsam il-fruntieri tagħhom.

2.  Fis-sit web tagħha il-Kummissjoni għandha tqiegħed ġabra fil-qosor tar-regoli fis-seħħ fl-Istati Membri fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

KAPITOLU III

IL-PROĊEDURA TAL-KUMITAT

Artikolu 13

Il-Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat dwar l-infurzar fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, b'referenza għad-dispożizzjonijiet ta" l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 14

Reviżjoni u rappurtaġġ

1.  Sa ...(9), il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva mill-Istati Membri u dwar l-effettività tagħha f'dak li huwa l-għan li jitnaqqas l-għadd ta' mwiet fit-toroq tal-UE.

2.  Abbażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tqis kif l-ambitu ta' din id-Direttiva jista' jitwessa' biex ikopri infrazzjonijiet oħrajn tat-traffiku tat-triq.

3.  Fl-istess rapport il-Kummissjoni għandha tressaq proposti dwar l-armonizzazzjoni tat-tagħmir ta' verifika abbażi ta' kriterji u proċeduri ta' verifika komunitarji tas-sikurezza fit-toroq.

4.  Fir-rapport il-Kummissjoni għandha tivverifika wkoll kif l-Istati Membri jkunu, fuq bażi volontarja, implimentaw il-linji gwida għall-UE kollha dwar is-sikurezza fit-toroq msemmijin fl-Artikolu 3 u għandha tqis jekk dawk ir-rakkomandazzjonijiet li jkunu f'dawk il-linji gwida għandhomx isiru tassattivi. Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta li temenda din id-Direttiva.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 15

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma" din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn tnax-il xahar wara li tkun daħlet fis-seħħ. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta" dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta" korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 17

Indirizzi

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi ║,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

ANNESS

FORMOLA għan-notifika ta" reat

imsemmija fl-Artikolu 6

[PAĠNA TA" QUDDIEM]

[Isem, indirizz u numru tat-telefown ta" l-awtorità li tibgħat il-formola] [Isem u indirizz tad-destinatarju]

notifika

ta" reat tat-traffiku imwettaq fi .......... [isem l-Istat Membru fejn sar ir-reat]

[it-test ta" hawn fuq jidher fuq din il-paġna ta" quddiem fl-ilsna kollha uffiċjali ta" l-UE]

Paġna 2

Fi [data ...... ], reat tat-traffiku bil-vettura bin-numru ta" reġistrazzjoni .............., marka .........., mudell ............ ġie rreġistrat minn .................[isem l-awtorità responsabbli].

Inti mniżżel/mniżżla bħala d-detentur taċ-ċertifikat ta" reġistrazzjoni tal-vettura hawn fuq imsemmija.

Id-dettalji relevanti tar-reat jingħataw fil-paġna 3 ta" dan id-dokument.

L-ammont tal-penali finanzjarja għal dan ir-reat huwa ta" EUR/munita nazzjonali ..........

L-iskadenza għall-ħlas ta" din il-penali hija ........................

Jekk ma tħallasx din il-penali finanzjarja, inti obbligat(a) li timla l-formola ta' tweġiba mehmuża (paġna 4) u tibgħatha fl-indirizz muri. Din il-formola ta' tweġiba għandha tkun trażmessa mill-[awtorità kompetenti tal-Istat tar-reat] lill-[awtorità kompetenti tal-Istat tar-residenza] biex tiġi nfurzata d-deċiżjoni tas-sanzjoni.

TAGĦRIF

Dan il-każ se jiġi eżaminat mill-awtorità kompetenti fl-Istat fejn seħħ ir-reat.

Jekk ma jingħatax segwitu għal dan il-każ, inti tiġi mgħarraf sa 60 jum minn meta tiġi rċevuta l-formola ta' tweġiba.

Jekk jingħata segwitu għal dan il-każ, tapplika l-proċedura li ġejja:

[dan l-ispazju għandu jimtela mill-Istat fejn sar ir-reat - għandu jindika l-proċedura li jkun imiss, flimkien ma" dettalji dwar il-possibbiltà u l-proċedura ta' appell kontra d-deċiżjoni li jingħata segwitu għall-każ. Dawn id-dettalji għandhom jinkludu f'kull każ: l-isem u l-indirizz ta" l-awtorità responsabbli għat-trattament tal-każ; l-iskadenza għall-ħlas; l-isem u l-indirizz ta" l-organu ta" appell ikkonċernat; l-iskadenza għall-appell].

___________________________________________________________________________

paġna 3

Id-dettalji rilevanti tar-reat

(a)  Informazzjoni dwar il-vettura li biha sar ir-reat

Numru ta" reġistrazzjoni:

Pajjiż ta" reġistrazzjoni:

Marka u mudell:

(b)  Informazzjoni dwar ir-reat

Il-post, id-data u l-ħin tar-reat:

In-natura u l-klassifikazzjoni legali tar-reat:

eċċess ta" veloċità, sewqan taħt l-influwenza tax-xorb, in-nuqqas ta" użu taċ-ċinturin tas-sikurezza jew ta" sistema għat-trażżin tat-tfal, il-qbiż tad-dawl l-aħmar tat-traffiku(10)

Deskrizzjoni dettaljata tar-reat:

Referenza għad-dispożizzjoni(jiet) ġurdiċi rilevanti:

Deskrizzjoni tal-provi tar-reat jew referenza għalihom:

(c)  Informazzjoni dwar it-tagħmir li ntuża għar-reġistrazzjoni tar-reat(11)

Tip ta" tagħmir għar-reġistrazzjoni ta" l-eċċess ta" veloċità, is-sewqan taħt l-influwenza tax-xorb, il-qbiż tad-dawl l-aħmar tat-traffiku jew in-nuqqas ta" użu taċ-ċinturin tas-sikurezza1:

Speċifikazzjoni tat-tagħmir:

Nru ta" identifikazzjoni tat-tagħmir:

Skadenza ta" l-aħħar kalibrazzjoni tat-tagħmir:

(d)  Ir-riżultat ta" l-applikazzjoni tat-tagħmir

[eżempju għall-eċċess ta" veloċità; għad iridu jiżdiedu r-reati l-oħra:]

Il-veloċità massima:

Il-veloċità mkejla:

Il-veloċità mkejla kkoreġuta skond il-marġni ta" żball:

Paġna 4

Formola ta" tweġiba

(jekk jogħġbok imla l-formola b'ittri kapitali u immarka l-għażla applikabbli)

A.  Identità tas-sewwieq:

Int kont is-sewwieq tal-vettura fil-mument li fih twettaq ir-reat

(iva/le)

Jekk iva, jekk jogħġbok agħti t-tagħrif mitlub:

   - Kunjom u isem:
   - Il-post u d-data tat-twelid:
   - Numru tal-liċenzja tas-sewqan:... ikkunsinnata
   - Indirizz:

Jekk int ma kontx is-sewwieq tal-vettura fil-mument li fih twettaq ir -reat, tista' tindika l-identità tas-sewwieq

(iva/le)

Jekk iva, jekk jogħġbok agħti t-tagħrif mitlub dwar is-sewwieq:

   - Kunjom u isem:
   - Post u data tat-twelid:
   - Numru tal-liċenzja tas-sewqan:...mogħtija (meta):... u (fejn)....
   - Indirizz:

B.  Lista ta" mistoqsijiet:

(1)  Il-vettura, marka... numru ta' reġistrazzjoni... hija rreġistrata f'ismek?

iva/le

Jekk le, sid(t) iċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni huwa/hija:

(kunjom, isem, indirizz)

(2)  Tammetti li kkommettejt ir-reat?

iva/le

(3)  Jekk ma tammettix dan, u jekk tirrifjuta li tikxef l-identità tas-sewwieq, jekk jogħġbok agħti r-raġunijiet tiegħek:

Jekk jogħġbok, ibgħat il-formola mimlija sa 60 jum mid-data ta" din in-notifika lill-awtorità li ġejja:

fl-indirizz li ġej:

(1) ĠU C ... p. .
(2) ĠU C ... p. .
(3) ĠU C 310, 5.12.2008, p. 9.
(4) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2008.
(5) ĠU L 76, 22.3.2005, p. 16.
(6) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(7) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. ║
(8) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/671/KEE tas-16 ta" Diċembru 1991 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-użu mandatorju taċ-ċinturini tas-sigurtà f'vetturi ta' inqas minn 3.5 tunnellati (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 26)║.
(9)* Sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva
(10) Ħassar dak li ma japplikax.
(11) Mhux applikabbli jekk ma jkun intuża l-ebda tagħmir.

Avviż legali - Politika tal-privatezza