Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Proċedura : 2008/0150(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A6-0121/2009

Testi mressqa :

A6-0121/2009

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 24/03/2009 - 4.15
CRE 24/03/2009 - 4.15
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P6_TA(2009)0160

Testi adottati
PDF 424kWORD 102k
It-Tlieta, 24 ta' Marzu 2009 - Strasburgu
L-Istruttura u r-rati ta" dazju tas-sisa applikati fuq tabakk manifatturat *
P6_TA(2009)0160A6-0121/2009

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 92/79/KEE, 92/80/KEE u 95/59/KE dwar l-istruttura u r-rati ta" dazju tas-sisa applikati fuq tabakk manifatturat (COM(2008)0459 – C6-0311/2008 – 2008/0150(CNS))

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0459),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6–0311/2008),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta" Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6–0121/2009),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Test propost mill-Kummissjoni   Emenda
Emenda 1
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Premessa 2
(2)  Bil-għan li jkun żgurat it-tħaddim tajjeb tas-suq intern u, fl-istess ħin, livell għoli ta" ħarsien tas- saħħa, kif rekwiżit mill-Artikolu 152 tat-Trattat tal-KE, meta jitqies li l-Komunità hija Parti għall-Konvenzjoni ta' Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll tat-Tabakk (FCTC), bidliet differenti għandhom isiru fil-materja. Dawn il-bidliet għandhom iqisu l-qagħda prevalenti għal kull wieħed mill-prodotti tat-tabakk.
(2)  Bil-għan li jkun żgurat it-tħaddim tajjeb tas-suq intern u, fl-istess ħin, livell għoli ta" ħarsien tas- saħħa, kif rekwiżit mill-Artikolu 152 tat-Trattat tal-KE, meta jitqies li l-Komunità hija Parti għall-Konvenzjoni ta' Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-Kontroll tat-Tabakk (FCTC), bidliet differenti għandhom isiru fil-materja. Dawn il-bidliet, fejn xieraq, għandhom iqisu l-projbizzjoni tat-tipjip u l-qagħda prevalenti għal kull wieħed mill-prodotti tat-tabakk u għandhom ikunu kumplimentari għall-projbizzjoni dwar ir-reklamar tat-tabakk u għat-tnedija ta' kampanji edukattivi. Għandu jitqies ukoll il-bżonn li jkun miġġieled il-kuntrabandu minn pajjiżi terzi u l-kriminalità organizzata u l-istabbiliment u t-tkabbir taz-zona Schengen.
Emenda 2
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Premessa 3
(3)  Dwar is-sigaretti, l-arranġamenti għandhom ikunu ssimplifikati sabiex jinħolqu kondizzjonijiet newtrali ta" kompetizzjoni għall-manifatturi, biex inaqqsu s-separazzjoni tas-swieq tat-tabakk u jenfasizzaw l-għanijiet tas-saħħa. Għal dan il-għan, għandu jkun sostitwit il-kunċett tal-kategorija tal-prezz l-aktar popolari; ir-rekwiżit minimu relatat mal-prezz għandu jirreferi għall-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut, waqt li l-minimu monetarju għandu jkun applikabbli għas-sigaretti kollha. Għal raġunijiet simili, il-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut għandu jservi wkoll bħala referenza għall-kejl ta" l-importanza ta" dazju tas-sisa speċifiku fil-piż totali tat-taxxa.
(3)  Dwar is-sigaretti, l-arranġamenti għandhom ikunu ssimplifikati sabiex joħolqu kundizzjonijiet newtrali ta" kompetizzjoni għall-manifatturi, biex inaqqsu s-swieq tat-tabakk, sabiex ikun żgurat trattament ugwali tal-Istati Membri kollha, ta' dawk li jkabbru t-tabakk u tal-industrija tat-tabakk jenfasizzaw l-għanijiet tas-saħħa, u biex jikkonformaw mal-għanijiet makroekonomiċi, bħall-mira tal-inflazzjoni baxxa, fid-dawl tat-tkabbir taz-zona euro u l-konverġenza tal-prezzijiet. Għal dan il-għan, għandu jkun sostitwit il-kunċett tal-kategorija tal-prezz l-aktar popolari; ir-rekwiżit minimu tad-dazju tas-sisa għall-prodotti kollha tat-tabakk fl-Istati Membri kollha għandu, sal-1 ta' Jannar 2012, ikun espress biss bħala kompenent speċifiku impost fuq kull unità ta' tabakk. Il-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut għandu jservi biss bħala referenza għall-kejl tal-importanza ta" dazju tas-sisa speċifiku fil-piż totali tat-taxxa. Stati Membri b'livell għoli ta' dazji tas-sisa fuq prodotti tat-tabakk għandhom jadottaw politika ta' moderazzjoni fir-rigward żieda fit-taxxa, billi jżommu f'moħħhom l-importanza tal-konverġenza tal-livell tat-taxxa fis-suq intern.
Emenda 3
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Premessa 5
(5)  Dwar it-tabakk imqatta" fin intiż għall-brim tas-sigaretti, il-limiti minimi tal-Komunità għandhom jiġu espressi b'tali mod li jinkisbu effetti simili għal dak fil-qasam tas-sigaretti. Għal dan il-għan, għandu jkun ipprovdut li livell ta' tassazzjoni nazzjonali għandu jikkonforma mal-minimu espress bħala perċentwal tal-prezz bl-imnut u ieħor espress bħala ammont fiss.
(5)  Dwar it-tabakk imqatta" fin intiż għall-brim tas-sigaretti, il-limiti minimi tal-Komunità għandhom jiġu espressi b'tali mod li jinkisbu effetti simili għal dak fil-qasam tas-sigaretti. Għal dan il-għan, għandu jkun ipprovdut li l-livelli ta' tassazzjoni nazzjonali għandhom jikkonformaw mal-minimu espress bħala ammont fiss impost fuq kull unità ta' tabakk sal-1 ta' Jannar 2012.
Emenda 7
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 1
Direttiva 92/79/KEE
Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1
1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dazju tas-sisa (dazju speċifiku u dazju ad valorem) fuq is-sigaretti jirrapreżenta ta' l-anqas 57 % tal-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut tas-sigaretti mibjugħa. Dak id-dazju tas-sisa ma jkunx inqas minn EUR 64 għal kull 1,000 sigarett irrispettivament mill-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut.
1.  Sal-1 ta' Jannar 2012, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dazju tas-sisa ma jkunx anqas minn EUR 64 għal kull 1 000 sigarrett għat-tipi kollha ta' sigaretti.
Emenda 8
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 1
Direttiva 92/79/KEE
Artikolu 2 – paragrafu 2
2.  Mill-1 ta" Jannar 2014, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dazju tas-sisa (dazju speċifiku u dazju ad valorem) fuq is-sigaretti jirrapreżenta ta' l-anqas 63 % tal-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut tas-sigaretti mibjugħa. Dak id-dazju tas-sisa ma jkunx inqas minn EUR 90 għal kull 1,000 sigarett irrispettivament mill-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut.
2.  Mill-1 ta" Jannar 2014, l-Istati Membri kollha għandhom jiżguraw li d-dazju tas-sisa fuq kull kategorija ta' sigaretti ma jkunx anqas minn EUR 75 għal kull 1,000 sigarett jew EUR 8 iżjed mil-livell għal 1 000 fl-1 ta' Jannar 2010.
Madankollu, l-Istati Membri li jimponu dazju tas-sisa ta" mill-anqas EUR 122 għal kull 1 000 sigarett fuq il-bażi tal-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut ma jeħtiġilhomx li jikkonformaw mar-rekwiżit tas-63 % indikat fl-ewwel subparagrafu.
Emenda 9
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 1
Direttiva 92/79/KEE
Artikolu 2 – paragrafu 3
3.  Il-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut għandu jkun determinat fl-1 ta" Jannar ta" kull sena, b'referenza għas-sena n-1, fuq il-bażi tar-rilaxxi kollha għall-konsum, u l-prezzijiet inklużi t-taxxi kollha.
3.  Il-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut għandu jkun determinat fl-1 ta" Marzu ta" kull sena, b'referenza għas-sena n-1, fuq il-bażi tal-volum totali mqiegħed fis-suq u l-prezzijiet li jinkludu t-taxxi kollha.
Emenda 10
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 1
Direttiva 92/79/KEE
Artikolu 2 – paragrafu 5
5.  L-Istati Membri għandhom iżidu b'mod gradwali d-dazji tas-sisa bil-għan li jilħqu r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 fid-dati indikati fil-paragrafi 2 u 4 rispettivament.
5.  L-Istati Membri għandhom iżidu b'mod gradwali d-dazji tas-sisa bil-għan li jilħqu r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 sal-1 ta' Jannar 2012.
L-Istati Membri li fihom id-dazju tas-sisa ġie applikat fl-1 ta' Jannar 2009 għal kull kategorija tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut li jkun ogħla minn EUR 64 għal kull 1000 sigarrett ma għandhomx inaqqsu l-livell tad-dazju tas-sisa.
Emenda 11
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 1
Direttiva 92/79/KEE
Artikolu 2 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 a (ġdid)
Il-Kummissjoni għandha tikkalkula u tippubblika, fl-istess okkażjoni u għal raġunijiet ta' informazzjoni, il-prezz l-aktar baxx għas-sigaretti fl-UE, espress f'euro u fil-muniti nazzjonali oħrajn, biż-żieda tad-dazju tas-sisa u l-VAT imposta fuq pakkett nominali ta' sigaretti ta' valur ta' EUR 0 qabel it-taxxa.
Emenda 12
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 1 – punt 2
Direttiva 92/79/KEE
Artikolu 2a
L-Artikolu 2a jinbidel b'dan li gej:
imħassar
"Artikolu 2a
1.  Fejn bidla fil-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut isseħħ fi Stat Membru, u b'hekk iġġib id-dazju tas-sisa taħt il-livelli indikati fil-paragrafi 1 u 2 ta" l-Artikolu 2 rispettivament, l-Istat Membru kkonċernat jista" ma jaġġustax dak id-dazju sa mhux aktar tard mill-1 ta" Jannar tat-tieni sena wara dik li fiha seħħet il-bidla.
2.  Fejn Stat Membru jżid ir-rata tat-taxxa tal-valur miżjud fuq is-sigaretti, huwa jista" jnaqqas id-dazju tas-sisa sa ammont li, espress bħala perċentwal tal-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut, huwa ugwali għaż-żieda fir-rata tat-taxxa tal-valur miżjud, espressa wkoll bħala perċentwal tal-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut, anke jekk aġġustament bħal dan għandu l-effett li jonqos id-dazju tas-sisa sa taħt il-livelli, espress bħala perċentwal tal-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut, stipulat fil-paragrafi 1 u 2 ta" l-Artikolu 2 rispettivament.
Madankollu, l-Istat Membru għandu jerġa" jżid id-dazju sabiex jilħaq tal-anqas dawk il-livelli mhux aktar tard mill-1 ta" Jannar tat-tieni sena wara dik li fiha jkun seħħ it-tnaqqis."
Emenda 13
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1
Direttiva 92/80/KEE
Artikolu 3 – paragrafu 1– subparagrafi 8 u 9
Mill-1 ta" Jannar 2010, l-Istati Membri għandhom japplikaw dazju tas-sisa fuq tabakk tat-tipjip imqatta' fin intiż għall-brim ta" sigaretti ta" mill-anqas 38 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut inklużi t-taxxa kollha, u ta' l-anqas EUR 43 kull kilogramm.
Sa mill-1 ta' Jannar 2014, l-Istati Membri għandhom japplikaw dazju tas-sisa fuq tabakk tat-tipjip imqatta' fin intiż għall-brim ta" sigaretti ta" mill-anqas EUR 50 għal kull kilogramma jew 6% aktar mill-livell għal kull kilogramma fl-1 ta' Jannar 2012.
"Mill-1 ta" Jannar 2014, l-Istati Membri għandhom japplikaw dazju tas-sisa fuq tabakk tat-tipjip imqatta' fin intiż għall-brim ta" sigaretti ta" mill-anqas 42 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut inklużi t-taxxa kollha, u ta' l-anqas EUR 60 kull kilogramm.
Sa mill-1 ta' Jannar 2012, l-Istati Membri għandhom japplikaw dazju tas-sisa fuq tabakk tat-tipjip imqatta' fin intiż għall-brim ta" sigaretti ta" mill-anqas EUR 43 għal kull kilogramma jew 20% aktar mill-livell għal kull kilogramma fl-1 ta' Jannar 2010.
Emenda 14
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 2 – punt 1
Direttiva 92/80/KEE
Artikolu 3 – paragrafu 1– subparagrafi 10 u 11
L-Istati Membri għandhom iżidu b'mod gradwali d-dazji tas-sisa biex jilħqu r-rekwiżiti minimi msemmija fid-disa' subparagrafu fl-1 ta' Jannar 2014.
L-Istati Membri għandhom iżidu b'mod gradwali d-dazji tas-sisa biex jilħqu dawk ir-rekwiżiti minimi.
Mill-1 ta" Jannar 2010, id-dazju tas-sisa espress bħala perċentwal, bħala ammont għal kull kilogramm jew għal għadd iffissat ta" oġġetti għandu jkun ta" l-anqas ekwivalenti għal li ġej:
Sa mill-1 ta" Jannar 2012, id-dazju tas-sisa espress bħala ammont għal kull kilogramma jew għal għadd iffissat ta" oġġetti għandu jkun tal-anqas ekwivalenti għal li ġej:
(a) fil-każ ta" sigarri u sigarri żgħar, 5 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut inklużi t-taxxi kollha jew EUR 12 għal kull 1,000 oġġett jew għal kull kilogramm;
(a) fil-każ tas-sigarri jew sigarri żgħar, EUR 12 għal kull 1 000 oġġett jew għal kull kilogramma;
(b) fil-każ tat-tabakk tat-tipjip, li mhuwiex tabakk tat-tipjip mqatta" fin intiż għall-brim tas-sigaretti, 20 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut inklużi t-taxxi kollha, jew EUR 22 għal kull kilogramm."
(b) fil-każ tat-tabakk tat-tipjip, li mhuwiex tabakk tat-tipjip mqatta" fin intiż għall-brim tas-sigaretti, EUR 22 għal kull kilogramma.
Emenda 15
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 – punt 4 a (ġdid)
Direttiva 95/59/KE
Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 3
(4a)  Fl-Artikolu 9(1), it-tielet subparagrafu jiġi mibdul b'dan li ġej:
"It-tieni subparagrafu ma jistax, madankollu, ifixkel l-implimentazzjoni tas-sistemi nazzjonali [...] rigward il-kontroll tal-livelli tal-prezzijiet, l-osservanza tal-prezzijiet imposti jew l-implimentazzjoni mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru ta' miżuri li għandhom x'jaqsmu mal-livelli tal-prezzijiet applikabbli, fil-kuntest tal-politika tas-saħħa pubblika ta' dak l-Istat Membru, sabiex ma jinkoraġġux il-konsum tat-tabakk, speċjalment minn dawk li għadhom żgħar, sakemm ikunu kompatibbli mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità."
Emenda 16
Proposta għal direttiva – att li jemenda
Artikolu 3 – punt 5
Direttiva 95/59/KE
Artikolu 16 – paragrafu 1
1.  Il-komponent speċifiku tad-dazju tas-sisa ma jistax ikun inqas minn 10 % u aktar minn 75 % ta' l-ammont tal-piż tat-taxxa totali li jirriżulta mill-aggregazzjoni ta' li ġej:
1.  Il-komponent speċifiku tad-dazju tas-sisa ma jistax ikun inqas minn 10 %, sa mill-1 ta' Jannar 2012, u ma jistax ikun aktar minn 55 % tal-ammont tal-piż tat-taxxa totali li jirriżulta mill-aggregazzjoni ta' li ġej:
(a) dazju speċifiku tas-sisa;
(a) dazju speċifiku tas-sisa;
(b) id-dazju tas-sisa proporzjonali u t-taxxa fuq il-valur miżjud imposta fuq il-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut.
(b) id-dazju tas-sisa proporzjonali u t-taxxa fuq il-valur miżjud imposta fuq il-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut.
Il-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut għandu jkun determinat fl-1 ta" Jannar ta" kull sena, b'referenza għas-sena n-1, fuq il-bażi tar-rilaxxi kollha għall-konsum, u l-prezzijiet inklużi t-taxxi kollha.
Il-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut għandu jkun determinat fl-1 ta" Marzu ta" kull sena, b'referenza għas-sena n-1, fuq il-bażi tar-rilaxxi kollha għall-konsum, u l-prezzijiet inklużi t-taxxi kollha.
1a.  Il-komponent speċifiku tad-dazju tas-sisa ma jistax ikun inqas minn 10 %, sa mill-1 ta' Jannar 2014, u aktar minn 60 % tal-ammont tal-piż tat-taxxa totali li jirriżulta mill-aggregazzjoni ta' li ġej:
(a) dazju speċifiku tas-sisa; kif ukoll
(b) id-dazju tas-sisa proporzjonali u t-taxxa fuq il-valur miżjud imposta fuq il-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut.
Il-prezz medju peżat tal-bejgħ bl-imnut għandu jkun determinat fl-1 ta" Marzu ta" kull sena, b'referenza għas-sena n-1, fuq il-bażi tar-rilaxxi kollha għall-konsum, u l-prezzijiet inklużi t-taxxi kollha.
Avviż legali - Politika tal-privatezza