Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/2180(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0058/2009

Testi mressqa :

A6-0058/2009

Dibattiti :

PV 09/03/2009 - 24
CRE 09/03/2009 - 24

Votazzjonijiet :

PV 10/03/2009 - 8.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2009)0089

Testi adottati
PDF 211kWORD 43k
It-Tlieta, 10 ta' Marzu 2009 - Strasburgu
Kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali
P6_TA(2009)0089A6-0058/2009

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2009 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali (2008/2180(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra r-Rapport mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001 dwar il-kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali (COM(2007)0769),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001(1),

–   wara li kkunsidra x-xogħol li għaddej fuq il-Konferenza tal-Aja dwar l-operat prattiku tal-Konvenzjoni tal-Aja tat-18 ta' Marzu 1970 dwar il-Kumpilazzjoni ta' Xhieda Barra mill-Pajjiż f'Materji Ċivili jew Kummerċjali,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0058/2009),

A.   billi r-Regolament (KE) Nru 1206/2001 ma ġiex infurzat b'mod effettiv daqs kemm seta" jkun, u għalhekk hemm bżonn ta" aktar miżuri biex titjieb il-kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri għall-iskop tal-kumpilazzjoni ta" xhieda u biex tiżdied l-effikaċja tar-regolament,

B.   billi r-Regolament (KE) Nru 1206/2001 jipprova jtejjeb, jissimplifika u jaċċellera l-kooperazzjoni bejn il-qrati dwar il-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali,

C.   billi l-Kummissjoni stqarret li organizzat id-distribuzzjoni ta' total ta" 50,000 kopja tal-gwida prattika lill-Istati Membri lejn l-aħħar tal-2006 jew il-bidu tal-2007, iżda dan sar tard wisq, u għalhekk għandhom jittieħdu aktar miżuri, biex dawk involuti fil-proċeduri, b'mod partikolari l-qrati u l-avukati, jiġu infurmati aħjar dwar ir-Regolament,

D.   billi l-Kummissjoni sabet madankollu li l-limitu ta' 90 ġurnata biex wieħed ikun konformi mat-talbiet għall-kumpilazzjoni ta' xhieda stabbilit fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament inqabeż f''numru sinifikanti ta' każi" u li "f'xi każi jkunu meħtieġa anke iktar minn 6 xhur",

E.   billi attwalment numru żgħir ħafna ta" Stati Membri għandhom faċilitajiet għall-vidjokonferenzi, u għalhekk l-użu ta" din it-teknoloġija huwa insuffiċjenti; billi, barra minn hekk, l-Istati Membri mhux qed jaħdmu biżżejjed biex jintroduċu t-teknoloġiji moderni ta" komunikazzjoni, u lanqas il-Kummissjoni m'hi qed tipproponi rimedji speċifiċi f'dan ir-rigward,

1.  Jikkundanna l-fatt li r-rapport tal-Kummissjoni msemmi hawn fuq ġie ppreżentat tard, meta skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1206/2001, kellu jiġi ppreżentat sal-1 ta" Jannar 2007, iżda fil-fatt tressaq biss fil-5 ta" Diċembru 2007;

2.  Jaqbel mal-Kummissjoni li għandhom isiru sforzi akbar mill-Istati Membri biex iressqu r-Regolament b'mod suffiċjenti għall-attenzjoni tal-imħallfin u l-prattikanti fl-Istati Membri sabiex jinkoraġġixxu kuntatti diretti bejn il-qrati, minħabba li l-kumpilazzjoni diretta ta' xhieda li hija prevista fl-Artikolu 17 tar-Regolament uriet potenzjal biex tissimplifika u taċċellera l-kumpilazzjoni ta' xhieda, mingħajr ma tikkawża ebda problema partikolari;

3.  Iqis li huwa essenzjali li wieħed iżomm f'moħħu li l-korpi ċentrali previsti fir-Regolament għad għandhom irwol importanti fis-superviżjoni tax-xogħol tal-qrati li għandhom ir-responsabilità biex jittrattaw it-talbiet skont ir-Regolament u biex isolvu l-problemi meta dawn jinqalgħu; jindika li n-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew jista' jgħin biex jissolvew problemi li ma ġewx riżolti mill-korpi ċentrali u li r-rikors għal dawn il-korpi jista' jitnaqqas jekk il-qrati li qed jagħmlu t-talba jsiru iktar konxji mir-Regolament; huwa tal-opinjoni li l-assistenza pprovduta mill-korpi ċentrali jistgħu jkunu kritiċi għal qrati lokali żgħar li jiffaċċjaw problemi dwar il-kumpilazzjoni ta' xhieda f'kuntest transkonfinali għall-ewwel darba;

4.  Huwa favur l-użu estensiv tal-informatika u tal-vidjokonferenzi, flimkien ma' sistema sikura biex wieħed jibgħat u jirċievi l-imejls, li għandha eventwalment issir il-mezz ordinarju ta' kif wieħed jittrażmetti talbiet għall-kumpilazzjoni ta' xhieda; jinnota li, fir-risposti tagħhom għal kwestjonarju li ntbagħat mill-Konferenza tal-Aja, xi Stati Membri isemmu problemi marbutin mal-kompatibilità ta' kollegamenti bil-vidjow, u jikkunsidra li dan għandu jiġi trattat fl-Istrateġija Ewropea dwar il-Ġustizzja Elettronika;

5.  Iqis li l-fatt li f'bosta Stati Membri l-faċilitajiet għall-vidjokonferenzi għadhom mhumiex disponibbli, flimkien mas-sejba tal-Kummissjoni li mezzi moderni ta' komunikazzjoni huma 'anke issa użati pjuttost rarament', jikkonferma l-għaqal tal-pjanijiet tal-Istrateġija Ewropea dwar il-Ġustizzja Elettronika li ġiet rakkomandata dan l-aħħar mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali tal-Parlament; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiddedikaw iktar riżorsi biex jiġu installati faċilitajiet moderni ta' komunikazzjoni fil-qrati u biex l-imħallfin jitħarrġu fl-użu tagħhom, u jitlob lill-Kummissjoni tagħmel proposti speċifiċi li jkollhom l-għan li tittejjeb is-sitwazzjoni attwali; huwa tal-fehma li għajnuna u appoġġ finanzjarju tal-UE għandhom jiġu pprovduti kemm jista" jkun malajr u fl-ammont meħtieġ;

6.  Huwa tal-opinjoni li għandhom isiru sforzi fil-kuntest tal-Istrateġija tal-Ġustizzja Elettronika sabiex il-qrati jiġu mgħejjuna jilħqu d-domanda għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni li ġġib magħħa l-kumpilazzjoni ta' xhieda transkonfinali fl-Unjoni Ewropea mkabbra;

7.  Jinnota, bi tħassib konsiderevoli, is-sejba tal-Kummissjoni li l-limitu ta' 90 ġurnata biex wieħed ikun konformi mat-talbiet għall-kumpilazzjoni ta' xhieda, kif stabbilit fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament, inqabeż f''numru sinifikanti ta' każi" u li "f'xi każi jkunu meħtieġa anke iktar minn 6 xhur"; jitlob lill-Kummissjoni tressaq proposti speċifiċi kemm jista" ikun malajr dwar miżuri biex tissolva din il-problema, possibilment bit-twaqqif ta" uffiċċju għall-ilmenti jew punt ta" kuntatt fi ħdan in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew;

8.  Jikkritika l-fatt li, billi saret il-konklużjoni li l-kumpilazzjoni ta' xhieda ttejbet f'kull rispett bħala riżultat tar-Regolament (KE) Nru 1206/2001, ir-rapport tal-Kummissjoni jippreżenta stampa li mhix eżatta tas-sitwazzjoni; jitlob lill-Kummissjoni, għaldaqstant, biex tipprovdi appoġġ prattiku, fost affarijiet oħrajn fil-kuntest tal-Istrateġija dwar il-Ġustizzja Elettronika, u tagħmel sforzi ikbar sabiex jintlaħaq il-potenzjal veru tar-Regolament biex itejjeb l-operat tal-ġustizzja ċivili għaċ-ċittadini, in-negozji, il-prattikanti u l-imħallfin;

9.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1) ĠU L 174, 27.6.2001, p. 1.

Avviż legali - Politika tal-privatezza