Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-11 ta' Marzu 2009 dwar aġġustamenti għall-isfidi bħala parti mill-provvista taż-żejt (2008/2212(INI))
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Jannar 2007 ntitolata 'Politika dwar l-enerġija għall-Ewropa' (COM(2007)0001),
– wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta" Ġunju 2008 ntitolata 'Niffaċċjaw l-isfida ta" prezzijiet taż-żejt aktar għoljin' (COM(2008)0384),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 73/238/KEE tal-Kunsill tal-24 ta" Lulju 1973 dwar miżuri sabiex jittaffew l-effetti tad-diffikultajiet fil-provvista ta" żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi(1),
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 77/706/KEE tal-Kunsill tas-7 ta" Novembru 1977 dwar l-iffissar ta" mira tal-Komunità għal tnaqqis fil-konsum ta" sorsi primarji ta" enerġija fil-każ ta" diffikultajiet fil-provvista ta" żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi(2),
– wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/67/KE tal-Kunsill tal-24 ta" Lulju 2006 li timponi obbligu fuq l-Istati Membri ta" KEE li jżommu ħażniet minimi ta" prodotti taż-żejt mhux maħdum u/jew prodotti petroliferi(3),
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-13 ta" Novembru 2008 għal Direttiva tal-Kunsill li timponi obbligazzjoni fuq l-Istati Membri sabiex iżommu ħażniet minimi ta" żejt mhux maħdum u/jew prodotti petroliferi (COM(2008)0775),
– wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta" Novembru 2008 dwar "It-tieni reviżjoni strateġika dwar l-enerġija - Pjan ta" Azzjoni Ewropew għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u s-solidarjetà" (COM(2008)0781),
– wara li kkunsidra l-Green Paper tat-12 ta" Novembru 2008 "Towards a secure, sustainable and competitive European energy network" (COM(2008)0782),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta" Frar 2007 dwar l-impatt makroekonomiku taż-żieda fil-prezz tal-enerġija(4),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta" Settembru 2005 dwar id-dipendenza fuq iż-żejt mhux maħdum(5),
– wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta" Ġunju 2008 dwar il-kriżi fis-settur tas-sajd minħabba ż-żieda tal-prezzijiet taż-żejt użat bħala fjuwil (6),
– Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza dwar is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tal-Kunsill Ewropew tal-15 u s-16 ta" Ottubru 2008,
– Wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza dwar l-impatt tal-prezzijiet għoljin tal-għajxien u taż-żejt mhux maħdum fl-oqsma tal-politika waqt il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tad-19 u l-20 ta" Ġunju 2008,
– wara li kkunsidra l-"World Energy Outlook 2008" tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija (IEA),
– wara li kkunsidra l-opinjoni esploratorja tal-Kumitat Ewropew għall-Affarijiet Ekonomiċi u Soċjali tal-14 ta' Jannar 2009 dwar ir-reazzjonijiet għall-isfidi b'rabta mal-provvista taż-żejt(7),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 45 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, kif ukoll l-Opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat tas-Suq Intern u (A6-0035/2009),
A. billi sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-għexieren ta" snin li ġejjin, jeħtieġ li d-diversifikazzjoni tar-rotot tal-provvista enerġetika u s-sorsi tal-enerġija, lill-iffrankar u l-użu effiċjenti tal-enerġija jingħataw ħafna iktar importanza fuq livell Ewropew,
B. billi l-ħtieġa li tiġi żviluppata politika Komunitarja komprensiva dwar l-enerġija sabiex tiġi żgurata l-provvista qiegħda ssir dejjem aktar urġenti fi żmien meta l-Unjoni Ewropea qiegħda tiddependi dejjem aktar mill-importazzjonijiet,
C. billi ż-żejt jibqa" riżorsa limitata,
D. billi l-produzzjoni taż-żejt mill-Unjoni Ewropea u min-Norveġja xorta kienet ta' kontribut biex tintlaħaq id-domanda domestika ta' aktar minn 30% fl-2007,
E. billi ħafna mir-riżorsi taż-żejt, anki dawk li jistgħu faċilment jiġu rkuprati, minħabba miżuri politiċi ambjentali jew f'qafas ta" amministrazzjoni ta" riżorsi, f'ħafna pajjiżi tad-dinja bħalissa mhumiex aċċessibbli kompletament u minħabba li l-ispejjeż aktar għoljin ta" materjal u materja prima rduppjaw l-ispiża tal-produzzjoni taż-żejt mis-sena 2005,
F. billi skont il-kalkoli tal-Amministrazzjoni Informatika tal-Enerġija tal-Istati Uniti t-talba dinjija għaż-żejt fis-sena 2030 se tkun iktar minn terz ogħla minn dik tal-2006, it-talba fl-Unjoni Ewropea bejn l-2005 u l-2030 partikolarment minħabba t-tkabbir annwali tat-talba fis-settur tat-trasport, se tikber għal medja ta" 0.25 % u minħabba f'hekk fis-sena 2030 is-sehem taż-żejt bħala talba ta" sors ta'enerġija primarja fl-Unjoni Ewropea se jkun ta" 35 %,
G. billi d-dipendenza tal-importazzjonijiet taż-żejt tal-Unjoni Ewropea se tiżdied għal 95% sal- 2030, filwaqt li fl-istess ħin ir-riservi konvenzjonali taż-żejt se jkunu dejjem aktar ikkonċentrati fil-pajjiżi tal-ellissi strateġika u l-kompetizzjoni dejjem tiżdied fid-domanda tista" toħloq inċertezzi fil-provvista,
H. billi hu mistenni li l-prezzijiet taż-żejt ikunu aktar għoljin għall-perjodu twil ta" żmien,
I. billi ż-żieda fl-inflazzjoni, maħluqa biż-żieda fil-prezz taż-żejt u tal-prodotti bażiċi kkawżat dgħufija fil-kapaċità tal-akkwist,
J. billi fis-sena 2008 it-tibdiliet fil-prezzijiet jistgħu jiġu attribwiti mhux biss għall-provvista iżda wkoll għad-domanda fl-istess żmien u dan jista" jħalli impatti negattivi fuq l-ekonomija,
K. billi l-iżvilupp ta" strumenti ġodda ta" investment fis-suq taż-żejt u ta" prodotti oħra bażiċi, kabbar l-instabbiltà tal-prezzijiet ta" dawn il-prodotti; u billi hemm bżonn li tiġi żgurata iktar trasparenza fis-swieq tal-enerġija,
1. Jinnota li l-kwistjoni tas-sigurtà tal-provvistà tal-enerġija reġgħet saret il-kwistjoni ċentrali fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni imsemmija hawn fuq dwar it-Tieni Reviżjoni Strategika dwar l-Enerġija; madankollu jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma tgħallmitx lezzjonijiet mill-kriżi ekonomika li wriet li bis-saħħa ta' bidla sħiħa fil-politika tal-enerġija tal-Unjoni Ewropea biss jaf twassal għal soluzzjoni rigward is-sigurtà tal-provvista u s-solidarjetà fost l-Istati Membri, u għall-impjiegi, u fi kwistjonijiet soċjali, ambjentali u ekonomiċi; jiddispjaċih ukoll għan-nuqqas ta' impenn ċar li s'issa kien hemm biex tkompli tiżviluppa l-politika tal-enerġija u fir-rigward tal-istruttura tal-provvista;
2. Jenfasizza b'mod deċiż, li l-miżuri fuq terminu qasir ta" żmien għas-sigurtà ta" provvista jitqiesu wkoll fuq terminu twil ta" żmien;
3. Jistieden lill-Kummissjoni biex tiffoka aktar fuq l-analiżi tal-impatt indirett barra dak dirett tal-miżuri proposti dwar is-sigurtà tal-provvista u l-ispejjeż meta jiġu ppreparati proposti leġiżlattivi;
L-Iżvilupp tar-riżorsi eżistenti
4. Jinnota skont stimi differenti ser jkun għadu possibili li fid-deċenni li ġejjin, jiġi estratt biżżejjed żejt sabiex id-domanda tkun koperta, għalkemm li metodi ġodda ta' estrazzjoni wisq probbali jwasslu għal prezzijiet ta' żejt ogħla; jinnota li dan għandu mbagħad jistimula l-prestazzjoni tal-effiċjenza tal-enerġija u se jippromwovi l-użu ta" fjuwils alternattivi bħall-bijofjuwils tat-tieni ġenerazzjoni u l-idroġenu u l-użu ta" karozzi elettriċi Madankollu, jista" jkun il-każ li l0-konsumaturi jkollhom iħallsu prezzijiet ogħla għalih; jinnota wkoll li l-kundizzjonijiet tal-investiment għandhom jinbidlu wkoll; Jenfasizza wkoll, f'dan il-kuntest, li d-domanda għolja kostanti għaż-żejt wasslet il-provvista aktar u aktar għal-limitu tal-kapaċità;
5. Jiġbed l-attenzjoni dwar l-inċertezza ta" meta se jkun hemm differenza bejn iż-żieda tad-domanda u t-tnaqqis tal-provvista u x'dimensjoni se jkollha; Huwa mħasseb dwar il-fatt li din l-inċertezza dejjem iżjed se żżid ir-riskju tal-volatilità tal-prezz taż-żejt; Huwa konvint, għalhekk, li l-miżuri kollha li jistgħu jnaqqsu d-domanda għall-enerġija fossili għandhom jittieħdu bil-qawwa kollha;
6. Jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni biex, jekk ikun hemm bżonn, jittieħdu l-miżuri fuq medda ta" żmien qasir sabiex itaffu ż-żidiet drastiċi fil-prezz taż-żejt fil-ġejjieni; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu appoġġ finanzjarju għal investimenti f'sorsi ta" enerġija alternattiva bħas-sorsi li jiġġeddu tal-enerġija, u biex jagħtu prijorità lill-miżuri għall-għarfien tal-konsumaturi billi jħeġġu x-xiri ta' prodotti u servizzi li huma effiċjenti fl-enerġija biex inaqqsu l-ispiża fuq medda ta" żmien twil kif ukoll biex itaffu nuqqas ta" provvista taż-żejt fil-futur;
7. Jappella sabiex jiġu intensifikati l-isforzi biex isir vjabbli li r-riżorsi taż-żejt mhux konvenzjonali ikunu kkumerċjalizzati, u biex b'dan il-mod ikun hemm kontribut fid-diversifikazzjoni, sakemm jiġu żviluppati u jintużaw proċessi ta' estrazzjoni li jirrispettaw l-ambjent;; jisħaq li l-istrateġija taċ-ċiklu tal-ħajja li tirrigwarda l-emissjonijiet tal-gassijiet bl-effett ta' serra mill-fjuwils li jinsabu fis-suq tal-UE kif ġew introdotti fil-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 98/70/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-petrol, id-diżil u n-nafta (gas-oil) u l-introduzzjoni ta' mekkaniżmu biex ikun hemm monitoraġġ u tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra mill-użu tal-fjuwils għat-trasport fit-toroq u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE, rigward l-ispeċifikazzjoni tal-fjuwil użat minn bastimenti tal-ilmijiet interni u li tħassar id-Direttiva 93/12/KEE (COM(2007)0018), se toħloq inċentiv veru għall-industrija taż-żejt biex tnaqqas is-sehem tal-impatt tagħha fuq it-tibdil fil-klima billi ttejjeb il-proċessi tagħha tal-produzzjoni;
8. Jemmen li l-użu taż-żejt u ta" sorsi oħra ta" enerġija b'livell għoli ta" karbonju għandu jitnaqqas, kemm billi tiżdied l-effiċjenzja tal-enerġija, kif ukoll permezz tas-sostituzzjoni ta' dawn b'soluzzjonijiet li jkunu newtrali fir-rigward tas-CO2, bħalma hi l-enerġija nukleari u l-enerġija minn sorsi rinnovabbli;
9. Huwa tal-fehma li l-produzzjoni tar-riżervi eżistenti qiegħda tiddgħajjef b'mod drastiku minħabba fatturi politiċi, fosthom l-instabbiltà politika, in-nuqqas tal-ħarsien tal-liġi, iżda wkoll il-miżuri politiċi ambjentali u l-ġestjoni tar-riżorsi; jitlob lill-Kummissjoni tmexxi djalogu iktar intensiv fuq kull livell bejn il-pajjiżi produtturi u tfittex soluzzjonijiet prammatiċi tal-kunflitti fl-interess taż-żewġ naħat;
10. Jitlob lill-Kummissjoni, fi djalogu mal-kumpaniji kbar taż-żejt u l-pajjiżi produtturi taż-żejt, ifittxu modi li bihom jista" jiġi żgurat l-investiment minkejja instabbiltà tal-prezzijiet u l-profitti;
11. Jistenna li l-kumpaniji taż-żejt jerġgħu jinvestu l-profitti sostanzjali riċenti tagħhom fl-esplorazzjoni u fil-ħolqien ta" riservi taż-żejt ġodda u fil-promozzjoni ta" teknoloġiji li jiffrankaw l-enerġija u ta" riċerka dwar sostituti għaż-żejt (speċjalment għall-mezzi tat-trasport);
12. Iħeġġeġ biex ikun hemm relazzjoni iktar dinamika bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi li jipproduċu ż-żejt, fejn iż-żewġ naħat juru r-rieda tagħhom kemm li jagħtu kif ukoll li jirċievu, bl-għan li jkun hemm kontinwita' u aktar stabbilita' fil-qsam tal-provvista u tal-prezzijiet taż-żejt , li tkun fl-interess tal-partijiet kollha kkonċernati u tal-ekonomija dinjija b'mod ġenerali;
13. Jilqa" b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni sabiex ikun hemm djalogu politiku globali fil-forma ta' samit ta" livell għoli bejn il-pajjiżi li jikkunsmaw iż-żejt u l-pajjiżi li jipproduċu ż-żejt sabiex jiġi stabbilit bilanċ ġust bejn il-provvista u d-domanda fis-suq taż-żejt u sabiex pajjiżi li jipproduċu ż-żejt ma jkunux jistgħu jżommu l-prezzijiet taż-żejt fl-livelli għoljin b'mod artifiċjali;
Trasparenza tas-suq u l-iffissar tal-prezz
14. Hu mħasseb dwar iż-żieda, li kienet drastika fl-2008, fil-volatilità tal-prezz taż-żejt, li tħalli impatt negattiv fuq l-ekonomija kollha tal-Unjoni Ewropea u l-konsumaturi tagħha;
15. Hu tal-fehma li l-varjazzjonijiet fil-prezz taż-żejt jirriflettu domanda iktar għaż-żejt, tnaqqis progressiv fir-riservi taż-żejt, tibdiliet fix-xejriet demografiċi u urbani, speċjalment fil-pajjiżi emerġenti, fejn iż-żieda fid-dħul medju qiegħda toħloq żieda fid-domanda, spekulazzjoni fil-swieq tal-prodotti bażiċi u ċikli ekonomiċi globali; jenfasizza wkoll li ż-żejt u prodotti bażiċi oħra ntużaw dejjem iktar għad-diversifikazzjoni tal-portafolli bħala riżultat tad-diprezzament tad-dollaru Amerikan;
16. Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-volatilità tal-prezzijiet taż-żejt u l-impatt ta" dan fuq l-istabbiltà ekonomika u finanzjarja; jirrikonoxxi l-benefiċċji ta" swieq attivi taż-żejt u ta" prodotti oħra tal-enerġija, u fl-istess ħin iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżguraw l-ogħla livell prattikabbli possibbli ta" trasparenza fis-swieq tal-enerġija;
17. Jirrikonoxxi li volatilità bħal din, tista" tkun ta" ħsara anke għall-ekonomiji tal-esportaturi taż-żejt, u li minħabba f'hekk l-istabbiltà tal-prezz taż-żejt tkun f'interess komuni;
18. Jilqa' b'sodisfazzjon il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Ġunju 2008 dwar dwar l-iffaċċjar tal-isfida ta' prezzijiet taż-żejt aktar għoljin u jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-volatilità tal-prezz taż-żejt dan l-aħħar u l-effetti negattivi fuq l-inflazzjoni, fuq il-kompetittività, fuq il-kummerċ u fuq it-tkabbir ekonomiku;
19. Jara bħala l-kaġun ewlieni taż-żieda fil-prezz taż-żejt, iż-żieda qawwija fid-domanda f'dawn l-aħħar tmien snin, li rriżultat fi xkiel għall-produzzjoni taż-żejt, it-trasport u l-irfinar u f'bonanza ta' profitti wisq kbar magħmula minn ftit oligopolijiet kbar taż-żejt; jagħraf li ż-żieda ċara fil-prezz tal-materja prima u tat-transazzjonijiet spekulattivi fis-swieq finanzjarji ħalliet impatt b'saħħtu fuq l-iżvilupp tal-prezz taż-żejt;
20. Jenfasizza l-bżonn biex il-monitoraġġ tal-kompetizzjoni fl-ipproċessar u fil-bejgħ taż-żejt u l-prodotti tiegħu jingħata prijorità u biex tiżdied it-trasparenza tad-data fuq l-istokks taż-żejt kummerċjali;
21. Jikkunsidra bħala neċessità, l-istabbiltà tal-prezz taż-żejt, biex titjieb it-trasparenza fis-suq; jitlob lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta proposti relevanti lill-Parlament u lill-Kunsill; jiġbed l-atttenzjoni biex it-trasparenza tiżdied b'urġenza fil-pajjiżi produtturi wkoll, u l-volum tal-produzzjoni u l-livell tar-riżervi b'mod partikulari jridu jkunu ppubblikati wkoll b'mod trasparenti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jaħdmu għal aktar trasparenza fil-qafas tad-djalogi tagħhom mal-pajjiżi produtturi;
22. Jilqa", f'dan il-kuntest, il-proposta għal studju dwar l-użu u l-ispejjeż ta" pubblikazzjoni ta" kull ġimgħa tal-livelli tal-istokks; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex iddaħħal ir-riżultati tal-istudju fil-proposti leġiżlattivi ġejjienin tagħha għal stokks minimi taż-żejt; jenfasizza, fl-istess ħin, li t-trasparenza għandha tkun waħda dinjija;
23. Jinnota li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi differenti għall-prodotti petroliferi fil-pajjiżi xerrejja prinċipali jirriżultaw f'suq frammentarju, li f'każ ta" telf ta" kunsinna jistgħu jħallu effett kbir fuq il-moviment tal-prezz; jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta proposti, bħalma huma limitazzjonijiet t'aċċess fis-suq;
24. Huwa tal-fehma li l-irwol tal-istokkijiet strateġiċi huwa li jikkonfrontaw in-nuqqas fiżiku minħabba telf tal-kunsinna; għalhekk jirrifjuta, anke għal raġunijiet ta" politika baġitarja sostenibbli, kull attentat li tiġi kkonfrontata l-volatilità tal-prezz taż-żejt permezz bl-użu tal-istokkijiet;
25. Jenfasizza l-importanza tal-ħidma attiva biex l-enerġija alternattiva l-ġdida tkun aċċessibbli għall-intrapriżi ż-żgħar sabiex dawn jiddependu inqas fuq il-varjazzjonijiet fil-prezz taż-żejt; jirrikonoxxi l-importanza tal-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju fil-produzzjoni tal-bijofjuwil u ta" forom oħra ta" enerġija rinovabbli; hu mħasseb dwar l-ostakli tekniċi u regolatorji li għadhom jeżistu fil-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta" dawk il-prodotti u jitlob lill-Kummissjoni biex tistinka ħalli tiffaċilita l-aċċess għas-suq għal dawk il-fjuwils;
26. Jenfasizza li sistema effettiva ta" skambju ta" emissjonijiet u l-adozzjoni ta' firxa wiesgħa ta' miżuri oħra li jiffrankaw l-enerġija għandhom ikunu għodod importanti biex jistimulaw l-iżvilupp ta" suq b'firxa wiesgħa u modern għal teknoloġiji u prodotti li huma effiċjenti fl-enerġija; jenfasizza wkoll l-importanza tal-applikazzjoni tal-prinċipju li 'min iniġġeż iħallas'; ifakkar li iktar ma jkun kbir l-għadd ta' pajjiżi li japplikaw politiki simili, iktar ikun limitat l-impatt fuq il-kompetittività settorjali ta' dawk il-politiki;
Investimenti fil-prodotti u l-preparazzjoni taż-żejt
27. Jinnota li sal-2020 l-investimenti annwali tal-IEA jeħtieġ li jkunu USD 350 miljun fl-industrija taż-żejt, sabiex tiggarantixxi s-sigurtà tal-provvista; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, biex jagħtu inċentiv lill-investiment politiku tagħhom, partikolarment fi ħdan l-Unjoni Ewropea; jissottolinea s-sehem tas-sigurtà tal-investimenti fuq perjodu twil taż-żmien; madankollu jirrifjuta li jibdel l-investiment u l-kapital privat bi flus il-poplu;
28. Hu mħasseb fuq l-impatti tal-kriżi attwali tal-kreditu fuq il-possibbiltajiet ta" investimenti tal-industrija taż-żejt u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkoordinaw l-isforzi tagħhom biex jegħlbu din il-kriżi;
29. Jilqa" l-kontribuzzjoni li se tista" tinkiseb permezz ta" użu intensiv ta" bijofjuwils fis-settur tat-trasport għaż-żieda fis-sigurtà tal-provvista; jinnota li għaldaqstant, jista" jkun hemm konsolidazzjoni u ristrutturazzjoni fl-industrija tal-ipproċessar taż-żejt; jinnota wkoll li għandhom jiġu adottati miżuri strutturali addizzjonali fis-settur tat-trasport sabiex tiġi minimizzata d-domanda għaż-żejt;
30. Jitlob lill-Istati Membri u lill-kumpaniji, sabiex minkejja dawn l-iżviluppi, jiżguraw li jibqgħu jeżistu biżżejjed kapaċitajiet tar-riżervi fl-Unjoni Ewropea, , sabiex ikun jista" jiġi bbilanċjat in-nuqqas, li jista" possibilment jirriżulta minn katastrofu naturali;
31. Jistieden lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-kumpaniji taż-żejt biex jiggarantixxu taħriġ xieraq għall-ispeċjalisti li jinħtieġu għar-riċerka fir-riżervi taż-żejt u għall-produzzjoni taż-żejt;
Mezzi tat-trasport
32. Jilqa" s-suċċess miksub fil-qafas tal-programm INOGATE bil-miżuri għall-bini tal-kunfidenza; jitlob lill-Kummissjoni biex tfassal strateġija, kif proġetti bħal dawn jistgħu jiġu appoġġjati b'miżuri sekondarji u kkoordinati aħjar;
33. Jinnota l-importanza tar-relazzjonijiet tajba mal-ġirien fost l-Istati ta" tranżitu, kemm bejniethom u mal-Istati ġirien tagħhom u jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex iżidu l-isforzi f'dan ir-rispett;
34. Jinnota li l-pajpijiet taż-żejt ġew esklużi min-networks tal-enerġija trans-Ewropej u jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jikkunsidraw jekk jinkludux l-infrastruttura taż-żejt fit-Networks tal-Enerġija trans-Ewropej (TEN-E) minħabba l-iżviluppi attwali, b'mod partikulari t-tnaqqis fil-produzzjoni domestika u ż-żieda simultanja fid-dipendenza mill-importazzjoni u l-ħtieġa għal kapaċitajiet ġodda tat-trasport;
35. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jaħdmu għall-istabilità, b'mod partikulari fil-pajjiżi produtturi li huma mhedda min-nuqqas ta' stabilità politika, fil-qafas tal-politika komuni barranija, tal-kummerċ u tas-sigurtà, billi l-istabilità tipprovdi l-bażi għall-investiment u l-prosperità;
36. Jenfasizza l-fatt li proġetti ġodda tal-infrastruttura taż-żejt, bħall-pajpijiet kondutturi taż-żejt Odessa-Gdansk u Constanta-Trieste, għandhom jibqgħu proġetti bi prijorità għolja ta" interess Ewropew;
37. Hu mħasseb dwar il-piraterija li qiegħda dejjem tikber, u li qiegħda thedded in-navigazzjoni internazzjonali u għaldaqstant anke l-ġarr taż-żejt u jilqa" l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill(8) f'dan ir-rigward;
38. Hu mħasseb ħafna fuq it-theddida għall-mezzi tat-trasport u għall-infrastruttura strateġika minħabba t-terroriżmu u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintensifikaw id-djalogu bejn l-atturi prinċipali;
Transport u kostruzzjoni
39. Jinnota l-potenzjal għat-tifdil tal-enerġija fis-settur tal-kostruzzjoni, li jista' jnaqqas it-talba għal sorsi ta" enerġija fossili bħaż-żejt u l-gass, u jilqa" l-isforzi attwali tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri, sabiex dan il-potenzjal ikun sfruttat aħjar;
40. Jilqa" l-isforzi tal-Unjoni Ewropea għad-diversifikazzjoni ta" sorsi ta" enerġija fis-settur tat-trasport; jippreferi l-iżviluppi msejsa fuq is-suq bl-introduzzjoni ta" teknoloġiji ġodda; jagħraf li l-prezz ikun l-aħjar indikatur tal-kompetittività ta" teknoloġiji ġodda; madankollu, jisgħobbih għan-nuqqas ta' ambizzjoni rigward il-potenzjal għal vetturi li huma effiċjenti fl-użu tal-enerġija, iddisinjati aħjar u li huma aktar ħfief;
41. Jesprimi d-dubju fuq l-effiċjenza ta" bijofjuwils tal-ewwel ġenerazzjoni, fuq perjodu medju u perjodu twil ta" żmien, bħala sostitut għaż-żejt; jitlob sforzi qawwija għall-esplorazzjoni ta" fjuwil sintetiku;
42. Hu konvint li ż-żieda fil-konsum taż-żejt fis-settur tat-trasport tista" tonqos f'perjodu medju u f'perjodu twil ta" żmien biss jekk l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri jieħdu miżuri addizzjonali li jwasslu sabiex it-trasport tal-merkanzija u l-mobilità jaqilbu għal mezzi ta" trasport aktar sostenibbli, bħat-trasport ferrovjarju, it-trasport bl-ilma kif ukoll mezzi intermodali tal-mobilità fiż-żoni urbani (pereżempju bil-mixi, bir-rota, bil-mezzi tat-trasport pubbliku jew trasport kollettiv); hu konvint, barra minn hekk, li jista" jinkiseb iffrankar konsiderevoli tal-enerġija billi jiġu applikati sistemi moderni msaħħa għall-ġestjoni tat-trasport li jnaqqsu l-ħin tal-istennija u d-devjazzjonijiet tat-traffiku fit-toroq u bl-ajru kif ukoll tat-trasport bl-ilma u billi l-loġistika ekoloġika tiġi promossa iktar;
Relazzjonijiet bejn il-pajjiżi b'konsum iktar għoli taż-żejt
43. Huwa tal-fehma li l-poliktika tal-enerġija għandha titqies aktar fir-relazzjonijiet esterni komuni tal-Unjoni mal-pajjiżi li l-konsum tagħhom tal-enerġija qed jogħla b'rata mgħaġġla, u li l-Unjoni Ewropea għandha taħdem biex jitnaqqsu s-sussidji statali għall-prodotti taż-żejt;
44. Jitlob lill-Kummissjoni biex tinkludi fl-politika barranija, il-politika għall-iżvilupp tal-kummerċ u l-politika tal-viċinat komuni tagħha, miżuri li jistgħu jagħtu kontribuzzjoni, sabiex tkun promossa s-separazzjoni tat-tkabbir ekonomiku mill-konsum globali taż-żejt;
45. 45 Jiġbed l-attenzjoni, b'mod partikolari, lejn il-fatt li l-impatti ġeopolitiċi tal-bidliet fil-kondizzjonijiet globali għas-sigurtà internazzjonali tal-enerġija u l-konsegwenzi għall-politika dwar il-governanza internazzjonali tal-ġejjieni għadhom ma ġewx ikkunsidrati u diskussi biżżejjed min-naħa tal-Unjoni Ewropea; huwa tal-fehma li d-dipendenza kontinwa fuq soluzzjonijiet nazzjonali għandha tiġi sostitwita b'forom ġodda u stretti ta" koperazzjoni politika u ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea, l-Istati Uniti, ir-Russja u ċ-Ċina, li għandhom jiġu mogħtija forma istituzzjonali f'terminu medju ta' żmien;
o o o
46. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-Riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u parlamenti tal-Istati Membri.
Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK ta" l-10 ta" Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta" kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta" piraterija u ta" serq bl-użu tal-armi "l barra mix-xtut tas-Somalja (ĠU L 301, 12.11.2008, p.33).