Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Frar 2009 dwar Sri Lanka
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħi dwar is-Sri Lanka tat-18 ta" Mejju 2000(1), l-14 ta" Marzu 2002(2) u l-20 ta" Novembru 2003(3), ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta" Jannar 2005(4) dwar id-diżastru taz-tsunami fl-Oċean Indjan u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta" Mejju 2006(5) dwar is-sitwazzjoni fis-Sri Lanka,
– wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tad-29 ta" Mejju 2006(6) li b'mod formali tiddenunzja lit-Tigri Tamil (LTTE),
– wara li kkunsidra l-istqarrija tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea tas-17 ta" Awwissu 2006 dwar is-Sri Lanka,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta" Tokyo dwar ir-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp tas-Sri Lanka tal-10 ta" Ġunju 2003, li torbot l-għajnuna tad-donaturi mal-progress fil-proċess tal-paċi,
– wara li kkunsidra l-Ftehima ta" Waqfien mill-Ġlied iffirmat bejn il-Gvern tas-Sri lanka u l-LTTE, li daħlet fis-seħħ fit-23 ta" Frar 2002,
– wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta" Oslo ta" Dicembru 2002, li fiha l-Gvern tas-Sri Lanka u l-LTTE qablu li jfittxu soluzzjoni msejsa fuq struttura federali fi ħdan Sri Lanka magħquda,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi sa mill-bidu tal-offensiva militari tal-Gvern f'Ottubru 2008, l-LTTE rtiraw fiz-zona tat-Tramuntana, u dan ġiegħel lil persuni pajżana jidħlu aktar "il ġewwa fit-territorju fil-kontroll tagħhom u ħalla mijiet ta" persuni mejta u madwar 250,000 persuna pajżana maqbuda bejn l-armata tas-Sri Lanka u s-separatisti LTTE fir-reġjun Mullaitivu,
B. billi s-Sri Lanka ilha ġġarrab ir-ribelljoni armata tal-LTTE (it-Tigri Tamil) u r-rispons tal-Gvern għal xi 25 sena, ribelljoni li wasslet għal xi 70,000 mewt,
C. billi l-popolazzjoni pajżana taz-zoni liberati teħtieġ assistenza umanitarja, u li filwaqt li l-aġenziji tal-gvern issa setgħu iwieġbu għall-ħtiġijiet tagħhom, ħafna eluf ta" persuni pajżana fiz-zoni tal-kunflitt għadhom esposti għal periklu kbir u għadhom nieqsa mill-ħtiġijiet bażiċi tal-ħajja,
D. billi hemm tħassib kbir dwar attakki bil-balal fuq sptar u fuq bini li kien qed joffri kenn għal persunal nazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti f'zona sikura, liema attakki qatlu u darbu ħafna persuni pajżana,
E. billi, skont l-organizzazzjoni Amnesty International, kemm il-forzi tal-Gvern kif ukoll l-LTTE wettqu ksur tal-liġijiet tal-gwerra billi spostjaw persuni pajżana u waqqfuhom milli jaħarbu lejn post sikur,
F. billi l-Missjoni Internazzjonali għal-Libertà tal-Istampa fis-Sri Lanka nnotat tliet xejriet rigward ir-rappurtar tal-kunflitt: nuqqas ta" aċċess għall-istampa u ta" fluss ta" tagħrif indipendenti fiz-zona tal-kunflitt, attakki fuq u intimidazzjoni ta" ġurnalisti li jkunu qed jirrappurtaw dwar il-kunflitt, u l-awtoċensura tal-mezzi tax-xandir,
G. billi sa mill-bidu tal-2009, il-qtil ta" editur anzjan, Lasantha Wickramatunga, u l-attakk fuq il-faċilitajiet ta" stazzjon indipendenti popolari tat-televiżjoni, wasslu għal paraliżi tal-komunità tal-mezzi tax-xandir,
H. billi mill-inqas 14-il ġurnalist ġew maqtula u ħafna oħra ġew maħtufa jew arrestati sa mill-2006, u billi l-organizzazzjoni Reporters Without Borders poġġew lis-Sri Lanka fil-165 post minn 173 pajjiż fl-indiċi tagħha tal-ħelsien tal-istampa fl-2008,
I. billi l-importanza tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u r-regoli umanitarji mill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt għandha tiġi żgurata, mhux biss bħala rispons immedjat għas-sitwazzjoni li sejra għall-agħar iżda wkoll bħala element fundamentali għall-proċess tas-sejbien ta" soluzzjoni ġusta u dejjiema għall-kunflitt,
J. billi l-Ko-Chairpersons ta" Tokyo (in-Norveġja, il-Ġappun, l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea) talbu b'mod konġunt lil-LTTE biex jiddiskutu il-modalitajiet għat-tmiem tal-kunflitt mal-Gvern tas-Sri Lanka, inkluż li jċedu l-armi, jiċħdu l-vjolenza, jaċċettaw l-offerta ta" amnestija mingħand il-Gvern tas-Sri Lanka, u jipparteċipaw bħala partit politiku fil-proċess għal kisba ta" soluzzjoni politika ġusta u dejjiema,
K. billi l-Ko-Chairpersons ta" Tokyo talbu b'mod konġunt lill-Gvern tas-Sri Lanka u lil-LTTE biex jiddikjaraw perjodu temporanju ta' waqfien mill-ġlied sabiex jippermettu l-evakwazzjoni tal-morda u tal-midruba u sabiex tiġi pprovduta għajnuna umanitarja lill-persuni pajżana,
1. Jemmen li l-iżvilupp riċenti jista" jikkostitwixxi mument ta" bidla fil-kriżi tas-Sri Lanka, japprova l-istqarrija mill-Ko-Chairpersons ta" Tokyo u jittama li dalwaqt tirrenja l-paċi u l-istabilità fil-pajjiż;
2. Jemmen li rebħa militari fuq l-LTTE kif previst mill-gvern ta' Sri Lanka mhix se tneħħi l-ħtieġa li tinstab soluzzjoni politika sabiex tkun żgurata paċi dejjiema;
3. Jitlob lill-gvern u lill-LTTE sabiex jirrispettaw ir-regoli tal-gwerra, jimminimizzaw id-danni lil persuni pajżana waqt operazzjonijiet militari u sabiex b'mod immedjat jippermettu vjaġġar sikur kif ukoll aċċess għall-għajnuna umanitarja għall-eluf ta" ċittadini maqbuda fiz-zona tal-kunflitt;
4. Jilqa" b'sodisfazzjon il-wegħda tal-gvern tas-Sri lanka li jiżgura investigazzjonijiet sħaħ, miftuħa u trasparenti dwar il-ksur allegat tal-libertà tal-mezzi tax-xandir biex jindirizza wkoll il-kultura ta" impunità u indifferenza dwar il-qtil u l-attakki fuq il-ġurnalisti fis-Sri Lanka;
5. Jenfasizza l-ħtieġa għal osservaturi internazzjonali sabiex jevalwaw il-ħtiġijiet umanitarji ta" kwart ta" miljun persuna maqbuda fir-reġjun Wanni u sabiex jiżguraw distribuzzjoni xierqa tal-ikel u assistenza oħra umanitarja, b'mod partikulari minħabba li l-ġlied qed ikompli joqrob lejn il-popolazzjoni pajżana maqbuda;
6. Itenni l-kundanna tiegħu għall-abbuż terribbli tat-tfal li jiġu reklutati bħala suldati tfal, liema reklutaġġ huwa delitt tal-gwerra, u jitlob lill-gruppi ribelli kollha sabiex iwaqqfu din il-prattika, jeħilsu lil dawk li qed iżommu u jagħmlu stqarrija ta' prinċipju li mhux se jirreklutaw ebda tfal fil-ġejjieni;
7. Iħeġġeġ lill-Gvern sabiex jagħti attenzjoni urġenti lit-tindif ta' zoni mill-minjieri tal-art, li l-preżenza tagħhom tista' tippreżenta ostakolu serju għar-rijabilitazzjoni u r-riġenerazzjoni'ekonomika; jitlob lill-Gvern tas-Sri Lanka sabiex f'dan ir-rigward jieħu l-pass pożittiv ħafna li jaderixxi mat-Trattat ta" Ottawa (Il-Konvenzjoni fuq il-Projbizzjoni tal-Użu, il-Ħżin, il-Produzzjoni u t-Trasferiment ta" Mini ta" Kontra l-Persuni u l-Qerda tagħhom);
8. Jilqa" b'sodisfazzjon l-impenn tal-Gvern tas-Sri Lanka għal devoluzzjoni provinċjali sustantiva, li tippermetti zoni li b'mod predominanti huma Tamil kif ukoll zoni oħra li jeżerċitaw kontroll akbar fuq l-amministrazzjoni tagħhom f'pajjiż magħqud; jitlob lill-Gvern sabiex jimplimenta dan b'mod rapidu, u b'hekk jiżgura li ċ-ċittadini kollha tas-Sri Lanka jkollhom drittijiet indaqs;
9. Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Gvernijiet tal-Istati Membri sabiex jerġgħu jirduppjaw l-isforzi tagħhom għal paċi stabbli u ġusta għas-Sri Lanka u sabiex jerġa" jkun hemm sigurtà u prosperità;
10. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Gvern tan-Norveġja u lill-Ko-Chairpersons oħrajn tal-Konferenza tad-Donaturi ta" Tokyo, lill-President u lill-Gvern tas-Sri Lanka, u lill-partijiet l-oħra involuti fil-kunflitt.
Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/379/KE tad-29 ta' Mejju 2006 li timpliment l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tħassar id-Deċiżjoni 2005/930/KE, ĠU L 144, 31.5.2006, p. 21.