Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/2502(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċikli relatati mad-dokumenti :

Testi mressqa :

RC-B6-0022/2009

Dibattiti :

PV 14/01/2009 - 14
CRE 14/01/2009 - 14

Votazzjonijiet :

PV 15/01/2009 - 6.6
CRE 15/01/2009 - 6.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2009)0028

Testi adottati
PDF 202kWORD 40k
Il-Ħamis, 15 ta' Jannar 2009 - Strasburgu
Srebrenica
P6_TA(2009)0028RC-B6-0022/2009

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2009 dwar Srebrenica

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2005 dwar is-Srebrenica(1),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim ta" Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq in-naħa l-waħda u l-Bożnja u Ħerzegovina fuq in-naħa l-oħra, iffirmata fil-Lussemburgu fis-16 ta' Ġunju 2008 u l-prospettiva ta" sħubija mal-UE mogħtija lill-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent waqt is-Samit tal-UE f'Tessaloniki fl-2003,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi f'Lulju 1995, il-belt ta" Srebrenica fil-Lvant tal-Bożnja, li kienet iddikjarata bħala żona sikura mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fis-16 ta" April 1993, waqgħet f'idejn il-forzi Serbi Bożnijaċi mmexxija mill-Ġeneral Ratko Mladić u taħt id-direzzjoni tal-President ta" dak iż-żmien tar-Republika Srpska, Radovan Karadžić,

B.   billi, matul id-diversi ġranet meta ġew immassakrati ħafna persuni wara l-waqgħa ta' Srebrenica, iktar minn 8000 ragel u tifel Musulman, li kienu fittxew is-sikurezza f'dawn l-inħawi, taħt il-protezzjoni tal-Forza ta' Protezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti (UNPROFOR), ġew iġġustizzjati b'mod sommarju mill-forzi mmexxija mill-Ġeneral Mladić u minn unitajiet paramilitari inklużi diviżjonijiet tal-pulizija irregolari Serbi li daħlu fit-territorju Bożnjak mis-Serbja,

C.   billi din ir-traġedja, li ġiet iddikjarata bħala att ta" ġenoċidju mill-Tribunal Kriminali Internazzjonali tal-ex-Yugoslavia (ICTY), seħħet f'reġjun li kien iddikjarat bħala post sikur min-NU, u għalhekk tibqa' simbolu tal-impotenza tal-komunità internazzjonali biex tintervjeni fil-kunflitt u biex tipproteġi lill-popolazzjoni ċivili,

D.   billi l-ksur ripetut tal-Konvenzjoni ta" Ġinevra li sar mit-truppi Serbi Bożnijaċi kontra l-popolazzjoni ċivili ta" Srebrenica, inklużi d-deportazzjonijiet ta" eluf ta" nisa, tfal u anzjani u l-istupru ta" għadd kbir ta" nisa,

E.   billi, minkejja l-isforzi enormi li saru sal-lum biex jinstabu u jkunu eżumati oqbra individwali u tal-massa u biex ikunu identifikati l-kadavri tal-vittmi, it-tiftix li sar s'issa ma jippermettix li ssir rikostruzzjoni sħiħa tal-avvenimenti f'Srebrenica u madwarha,

F.   billi ma jistax ikun hemm paċi vera mingħajr ġustizzja u billi koperazzjoni sħiħa u mingħajr restrizzjonijiet mal-ICTY tibqa' rekwiżit bażiku għal kontinwazzjoni ulterjuri tal-proċess ta' integrazzjoni fl-UE għall-pajjiżi tal-punent tal-Balkani,

G.   billi l-Ġeneral Radislav Krstić tal-armata Serba Bożnijaka huwa l-ewwel persuna li nstabet ħatja mill-ICTY li għen u nkoraġġixxa l-ġenoċidju ta" Srebrenica, iżda l-iktar persuna prominenti akkużata, Ratko Mladić għadu ma nqabadtx tnax-il sena wara l-avvenimenti traġiċi,

H.   billi l-istabbiliment ta' ġurnatat ta' tifkira hija l-aħjar mezz biex jiġi mogħti ġieħ lill-vittmi tal-massakri u biex jintbagħat messaġġ ċar lill-ġenerazzjonijiet futuri,

1.  Ifakkar u jonora l-vittmi tal-atroċitajiet; jesprimi l-kondoljanzi u s-solidarjetà tiegħu mal-familji tal-vittmi, li ħafna minnhom qed jgħixu mingħajr konferma finali tad-destin li kellhom qrabathom, missirijiethom, uliedhom subien, żwieġhom jew ħuthom subien; jirrikonoxxi li dan l-uġigħ kontinwu huwa aggravat min-nuqqas li dawk responsabbli jinġiebu quddiem il-ġustizzja;

2.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex ifakkru b'mod xieraq l-anniversarju tal-att ta" ġenoċidju ta' Srebrenica-Potočari billi jappoġġjaw ir-rikonoxximent tal-Parlament tal-11 ta" Lulju bħala ġurnata ta" kommemorazzjoni tal-ġenoċidju ta" Srebrenica;

3.  Jitlob li jkun hemm sforzi ulterjuri biex dawk li għad fadal maħrubin jinġiebu quddiem il-ġustizzja u jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-ħidma tal-ICTY u jenfasiżża li t-tressiq quddiem il-ġustizzja ta' dawk responsabbli għall-massakri fil- u madwar Srebrenica huwa pass importanti lejn il-paċi u stabilita' fir-reġjun jisħaq f'dak ir-rigward li għandha tingħata aktar attenzjoni lill-proċessi tar-reati tal-gwerra fil-livell domestiku;

4.  Jenfasizza l-importanza ta' politiki ta' rikonċiljazzjoni bħala parti mill-proċess ta' integrazzjoni Ewropea; jenfasizza l-irwol importanti tal-awtoritajiet reliġjużi, il-midja u s-sistema edukattiva f'dan il-proċess, sabiex il-popolazzjoni ċivili ta' kull etniċità tkun tista' tegħleb it-tensjonijiet tal-passat u tibda koeżistenza paċifika u sinċiera fl-interessi ta' paċi, stabilità u tkabbir ekonomiku dewwiema; iħeġġeġ lill-pajjiżi kollha biex jagħmlu iktar sforzi biex jaċċettaw u jgħixu b'passat diffiċli u mħarbat;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-Gvern u l-Parlament tal-Bożnja Ħerzegovina u l-entitajiet tiegħu, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-pajjiżi tal-punent tal-Balkani.

(1) ĠU C 157 E, 6.7.2006, p.468.

Avviż legali - Politika tal-privatezza