Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' protokoll addizzjonali għall-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Afrika t'Isfel, min-naħa l-oħra, fid-dawl tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (16447/2008 – COM(2008)0749 – C6-0017/2009 – 2008/0212(AVC))
(Proċedura ta' kunsens)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra t-test tal-Kunsill (16447/2008),
– wara li kkunsidra t-talba għal kunsens imressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 300(3), it-tieni sottoparagrafu, flimkien mal-Artikoli 310 u 300(2), l-ewwel sottoparagrafu, tat-Trattat KE (C6-0017/2009),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 75 u 83(7) tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0073/2009),
1. Jagħti l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll addizzjonali;
2. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma lill-Kunsill u l-Kummissjoni bil-pożizzjoni tal-Parlament.