Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-Istatut tal-kumpanija privata Ewropea (COM(2008)0396 – C6-0283/2008 – 2008/0130(CNS))
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0396),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 308 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0283/2008),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0044/2009),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob għall-bidu tal-proċedura ta' konċiljazzjoni skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-4 ta' Marzu 1975, jekk il-Kunsill ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
5. Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 2 a (ġdida)
(2a)Il-forom Komunitarji tal-kumpaniji għandhom komponent transkonfinali. Il-komponent transkonfinali m'għandux ikun ostaklu għat-twaqqif ta' kumpanija privata Ewropea (SPE). Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, madankollu, bla ħsara għar-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni u fi żmien sentejn mir-reġistrazzjoni, jagħmlu monitoraġġ ex-post sabiex jeżaminaw jekk l-SPE jkollhiex il-komponent transkonfinali meħtieġ;
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 3
(3) Billi kumpanija privata (hawn taħt imsejħa "SPE") li tista" tinħoloq madwar il-Komunità hija maħsuba għan-negozji ż-żgħar, għandha tiġi pprovduta forma ġuridika li tkun kemm jista" jkun uniformi madwar il-Komunità u kemm jista" jkun possibli affarijiet għandhom jitħallew f'idejn il-libertà kuntrattwali ta" l-azzjonisti, filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta" ċertezza legali għall-azzjonisti, il-kredituri, l-impjegati u l-partijiet terzi in ġenerali. Billi livell għoli ta" flessibbiltà u libertà jrid jitħalla għall-azzjonisti biex jorganizzaw l-affarijiet interni tas-SPE, in-natura privata tal-kumpanija għandha tkun riflessa wkoll fil-fatt li l-ishma tagħha ma jkunux jistgħu jiġu offruti lill-pubbliku jew innegozjati fis-swieq kapitali, inkluż li jitħallew jiġu nnegozjati jew elenkati fis-swieq irregolati.
(3) It-tkabbir sostenibbli u kostanti tas-suq intern jeħtieġ li jkun hemm liġi kummerċjali komprensiva mfassla għall-ħtiġijiet ta' intrapriżi ta' daqs żgħir u medju (SMEs). Billi kumpanija privata li tista" tinħoloq fil-Komunità kollha hija maħsuba għan-negozji ż-żgħar, għandha tiġi pprovduta forma ġuridika li tkun kemm jista" jkun uniformi fil-Komunità kollha u kemm jista" jkun possibbli l-affarijiet għandhom jitħallew f'idejn il-libertà kuntrattwali tal-azzjonisti, filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta" ċertezza legali għall-azzjonisti, il-kredituri, l-impjegati u l-partijiet terzi in ġenerali. Billi livell għoli ta" flessibbiltà u libertà jrid jitħalla għall-azzjonisti biex jorganizzaw l-affarijiet interni tal-SPE, in-natura privata tal-kumpanija għandha tkun riflessa wkoll fil-fatt li l-ishma tagħha ma jkunux jistgħu jiġu offruti lill-pubbliku jew innegozjati fis-swieq kapitali, inkluż li jitħallew jiġu nnegozjati jew elenkati fis-swieq irregolati.
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 4
(4) Sabiex ikun possibbli li n-negozji jisfruttaw il-benefiċċji kollha tas-suq intern, is-SPE għandha jkollha l-possibbiltà li jkollha l-uffiċċju reġistrat u l-post ewlieni tan-negozju tagħha fi Stati Membri differenti u li tittrasferixxi l-uffiċċju reġistrat tagħha minn Stat Membru wieħed għall-ieħor, kemm jekk tittrasferixxi wkoll l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post ewlieni tan-negozju tagħha, u kemm jekk le.
(4) Sabiex ikun possibbli li n-negozji jisfruttaw il-benefiċċji kollha tas-suq intern, l-SPE għandu jkollha l-possibbiltà li jkollha l-uffiċċju reġistrat u l-post ewlieni tan-negozju tagħha fi Stati Membri differenti u li tittrasferixxi l-uffiċċju reġistrat tagħha minn Stat Membru wieħed għall-ieħor, kemm jekk tittrasferixxi wkoll l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post ewlieni tan-negozju tagħha, u kemm jekk le. Fl-istess waqt, iżda, għandhom jittieħdu l-passi biex l-SPEs ma jitħallewx jintużaw biex ikun hemm tidwir mar-rekwiżiti legali leġittimi tal-Istati Membri.
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 8
(8) Sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi marbuta mar-reġistrazzjoni ta" kumpanija, il-formalitajiet tar-reġistrazzjoni tas-SPE għandhom ikunu llimitati għal dawk ir-rekwiżiti li huma neċessarji biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, u l-validità tad-dokumenti ffajljati mal-ħolqien ta" SPE għandha tkun soġġetta għal verifika waħda li tista" sseħħ kemm qabel kif ukoll wara r-reġistrazzjoni. Għall-finijiet tar-reġistrazzjoni, huwa xieraq li jintużaw ir-reġistri identifikati mill-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE tad-9 ta' Marzu 1968 dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni ta' l-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 58 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti f'kull parti tal-Komunità.
(8) Sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż u l-piżijiet amministrattivi marbuta mar-reġistrazzjoni ta" kumpanija, il-formalitajiet tar-reġistrazzjoni tal-SPE għandhom ikunu limitati għal dawk ir-rekwiżiti li huma neċessarji biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, u l-validità tad-dokumenti ffajljati mal-ħolqien ta" SPE għandha tkun soġġetta għal verifika preventiva waħda. Għall-finijiet tar-reġistrazzjoni, huwa xieraq li jintużaw ir-reġistri identifikati mill-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE tad-9 ta' Marzu 1968 dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 58 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti f'kull parti tal-Komunità.
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 8 a (ġdida)
(8a)F'konformità mal-impenji tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-"e-ġustizzja", il-formoli kollha li għandhom x'jaqsmu mal-formazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' SPE għandhom ikunu disponibbli fl-internet. Barra minn hekk, sabiex jonqos l-iffajljar doppju tad-dokumenti, il-Kummissjoni għandha żżomm reġistru ċentrali b'links elettroniċi mar-reġistri nazzjonali diskreti tal-Istati Membri.
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 8 b (ġdida)
(8b)Sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-iżvelar ta' informazzjoni preċiża dwar l-SPEs, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tikkoordina ġabra ta' data għall-SPEs, disponibbli fuq l-internet, għall-iskop tal-ġbir, l-iżvelar u t-tixrid tal-informazzjoni u tad-dettalji li jirrigwardaw ir-reġistrazzjoni, l-uffiċċju rreġistrat, iċ-ċentru tal-attività, il-fergħat u kwalunkwe trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat, it-trasformazzjoni, il-merġeri, id-diviżjoni jew ix-xoljiment tagħhom.
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 11
(11) Is-SPE ma għandhiex tkun soġġetta għal rekwiżit ta" kapital obbligatorju għoli minħabba li dan ikun ta" xkiel għall-ħolqien tas-SPEs. Il-kredituri, madankollu, għandhom ikunu protetti minn distribuzzjonijiet eċċessivi lill-azzjonisti li jkunu jistgħu jaffettwaw il-kapaċità tas-SPE li tħallas id-djun tagħha. Għal dan il-għan, id-distribuzzjonijiet li jħallu s-SPE b'passiv li jaqbeż il-valur ta" l-attiv tas-SPE għandhom ikunu pprojbiti. L-azzjonisti, madankollu, għandhom ikunu ħielsa li jirrikjedu l-korp maniġerjali tas-SPE jiffirma ċertifikat tas-solvenza.
(11) L-SPE ma għandhiex tkun soġġetta għal rekwiżit ta" kapital obbligatorju għoli minħabba li dan ikun ta" xkiel għall-ħolqien tal-SPEs. Il-kredituri, madankollu, għandhom ikunu protetti minn distribuzzjonijiet eċċessivi lill-azzjonisti li jkunu jistgħu jaffettwaw il-kapaċità tal-SPE li tħallas id-djun tagħha. Għal dan il-għan, id-distribuzzjonijiet li jħallu lill-SPE b'passiv li jaqbeż il-valur tal-attiv tal-SPE għandhom ikunu pprojbiti. L-azzjonisti, madankollu, għandhom ikunu ħielsa li jirrikjedu l-korp maniġerjali eżekuttiv tal-SPE jiffirma ċ-ċertifikat tas-solvenza.
Emenda 74 Proposta għal regolament Premessa 15
(15) Id-drittijiet ta" l-impjegati għall-parteċipazzjoni għandhom ikunu rregolati mil-leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru li fih is-SPE jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha ("l-Istat Membru tad-domiċilju"). Is-SPE ma għandhiex tintuża għall-fini li jiġu evitati dawn id-drittijiet. Meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali ta" l-Istat Membru li fih is-SPE tittrasferixxi l-uffiċċju reġistrat tagħha ma tipprevedix talanqas l-istess livell ta" parteċipazzjoni ta" l-impjegati daqs l-Istat Membru tad-domiċilju, il-parteċipazzjoni ta" l-impjegati fil-kumpanija wara t-trasferiment għandha f'ċerti ċirkostanzi tiġi nnegozjata. Jekk dawn in-negozjati jfallu, id-dispożizzjonijiet li kienu japplikaw fil-kumpanija qabel it-trasferiment għandhom jibqgħu applikabbli wara t-trasferiment.
(15) Id-drittijiet ta" l-impjegati għall-parteċipazzjoni għandhom ikunu rregolati mil-leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru li fih is-SPE jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha ("l-Istat Membru tad-domiċilju"). Meta l-liġi tal-Istat Membru tad-domiċilju tipprovdi għad-drittijiet tal-parteċipazzjoni, l-impjegati kollha tas-SPE għandu jkollhom id-dritt li jeleġġu, jaħtru, jirrakkomandaw jew jopponu n-nomina ta' numru ta' membri tal-organu amministrattiv jew superviżorju tal-SPE. Is-SPE ma għandhiex tintuża għall-fini li jiġu evitati d-drittijiet għall-parteċipazzjoni tal-impjegati. B'mod partikolari, għandhom jiġu applikati miżuri xierqa ta" salvagwardja sabiex l-istatut tal-SPE ma jkunx jista" jintuża minn kumpanniji kbar bħala mod kif jevitaw l-obbligi eżistenti skond il-liġi nazzjonali u Komunitarja, mingħajr ma jintefa" piż żejjed fuq l-intrapriżi ta" daqs żgħir u medju li jkunu jixtiequ jifformaw SPE għal raġunijiet ġenwini ta" negozju. Meta l-maġġoranza sinifikanti tal-impjegati s-soltu tkun impjegata fi Stat Membru jew fi Stati Membri fejn teżisti parteċipazzjoni tal-impjegati li tkun iktar estensiva mil-livell ta' parteċipazzjoni ta' l-Istat Membru tad-domiċilju, il-kumpanija għandha tibda negozjati mal-impjegati dwar sistema uniformi ta' parteċipazzjoni fil-livell tas-SPE, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/86/KE tat-8 ta' Ottubru 2001 li tissupplimenta l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea fir-rigward tal-involviment tal-impjegati1. Regoli mfassla skont il-każ, madankollu, għandhom japplikaw għas-SPEs ifformati ex nihilo u li jimpjegaw b'kollox inqas minn 500 impjegat. In-negozjati dwar il-parteċipazzjoni tal-impjegati għandhom jibdew biss meta parti dominanti tal-impjegati s-soltu tkun taħdem taħt reġim ta" parteċipazzjoni iktar favorevoli minn dak li japplika fl-Istat Membru ta' domiċilju. Il-post fejn impjegat is-soltu jkun impjegat għandu jitqies bħala l-Istat Membru fejn hu normalment iwettaq l-attivitajiet ta" xogħol tiegħu, anke jekk dan ikun imsellef temporanjament għal post ieħor. __________________________________ 1 ĠU L 294, 10.11.2001, p. 22.
Emenda 75 Proposta għal regolament Premessa 15 a (ġdida)
(15a)Ir-regoli dwar in-negozjati possibbli ta" arranġamenti dwar il-parteċipazzjoni m'għandhomx ixekklu d-dinamiżmu tal-SPE billi jkunu riġidi żżejjed. Meta d-daqs u/jew l-użu tal-ħaddiema ta' SPE jinbidlu sinifikattivament, pereżempju minħabba akkwist kbir jew trasferiment tal-attivitajiet bejn l-Istati Membri, l-arranġamenti eżistenti dwar il-parteċipazzjoni għandhom jiġu adattati filwaqt li tiġi rrispettata r-rieda tal-partijiet ikkonċernati. Jekk l-arranġamenti eżistenti dwar il-parteċipazzjoni ma jagħmluhiex possibbli li l-adattament mitlub jitwettaq, il-bżonn għal, u fejn ikun applikabbli, il-kontentut ta', arranġamenti dwar il-parteċipazzjoni għandhom jiġu evalwati mill-ġdid fid-dawl tar-regoli applikabbli fil-każ ta' formazzjoni ta' SPE.
Emenda 76 Proposta għal regolament Premessa 15 b (ġdida)
(15b)Meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru li fih l-SPE tittrasferixxi l-uffiċċju reġistrat tagħha ma tipprevedix għall-anqas l-istess livell ta" parteċipazzjoni tal-impjegati daqs dak li japplika fl-Istat Membru tad-domiċilju, il-parteċipazzjoni tal-impjegati fil-kumpannija wara t-trasferiment f'ċerti ċirkostanzi għandha tiġi nnegozjata. Għal raġunijiet ta" konsistenza u sabiex ikun evitat li jinħolqu possibiltajiet ta" abbuż, ir-regoli dwar in-negozjati possibbli dwar id-drittijiet tal-parteċipazzjoni fil-każ ta" trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat għandhom ikunu l-istess bħal dawk applikabbli fil-każ tal-formazzjoni ta" SPE.
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 16
(16) Id-drittijiet ta" l-impjegati, għajr id-drittijiet ta" parteċipazzjoni għandhom jibqgħu soġġetti għad-Direttiva tal-Kunsill 94/45/KE tat-22 ta' Settembru 1994 dwar l-istabbiliment ta' Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi ta' l-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta' tagħrif u ta' konsultazzjoni għall-impjegati, għad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE ta" l-20 ta' Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta" l-Istati Membri dwar redundancies kollettivi, għad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta' Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta" l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta" l-impjegati fil-każ ta" trasferiment ta" impriżi, negozji jew partijiet ta" impriżi jew negozji u għad-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta" l-impjegati fil-Komunità Ewropea.
(16) Id-drittijiet tal-impjegati għandhom jibqgħu soġġetti għal-Liġi Komunitarja u għall-implimentazzjoni tagħha fl-Istati Membri, b'mod partikolari għad-Direttiva tal-Kunsill 94/45/KE tat-22 ta' Settembru 1994 dwar l-istabbiliment ta' Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta' tagħrif u ta' konsultazzjoni għall-impjegati, għad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE tal-20 ta' Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi, għad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta' Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta" trasferiment ta" impriżi, negozji jew partijiet ta" impriżi jew negozji u għad-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea.
Emenda 77 Proposta għal regolament Premessa 17
(17) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, inkluż ksur ta" l-obbligu li fl-istatut ta" assoċjazzjoni tas-SPE jiġu rregolati l-affarijiet preskritti minn dan ir-Regolament, u għandhom jiżguraw li jiġu implimentati. Dawk il-penali għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.
(17) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, inkluż ksur ta" l-obbligu li fl-istatut ta" assoċjazzjoni tas-SPE jiġu rregolati l-affarijiet preskritti minn dan ir-Regolament, u mir-regoli applikabbli għall-parteċipazzjoni tal-impjegati, u għandhom jiżguraw li jiġu implimentati. Dawk il-penali għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b
(b) "distribuzzjoni" tfisser kwalunkwe benefiċċju finanzjarju dderivat direttament jew indirettament mis-SPE minn azzjonista, b'rabta ma" l-ishma li huma fil-pussess tiegħu, inkluż kwalunkwe trasferimenti ta" flus jew proprjetà, kif ukoll it-tiġrib ta" dejn;
(b) "distribuzzjoni" tfisser kwalunkwe benefiċċju finanzjarju dderivat direttament jew indirettament mill-SPE minn azzjonista, b'rabta mal-ishma li huma fil-pussess tiegħu, inkluż kwalunkwe trasferiment ta" flus jew proprjetà, kif ukoll it-tiġrib ta" dejn, li ma jkunux ibbilanċjati minn dritt għal kumpens sħiħ jew dritt ta' rimborż;
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d
(d) "korp maniġerjali" tfisser direttur maniġerjali individwali wieħed jew aktar, il-bord maniġerjali (bord binarju) jew il-bord amministrattiv (bord unitarju), identifikati fl-istatut ta" assoċjazzjoni tas-SPE bħala responsabbli għall-immaniġġjar tas-SPE;
(d) "korp maniġerjali eżekuttiv" tfisser direttur maniġerjali individwali wieħed jew aktar, il-bord maniġerjali (bord binarju) jew il-bord amministrattiv (bord unitarju), identifikati fl-istatut ta" assoċjazzjoni tal-SPE bħala responsabbli għall-immaniġġjar tal-SPE;
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e
(e) "korp superviżorju" tfisser il-bord superviżorju (bord binarju), identifikat fl-istatut ta" assoċjazzjoni tas-SPE bħala dak responsabbli għas-superviżjoni tal-korp maniġerjali;
(e) "korp superviżorju" tfisser il-bord superviżorju (bord binarju), meta jkun identifikat fl-istatut ta" assoċjazzjoni tal-SPE bħala dak responsabbli għas-superviżjoni tal-korp maniġerjali;
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e a (ġdid)
(ea) "livell ta' parteċipazzjoni tal-impjegati" huwa l-proporzjon tar-rappreżentanti tal-impjegati fost il-membri tal-korp amministrattiv jew superviżjorju jew il-kumitati tagħhom jew tal-grupp maniġerjali li jkopri l-unitajiet ta' profitt tal-SPE.
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1
1. SPE għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
1. SPE għandha tkun entità korporattiva b'personalità legali u għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) il-kapital tagħha għandu jinqasam f'ishma;
(a) il-kapital tagħha għandu jinqasam f'ishma,
(b) azzjonista ma għandux ikun responsabbli għal iżjed mill-ammont li huwa sottoskritt għalih jew li qabel li jkun sottoskritt għalih;
(b) l-azzjonisti tagħha m'għandhomx ikunu responsabbli għal iżjed mill-ammont li huma sottoskritti għalih jew li jkunu qablu li jkunu sottoskritti għalih,
(c) għandu jkollha personalità ġuridika;
(d) l-ishma tagħha ma għandhomx jiġu offruti lill-pubbliku u ma għandhomx jiġu nnegozjati pubblikament;
(d) l-ishma tagħha ma għandhomx ikunu s-suġġett ta' offerti lill-pubbliku ġenerali u ma għandhomx jiġu nnegozjati pubblikament; madankollu dan m'għandux jipprojbixxi l-offerti lill-impjegati,
(e) tista" tiġi ffurmata minn persuna fiżika u/jew entità ġuridika waħda jew aktar, hawn taħt imsejħa "azzjonisti fundaturi".
(e) tista" tiġi ffurmata minn persuna fiżika u/jew entità ġuridika waħda jew aktar, hawn taħt imsejħa "azzjonisti fundaturi",
Emenda 70 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt e a (ġdid)
(ea) għandu jkollha komponent transkonfinali li jkun muri minn wieħed minn dawn li ġejjin:
– intenzjoni tan-negozju jew oġġett korporattiv transkonfinali,
– objettiv li jkun attiv b'mod sinifikanti f'aktar minn Stat Membru wieħed,
– stabbilitmenti fi Stati Membri differenti, jew
– kumpanija prinċipali reġistrata fi Stat Membru ieħor.
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 7
SPE għandu jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha u l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post ewlieni tan-negozju tagħha fil-Komunità.
SPE għandu jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha u l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post ewlieni tan-negozju tagħha fil-Komunità.
SPE ma għandhiex tkun ikkundizzjonata b'xi obbligu li jkollha l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post ewlieni tan-negozju tagħha fl-Istat Membri li fih għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha.
SPE ma għandhiex tkun ikkundizzjonata b'xi obbligu li jkollha l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post ewlieni tan-negozju tagħha fl-Istat Membru li fih għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha. Jekk l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju jkun fi Stat Membru li ma jkunx dak tal-uffiċċju reġistrat tagħha, ikun rikjest mill-SPE li ddaħħal fir-reġistru tal-Istat Membru fejn ikun hemm l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju, id-dettalji msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 10(2). It-tagħrif imniżżel fir-reġistru għandu jitqies li jkun preċiż.
Id-depożitu ta' dokumenti f'reġistru ċentrali Ewropew jissodisfa r-rekwiżiti għad-depożitu ta' dokumenti f'konformità mat-tieni paragrafu.
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 3 a (ġdid)
L-uffiċċju reġistrat għandu jkun l-indirizz fejn għandhom jintbagħtu d-dokumenti legali kollha li jikkonċernaw lill-SPE.
Emenda 20 u 79 Proposta għal regolament Artikolu 8, Paragrafu 2 u 3
2. L-istatut ta" assoċjazzjoni ta" SPE għandu jkun bil-miktub u ffirmat minn kull azzjonista fundatur.
2. L-istatut ta" assoċjazzjoni ta" SPE għandu jkun bil-miktub u ffirmat minn kull azzjonista fundatur. Formalitajiet oħrajn jistgħu jkunu preskritti mil-liġi nazzjonali applikabbli u eżistenti, sakemm l-SPE ma tużax il-mudell uffiċjali tal-istatut ta' assoċjazzjoni.
3. L-istatut ta" assoċjazzjoni u kwalunkwe emenda għalih jidħlu fis-seħħ kif ġej:
3. L-istatut ta" assoċjazzjoni u kwalunkwe emenda għalih jidħlu fis-seħħ kif ġej:
(a) fir-rigward ta' l-azzjonisti u l-korp maniġerjali tas-SPE u l-korp superviżorju tagħha, fejn applikabbli, mid-data li fiha jiġu ffirmati jew, fil-każ ta' l-emendi, adottati;
(a) fir-rigward tal-azzjonisti u l-korp maniġerjali eżekuttiv tal-SPE u l-korp superviżorju tagħha, fejn applikabbli, mid-data li fiha jiġu ffirmati jew, fil-każ tal-emendi, adottati;
(b) fir-rigward ta' partijiet terzi, skond id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali applikabbli li timplimenta l-paragrafi 5, 6 u 7 ta' l-Artikolu 3 tad-Direttiva 68/151/KEE.
(b) fir-rigward ta' partijiet terzi, skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali applikabbli li timplimenta l-paragrafi 2, 5, 6 u 7 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 68/151/KEE.
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 3 a (ġdid)
3a.Kopja ta' kull reġistrazzjoni ta' SPE u kopja ta' kull emenda sussegwenti għall-istess għandhom jintbagħtu mir-reġistri nazzjonali rispettivi lil reġistru Ewropew immexxi mill-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u jinżamm f'dan ir-reġistru Ewropew. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja d-dejta mdaħħla f'dan ir-reġistru, b'mod partikolari biex ikunu evitati l-abbużi u l-iżbalji. Jekk l-SPE ma tkunx tista' turi li d-data tikkonforma mal-punt (ea) tal-Artikolu 3(1) fi żmien sentejn mir-reġistrazzjoni, għandha tinqaleb fil-forma legali nazzjonali xierqa.
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 10
1. L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għandha ssir mill-azzjonisti fundaturi tas-SPE jew minn kwalunkwe persuna awtorizzata minnhom. Tali applikazzjoni tista' ssir b'mezzi elettroniċi.
1. L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għandha ssir mill-azzjonisti fundaturi tal-SPE jew minn kwalunkwe persuna awtorizzata minnhom. Tali applikazzjoni tista' ssir b'mezzi elettroniċi, skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali applikabbli li timplimenta l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 68/151/KEE.
2. L-Istati Membri ma għandhomx jeħtieġu li jiġu pprovduti kwalunkwe dettalji jew dokumenti meta ssir l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' SPE ħlief dawn li ġejjin:
2. L-Istati Membri ma għandhomx jeħtieġu li jiġu pprovduti dettalji jew dokumenti meta ssir l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' SPE ħlief dawn li ġejjin:
(a) isem is-SPE u l-indirizz ta' l-uffiċċju reġistrat tagħha;
(a) isem l-SPE u l-indirizz tal-uffiċċju reġistrat tagħha;
(b) l-ismijiet, l-indirizzi u kwalunkwe informazzjoni oħra neċessarja biex jiġu identifikati l-persuni li huma awtorizzati jirrappreżentaw is-SPE fit-trattati ma' partijiet terzi u fi proċedimenti legali, jew li jieħdu sehem fl-amministrazzjoni, is-superviżjoni jew il-kontroll tas-SPE;
(b) l-ismijiet, l-indirizzi u kwalunkwe informazzjoni oħra neċessarja biex jiġu identifikati l-persuni, li huma membri tal-korp maniġerjali eżekuttiv, kif ukoll ta' dawk li huma awtorizzati jirrappreżentaw l-SPE f'negozjati ma' partijiet terzi u fi proċedimenti legali, jew li jieħdu sehem fl-amministrazzjoni, is-superviżjoni jew il-kontroll tal-SPE;
(ba) l-għan tal-kumpannija, inkluża spjegazzjoni tal-komponent transkonfinali tal-objettiv tan-negozju tal-SPE, fejn ikun il-każ;
(c) il-kapital azzjonarju tas-SPE;
(c) il-kapital azzjonarju tal-SPE;
(ca) l-elenku tal-azzjonisti skont l-Artikolu 15;
(d) il-klassijiet ta' l-ishma u l-għadd ta' ishma f'kull klassi ta' ishma;
(d) il-klassijiet tal-ishma u l-għadd ta' ishma f'kull klassi ta' ishma;
(e) l-għadd totali ta' ishma;
(e) l-għadd totali ta' ishma;
(f) il-valur nominali jew il-parità kontabbli ta' l-ishma;
(f) il-valur nominali jew il-parità kontabbli tal-ishma;
(g) l-istatut ta' assoċjazzjoni tas-SPE;
(g) l-istatut ta' assoċjazzjoni tal-SPE;
(h) meta s-SPE tkun ġiet iffurmata b'riżultat ta' trasformazzjoni, fużjoni jew diviżjoni ta' kumpaniji, ir-riżoluzzjoni dwar it-trasformazzjoni, il-fużjoni jew id-diviżjoni li wasslet għall-ħolqien tas-SPE.
(h) meta l-SPE tkun ġiet iffurmata b'riżultat ta' trasformazzjoni, merġer jew diviżjoni ta' kumpaniji, ir-riżoluzzjoni dwar it-trasformazzjoni, il-merġer jew id-diviżjoni li wasslet għall-ħolqien tal-SPE.
3. Id-dokumenti u d-dettalji msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jitfornew fil-lingwa meħtieġa mil-liġi nazzjonali applikabbli.
3. Id-dokumenti u d-dettalji msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jingħataw fil-lingwa meħtieġa mil-liġi nazzjonali applikabbli.
4. Ir-reġistrazzjoni tas-SPEtista' tkun soġġetta għal wieħed biss mir-rekwiżiti li ġejjin:
4. Ir-reġistrazzjoni tal-SPEgħandha tkun soġġetta għal tal-anqas wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) verifika tal-legalità tad-dokumenti u d-dettalji tas-SPE minn korp amministrattiv jew ġudizjarju;
(a) verifika tal-legalità tad-dokumenti u d-dettalji tal-SPE minn korp amministrattiv jew ġudizzjarju;
(b) iċ-ċertifikazzjoni tad-dokumenti u d-dettalji tas-SPE.
(b) iċ-ċertifikazzjoni jew l-awtentikazzjoni legali tad-dokumenti u d-dettalji tal-SPE.
5. Is-SPE għandha tissottometti kwalunkwe bidla fid-dettalji jew fid-dokumenti msemmija fil-punti (a) sa (g) tal-paragrafu 2 lir-reġistru fi żmien 14-il jum kalendarju mill-jum li fih tkun seħħet il-bidla. Wara kull emenda ta' l-istatut ta' assoċjazzjoni, is-SPE għandha tissottometti t-test komplut tiegħu lir-reġistru kif emendat sa dak il-jum.
5. L-SPE għandha tissottometti kwalunkwe bidla fid-dettalji jew fid-dokumenti msemmija fil-punti (a) sa (g) tal-paragrafu 2 lir-reġistru fi żmien 14-il jum tal-kalendarju mill-jum li fih tkun seħħet il-bidla. Wara kull emenda għall-istatut ta' assoċjazzjoni, l-SPE għandha tissottometti t-test komplut tiegħu lir-reġistru kif emendat sa dak il-jum. It-tieni sentenzа tal-paragrafu 1 u l-paragrafu 4 għandhom japplikaw mutatis mutandis.
6. Ir-reġistrazzjoni ta' SPE għandha tkun żvelata.
6. Ir-reġistrazzjoni ta' SPE għandha tkun żvelata.
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt b
(b) isem is-SPE, l-indirizz ta' l-uffiċċju reġistrat tagħha u, fejn xieraq, il-fatt li l-kumpanija qed tiġi stralċjata.
(b) isem l-SPE, l-indirizz tal-uffiċċju reġistrat tagħha u, fejn xieraq, dettalji tal-amministrazzjoni ċentrali tagħha jew il-post prinċipali tan-negozju, l-eżistenza ta" fergħat ul-fatt li l-kumpanija qed tiġi stralċjata;
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt b a (ġdid)
1. Il-korp maniġerjali tas-SPE għandu jfassal lista ta' azzjonisti. Il-lista għandha tinkludi talanqas dan li ġej:
1. Il-korp maniġerjali eżekuttiv tal-SPE għandu jfassal lista ta' azzjonisti. Il-lista għandha tinkludi tal-anqas dan li ġej:
(a) l-isem u l-indirizz ta' kull azzjonista;
(a) l-isem ta' kull azzjonista u l-indirizz postali tiegħu;
(b) l-għadd ta' ishma fil-pussess ta' l-azzjonista konċernat, il-valur nominali jew il-parità kontabbli tagħhom;
(b) l-għadd ta' ishma fil-pussess tal-azzjonista konċernat, il-valur nominali jew il-parità kontabbli tagħhom;
(c) meta sehem ikun proprjetà ta' aktar minn persuna waħda, l-ismijiet u l-indirizzi tal-koproprjetarji u tar-rappreżentant komuni;
(c) meta sehem ikun proprjetà ta' aktar minn persuna waħda, l-ismijiet u l-indirizzi tal-koproprjetarji u tar-rappreżentant komuni;
(d) id-data ta' l-akkwist ta' l-ishma;
(d) id-data tal-akkwist tal-ishma;
(e) l-ammont ta' kull kumpens fi flus, fejn applikabbli, imħallas jew li jrid jitħallas mill-azzjonista konċernat;
(e) l-ammont ta' kull kumpens fi flus, fejn applikabbli, imħallas jew li jrid jitħallas mill-azzjonista konċernat;
(f) il-valur u t-tip ta' kull kumpens in natura, fejn applikabbli, fornut jew li jrid jitforna mill-azzjonista konċernat;
(f) il-valur u t-tip ta' kull kumpens in natura, fejn applikabbli, fornut jew li jrid jitforna mill-azzjonista konċernat;
(g) id-data li fiha azzjonista ma jibqax membru tas-SPE.
(g) id-data li fiha azzjonista ma jibqax membru tal-SPE.
2. Il-lista ta' azzjonisti għandha, sakemm ma jiġix ippruvat xorta oħra, tikkostitwixxi evidenza ta' l-awtentiċità ta' l-affarijiet elenkati fil-punti (a) sa (g) tal-paragrafu 1.
2. Il-lista ta' azzjonisti kif reġistrata skont l-Artikolu 10 għandha, sakemm ma jiġix ippruvat xorta oħra, tikkostitwixxi evidenza tal-preċiżjoni tal-affarijiet elenkati fil-punti (a) sa (g) tal-paragrafu 1.
3. Il-lista ta' azzjonisti u kwalunkwe emendi għaliha għandha tinżamm mill-korp maniġerjali u tista' tiġi spezzjonata mill-azzjonisti jew minn partijiet terzi fuq talba.
3. Il-lista ta' azzjonisti kif reġistrata skont l-Artikolu 10, u kwalunkwe emenda għaliha, għandha tinżamm mill-korp maniġerjali eżekuttiv u tista' tiġi spezzjonata mill-azzjonisti jew minn partijiet terzi fuq talba.
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 3
3. Meta ssir notifika ta' trasferiment, il-korp maniġerjali għandu, mingħajr dewmien bla bżonn, idaħħal lill-azzjonista fil-lista msemmija fl-Artikolu 15, sakemm dak it-trasferiment ikun twettaq skond dan ir-Regolament u l-istatut ta' assoċjazzjoni tas-SPE u l-azzjonista jissottometti evidenza raġonevoli tas-sjieda legali tiegħu tas-sehem.
3. Meta ssir notifika ta' trasferiment min-naħa tal-azzjonista, il-korp maniġerjali eżekuttiv għandu, mingħajr dewmien bla bżonn, idaħħal lill-azzjonista fil-lista msemmija fl-Artikolu 15 u reġistrata skont l-Artikolu 10, sakemm dak it-trasferiment ikun twettaq skont dan ir-Regolament u l-istatut ta' assoċjazzjoni tal-SPE u l-azzjonista jissottometti evidenza raġonevoli tas-sjieda legali tiegħu tas-sehem.
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 4 – punt a
(a) b'rabta mas-SPE, fil-jum li l-azzjonista jinnotifika s-SPE bit-trasferiment;
(a) b'rabta mal-SPE, fil-jum li l-azzjonista l-ġdid jinnotifika l-SPE bit-trasferiment;
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 4 – punt b
(b) b'rabta mal-partijiet terzi, fil-jum li l-azzjonista jiddaħħal fil-lista msemmija fl-Artikolu 15 jew l-istatus tiegħu bħala azzjonista jiġi ppubblikat fir-reġistru skont l-Artikolu 9.
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 1
1. Azzjonista għandu jkollu d-dritt li jirtira mis-SPE jekk l-attivitajiet tas-SPE qed jiżvolġu jew kienu qed jiżvolġu b'mod li jikkawża ħsara serja għall-interessi ta' l-azzjonista b'riżultat ta' wieħed, jew aktar, minn dawn l-avvenimenti:
1. Id-dritt tal-irtirar għandu jitgawda mill-azzjonisti li ma jagħmlux parti mir-riżoluzzjonijiet li jikkonċernaw:
(a) is-SPE ġiet imċaħħda minn parti konsiderevoli mill-attivi tagħha;
(a) operazzjonijiet li jċaħħdu l-SPE minn parti sinifikanti mill-attivi tagħha;
(b) l-uffiċċju reġistrat tas-SPE ġie ttrasferit fi Stat Membru ieħor;
(b) operazzjonijiet li jġibu bidla sostanzjali fl-attivitajiet tal-SPE;
(c) it-trasferiment tal-uffiċċju reġistrat tal-SPE lejn Stat Membru ieħor;
(d) l-ebda dividend ma tqassam għal talanqas 3 snin minkejja li l-pożizzjoni finanzjarja tas-SPE kienet tippermetti tali distribuzzjoni.
(d) in-nuqqas ta' tqassim ta' dividendi għal tal-anqas tliet snin minkejja li l-pożizzjoni finanzjarja tal-SPE kienet tippermetti dan it-tqassim. L-istatut ta' assoċjazzjoni tal-SPE jista' jipprovdi għal aktar motivi għall-irtirar.
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 3
3. Il-korp maniġerjali tas-SPE għandu, meta jirċievi l-avviż imsemmi fil-paragrafu 2, mingħajr dewmien bla bżonn, jitlob riżoluzzjoni ta' l-azzjonisti dwar ix-xiri ta' l-ishma ta' l-azzjonista mill-azzjonisti l-oħra jew mis-SPE nnifisha.
3. Il-korp maniġerjali eżekuttivtal-SPE għandu, meta jirċievi l-avviż imsemmi fil-paragrafu 2, mingħajr dewmien bla bżonn, jitlob riżoluzzjoni tal-azzjonisti dwar ix-xiri tal-ishma tal-azzjonista mill-azzjonisti l-oħra jew mill-SPE nnifisha.
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 4
4. Fejn l-azzjonisti tas-SPE jonqsu milli jadottaw riżoluzzjoni msemmija fil-paragrafu 3 jew ma jaċċettawx ir-raġunijiet ta' l-azzjonista għall-irtirar fi żmien 30 jum kalendarju mis-sottomissjoni ta' l-avviż imsemmi fil-paragrafu 2, il-korp maniġerjali għandu jinnotifika l-azzjonista b'dak il-fatt mingħajr dewmien bla bżonn.
4. Fejn l-azzjonisti tal-SPE jonqsu milli jadottaw riżoluzzjoni msemmija fil-paragrafu 3 jew ma jaċċettawx ir-raġunijiet tal-azzjonista għall-irtirar fi żmien 30 jum tal-kalendarju mis-sottomissjoni tal-avviż imsemmi fil-paragrafu 2, il-korp maniġerjali eżekuttiv għandu jinnotifika l-azzjonista b'dak il-fatt mingħajr dewmien bla bżonn.
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 19 – paragrafu 4
4. Il-kapital tas-SPE għandu jkun talanqas ta' EUR 1.
4. Il-kapital tal-SPE għandu jkun tal-anqas ta' EUR 1, sakemm l-istatut ta' assoċjazzjoni jitlob li l-korp maniġerjali eżekuttiv jiffirma ċertifikat ta' solvenza kif jissemma fl-Artikolu 21. Fejn l-istatut ta' assoċjazzjoni ma jkun fih l-ebda dispożizzjoni f'dan is-sens, il-kapital tas-SPE għandu jkun mill-anqas ta' EUR 8 000.
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 3
3. Mingħajr ħsara għall-paragrafi 1 u 2, ir-responsabbiltà ta' l-azzjonisti għall-kumpens imħallas jew fornut għandha tkun irregolata mil-liġi nazzjonali applikabbli.
3. Jekk il-valur tal-kumpens f'forma materjali ma jilħaqx l-ammont tas-sehem akkwistat, l-azzjonista għandu jiddepożita ammont ta' flus daqs l-ammont nieqes. Id-dritt tal-kumpanija għal ħlas jiġi preskritt wara tmien snin mir-reġistrazzjoni tal-kumpanija.
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 1
1. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 24, is-SPE tista', abbażi ta' proposta mill-korp maniġerjali, tagħmel distribuzzjoni lill-azzjonisti sakemm, wara d-distribuzzjoni, l-attiv tas-SPE jkun ikopri totalment il-passiv tagħha. Is-SPE ma tistax tiddistribwixxi dawk ir-riservi li ma jistgħux jiġu ddistribwiti skond l-istatut ta' assoċjazzjoni tagħha.
1. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 24, l-SPE tista', abbażi ta' proposta mill-korp maniġerjali eżekuttiv, tagħmel distribuzzjoni lill-azzjonisti sakemm, wara d-distribuzzjoni, l-attiv tal-SPE jkun ikopri totalment il-passiv tagħha. L-SPE ma tistax tiddistribwixxi dawk ir-riservi li ma jistgħux jiġu ddistribwiti skont l-istatut ta' assoċjazzjoni tagħha. Id-distribuzzjoni hija permessa biss sakemm l-ammont li jkun fadal mid-depożitu ma jirriżultax inferjuri għall-ammont minimu msemmi fl-Artikolu 19(4).
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 2
2. Jekk l-istatut ta' assoċjazzjoni jkun jirrikjedi dan, il-korp maniġerjali tas-SPE, barra milli jikkonforma mal-paragrafu 1, għandu jiffirma dikjarazzjoni, hawn taħt imsejħa "ċertifikat tas-solvenza", qabel ma ssir id-distribuzzjoni, li tiċċertifika li s-SPE se tkun f'pożizzjoni li tħallas id-djun tagħha meta jkunu dovuti matul l-iżvolġiment ordinarju tan-negozju fi żmien sena mid-data tad-distribuzzjoni. L-azzjonisti għandhom jitfornew biċ-ċertifikat tas-solvenza qabel ma tiġi adottata r-riżoluzzjoni dwar id-distribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 27.
2. Jekk l-istatut ta' assoċjazzjoni jkun jirrikjedi dan, il-korp maniġerjali eżekuttiv tal-SPE, barra milli jikkonforma mal-paragrafu 1, għandu jiffirma dikjarazzjoni, hawn taħt imsejħa "ċertifikat tas-solvenza", qabel ma ssir id-distribuzzjoni, li tiċċertifika li l-SPE se tkun f'pożizzjoni li tħallas id-djun tagħha meta jkunu dovuti matul l-iżvolġiment ordinarju tan-negozju fi żmien sena mid-data tad-distribuzzjoni. L-azzjonisti għandhom jingħataw iċ-ċertifikat tas-solvenza qabel ma tiġi adottata r-riżoluzzjoni dwar id-distribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 27.
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 22
Kwalunkwe azzjonista li rċieva distribuzzjonijiet magħmula kuntrarju għall-Artikolu 21 għandu jirritorna dawk id-distribuzzjonijiet lis-SPE, sakemm is-SPE tipprovdi evidenza li l-azzjonista kien jaf bl-irregolaritajiet jew, fid-dawl taċ-ċirkostanzi, kellu jkun konxju minnhom.
Kwalunkwe azzjonista li jkun irċieva distribuzzjonijiet magħmula kuntrarju għall-Artikolu 21 għandu jirritorna dawk id-distribuzzjonijiet lill-SPE.
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 1
1. Fil-każ ta' tnaqqis tal-kapital azzjonarju tas-SPE, l-Artikoli 21 u 22 għandhom japplikaw mutatis mutandis.
1. Fil-każ ta' tnaqqis tal-kapital azzjonarju tal-SPE, l-Artikoli 21 u 22 għandhom japplikaw mutatis mutandis. It-tnaqqis tal-kapital azzjonarju huwa permess biss meta l-ammont li jkun fadal mid-depożitu ma jirriżultax inferjuri għall-ammont minimu msemmi fl-Artikolu 19(4).
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 1
1. SPE għandha tkun soġġetta għar-rekwiżiti tal-liġi nazzjonali applikabbli fir-rigward tat-tħejjija, l-iffajljar, il-verifika u l-pubblikazzjoni tal-kontijiet.
1. SPE għandha tkun soġġetta għar-rekwiżiti tal-liġi nazzjonali applikabbli fir-rigward tat-tħejjija, l-iffajljar, il-verifika u l-pubblikazzjoni tal-kontijiet statutorji.
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 2
2. Il-korp maniġerjali għandu jżomm il-kotba tas-SPE. Iż-żamma tal-kotba tas-SPE għandha tkun irregolata mil-liġi nazzjonali applikabbli.
2. Il-korp maniġerjali eżekuttiv għandu jżomm il-kotba tal-SPE. Iż-żamma tal-kotba tal-SPE għandha tkun irregolata mil-liġi nazzjonali applikabbli.
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 1
1. Is-SPE għandu jkollha korp maniġerjali, li għandu jkun responsabbli għall-immaniġġjar tas-SPE. Il-korp maniġerjali jista' jeżerċita s-setgħat kollha tas-SPE mhux meħtieġa minn dan ir-Regolament jew mill-istatut ta' assoċjazzjoni li jiġu eżerċitati mill-azzjonisti.
1. L-SPE għandu jkollha korp maniġerjali eżekuttiv, li għandu jkun responsabbli għall-immaniġġjar tal-SPE. Il-korp maniġerjali eżekuttiv jista' jeżerċita s-setgħat kollha tal-SPE mhux meħtieġa minn dan ir-Regolament jew mill-istatut ta' assoċjazzjoni li jiġu eżerċitati mill-azzjonisti. Ir-riżoluzzjonijiet tal-azzjonisti għandhom jorbtu internament lill-korp maniġerjali eżekuttiv.
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 2
2. Riżoluzzjonijiet dwar l-affarijiet indikati fil-punti (a), (b), (c), (i), (l), (m) (n), (o) u (p) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu approvati b'maġġoranza kkwalifikata.
2. Riżoluzzjonijiet dwar l-affarijiet indikati fil-punti (a), (b), (c), (h), (i), (l), (m) (n), (o) u (p) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu approvati b'maġġoranza kkwalifikata.
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 3
3. L-adozzjoni ta' riżoluzzjonijiet ma għandhiex teħtieġ l-organizzazzjoni ta' laqgħa ġenerali. Il-korp maniġerjali għandu jipprovdi lill-azzjonisti kollha bi proposti għar-riżoluzzjonijiet flimkien ma' biżżejjed tagħrif biex jippermettilhom jieħdu deċiżjoni infurmata. Ir-riżoluzzjonijiet għandhom ikunu rreġistrati bil-miktub. Kopji tad-deċiżjonijiet meħuda għandhom jintbagħtu lil kull azzjonista.
3. L-adozzjoni ta' riżoluzzjonijiet ma għandhiex teħtieġ l-organizzazzjoni ta' laqgħa ġenerali. Il-korp maniġerjali eżekuttiv għandu jipprovdi lill-azzjonisti kollha bi proposti għar-riżoluzzjonijiet flimkien ma' biżżejjed tagħrif biex jippermettilhom jieħdu deċiżjoni infurmata. Ir-riżoluzzjonijiet għandhom ikunu rreġistrati bil-miktub. Kopji tad-deċiżjonijiet meħuda għandhom jintbagħtu lil kull azzjonista.
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 4
4. Ir-riżoluzzjonijiet ta' l-azzjonisti għandhom jikkonformaw ma' dan ir-Regolament u ma" l-istatut ta' assoċjazzjoni tas-SPE.
4. Ir-riżoluzzjonijiet tal-azzjonisti għandhom jikkonformaw ma' dan ir-Regolament u mal-istatut ta' assoċjazzjoni tal-SPE.
Id-dritt ta' l-azzjonisti li jikkontestawriżoluzzjonijietgħandu jiġi rregolatmil-liġinazzjonali applikabbli.
Ir-riżoluzzjonijiettal-azzjonisti jistgħu jkunu dikjarati invalidi fil-każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet tal-istatut ta' assoċjazzjoni, tar-Regolament preżenti jewtal-liġi applikabbli biss permezz ta' azzjoni quddiem il-qorti kompetenti b'relazzjoni għall-uffiċċju reġistrat tal-SPE.
Il-kawża tista' ssir fi żmien xahar mid-data tar-riżoluzzjoni minn kull azzjonista li ma jkunx ivvota favur ir-riżoluzzjoni, sakemm il-kumpanija ma tirranġax in-nuqqas li jkun sar bir-riżoluzzjoni jew l-attur ma jagħtix l-approvazzjoni tiegħu aktar tard. L-istatut ta' assoċjazzjoni jista' jippermetti perjodu ta' żmien itwal għall-appell.
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 7 – punt (a)
(a) fir-rigward ta' l-azzjonisti u l-korp maniġerjali tas-SPE u l-korp superviżorju tagħha, fejn applikabbli, fid-data li fiha jiġu adottati;
(a) fir-rigward tal-azzjonisti u l-korp maniġerjali eżekuttiv tal-SPE u l-korp superviżorju tagħha, fejn applikabbli, fid-data li fiha jiġu adottati,
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 1
1. L-azzjonisti għandu jkollhom id-dritt li jkunu infurmati kif xieraq u li jressqu mistoqsijiet lill-korp maniġerjali dwar ir-riżoluzzjonijiet, il-kontijiet annwali u l-affarijiet l-oħra kollha relatati ma' l-attivitajiet tas-SPE.
1. L-azzjonisti għandu jkollhom id-dritt li jkunu infurmati kif xieraq u li jressqu mistoqsijiet lill-korp maniġerjali eżekuttiv dwar ir-riżoluzzjonijiet, il-kontijiet annwali u l-affarijiet l-oħra kollha relatati mal-attivitajiet tal-SPE.
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 28 – paragrafu 2
2. Il-korp maniġerjali jista' jirrifjuta li jagħti aċċess għall-informazzjoni biss f'każ li dan ikun jista' jikkawża ħsara serja lill-interessi tan-negozju tas-SPE.
2. Il-korp maniġerjali eżekuttiv jista' jirrifjuta li jagħti aċċess għall-informazzjoni biss f'każ li dan ikun jista' jikkawża ħsara serja lill-interessi tan-negozju tal-SPE.
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 1
1. Azzjonisti b'sjieda ta' 5 % tad-drittijiet tal-vot attribwiti ma' l-ishma tas-SPE għandhom id-dritt li jitolbu lill-korp maniġerjali biex jissottometti proposta għal riżoluzzjoni lill-azzjonisti.
1. Azzjonisti bi sjieda ta' 5% tad-drittijiet tal-vot attribwiti mal-ishma tal-SPE għandhom id-dritt li jitolbu lill-korp maniġerjali eżekuttiv biex jissottometti proposta għal riżoluzzjoni lill-azzjonisti.
Jekk it-talba tiġi rrifjutata jew jekk il-korp maniġerjali ma jissottomettix proposta fi żmien 14-il jum kalendarju minn meta jirċievi t-talba, l-azzjonisti konċernati jistgħu mbagħad jissottomettu proposta għal riżoluzzjoni lill-azzjonisti rigward l-affarijiet inkwistjoni.
Jekk it-talba tiġi rrifjutata jew jekk il-korp maniġerjali eżekuttiv ma jissottomettix proposta fi żmien 14-il jum tal-kalendarju minn meta jirċievi t-talba, l-azzjonisti konċernati jistgħu mbagħad jissottomettu proposta għal riżoluzzjoni lill-azzjonisti rigward l-affarijiet inkwistjoni.
L-espert għandu jingħata aċċess għad-dokumenti u r-reġistri tas-SPE u għall-informazzjoni meħtieġa mill-korp maniġerjali.
L-espert għandu jingħata aċċess għad-dokumenti u r-reġistri tal-SPE u għall-informazzjoni meħtieġa mill-korp maniġerjali eżekuttiv.
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 4
4. Direttur tas-SPEgħandu jkun responsabbli lejnil-kumpanija għal kwalunkweatt jew omissjoni bi ksur tad-dmirijiet tiegħu li joriġinawminn dan ir-Regolament, mill-istatut ta' assoċjazzjonitas-SPE jew minn riżoluzzjoni ta' azzjonistili jikkawża telf jew ħsara lis-SPE. Meta tali ksur ikun twettaq minn aktar minn direttur wieħed, id-diretturi kollha konċernati għandhom ikunu responsabbli in solidum.
4. Id-diretturigħandhom ikunu responsabbli in solidum fir-rigwardtal-kumpanija għal kullħsara lill-SPE li toriġinamin-nuqqas tagħhom li jwettqu d-dmirijiet dovuti minnhom skont dan ir-Regolament, l-Istatuttal-SPE jew riżoluzzjoni tal-azzjonisti. Din ir-responsabilità m'għandhiex tkun estiża fuq diretturi li jkunu jistgħu juru li huma bla ħtija u li jkunu wrew li ma qablux man-nuqqas ta' twettiq ta' dmirijiet.
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 5
5. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, ir-responsabbiltà tad-diretturi għandha tiġi rregolata mil-liġi nazzjonali applikabbli.
5. Id-diretturi għandhom iħallsu l-kumpens, b'mod partikolari jekk ikunu saru pagamenti bi ksur tal-Artikolu 21 jew ikunu ġew akkwistati ishma proprji bi ksur tal-Artikolu 23(2). Ir-rekwiżit min-naħa tad-diretturi li jikkumpensaw lill-kredituri tal-kumpanija m'għandux jitwarrab għar-raġuni li huma jkunu aġixxew f'konformità ma' riżoluzzjoni tal-azzjonisti.
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 5 a (ġdid)
5a.Kull dritt għal azzjoni li jkun konformi ma' dan l-Artikolu għandu jiġi preskritt fi żmien erba' snin mid-data meta jqum.
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 33
1. Is-SPE għandha tkun irrappreżentata fir-rigward ta' partijiet terzi permezz ta' direttur wieħed jew aktar. Atti mwettqa mid-diretturi għandhom ikunu vinkolanti fuq is-SPE anki jekk ma jkunux skond l-għanijiet tas-SPE.
1. L-SPE għandha tkun irrappreżentata fir-rigward ta' partijiet terzi permezz ta' membru wieħed tal-korp maniġerjali eżekuttiv, jew aktar. Atti mwettqa mill-membri tal-korp maniġerjali eżekuttiv għandhom ikunu vinkolanti fuq l-SPE anki jekk ma jkunux skont l-għanijiet tal-SPE.
2. L-istatut ta' assoċjazzjoni tas-SPE jista" jipprevedi li d-diretturi għandhom jeżerċitaw flimkien is-setgħa ġenerali tar-rappreżentazzjoni. Kwalunkwe limitazzjoni oħra fuq is-setgħat tad-diretturi, li joħorġu mill-istatut ta' assoċjazzjoni, minn riżoluzzjoni ta' l-azzjonisti jew minn deċiżjoni tal-korp maniġerjali jew superviżorju, fejn applikabbli, ma tistax tiġi applikata kontra partijiet terzi anki jekk dawn ikunu ġew żvelati.
2. L-istatut ta' assoċjazzjoni tal-SPE jista" jipprevedi li membri tal-korp maniġerjali eżekuttiv għandhom jeżerċitaw flimkien is-setgħa ġenerali tar-rappreżentazzjoni. Kwalunkwe limitazzjoni oħra fuq is-setgħat tad-diretturi, li joħorġu mill-istatut ta' assoċjazzjoni, minn riżoluzzjoni tal-azzjonisti jew minn deċiżjoni tal-korp maniġerjali jew superviżorju, fejn applikabbli, ma tistax tiġi applikata kontra partijiet terzi anki jekk dawn ikunu ġew żvelati.
3. Id-diretturi jistgħu jiddelegaw id-dritt li jirrappreżentaw is-SPE skond l-istatut ta' assoċjazzjoni.
3. Il-membri tal-korp maniġerjali eżekuttiv jistgħu jiddelegaw id-dritt li jirrappreżentaw l-SPE skont l-istatut ta' assoċjazzjoni.
1. Is-SPE għandha tkun soġġetta għar-regoli dwar il-parteċipazzjoni ta' l-impjegati, fejn applikabbli, li jkunu applikabbli fl-Istat Membru li fih ikollha l-uffiċċju reġistrat tagħha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.
1. Is-SPE għandha tkun soġġetta għar-regoli dwar il-parteċipazzjoni ta' l-impjegati, fejn applikabbli, li jkunu applikabbli fl-Istat Membru li fih ikollha l-uffiċċju reġistrat tagħha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu. Dawk ir-regoli, jekk ikun hemm, għandhom japplikaw għall-ħaddiema kollha tal-SPE.
1a.Il-paragrafu 1 m'għandux japplika meta:
(a) l-SPE tkun timpjega b'kollox iktar minn 1,000 impjegat u iktar minn kwart (25%) tal-ħaddiema kollha li s-soltu jaħdmu fi Stat Membru jew fi Stati Membri li jipprevedi jew jipprevedu livell ogħla ta' parteċipazzjoni tal-impjegati meta mqabbla mal-Istat Membru li fih l-SPE għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha. F'dak il-każ, id-dispożizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni tal-impjegati tad-Direttiva 2001/86/KE għandhom japplikaw mutatis mutandis. Barra minn hekk, l-SPE tista" wkoll tapplika l-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta" Ottubru 2005 dwar mergers transkonfinali ta" kumpanniji ta" responsabbilità limitata1;
(b) l-SPE tkun timpjega b'kollox bejn 500 u 1,000 impjegat u iktar minn terz (33⅓ %) tal-ħaddiema kollha li s-soltu jaħdmu fi Stat Membru jew fi Stati Membri li jipprevedi jew jipprevedu livell ogħla ta' parteċipazzjoni tal-impjegati meta mqabbla mal-Istat Membru li fih l-SPE għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha. F'dak il-każ, id-dispożizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni tal-impjegati tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/86/KE u l-Artikoli 16(3)(e), (4) u (5) tad-Direttiva 2005/56/KE għandhom japplikaw mutatis mutandis;
(c) l-SPE tkun ġiet imwaqqfa skont il-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 5(1) u tkun timpjega b'kollox inqas minn 500 impjegat u iktar minn terz (33⅓ %) tal-ħaddiema kollha li s-soltu jaħdmu fi Stat Membru jew fi Stati Membri li jipprevedi jew jipprevedu livell ogħla ta' parteċipazzjoni tal-impjegati meta mqabbla mal-Istat Membru li fih l-SPE għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha. F'dak il-każ, id-dispożizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni tal-impjegati tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/86/KE u l-Artikoli 16(3)(e), (4) u (5) tad-Direttiva 2005/56/KE għandhom japplikaw mutatis mutandis;
(d) l-SPE tkun ġiet imwaqqfa skont il-punt (a) tal-Artikolu 5(1) u tkun timpjega b'kollox inqas minn 500 impjegat u iktar minn nofs (50%) tal-ħaddiema kollha li s-soltu jaħdmu fi Stat Membru jew fi Stati Membri li jipprevedi jew jipprevedu livell ogħla ta' parteċipazzjoni tal-impjegati meta mqabbla mal-Istat Membru li fih l-SPE għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha. F'dak il-każ, id-dispożizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni tal-impjegati tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/86/KE u l-Artikoli 16(3)(e), (4) u (5) tad-Direttiva 2005/56/KE għandhom japplikaw mutatis mutandi. __________________________________ 1 ĠU L 310, 25.11.2005, p. 1.
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 34 a (ġdid)
Artikolu 34a
Klawsola ta" adattament
Fin-nuqqas ta" dispożizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni tal-impjegati, l-Artikolu 31(1a) għandu japplika jekk, minħabba bidliet fin-numru ta" impjegati, il-kundizzjonijiet stipulati fih jiġu sodisfatti.
Jekk il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 34(1a) ma jibqgħux jiġu sodisfatti, il-bord maniġerjali tal-SPE jista" japplika l-Artikolu 34(1).
L-arranġamenti eżistenti dwar il-parteċipazzjoni, jekk ikun hemm, għandhom jibqgħu jiġu applikati sakemm l-arranġamenti l-ġodda jidħlu fis-seħħ.
1. Il-korp maniġerjali ta' SPE li jkun qed jippjana trasferiment għandu jfassal proposta ta' trasferiment, li għandha tinkludi talanqas id-dettalji li ġejjin:
1. Il-korp maniġerjali eżekuttiv ta' SPE li jkun qed jippjana trasferiment għandu jfassal proposta ta' trasferiment, li għandha tinkludi tal-anqas id-dettalji li ġejjin:
2. Talanqas xahar qabel tiġi approvata r-riżoluzzjoni ta' l-azzjonisti msemmija fil-paragrafu 4, il-korp maniġerjali tas-SPE għandu:
2. Tal-anqas xahar qabel tiġi approvata r-riżoluzzjoni tal-azzjonisti msemmija fil-paragrafu 4, il-korp maniġerjali eżekuttiv tal-SPE għandu:
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 3
3. Il-korp maniġerjali tas-SPE għandu jfassal rapport għall-azzjonisti li jispjega u jiġġustifika l-aspetti ġuridiċi u ekonomiċi tat-trasferiment propost u li jispjega l-implikazzjonijiet tat-trasferiment għall-azzjonisti, il-kredituri u l-impjegati. Ir-rapport għandu jingħata lill-azzjonisti u lir-rappreżentanti ta' l-impjegati, jew fejn ma jkunx hemm tali rappreżentanti, lill-impjegati nfushom, flimkien mal-proposta tat-trasferiment.
3. Il-korp maniġerjali eżekuttiv tal-SPE għandu jfassal rapport għall-azzjonisti li jispjega u jiġġustifika l-aspetti ġuridiċi u ekonomiċi tat-trasferiment propost u li jispjega l-implikazzjonijiet tat-trasferiment għall-azzjonisti, il-kredituri u l-impjegati. Ir-rapport għandu jingħata lill-azzjonisti u lir-rappreżentanti tal-impjegati, jew fejn ma jkunx hemm tali rappreżentanti, lill-impjegati nfushom, flimkien mal-proposta tat-trasferiment.
Meta l-korp maniġerjali jirċievi fil-ħin l-opinjoni tar-rappreżentanti ta' l-impjegati dwar it-trasferiment, dik l-opinjoni għandha tiġi sottomessa lill-azzjonisti.
Meta l-korp maniġerjali eżekuttiv jirċievi fil-ħin l-opinjoni tar-rappreżentanti tal-impjegati dwar it-trasferiment, dik l-opinjoni għandha tiġi sottomessa lill-azzjonisti.
Emenda 73 Proposta għal regolament Artikolu 38
1. Mid-data tar-reġistrazzjoni, is-SPE għandha tkun soġġetta għar-regoli fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti, fejn applikabbli, dwar l-arranġamenti għall-parteċipazzjoni ta' l-impjegati.
1. Mid-data tar-reġistrazzjoni, is-SPE għandha tkun soġġetta għar-regoli fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti, fejn applikabbli, dwar l-arranġamenti għall-parteċipazzjoni ta' l-impjegati.
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn l-impjegati tas-SPE fl-Istat Membru tad-domiċilju jirrappreżentaw talanqas terz ta' l-għadd totali ta' l-impjegati tas-SPE inkluż tas-sussidjarji u l-fergħat tas-SPE fi kwalunkwe Stat Membru, u fejn ma tintlaħaqx waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika meta l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 34(1a) jiġu sodisfatti. F'dak il-każ, l-Artikolu 34(1a) għandu japplika mutatis mutandis.
(a) il-leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru ospitanti ma tipprevedix talanqas l-istess livell ta' parteċipazzjoni bħal dak effettiv fis-SPE fl-Istat Membru tad-domiċilju qabel ma ġiet irreġistrata fl-Istat Membru ospitanti. Il-livell ta' parteċipazzjoni ta' l-impjegati għandu jitkejjel b'referenza għall-proporzjon tar-rappreżentanti ta' l-impjegati fost il-membri tal-korp amministrattiv jew superviżorju jew il-kumitati tagħhom jew tal-grupp maniġerjali li jkopri l-unitajiet ta' profitt tas-SPE, soġġett għar-rappreżentazzjoni ta' l-impjegati;
(b) il-leġiżlazzjoni ta' l-Istat Membru ospitanti ma tikkonferixxix lill-impjegati ta' l-istabbilmenti tas-SPE li jkunu jinsabu fi Stati Membri oħra l-istess jedd li jeżerċitaw id-drittijiet ta' parteċipazzjoni bħal dak li tali impjegati kellhom qabel it-trasferiment.
3.Fejn waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fil-punti a) jew b) tal-paragrafu 2 tintlaħaq, il-korp maniġerjali tas-SPE għandu jieħu l-passi neċessarji, kemm jista" jkun malajr, wara l-iżvelar tal-proposta tat-trasferiment, biex jinbdew in-negozjati mar-rappreżentanti ta' l-impjegati tas-SPE bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim dwar l-arranġamenti għall-parteċipazzjoni ta' l-impjegati.
4.Il-ftehim bejn il-korp maniġerjali tas-SPE u r-rappreżentanti ta' l-impjegati għandu jispeċifika:
(a) l-ambitu tal-ftehim;
(b) fejn, matul in-negozjati, il-partijiet jiddeċiedu li jistabbilixxu arranġamenti għall-parteċipazzjoni fis-SPE wara t-trasferiment, is-sustanza ta" dawk l-arranġamenti, inkluż, fejn applikabbli, l-għadd ta" membri fil-korp amministrattiv jew superviżorju tal-kumpanija li l-impjegati se jkollhom id-dritt li jeleġġu, jaħtru, jinnominaw jew jopponu, il-proċeduri dwar kif dawn il-membri jistgħu jiġu eletti, maħtura, innominati jew opposti mill-impjegati, u d-drittijiet tagħhom;
(c) id-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim u t-tul taż-żmiem tiegħu, u kwalunkwe każ fejn il-ftehim għandu jerġa' jiġi nnegozjat u l-proċedura sabiex jerġa' jiġi nnegozjat.
5.In-negozjati għandhom ikunu llimitati għal perjodu ta' sitt xhur. Il-partijiet jistgħu jaqblu li jestendu n-negozjati b'perjodu addizzjonali ta' sitt xhur. Apparti dan, in-negozjati għandhom jiġu rregolati mil-liġi ta' l-Istat Membru tad-domiċilju.
6.Fin-nuqqas ta" ftehim, għandhom jinżammu l-arranġamenti ta' parteċipazzjoni eżistenti fl-Istat Membru tad-domiċilju.
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 1
1. L-Istati Membri li fihom it-tielet fażi ta' l-unjoni ekonomika u monetarja (EMU) mhix applikabbli jistgħu jeħtieġu s-SPEs li jkollhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fit-territorju tagħhom juru l-kapital tagħhom fil-valuta nazzjonali. SPE tista' wkollturi l-kapital tagħhaf'euro. Ir-rata ta' konverżjoni tal-valuta nazzjonali/euro għandha tkun dik ta' l-aħħar jum tax-xahar li jiġi qabel dak tar-reġistrazzjoni tas-SPE.
1. L-Istati Membri li fihom it-tielet fażi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (EMU) mhix applikabbli jistgħu jesiġu SPEs li jkollhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fit-territorju tagħhom juru l-kapital tagħhom fil-valuta nazzjonali. SPEs bħal dawn, barra minn hekk, għandhom juru l-kapital tagħhombl-ewro. Ir-rata ta' konverżjoni tal-valuta nazzjonali/ewro għandha tkun dik tal-aħħar jum tax-xahar li jiġi qabel dak tar-reġistrazzjoni tal-SPE.
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 2
2. SPE tista' tħejji u tippubblika l-kontijiet annwali u, fejn applikabbli, il-kontijiet konsolidati tagħha, f'euro fl-Istati Membri fejn it-tielet fażi ta' l-unjoni ekonomika u monetarja (EMU) mhix applikabbli. Madankollu tali Stati Membri jistgħu jeħtieġu wkoll li s-SPEs iħejju u jippubblikaw il-kontijiet annwali u, fejn applikabbli, il-kontijiet konsolidati tagħhom fil-valuta nazzjonali skond il-liġi nazzjonali applikabbli.
2. SPE għandha tħejji u tippubblika l-kontijiet annwali u, fejn applikabbli, il-kontijiet konsolidati tagħha, kemm fil-valuta nazzjonali kif ukoll fl-ewro fl-Istati Membri fejn it-tielet fażi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (EMU) mhix applikabbli.
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 42 a (ġdid)
Artikolu 42a
Klawsola ta' arbitraġġ
1.L-istatut ta' assoċjazzjoni jista', f'forma ta' klawsola ta' arbitraġġ, jipprovdi sabiex kwalunkwe tilwima bejn l-azzjonisti, jew bejn l-azzjonisti u l-SPE, li tirrigwarda r-relazzjonijiet korporattivi tagħha, tiġi riferita lil arbitru. L-istatut ta' assoċjazzjoni jista' wkoll jipprovdi li l-klawsola ta' arbitraġġ tkopri t-tilwimiet mad-diretturi. F'dak il-każ, il-klawsola ta' arbitraġġ għandha tkun torbot fuq id-diretturi hekk kif jaċċettaw il-kariga.
2.Fis-sens tal-Artikolu 27, kwalunkwe emenda għall-att kostituttiv li tintroduċi jew tneħħi l-klawsola ta' arbitraġġ permezz ta' riżoluzzjoni tal-azzjonisti, trid tiġi approvata mill-azzjonisti li jirrappreżentaw tal-anqas żewġ terzi tal-kapital azzjonarju.
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 43 a (ġdid)
Artikolu 43a
Klawsola ta' salvagwardja (Severability clause)
Kull klawsola tal-istatut ta' assoċjazzjoni li tkun nulla tista' tinqata' u l-klawsoli li jibqgħu tal-istatut ta' assoċjazzjoni għandhom jibqgħu effikaċi. Il-klawsola nulla għandha tiġi sostitwita mill-klawsola korrispondenti tax-xempju tal-istatut ta' assoċjazzjoni sakemm tiġi korretta b'riżoluzzjoni tal-azzjonisti. Jekk l-istatut mudell ma jipprevedix klawsola korrispondenti, il-klawsola nulla għandha tkun sostitwita mil-leġiżlazzjoni dwar il-kumpaniji b'responsabilità limitata tal-Istat Membru fejn l-SPE jkollha l-uffiċċju reġistrat.
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 45
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-formatal-kumpanija privata b'responsabbiltà limitata msemmija fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 4 lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2010.
L-Istati Membri għandhom, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju 2010, jinnotifikaw lill-Kummissjonibil-formatal-kumpaniji privati b'responsabilità limitata msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 4, bil-konsegwenzi skont il-liġi nazzjonali tagħhom tan-nuqqas ta' rispett tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, u bi kwalunkwe dispożizzjoni oħra tal-liġi dwar il-kumpaniji tagħhom li japplikaw għal SPE.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika din l-informazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta" l-Unjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika din l-informazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom iżommu paġni web li fihom ikun hemm lista tal-SPEs reġistrati fit-territorju tagħhom u kwalunkwe deċiżjoni tal-qorti li tikkonċerna l-ħidma tal-SPEs fit-territorju tagħhom. Il-Kummissjoni għandha żżomm paġna web li tipprovdi link elettronika għal dawk il-paġni web nazzjonali diskreti.
Emenda 65 Proposta għal regolament Anness I – Kapitolu IV – Il-Kapital – inċiż 7
– jekk il-korp maniġerjali jkunx meħtieġ jiffirma ċertifikat tas-solvenza qabel ma ssir distribuzzjoni, u r-rekwiżiti applikabbli;
– jekk il-korp maniġerjali eżekuttiv ikunx meħtieġ jiffirma ċertifikat tas-solvenza qabel ma ssir distribuzzjoni, u r-rekwiżiti applikabbli,
Emenda 66 Proposta għal regolament Anness I – Kapitolu V – L-Organizzazzjoni tal-SPE – inċiż 10
– jekk il-korp maniġerjali tas-SPE jkunx magħmul minn direttur maniġerjali wieħed jew aktar, bord maniġerjali (bord binarju) jew bord amministrattiv (bord unitarju);
– jekk il-korp maniġerjali eżekuttiv tal-SPE jkunx magħmul minn direttur maniġerjali wieħed jew aktar, bord maniġerjali (bord binarju) jew bord amministrattiv (bord unitarju),
Emenda 67 Proposta għal regolament Anness I – Kapitolu V – L-Organizzazzjoni tal-SPE – inċiż 13
– fejn ikun hemm bord maniġerjali (bord binarju) jew direttur maniġerjali wieħed jew aktar, jekk is-SPE għandhiex korp superviżorju, u fil-każ, il-kompożizzjoni u l-organizzazzjoni tiegħu u r-relazzjoni tiegħu mal-korp maniġerjali;
– fejn ikun hemm bord maniġerjali (bord binarju) jew direttur maniġerjali wieħed jew aktar, jekk l-SPE għandhiex korp superviżorju, u fil-każ, il-kompożizzjoni u l-organizzazzjoni tiegħu u r-relazzjoni tiegħu mal-korp maniġerjali eżekuttiv,
Emenda 68 Proposta għal regolament Anness I – Kapitolu V – L-Organizzazzjoni tal-SPE – inċiż 20
– ir-regoli dwar ir-rappreżentanza tas-SPE mill-korp maniġerjali, partikolarment jekk id-diretturi jkollhom id-dritt li jirrappreżentaw lis-SPE in solidum jew individwalment u kwalunkwe delega ta' dan id-dritt;
– ir-regoli dwar ir-rappreżentanza tal-SPE mill-korp maniġerjali eżekuttiv, partikolarment jekk id-diretturi jkollhom id-dritt li jirrappreżentaw lill-SPE in solidum jew individwalment u kwalunkwe delega ta' dan id-dritt,
Emenda 69 Proposta għal regolament Anness I – Kapitolu V – L-Organizzazzjoni tal-SPE – inċiż 21
– ir-regoli dwar id-delega ta' kwalunkwe setgħa maniġerjali lil persuna oħra.
– ir-regoli dwar id-delega ta' kwalunkwe setgħa maniġerjali eżekuttiva lil persuna oħra.