Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2007/0251(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0049/2009

Testi mressqa :

A6-0049/2009

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 10/03/2009 - 8.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2009)0082

Testi adottati
PDF 196kWORD 30k
It-Tlieta, 10 ta' Marzu 2009 - Strasburgu
Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Armenja: servizzi tal-ajru *
P6_TA(2009)0082A6-0049/2009

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (COM(2007)0729 – C6-0519/2008 – 2007/0251(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2007)0729),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 80(2) u 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, tat-Trattat KE,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0519/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0049/2009),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-ftehima;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lir-Repubblika tal-Armenja.

Avviż legali - Politika tal-privatezza