Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għal politika dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (COM(2008)0869 – C6-0050/2009 – 2008/0252(CNS))
(Proċedura ta' Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0869),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 128(2) tat-Trattat KE, skont liema l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0050/2009),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A6-0052/2009),
1. Approva l-proposta tal-Kummissjoni;
2. Jitlob lill-Kunsill biex javża lill-Parlament jekk ikun bi ħsiebu jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament,
3. Isaqsi lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsulta lill-Parlament jekk ikun bi ħsiebu jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;
4. Ifakkar fit-talba tiegħu li ilu li għamilha lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jiżgura li l-Parlament jingħata ż-żmien meħtieġ, u f'kwalunkwe każ mhux inqas minn ħames xhur, biex jissodisfa l-irwol konsultattiv tiegħu, kif definit fl-Artikolu 128(2) tat-Trattat, waqt ir-reviżjoni sħiħa tal-Linji Gwida tal-Impjiegi, li hija maħsuba li ssir fl-aħħar tal-2010;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jibgħat il-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.