Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/2176(IMM)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0008/2009

Testi mressqa :

A6-0008/2009

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 03/02/2009 - 6.4

Testi adottati :

P6_TA(2009)0035

Testi adottati
PDF 202kWORD 34k
It-Tlieta, 3 ta' Frar 2009 - Strasburgu
It-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Miloslav Ransdorf
P6_TA(2009)0035A6-0008/2009

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2009 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Miloslav Ransdorf (2008/2176(IMM))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Miloslav Ransdorf, mibgħuta mill-awtorità kompetenti tar-Repubblika Ċeka fis-16 ta' Ġunju 2008, u mħabbra fis-seduta plenarja fid-9 ta' Lulju 2008,

–   wara li sema' lil Miloslav Ransdorf skont l-Artikolu 7(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 10 tal-Protokoll tat-8 ta' April 1965 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, u l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew permezz ta' vot dirett universali,

–   wara li kkunsidra s-sentenzi tat-12 ta' Mejju 1964 u tal-10 ta' Lulju 1986(1) tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 27(4) tal-Kostituzzjoni Ċeka,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 6(2) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0008/2009),

A.   billi Miroslav Ransdorf huwa Membru tal-Parlament Ewropew li kien elett fis-Sitt elezzjoni diretta tal-10 sat-13 ta' Ġunju 2004 u billi l-kredenzjali tiegħu kienu vverifikati mill-Parlament fl-14 ta' Diċembru 2004(2),

B.   billi, skont l-Artikolu 10 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej tat-8 ta' April 1965, waqt is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew il-Membri tiegħu igawdu mill-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament tagħhom fit-territorju tal-Istat tagħhom stess; billi l-immunità ma tistax tintalab meta Membru jinqabad fit-twettiq tar-reat; u billi dan ma jwaqqafx lill-Parlament Ewropew milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jneħħi l-immunità ta' wieħed mill-Membri tiegħu,

C.   billi, skont l-Artikolu 27(4) tal-Kostituzzjoni Ċeka, l-ebda Membru tal-Parlament jew Senatur ma jista' jkun suġġett għal proċeduri kriminali mingħajr il-kunsens tal-kamra li hu jew hi membru tagħha u, jekk il-kamra rispettiva tirrifjuta li tagħti l-kunsens tagħha, il-prosekuzzjoni kriminali għandha tiġi eskluża għal dejjem,

1.  Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Miloslav Ransdorf;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, u r-rapport tal-kumitat responsabbli, immedjatament lill-awtoritajiet xierqa tar-Repubblika Ċeka.

(1) Kawża 101/63 Wagner v Fohrmann and Krier [1964] Ġabra 383 u Kawża 149/85 Wybot v Faure and others [1986] Ġabra 2391.
(2) ĠU C 226 E, 15.9.2005, p. 51.

Avviż legali - Politika tal-privatezza