Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2009/2549(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B6-0110/2009

Testi mressqa :

B6-0110/2009

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 12/03/2009 - 7.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2009)0131

Testi adottati
PDF 200kWORD 34k
Il-Ħamis, 12 ta' Marzu 2009 - Strasburgu
Il-parteċipazzjoni tal-impjegati f'kumpaniji bi statut Ewropew
P6_TA(2009)0131B6-0110/2009

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2009 dwar il-parteċipazzjoni tal-impjegati f'kumpaniji bi statut Ewropew u miżuri oħra li jakkumpanjaw

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-25 ta' Ġunju 2008 bl-isem "Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir" - "Att dwar in-Negozji ż-Żgħar" għall-Ewropa (COM(2008)0394) u l-Programmi ta' Ħidma tal-Kummissjoni tal-2008 u l-2009,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.   billi Statut għall-Kumpanija Privata Ewropea (SPE) jiffaċilita n-negozju tal-SME fis-suq intern, iżda jkun ukoll aċċessibbli għal kumpaniji akbar,

1.  Jistieden lill-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-Artikolu 138 tat-Trattat KE, biex tibda konsultazzjoni mas-sieħba soċjali, bil-ħsieb li jkunu evalwati u fejn meħtieġ issimplifikati, maħluqa jew imsaħħa id-dispożizzjonijiet tal-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fis-suq intern;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa l-impatt tal-istatuti eżistenti tal-kumpaniji Ewropej u d-deċiżjonijiet relevanti tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (per eżempju il-każijiet 'Daily Mail u General Trust', 'Sevic Systems', 'Inspire Art', 'Überseering', and 'Cartesio') fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-impjegati fil-bordijiet ta' kumpaniji u l-evitar possibbli tad-dispożizzjonijiet nazzjonali relevanti jew tad-tidwir possibbli magħhom;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa l-problemi transkonfinali fir-rigward tat-tmexxija korporattiva, il-liġi tat-taxxa u l-parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati fi programmi ta' żamma ta' ishma li jkollhom x'jaqsmu mal-konsultazzjoni proposta fuq imsemmija; jitlob li possibilment ikun hemm reviżjoni u/jew proposti ġodda biex jiġu diskussi mal-Kunsill u l-Parlament;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tevalwa jekk iddaħħalx regola għall-istatut tal-SPE skont liema r-rimborż ta' self jew kontribuzzjoni oħra minn azzjonist għandha tkun subordinata fejn kontribuzzjoni fil-kapital azzjonali kienet tkun aktar xierqa (jiġifieri f'każ ta' livell għoli ħafna ta' dejn tal-kumpanija nnifisha); jemmen li għandha titqies l-introduzzjoni ta' regola li permezz tagħha azzjonist għandu jirritorna r-rimborż mogħti jekk ikun tħallas f'perjodu qrib l-insolvenza tal-kumpanija;

5.  Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Avviż legali - Politika tal-privatezza