Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Testi adottati
PDF 369kWORD 59k
Il-Ħamis, 12 ta' Marzu 2009 - Strasburgu
Irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran *
P6_TA(2009)0128

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan multi-annwali għall-irkupru tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran (COM(2009)0093 – C6-0081/2009 – 2009/0029(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0093),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 37 tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C6-0081/2009),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 134 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinnotifika lill-Parlament jekk ikollu l-ħsieb jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal regolament
Premessa 3 a (ġdida)
Il-pjan ta' rkupru ICCAT jħeġġeġ lill-partijiet kontraenti biex, b'mod voluntarju, inaqqsu l-qabdiet tagħhom tat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran fl-2009, għall-promozzjoni tal-irkupru tal-istokkijiet; xi partijiet kontraenti diġà għamlu dan;
Emenda 4
Proposta għal regolament
Artikolu 2 (g)
(g) "operazzjoni konġunta tas-sajd": tfisser kull operazzjoni bejn żewġ bastimenti tal-qbid jew aktar li jtajru l-bandiera ta" PKK differenti jew ta" Stati Membri differenti fejn il-qabda ta" bastiment tal-qbid individwali hija attribwita lil bastiment tal-qbid ieħor wieħed jew aktar skont kodiċi ta" allokazzjoni;
(g) "operazzjoni konġunta tas-sajd": tfisser kull operazzjoni bejn żewġ bastimenti tal-qbid jew aktar li jtajru l-bandiera ta" PKK differenti jew ta" Stati Membri differenti jew ta' bastimenti li jtajru l-istess bandiera fejn il-qabda ta" bastiment tal-qbid individwali hija attribwita lil bastiment tal-qbid ieħor wieħed jew aktar skont kodiċi ta" allokazzjoni;
Emenda 5
Proposta għal regolament
Artikolu 4 (6) – paragrafu 3
L-Istat Membru tal-bandiera jista" jitlob lill-bastiment jipproċedi immedjatament lejn port innominat minnu meta l-kwota individwali titqies milħuqa.
L-Istat Membru tal-bandiera għandu jissospendi l-awtorizzazzjoni għas-sajd tat-tonn u jista" jitlob lill-bastiment jipproċedi immedjatament lejn port innominat minnu meta l-kwota individwali titqies milħuqa.
Emenda 6
Proposta għal regolament
Artikolu 21 (1)
1.  B'deroga mill-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, il-kaptan ta" bastiment Komunitarju msemmi fl-Artikolu 14 ta" dan ir-Regolament jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru (inkluż l-Istat Membru tal-bandiera) jew lill-PKK li tagħhom jixtiequ jużaw il-portijiet jew il-faċilità ta" ħatt mill-inqas erba" siegħat qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-port, b'dan li ġej:
1.  B'deroga mill-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, il-kaptan ta" bastiment Komunitarju msemmi fl-Artikolu 14 ta" dan ir-Regolament jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru (inkluż l-Istat Membru tal-bandiera) jew lill-PKK li tagħhom jixtieq juża l-portijiet jew il-faċilità ta" ħatt mill-inqas erba" siegħat qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-port, jew meta d-distanza sal-port tkun inqas, fi tmiem l-operazzjonijiet tas-sajd, u qabel ma jibda jbaħħar lura lejn il-port, b'dan li ġej:
Emenda 7
Proposta għal regolament
Artikolu (23a)
a) il-ħin stmat tal-wasla,
a) data, port u ħin stmat tal-wasla
Emenda 8
Proposta għal regolament
Artikolu 30(2a)
a) kopertura ta" osservazzjoni għal mill-inqas 20% tal-bastimenti attivi tal-qbid ta" tul ta" aktar minn 24 m li jistadu bil-purse seines;
a) kopertura ta" osservazzjoni għal 100 % tal-bastimenti attivi tal-qbid ta" tul ta" aktar minn 24 m li jistadu bil-purse seines;
Emenda 9
Proposta għal regolament
Artikolu 30(2b)
b) fil-każ ta" operazzjonijiet konġunti tas-sajd, li osservatur ikun preżenti matul l-operazzjoni tas-sajd;
b) fil-każ ta" operazzjonijiet konġunti tas-sajd, li osservatur ikun preżenti fuq kull bastiment tal-qbid matul l-operazzjoni tas-sajd;
Avviż legali - Politika tal-privatezza